EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Edizzjonijiet riċenti

Riżultati 1 -  137  ta' 137

DataL (Legiżlazzjoni)C (Informazzjoni u Avviżi)
16/08/2024Numru tal-atti għall-wiri: 8Numru tal-atti għall-wiri: 32
14/08/2024Numru tal-atti għall-wiri: 5Numru tal-atti għall-wiri: 7
13/08/2024Numru tal-atti għall-wiri: 3Numru tal-atti għall-wiri: 5
12/08/2024Numru tal-atti għall-wiri: 16Numru tal-atti għall-wiri: 61

Riżultati 1 -  137  ta' 137

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa l-pubblikazzjoni uffiċjali (gazzetta) għall-atti legali tal-UE, atti oħra u informazzjoni uffiċjali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE.

Hu ppubblikat mit-Tnejn sal-Ġimgħa – u f’każijiet urġenti s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi – bil-lingwi uffiċjali tal-UE fiż-żmien tal-pubblikazzjoni, li bħalissa huma 24.

L-EUR-Lex fih il-verżjoni elettronika tal-Ġurnali Uffiċjali kollha u jmur lura għat-30 ta’ Diċembru 1952 meta ġie ppubblikat l-ewwel Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fl-1958, il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej inħoloq bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsilli tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-15 ta’ Settembru 1958 (Ġurnal Uffiċjali Nru 17, 6.10.1958, p. 390 u 419).

Minn Lulju 2013, l-edizzjonijiet elettroniċi tal-Ġurnal Uffiċjali biss ippubblikati fl-EUR-Lex huma awtentiċi u jipproduċu effetti legali.

Mill-1 ta’ Ottubru 2023, il-Ġurnal Uffiċjali m'għadux ġabra ta’ atti b’werrej. Kull att hu ppubblikat individwalment bħala Ġurnal Uffiċjali awtentiku fil-format PDF. Ara aktar f’dan il-filmat bi traskrizzjoni.

Il-Ġurnal Uffiċjali bħalissa fih 2 serjejiet:

  • L – Leġiżlazzjoni, l-aktar b’liġi sekondarja tal-UE (prinċipalment regolamenti, direttivi, deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet) u ftehimiet internazzjonali
  • C – Informazzjoni u avviżi, li fihom atti preparatorji, avviżi, sommarji tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, dikjarazzjonijiet mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, sejħiet għal espressjonijiet ta’ interess għal programmi u proġetti tal-UE, eċċ.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (struttura, serje, edizzjonijiet speċjali, awtentiċità, eċċ.) fil-paġni ta’ għajnuna.

Bażi ġuridika għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: