This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008PC0627
proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council of on the taking up, pursuit and prudential supervision of the business of electronic money institutions, amending Directives 2005/60/EC and 2006/48/EC and repealing Directive 2000/46/EC (Text with EEA relevance) {SEC(2008) 2572} {SEC(2008) 2573}
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u ta' dawn l-istituzzjonijiet, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE) {SEK(2008) 2572} {SEK(2008) 2573}
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u ta' dawn l-istituzzjonijiet, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE) {SEK(2008) 2572} {SEK(2008) 2573}
/* KUMM/2008/0627 finali - COD 2008/0190 */
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u ta' dawn l-istituzzjonijiet, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE) {SEK(2008) 2572} {SEK(2008) 2573} /* KUMM/2008/0627 finali - COD 2008/0190 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 9.10.2008 KUMM(2008)627 finali 2008/0190 (COD) proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' […] dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u ta' dawn l-istituzzjonijiet, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (preżentata mill-Kummissjoni) {SEK(2008) 2572}{SEK(2008) 2573} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA L-għanijiet tal-proposta Il-klijenti u n-negozji fl-Unjoni Ewropea qegħdin kull ma jmur jużaw aktar il-flus elettroniċi, li issa biss bdew jirnexxielhom jieħdu post metodi oħra ta' ħlas f'xi Stati Membri għal ċerti tipi ta' ħlasijiet Madankollu, il-flus elettroniċi għadhom ‘il bogħod milli jroddu l-benefiċċji potenzjali sħaħ li kienu mistennija tmien snin ilu fi żmien l-adozzjoni tad-Direttiva 2000/46/KE dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenti [prudenzjali] tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi (minn hawn ‘il quddiem ‘id-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi’)[1]. Mill-evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva[2] jidher li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha żammew lura d-dħul għall-attività tas-suq tal-flus elettroniċi u xekklu l-innovazzjoni teknika. Iċ-ċifri dwar l-għadd limitat ta’ istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li huma liċenzjati bi sħiħ jew inkella tal-volum baxx tal-flus elettroniċi maħruġa juru li l-flus elettorniċi għadhom ma qabdux daqshekk art fil-biċċ l-kbira tal-Istati Membri. Issa li ġie stabbilit fuq livell Komunitarju qafas ġuridiku modern u koerenti għas-servizzi tal-ħlas bl-adozzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern (minn hawn ‘il quddiem ‘id-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Ħlas')[3], tinħtieġ b’mod uġrenti aktar azzjoni biex jiġi promoss it-tinbit ta' suq uniku reali għas-servizzi tal-flus elettroniċi fl-Unjoni Ewropea. Il-proposta tal-Kummissjoni tiffoka fuq l-immodernizzar tad-dispozizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi, b’referenza speċjali għar-reġim prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, u tiżgura l-konsistenza ma’ dak tal-istituzzjonijiet tal-ħlas taħt id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlas. L-għan tagħha huwa li tiffaċilita d-disinn ta’ servizzi tal-flus elettroniċi ġodda, innovattivi u sikuri, tipprovdi l-aċċess tas-suq lil atturi ġodda, u trawwem kompetizzjoni reali u effettiva bejn il-parteċipanti kollha fis-suq. L-innovazzjoni fis-suq tal-ħlasijiet se toħloq benefiċċji tanġibbli għall-konsumaturi, għan-negozji u għall-ekonomija Ewropea usa’. Soluzzjonijiet kreattivi sejrin jippromwovu r-rapidità tal-ħlasijiet, il-konvenjenza fl-użu u funzjonalitajiet ġodda għas-soċjetà elettronika tas-seklu 21. Kuntest ġenerali Il-volum attwali tal-flus elettroniċi huwa baxx u mhux sodisfaċenti, l-aktar minħabba l-fatt li l-għadd ta' entitajiet ġodda fis-suq tal-ħlasijiet wara li ġiet adottata d-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi ma kinitx sinifikanti daqs kemm mistenni. Għalhekk, f’bosta mill-Istati Membri, il-flus-e għadhom mhumiex meqjusa bħala alternattiva kredibbli għall-kontanti. Il-potenzjal sħiħ tas-suq tal-flus elettroniċi baqa’ ma ġiex sfruttat billi ma kkontribwiex b’mod sinifikanti biex iqanqal l-infiq tal-konsumatur u t-tkabbir ekonomiku. Il-flus elettroniċi pendenti rrappreżentaw biss biljun EUR meta mqabbla ma' 637 biljun ta' kontanti jiċċirkolaw sa Awwissu 2007. 20 istituzzjoni tal-flus elettroniċi u 127 entità b’rinunzja ġew rappurtati fi tmiem l-2007. Id-Direttiva attwali dwar il-Flus Elettroniċi ġiet adottata b’reazzjoni għad-deher ta’ kategoriji ġodda ta’ strument tal-ħlas imħallsa minn qabel, fil-kuntest tal-bidliet mgħaġġla fl-ambjent tan-negożju marbuta mar-rivoluzzjoni fit-teknoloġija tal-informatika. Id-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi fittxet li tiftaħ is-suq għall-ħruġ ta' flus elettroniċi permezz tal-ħolqien ta' 'istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi' regolati skont reġim prudenzjali speċifiku. L-għan kien li jinħoloq qafas ġuridiku ċar imfassal biex issaħħaħ is-suq uniku għall-ħlasijiet elettroniċi u jistimola l-kompetizzjoni filwaqt li fl-istess ħin jiżgura livell xieraq ta’ superviżjoni prudenzjali. Madankollu, xi dgħjufijiet inerenti żammewha milli trodd ir-riżultati mistennija. Dawn id-dgħjufijiet ġew identifikati fl-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi. Huma marbuta l-aktar mal-inadegwatezza tal-qafas ġuridiku u prudenzjali għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi taħt id-Direttiva attwali. L-ewwel fergħa tal-problema għandha x’taqsam mad-definizzjoni mhux ċara tal-flus elettroniċi u l-ambitu tad-Direttiva, li jissarrfu f'inċertezza ġuridika u jxekklu l-iżvilupp tas-suq. It-tieni marbuta ma’ qafas ġuridiku inkonsistenti b’reġim prudenzjali sporporzjonat, rinunzji u proċeduri ta’ passportar inkonsistenti, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ regoli għal kontra l-ħasil tal-flus għas-servizzi tal-flus elettroniċi. Din l-inkonsistenza ġuridika kumplessiva se tikber la darba jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlas (sa Novembru 2009), billi xi ftit minn dawn ir-rekwiżiti għar-reġim prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-ħlas ivarjaw bil-kbir minn dawk applikabbli llum għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (eż. l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi huma bħalissa soġġetti għall-prinċipju tal-esklussività tal-attivitaiet filwaqt li l-istituzzjonijiet tal-ħlas mhux se jkunu). Tradizzjonalment, is-servizz tal-ħlas kienu jkunu offruti minn banek regolati mid-direttivi bankarji tal-UE. Dawn ġew emendati fl-2006 u ħadu post id-Direttiva 2006/48/KE dwar il-bidu, l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (id-Direttiva 2001/12/KE mfassla mill-ġdid)[4] u d-Direttiva 2006/49/KE dwar l-adegwatezza kapitali tad-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (id-Direttiva 93/6KEE mfassla mill-ġdid)[5] minn hawn ‘il quddiem ‘id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali'. Il-flus elettroniċi jistgħu jinħarġu mill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (li, għall-għanijiet tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali, jitqiesu istituzzjonijiet ta’ kreditu 'b’għan speċjali'), regolati mid-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi. L-istituzzjonijiet tal-kreditu, irregolati mid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali, jistgħu wkoll joħorġu flus elettroniċi fi ħdan il-qafas tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi Fornituri ta’ servizz li jixtieq joħorġu flus elettroniċi għalhekk għandhom żewġ għażliet bħalissa: - japplikaw għal liċenzja bħala istituzzjoni tal-flus elettroniċi taħt id-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi, jew - japplikaw għal liċenzja bħala istituzzjoni tal-kreditu proprja. Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlas tqiegħed is-sisien legali għall-ħolqien ta' suq uniku għall-ħlasijiet madwar l-UE kollha. Għandha l-għan li tistabbilixxi sett modern u komprensiv ta’ regoli applikabbli għas-servizzi kollha tal-ħlas fl-Unjoni Ewropea. L-Istatii Membri se jkollhom jimplimentawha sa mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru 2009. Taħt it-Titolu II tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas, inħolqot kategorija ġdida ta' fornituri tas-servizzi tal-ħlas, proprjament imsemmija ‘istituzzjonijiet ta’ħlas’. L-istituzzjonijiet tal-ħlas igawdu minn reġim prudenzjali speċjali li huwa differenti minn dak tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u tal-istituzzjonijiet tal-kreditu. Madankollu, l-istituzzjonijiet tal-ħlas m'għandhomx permess joħorġu flus elettroniċi. Huma wkoll ipprojbiti milli jaċċettaw depożiti minn utenti tas-servizzi tal-ħlas u jistgħu jużaw fondi li jkunu rċevew minn utenti tas-servizzi tal-ħlas biss sabiex jipprovdu s-servizzi ta’ ħlas imniżżla fl-Anness għad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas. L-attività tal-ħruġ tal-flus elettroniċi mhix imniżżla fl-Anness għad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlas, iżda hija impliċita fi ħdan wieħed mill-punti tal-Anness I għad-Direttiva 2006/48/KE. Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni L-approċċ huwa konistenti mal-politiki u mal-għanijiet lejn il-ħolqien ta’ suq intern reali għas-servizzi finanzjarji, u jikkontribwixxi għal ħolqien ta' Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA). Jaqbel ukoll mal-aġenda ta' Liżbona, minħabba li r-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi se tippromowovi l-innovazzjoni teknoloġika u tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TAL-IMPATT Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin immirati u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Fuq il-bażi tal-klawsola dwar ir-reviżjoni (l-Artikolu 11) tad-Direttiva dwar il-flus elettroniċi, il-Kummissjoni nedit eżerċizzju ta' evalwazzjoni fil-bidu tal-2005. Sabiex titmexxxa din l-evalwazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni varaw konsultazzjoni pubbika f'Lulju tal-2005. Fuq il-bażi tal-istudju ta' evalwazzjoni u tal-konsultazzjoni pubblika, is-servizzi tal-Kummissjoni ppublikaw dokument ta' ħidma tal-persunal dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi f’Lulju 2006[6]. L-Istati Membri u l-partijiet interessati ġew regolarment ikkonsultati dwar l-għanijiet u l-kontenut tal-proposta. Żewġ gruppi esperti dwar il-ħlasijiet bl-imnut, rispettivament il-Grupp Espert tal-Gvern dwar is-Sistema tal-Ħlas u l-Grupp tas-Suq tas-Sistema tal-Ħlas, iddiskutew ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi bejn Diċembru 2007 u Ġunju 2008. Barra minn hekk, ġew organizzati diskussjonijiet bilaterali regolari mal-Istati Membri, mal-Bank Ċentrali ewropew, mal-industrija tal-ħlasijiet (banek, istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u fornituri mobbli tal-ħlasijiet), mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, eċċ. Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Ir-riżultati ewlenin mir-rapport ta' evalwazzjoni u mill-konsultazzjoni pubblika jinsabu mqassra fid-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi maħruġ f’Lulju 2006[7]. Bosta minn dawk li wieġbu raw il-ħtieġa ta’ reviżjoni tad-Direttiva, billi stqarrew li xi wħud mid-dispożizzjonijiet dehru li żammew lura l-iżvilupp tas-suq tal-flus elettroniċi. Waqt il-proċess ta' reviżjoni, il-partijiet interessati esprimew tħassib dwar il-fatt li d-Direttiva attwali hija nieqsa miċ-ċertezza ġuridika minħabba d-definizzjoni mhux ċara tal-flus elettroniċi u l-ambitu mhux ċar tad-Direttiva. Minbarra dan, ir-Rapport ta’ Reviżjoni wera li rekwiżiti kapitali għoljin, kif ukoll ċerti restrizzjonijiet (eż. fuq l-ambitu tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi) u r-rekwiżiti imposti mid-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi, xekklu l-iżvilupp tas-suq tal-flus elettroniċi. Ir-riżultati ewlenin tal-konsultazzjoni pubblika jinsabu fi: http://circa.europa.eu/Public/irc/markt/markt_consultations/library?l=/financial_services/e-money_directive&vm=detailed&sb=Title. Ġbir u użu ta' kompetenzi tekniċi Il-Kummissjoni għamlet użu mifrux minn għarfien espert estern waqt it-tħejjija ta' din il-proposta. Studju ta’ evalwazzjoni minn konsulenti esterni, konsultazzjoni pubblika u kontribut minn żewġ gruppi esperti pprovdew għarfien espert ta’ siwi kbir. Ġiet organizzata laqgħa speċifika mal-industrija tal-flus elettroniċi u mal-Bank Ċentrali Ewropew. Valutazzjoni tal-impatt Tqieset firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet sabiex jiġu indirizzati l-problemi li jeffettwaw is-servizzi tal-flus elettroniċi u jintlħaqu l-għanijiet li ġew stipulati. Iż-żewġ problemi ewlenin, kif imsemmi fit-tielet taqsima, huma kkawżati minn kwistjonijiet marbuta ma': 1. Id-definizzjoni tal-flus-e u l-ambitu tad-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi; 2. L-inadegwatezza tal-qafas ġuridiku (ir-reġim prudenzjali, ir-rinunzji u r-regoli kontra l-ħasil tal-flus). Abbażi ta' tgħarbil inizjali tal-alternattivi ta' politika varja kontra l-għanijiet ta' politika, ġew evalwati ħames għażliet ta' politika ewlenin. 1) ma jsir xejn; 2) tinħareġ sempliċi nota ta' gwida; 3) jiġi applikat ir-reġim prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-ħlas għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi; 4) jiġi applikat ir-reġim prudenzjali speċifiku għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi; u 5) tiġi revokata d-Direttiva dwar il-Flus Elettroniċi. Fid-dawl tal-evalwazzjoni tal-alternattivi ta’ politika, tqies li l-aktar mod xieraq biex wieħed jimxi kien billi jsir allinjament mad-Direttiva dwar is-Servizz tal-Ħlas, kif prevista fl-alternattiva ta’ politika 3 u 4. Iż-żewġ alternattivi mistennija jkollhom impatt pożittiv fuq is-suq tal-flus elettroniċi f’termi ta’ flus elettroniċi jiċċirkolaw (żieda potenzjali sa EUR 10 biljun) u l-għadd ta’ istituzzjonijiet (sa 120 istituzzjoni tal-flus elettroniċi). Il-vantaġġi ewlenin tal-alternattiva 4 huma d-disponibbiltà ta' reġim prudenzjali speċifiku xieraq għar-riskji ppreżentati mill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u ż-żamma tar-rekwiżiti ta' rappurtar eżistenti għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza tas-suq. L-iżvantaġġ ikun piż amministrattiv akbar, li jibqa’ madankollu proporzjonat għall-għan tiegħu. L-alternattiva ta’ politika 3, li tapplika r-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet tal-ħlas, ikollha l-vantaġġ li tnaqqas il-piż amministrattiv billi ma jkun meħtieġa l-ebda rappurtar. L-iżvantaġġ ewlieni jkun li tiġi kkumplikata s-sorveljanza tas-suq. Barra minn hekk, ir-reġim prudenzjali inkwistjoni huwa indirettament marbut mar-riskji tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi permezz tal-volum tal-ħlas billi l-flus elettroniċi huma użati għall-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet. L-alternattiva 1 (ma jsir xejn) jew l-alternattiva 2 (tinħareġ nota ta’ gwida) iżommu l-kumplessità tal-qafas ġuridiku wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlas fl-2009 u jxekklu l-iżvilupp ulterjuri tas-suq. L-alternattiva 5 (tġi rrevokata d-Direttiva) toħloq inċertezza ġuridika u xxekkel l-iżvilupp tas-servizzi l-ġodda tal-flus elettroniċi. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni hija aċċessibbli fuq: http://europa.eu.int/comm/secretariat_general/impact/docs/SEC_2008_..._1_en.pdf. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta l-ġdida għandha struttura ġdida għal kollox. Minħabba l-allinjament mixtieq mad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlas u l-fatt li d-dispożizzjonijiet kollha ġew emendati, id-Direttiva eżistenti dwar il-Flus Elettroniċi se tiġi revokata u sostitwita mill-proposta l-ġdida. Il-bidlit ewlenin li se jiġu introdotti mill-proposta huma dawn li ġejjin : L-Artikoli 1 u 2: L-iċċarar tal-ambitu tad-Direttiva u d-definizzjoni tal-flus elettroniċi. Id-Direttiva kurrenti toħloq inċertezza ġuridika rigward l-applikabbiltà tagħha għal ċerti mudelli ta’ negozju u xxekkel l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda u innovattivi. Kif propost fir-Rapport ta’ Reviżjoni, l-iċċarar tad-definizzjonijiet ta’ ‘flus elettroniċi’ u ‘istituzzjoni tal-flus elettroniċi’ hija meħtieġa sabiex tindirizza t-tħassib dwar liema mudelli ta' negozju jaqgħu taħt id-Direttiva u liema servizzi huma regolati mid-Direttiva 2007/64/KE. Qed tiġi proposta definizzjoni teknikament newtrali u eħfef ta’ ‘flus elettroniċi’. Artikoli 3, 6, 7 u 9 Reviżjoni tar-rekwiżiti prudenzjali Bħalissa, ir-reġim prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi huwa marbut sfiq mar-reġim prudenzajli tal-istituzzjonijiet tal-kreidtu taħt id-Direttiva 2006/48/KE. Filwaqt li tibbaża fuq il-valutazzjoni kwalitattiva tar-riksju li saret fil-valutazzjoni tagħha tar-riskju, il-Kummissjoni tqis li r-rekwiżiti prudenzjali attwali huma eċċessivi fir-rigward tar-riskju tal-attività. Sabiex tiġi ffaċilitata integrazzjoni possibbli fil-ġejjieni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fid-Direttiva 2007/64/KE u minħabba l-interrelazzjoni mill-qrib bejn il-flus elettroniċi u l-ħlas elettroniku, importanti li tiġi żgurata konsistenza bla ebda intopp bejn ir-reġimi rispettivi għall-istituzzjonijiet tal-ħlas u għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. Din il-proposta tinkludi għalhekk l-adattamenti li ġejjin : L-applikazzjoni tar- rekwiżiti prudenzjali kwalitattivi taħt it-Titolu II tad-Direttiva 2007/64/KE għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (l-Artikolu 3). Dan jinkludi l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE, li warajha l-istituzzjonijiet tal-flus-e jkollhom iressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domestiku, inkluż fost l-oħrajn, il-programm tal-operazzjonijiet, pjan ta' negozju u prova ta' kapital inizjali u arranġamenti dwar tmexxija. L-awtoritajiet kompetneti għandhom jgħarrfu lill-istituzzjoni fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-applikazzjoni jekk l-awtorizzazzjoni ntlaqgħetx jew inċaħdet. It-tnaqqis tar- rekwiżit kapitali inizjali minn EUR 1 miljun għal EUR 125 000 (l-Artikolu 6). Il-kapital inizjali huwa meqjus eċċessiv u sproporzjonat fir-rigward tar-riskju tas-servizz. Il-kapital inizjali għoli qed jitqies bħala ostaklu ewlieni għal ditti iżgħar (prinċipalment istiuzzjonijiet b'rinunzja) biex japplikaw għal awtorizzazzjoni biex isiru istituzzjoni tal-flus elettroniċi. Is-sostituzzjoni ta’ rekwiżiti kapital li għaddejjin bħalissa b’metodi ta’ kalkolu ġodda bbażati fuq in-natura u l-profil ta’ riksju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (l-Artikolu 7). L-Artikoli 8 u 9: Attivitajiet u rekwiżiti ta’ salvagwardja Illum, skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi huma pprojbiti milli jwettqu negozju ieħor għajr il-ħruġ ta' flus elettroniċi u servizzi marbuta mill-qrib. Din ir-restrizzjoni ta’ attivitajiet ma timxix mal-approċċ ta’ non-esklussività għall-istituzzjonijiet tal-ħlas li, skont id-Direttiva 2007/64/KE, jistgħu jidħlu għal negozju ta' servizi li mhumiex ta' ħlas (eż. bejgħ bl-imnut jew attivitajiet ta' telekomunikazzjoni). Jinħass aktar xieraq approċċ aktar koerenti. L-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi m’għandhomx neċessarjament ikunu ristretti għall-ħruġ tal-flus elettroniċi u għalhekk ir-rekwiżiti ta’ salvagwardja bħal dawk fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2007/64/KE għandhom japplikaw fil-każ ta’ istituzzjoniiet ibridi tal-flus elettroniċi. L-Artikolu 5: Fidi Hemm bżonn kjarifika dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-fidi (il-possibbiltà li l-konsumatur jieħu l-flus elttroniċi tiegħu lura kull ħin permezz ta' trasferiment bi kreditu jew f'kontanti), b'referenza speċjali għall-applikazzjoni tagħhom għat-telekomunikazzjonijiet mobbli. Il-konsumaturi għandhom ikollhom id-dritt jifdu l-fondi tagħhom kull ħin, u b’xejn jekk dan il-fidi jsir f’daqqa. Meta l-fidi jkun parzjali, qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt, l-emittent jista’ jżomm ammont lid-detentur li jkun proporzjonat mal-ispiża għall-operazzjoni. L-Artikolu 10: Rinunzja Ir-Rapport ta’ Reviżjoni spjega li għandu jintlaħaq bilanċ bejn il-faċilitazzjoni tal-aċċess għas-suq, l-iżgurar ta’ salvagwardji xierqa u l-evitar ta’ distorsjonijiet kompetittivi. Hemm ukoll il-bżonn li jingħataw inċentivi lill-istituzzjonijiet li joperaw b’rinunzja iżda li biħsiebhom isiru istituzzjonijiet liċenzjati għal kollox. Qed jiġi ssuġġerit li r-reġim ta’ rinunzja tal-flus elettroniċi jiġi allinjat mar-reġim fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE. Bidla bħal din wieħed irid jaraha fil-kuntest tar-rekwiżiti tad-dħul inqas stretti għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. L-Artikolu 16: Regoli dwar il-ħasil tal-flus Fid-dawl tal-ammonti medji baxxi involuti fit-transazzjonijiet tal-flus elettroniċi, applikazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u taż-żamma tar-rekords tista’ titqies sproporzjonata, meta jitqiesu l-ispejjeż amministrattivi għoljin li jinvolvu għall-industrija tal-ħlasijiet, f'kuntest ta' valur baxx ta' ħlasijiet online jew mobbli. Id-Direttiva attwali ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika li tkopri azzjoni kontra l-ħasil tal-flus. Madankollu, id-Direttiva 2005/60/KE introduċiet reġim simplifikat ta’ obbligi dovuti lill-klijent li tapplika għall-flus elettroniċi, u reġim simili ddaħħal fir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanija t-trasferiment tal-fondi. Qed jiġi propost li dawn l-ammonti baxxi jiġu allinjati ma’ dawk fl-Artikoli 34 u 53 tad-Direttiva 2007/64/KE u, għalhekk, li l-ammonti tal-limiti fl-Artikolu 11(5)(d) tad-Direttiva 2005/60/KE jiżdiedu. Din il-miżura tikkontribwixxi għall-evitar tal-identifikazzjoni doppja f’sitwazzjonijiet ibbażati fuq il-kontijiet. Minbarra dan, miżuri ta’ akkumpanjament adottati mill-industrija se jikkontribwixu għat-taffija tar-riskju. Dan ikun konformi mal-approċċ awtoregolatorju fil-qasam tal-ħlasijiet (eż. SEPA). L-Artikolu 17: Emendi għad-Direttiva 2006/48/KE L-istituzzjonijiet tal-flus-e m’għandhomx jaċċettaw depożiti. L-aċċettazzjoni tad-depożiti tibqa’ l-monopolju tal-istituzzjonijiet tal-kreditu. Madankollu, xieraq li wieħed iqis l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi bħala “istituzzjonijiet finanzjarji” għall-għanijiet tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali 2006/48/KE. Il-bidliet huma mdaħħla fl-Artikolu 4(5) u fl-Anness I għad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali sabiex dan jiġi rifless u jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet tal-kreditu jistgħu jkomplu joħorġu l-flus elettroniċi. Il-bażi ġuridika Il-bażi guridika għall-proposta hija l-Artikoli 47(2) u 95 tat-Trattat KE. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà qed jiġi rrispettat. Skont dan il-prinċipju, l-azzjoni fuq livell Komunitarju għandha tittieħed biss meta l-għanijiet prevsiti ma jkunux jistgħu jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri weħidhom. Id-Direttiva 2000/46/KE ħolqot suq uniku armonizzat għall-forniment tal-flus elettroniċi fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, jibqgħu xi ostakli u jridu jiġu indirizzati fuq livell pan-Ewropew. Min-natura tiegħu, il-kummerċ elettroniku huwa kwistjoni globali u soluzzjonijiet nazzjonali weħidhom jispiċċaw ixekklu l-iżvilupp tal-flus elettroniċi. Approċċ Komunitarju huwa xieraq għaliex ir-regoli u l-prinċipji applikabbli għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha sabiex tinkiseb iċ-ċertezza ġuridika u ambjent ekwu għall-parteċipanti kollha fis-suq. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta timxi mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi għandha l-għan li tiżgura l-armonizzazzjoni sħiħa biss ta’ dawk il-kwistjonijiet li huma meħtieġa biex jingħelbu l-ostakli għall-iżvilupp ta’ suq uniku għall-flus elettroniċi u li ġew identifikati waqt il-konsultazzjoni miftuħa mal-partijiet interessati. Ir-regoli proposti kollha kienu soġġetti għal test tal-proporzjonalità u konsultazzjoni intensiva sabiex tiġi żgurata regolamentazzjoni xierqa u proporzjonata. Dan huwa partikolarment rifless fir-regoli prudenzjali għall-istituzzjonijiet tal-flus, ir-rinunzja u l-klawżoli ta’ fidi. L-għażla ta’ strument L-azzjoni regolatorja tkompli tkun meħtieġa biex tipprovdi l-qafas ġuridiku meħtieġ li jarmoniza s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi sal-punt neċessarju biex jiġu żgurati, b’mod partikolari, operat sod u prudenti u integrità finanzjarja. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li żżomm l-istess strument (direttiva). Il-Kummissjoni tipproponi direttiva aktar minn regolament għaliex ta' qabel jixraq aktar lill-armonizzazzjoni ta' leġiżlazzjonijiet eżistenti. Hija wkoll konsistenti man-natura tal-istrument preċedenti magħżul biex jarmonizza r-regoli f’dan il-qasam, u ma’ strumenti oħra adottati f’oqsma relatati, bħall-PSD. L-IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. TAGħRIF SUPPLIMENTARI Simulazzjoni, fażi preliminari u perjodu tranżitorju Se jkun hemm perjodu tranżitorju għal ċerti istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ġa stabbiliti fir-rigward tal-konformità mad-dispożizzjonijiet fit-Titolu II tad-Direttiva. Simplifikazzjoni Il-proposta tipprevedi s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, is-simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (KE jew nazzjonali), u s-simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi għall-partijiet privati. Is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi se ssegwi approċċ armonizzat u koerneti, allinjat ma’ dak tal-istituzzjonijiet tal-ħlas, bl-istess regoli għall-Istati Membri kollha. Dan għadnu jgħin fit-tħaffif tal-proċeduri amministrattivi. L-approċċ sħiħ tal-armonizzazzjoni tal-proposta iħaffef il-proċeduri għall-partijiet privati. Revoka ta’ liġijiet eżistenti L-adozzjoni tal-proposta se twassal biex tiġi revokata l-leġiżlazzjoni eżistenti. Id-Direttiva se tieħu post id-Direttiva 2000/46/KE 2008/0190 (COD) proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' […] dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u ta' dawn l-istituzzjonijiet, li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE) Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 47(2) u tal-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[8], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[9], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[10], Huma u jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, Billi: 3. Id-Direttiva 2000/46/KE dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenti [prudenzjali] tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi[11] ġeit adottata bħala tweġiba għad-deher ta’ prodotti ġodda ta’ ħlas elettroniku mħallsa minn qabel, u kellha l-ħsieb toħloq qafas ġuridiku ċar imfassal biex isaħħaħ is-suq uniku filwaqt li jiżgura livell xieraq ta’ superviżjoni prudenzjali. 4. Il-Kummissjoni ppreżentat rapport[12] li saħaq dwar il-ħtieġa li d-Direttiva 2000/46/KE tiġi riveduta minħabba li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha tqiesu li xekklu d-deher ta' suq tassew uniku għas-servizzi tal-flus elettroniċi. 5. Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern[13] stabbiliet qafas ġuridiku modern u koerenti għas-servizzi tal-ħlas, inkluż il-koordinazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali dwar rekwiżiti prudenzjali għal kategorija ġdida ta' fornituri ta' servizz tal-ħlas, partikolarment istituzzjonijiet tal-ħlas. 6. Bil-għan li jitneħħew l-ostakli għad-dħul fis-suq u biex issir aktar faċli li wieħed jidħol għan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u jeżerċitah, ir-regoli li għalihom huma soġġetti dawn l-istituzzjonijiet għandhom jiġu riveduti sabiex ikun żgurat ambjent ekwu għall-fornituri kollha ta' servizzi ta' ħlas. 7. Xieraq li l-applikazzjoni tad-Direttiva tiġi limitata għall-fornituri ta' servizzi ta' ħlas li joħoru flus elettroniċi. Dan m’għandux japplika għal strumenti mħallsa minn qabel li jistgħu jintużaw biss b’mod limitat, jew għaliex jippermettu lid-detentur jixtri oġġetti jew servizzi biss fl-istabbiliment tal-emittent jew fi ħdan netwerk limitat ta’ fornituri ta’ servizz skont fethim kummerċjali dirett ma’ emittent professjonali, jew inkella għaliex jistgħu jkunu biss użati biex jakkwistaw firxa limitata ta’ oġġetti u servizzi. Strument għandu jitqies li jintuża f’‘netwerk limitat’ jekk ikun jista’ jintuża biss għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi f'ħanut speċifiku, katina ta' ħwienet jew għal firxa limitata ta' oġġetti u servizzi, tkun liema tkun il-lokazzjoni ġeografika tal-punt tal-bejgħ. Eżempji ta’ strumenti bħal dawn huma kards tal-ħwienet, tal-petrol, tas-sħubija jew tat-trasport pubbliku u vawċers għall-ikel. Strumenti li jistgħu jintużaw għal xiri minn ħwienet ta’ kummerċjanti elenkati m’għandhomx ikunu eżentati għaliex dawn l-istrumenti tfasslu tipikament għal netwerk ta’ fornituri ta' servizz li kull ma jmur jikber. Fl-aħħarnett, id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal transazzjonijiet ta’ ħlas għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi diġitali, fejn, minħabba n-natura tal-oġġett jew tas-servizz, l-operatur iżidlu valur intrinsiku eż. fil-forma ta’ faċilitajiet ta’ aċċess, tiftix jew tqassim, dejjem sakemm l-oġġett jew is-servizz inkwistjoni jkun jista’ jintuża biss permezz ta’ apparat diġitali, bħal mowbajl jew kompjuter. 8. Xieraq li tiddaħħal definizzjoni ċara tal-flus elettroniċi sabiex tkun teknikament newtrali. Din id-definizzjoni għandha tkopri s-sitwazzjonijiet kollha fejn il-fornitur tas-servizz ta' ħlas joħroġ valur maħżun imħallas minn qabel bi tpartit għal fondi. 9. Id-definizzjoni għandha tkopri l-flus elettroniċi li jew ikunu miżuma fuq apparat tal-ħlas li jkun għand id-detentur jew inkella jkunu maħżuna mill-bogħod fuq server u ġestiti mid-detentur permezz ta’ kont ta’ ħlas mal-fornitur tas-servizz ta' ħlas. Din id-definizzjoni trid tkun wiesgħa biżżejjed biex tevita li xxekkel l-innovazzjoni teknika u biex tkopri mhux biss l-iskemi kollha tal-flus elettroniċi disponibbli llum fuq is-suq elettroniku iżda anki dawk li jistgħu jiġi żviluppati fil-ġejjieni. 10. Ir-reġim prudenzjali superviżorju għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandu jiġi rivedut u jinġieb eqreb għar-riksji li jħabbtu wiċċhom magħhom dawn l-istituzzjonijiet. Għandu jkun hemm ukoll koerenza mar-reġim superviżorju prudenzjali li japplika għall-istituzzjoniet tal-ħlas taħt id-Direttiva 2007/64/KE. 11. Il-ħruġ tal-flus elettroniċi ma jikkostitwix fih innifsu attività ta’ teħid ta’ depożitu insewgitu għad-Direttiva 2006/48/KE, fid-dawl tal-karattru speċifiku tiegħu bħala sostitut elettroniku għall-muniti u għall-karti tal-flus li x'aktarx jintużaw biss għal ħlasijiet ta' ammonti limitati u mhux bħala mezz ta' tfaddil. Il-kundizzjonijiet għall-għoti u għaż-żamma ta' istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jinkludu rekwiżiti prudenzjali li huma proporzjonati mar-riskji operattivi u finanzjarji affrontati minn dawn l-entitajiet waqt in-negozju tagħhom relatat mal-ħruġ tal-flus elettroniċi, indipendentament minn kull attività kummerċjali oħra mwettqa mill-istituzzjoni tal-flus elettroniċi. 12. Hemm bżonn ta’ reġim ta’ kapital inizjali magħqud ma’ kapital kurrenti sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ ħarsien tal-konsumatur u l-operat sod u prudenti tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. Minħabba l-ispeċifiċità tal-flus elettroniċi, metodu addizzjonali għall-kalkolu tal-kapital kurrenti għandu jiġi permess, filwaqt li madankollu tinżamm diskrezzjoni superviżorja sabiex ikun żgurat li l-istess riskji jkunu ttrattati bl-istess mod għall-fornituri kollha tas-servizzi tal-ħlas. Barra minn hekk, għandu jsir provvediment biex fondi tal-klijenti jinżammu mifruda mill-fondi tal-istituzzjoni tal-ħlas għal skopijiet ta' negozju ieħor. Istituzzjonijiet tal-ħlas elettroniku għandhom ukoll ikunu soġġetti għal rekwiżiti effettivi kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. 13. Għal raġunijiet prudenzjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu biss l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi awtorizzati kif xieraq skont din id-Direttiva, istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2006/48/KE u, f’ċerti cirkostanzi, banek ċentrali nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħra li joħorġu l-flus elettroniċi. 14. Il-flus elettroniċi għandhom ikunu jistgħu jinfdew sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenza tad-detentur tal-flus. Il-fidi ma jimplikax, fih innifsu, li l-fondi rċevuti flok il-flus elettroniċi għandhom ikunu meqjusa bħala depożiti jew fondi oħra ripagabbli għall-iskopijiet tad-Direttiva 2006/48/KE. Il-fidi għandu jkun dejjem possibbli f’kull ħin, flus bi flus. Il-fidi tal-ammont sħiħ għandu dejjem ikun b’xejn. Il-fidi parzjali jista’ jiġġenera xi spejjeż għall-emittent. Jista’ għalhekk ikun soġġett għal ħlas proporzjonat u bbażat fuq l-ispejjeż. Dan huwa bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa jew kwistjonijiet soċjali kif kull obligu fuq l-emittent taħt leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali oħra rilevanti, bħar-regoli kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, kull azzjoni li toloqt l-iffriżar tal-fondi, jew kull miżura speċifika marbuta mal-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati. 15. Xieraq li l-Istati Membri jitħallew jirrinunzjaw l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva lill-istituzzjonijiet li jipprovdu biss ammont limitat ta’ transazzjonijiet ta' ħlas. L-istituzzjonijiet li jgawdu minn din ir-rinunzja m’għandhomx ikollhom id-dritt taħt din id-Direttiva jeżerċitaw il-libertà tal-istabbiliment jew jipprovdu servizzi transkonfinali u m'għandhomx jinfluwenzaw indirettament dawk id-drittijiet bħala membri ta' sistema ta' ħlas. Madankollu, xieraq li jiġu rreġistrati d-dettalji tal-entitajiet kollha li jipprovdu servizzi ta’ flus elettroniċi, inklużi dawk l-istituzzjonijiet li jgawdu minn rinunzja. Għal dawn l-għanijiet, l-Istati Membri għandhom idaħħlu entitajiet bħal dawn fir-reġistru tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi filwaqt li ma japplikawx il-kundizzjonijiet kollha jew parti mill-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. 16. Fl-interessi taċ-ċarezza ġuridika, għandhom isiru arranġamenti tranżitorji sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li bdew l-attivitajiet tagħhom skont il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2000/46/KE fil-liġi domestika jistgħu jkomplu dawk l-attivitajiet fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat għal perjodu speċifikat. Dan il-perjodu għandu jkun itwal għal entitajiet li gawdew mid-dispożizzjoni tat-‘twarrib’ [rinunzja] fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/46/KE. 17. Din id-Direttiva tintroduċi definizzjoni ġdida tal-flus elettroniċi li l-ħruġ tagħhom jista’ jgawdi mid-derogi fl-Artikoli 34 u 53 tad-Direttiva 2007/64/KE, u għalhekk , taħt id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu[14] għandha tiġi emendata skont dan. 18. Insegwitu għad-Direttiva 2006/48/KE, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jitqiesu li huma istituzzjonijiet tal-kreditu, għalkemm ma jistgħux jirċievu depożiti mill-pubbliku u lanqas jagħtu kreditu mill-fondi rċevuti mill-pubbliku. Fid-dawl tas-sistema mdaħħla minn din id-Direttiva, xieraq li tiġi emendata d-definizzjoni ta' istituzzjoni tal-kreditu fid-Direttiva 2006/48/KE sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma jitqisux istituzzjonijiet tal-kreditu. Madankollu, l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom jibqgħu jitħallew joħorġu flus elettroniċi u jwettqu din l-attività madwar il-Komunità, soġġett għar-rikonoxximent reċiproku u għar-reġim superviżorju prudenzjali komprensiv li japplika għalihom skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam bankarju. 19. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti kollha tad-Direttiva 2000/46/KE u għalhekk, l-aħħar Direttiva trid tiġi revokata. 20. L-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri għaliex jeħtieġu l-armonizzazzjoni ta’ bosta regoli differenti li bħalissa jeżistu fis-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri varji u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju. Il-Komunità tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif ifissat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif iddikjarat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. 21. Għandu jiġi revedut il-funzjonament effettiv tad-Direttiva. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tkun meħteiġa toħroġ rapport kull tliet snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. 22. Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni[15]. 23. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jissupplimentaw din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: TITOLU I AMBITU U DEFINIZZJONIJIET Artikolu 1 Is-suġġett u l-ambitu 24. Din id-Direttiva tistipula regoli dwar dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi u għall-attività tal-ħruġ tal-flus elettroniċi. 25. Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE. 26. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal servizzi bbażati fuq strumenti li jistgħu jintużaw biss għall-akkwist ta' merkanzija jew servizzi fil-bini użat mill-emittent jew bi ftehim kummerċjali mal-emittent, jew f'netwerk limitat ta' fornituri ta' servizzi jew inkella għal firxa limitata ta' merkanzija jew servizzi. 27. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal servizzi bbażati fuq apparat tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tat-teknoloġija informatika (IT), fejn il-merkanzija jew is-servizzi mixtrija jiġu fornuti u ser jintużaw permezz ta' apparat tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT, dment li l-operatur tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT ma jaġixxix biss bħala intermedjarju bejn l-utent tas-servizzi ta’ ħlas u l-fornitur tal-merkanzija u tas-servizzi. Artikolu 2Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: 28. ‘istituzzjoni tal-flus elettroniċi' tfisser persuna ġuridika li ngħatat awtorizzazzjoni taħt it-Titolu II ta' din id-Direttiva biex toħroġ il-flus elettroniċi; 29. ‘flus elettroniċi’ tfisser valur monetarju kif rappreżentat minn pretensjoni fuq l-emittent li tinħażen elettronikament u tinħareġ malli jiġu rċevuti l-fondi, għall-iskop ta’ transazzjonijiet ta' ħlas kif definiti fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2007/64/KE, u li huwa aċċettat minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi għajr l-emittent; 30. ‘flus elettroniċi pendenti’ tfisser il-medja ta' kull xahar tal-passivi finanzjarji marbuta mal-flus elettroniċi tat-12-il xahar preċedenti; 31. ‘volum tal-ħlas’ tfisser il-medja tal-ammont totali tat-transazzjonijiet ta’ ħlas ta’ kull xahar li jkunu ġew esegwiti fit-12-il xahar preċedenti; TITOLU II REKWIŻITI GĦAL AĊĊESS GĦALL-BIDU U GĦALL-EŻERĊIZZJU TAN-NEGOZJU TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-FLUS ELETTRONIĊI Artikolu 3 Regoli prudenzjali ġenerali L-Artikoli 5, 10 sa 15 u 17 sa 25 tad-Direttiva 2007/64/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. Artikolu 4Projbizzjoni li jinħarġu flus elettroniċi L-Istati Membri huma pprojbiti li joħorġu flus elettroniċi lil persuni fiżiċi jew guridiċi li mhumiex: 32. istituzzjoni tal-flus kif definita fl-Artikolu 2(1); 33. istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2006/48/KE; 34. fornituri ta’ servizz ta’ ħlas kif definiti fl-Artikolu (1)(1)(e) u (f) tad-Direttiva 2007/64/KE; Artikolu 5Fidi 35. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba tad-detentur, l-emittenti tal-flus elettroniċi jifdu, f’kull ħin u flus bi flus, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma. 36. Il-kuntratt bejn min jagħmel il-ħruġ u min ikollu l-flus għandu jistqarr b’mod ċar il-kundizzjonijiet tal-fidi. 37. Meta il-fidi jseħħ qabel id-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt, jista’ jkopri jew parti jew it-totalità tal-flus maħżuna elettronikament. 38. Meta il-fidi jseħħ fid-data tat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-valur monetarju tal-flus elettroniċi miżmuma jista’ jinfeda bla ħlas.. 39. L-emittent jista’ jżomm ammont lid-detentur biss fil-każ ta’ fidi parzjali jew sħiħ qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt. Il-livell ta' dan il-ħlas għandu jissemma fil-kuntratt. Għandu jkun proporzjonat għall-ispejjeż attwali mġarrba mill-emittent. Artikolu 6Kapital inizjali 40. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-ħlas ikollhom, fil-mument tal-awtorizzazzjoni, kapital inizjali, li jkun magħmul mill-elementi definiti fl-Artikolu 57(a) u (b) tad-Direttiva 2006/48/KE, ta’ mhux inqas minn EUR 125 000. Artikolu 7Fondi proprji 41. Minbarra r-rekwiżiti kapitali inizjali stipulati fl-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jkollhom, f’kull ħin, fondi proprji, kif definiti fl-Artikoli 57 sa 61, 63, 64 u 66 tad-Direttiva 2006/48/KE. 42. Il-fondi proprji tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom ikunu kkalkulati jew skont wieħed minn tliet metodi (A, B, C) stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2007/64/KE jew inkella skont il-Metodu D stipulat fil-paragrafu 3. Il-metodu x-xieraq għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. 43. Metodu D: fejn il-flus elettroniċi jirrappreżentaw l-ogħla ammont bejn il-flus elettroniċi pendenti u l-volum tal-ħlas, il-fondi proprji tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi għandhom jammontaw għal mill-inqas is-somma tal-elementi li ġejjin: 44. 5% ta' dak il-porzjon ta' flus elettroniċi sa EUR 5 miljun; 45. 2.5% ta' dak il-porzjon ta' flus elettroniċi 'il fuq minn EUR 5 miljun sa EUR 10 miljun; 46. 2% ta' dak il-porzjon ta' flus elettroniċi 'il fuq minn EUR 10 miljun sa EUR 100 miljun; 47. 1.5% ta' dak il-porzjon ta' flus elettroniċi 'il fuq minn EUR 100 miljun sa EUR 250 miljun; 48. 1% ta' dak il-porzjon ta' flus elettroniċi sa EUR 250 miljun; 49. Abbażi ta’ evalwazzjoni tal-proċessi tal-ġestjoni tar-riksju, tad-databases tat-telf tar-riskju u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi jkollha ammont ta' fondi proprji li jkun sa 20% ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu magħżul skond il-paragrafu 2, jew iħallu lill-istituzzjoni tal-flus elettroniċi jkollha ammont ta' fondi proprji li jkun sa 20% aktar baxx mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu magħżul skont il-paragrafu 2. 50. Il-fondi proprji tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi m’għandhomx jaqgħu taħt l-ammont meħtieġ taħt l-Artikolu 6. 51. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-fondi proprji fejn l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tappartjeni għall-istess grupp bħal istituzzjoni oħra tal-flus elettroniċi, istituzzjoni tal-kreditu, ditta tal-investiment, kumpannija għall-ġestjoni tal-assi jew impriża tal-assigurazzjoni. Il-paragrafu għandu japplika wkoll meta istituzzjoni tal-flus elettroniċi twettaq attivitajiet oħra li mhumiex il-ħruġ ta’ flus elettroniċi. Artikolu 8Attivitajiet 52. Apparti mill-ħruġ tal-flus elettroniċi, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ikunu intitolati jidħlu għal kwalunkwe mill-attivitajiet li ġejjin: 53. il-fornitura ta’ servizzi ta’ ħlas elenkata fl-Anness għad-Direttiva 2007/64/KE; 54. l-għoti ta’ kreditu marbut mas-servizzi tal-ħlas imsemmija fil-punti 4, 5 jew 7 tal-Anness tad-Direttiva 2007/64/KE, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16(3) u (5); 55. il-fornitura ta’ servizzi operattivi u anċillari marbuta mill-qrib sew mal-ħruġ tal-flus elettroniċi; 56. l-operazzjoni ta’ sistemi ta’ ħlas; 57. attivitajiet ta' negozju minbarra l-forniment ta' flus elettroniċi, li jqisu l-liġi Komunitarja u nazzjonali applikabbli. 58. Kwalunkwe fondi rċevuti minn istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi mill-utent tas-servizz tal-ħlas bi skambju għall-flus elettroniċi m’għandux jikkostitwixxi depożitu jew fondi ripagabbli oħrajn fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/48/KE. Fondi rċevuti minn kwalunkwe servizz tal-ħlas ieħor m’għandhomx jikkostitwixxi depożitu jew fondi ripagabbli oħrajn fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva. 59. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi ma għandhomx jipprattikaw n-negozju li jieħdu depożiti jew fondi ripagabbli oħra fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/48/KE. Artikolu 9Rekwiżiti ta' salvagwardja 60. Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jirrikjedu lil istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li twettaq kwalunkwe mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(1)(a) sa (d) u, fl-istess ħin, tkun involuta f’attivitajiet oħra ta’ negozju msemmija fl-Artikolu 8(1), biex jissalvagwardjaw fondi li ġew irċevuti mill-utenti tas-servizz tal-ħlas jew permezz ta' fornitur ieħor tas-servizz tal-ħlas għall-eżekuzzjoni ta' transazzjonijiet ta' ħlas, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2007/64/KE. 61. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li ma jkunux involuti f'attivitajiet oħrajn ta' negozju msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) sa (d) għandhom ukoll jikkonformaw mar-rekwiżitit ta' salvagwardja taħt il-paragrafu (1) ta' dan l-Artikolu. Artikolu 10Eżenzjonijiet fakultattivi 62. Bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 20, 22, 23 u 24 tad-Direttiva 2007/64/KE, l-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetneti tagħhom li jirrinunzjaw l-applikazzjoni ta’ kull jew parti mill-proċeduri u mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3, 6, 7 u 9 ta’ din id-Direttiva, u jippermettu lill-persuni ġuridiċi jitniżżlu f'reġistru għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi jekk ir-rekwiżiti kollha li ġejjin ikunu ntlaħqu: 63. il-medja tal-ammont totali ta' transazzjonijiet ta' ħlas imwettqa mill-persuna kkonċernata fit-tnax-il xahar preċedenti, inkluż kwalunkwe aġent li għalih jassumi responsabbiltà sħiħa, ma jaqbiżx EUR 3 miljun kull xahar. 64. ħadd mill-persuni fiżiċi responsbbli mill-ġestjoni jew mit-tħaddim tan-negozju ma jkun ġie kkundannat għal reati relatati ma' ħasil ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu jew reati finanzjarji oħra. Ir-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-ammont totali pproġettat tal-vloum tal-ħlas fil-pjan ta' negozju tiegħu, sakemm ma jkunx mitlub aġġustament lil dak il-pjan mill-awtoritajiet kompetenti. 65. Kwalunke persuna fiżika jew ġuridika rreġistrata skond il-paragrafu 1 għandha jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Istat Membru li fih fil-prattika twettaq in-negozju tagħha. 66. Il-persuni ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ttrattati bħala istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi. Madankolu, l-Artikoli 10(9) u 25 tad-Direttiva 2007/64/KE m’għandhomx japplikaw għalihom. 67. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li kwalunkwe persuna ġuridika rreġistrata skont il-paragrafu 1 tista' tinvolvi ruħha biss f'xi wħud mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 8(1). 68. Il-persuni ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni tagħhom li hija rilevanti għall-kundizzjonijiet speċifikati f'dak il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 4 ma jiġux sodisfatti aktar, il-persuni konċernati għandhom ifittxu l-awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum tal-kalendarju skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3. Kwalunkwe minn dawn il-persuni li ma fittxewx l-awtorizzazzjoni fi żmien dan il-perjodu għandhom jiġu pprojbiti, skont l-Artikolu 4, milli joħorġu flus elettroniċi. 69. Dan l-Artikolu m'għandux jiġi applikat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/60/KE jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' kontra l-ħasil tal-flus. TITOLU III MIŻURI TA' IMPLIMENTAZZJONI Artikolu 11 Miżuri ta’ implimentazzjoni 70. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri li ġejjin: 71. miżuri sabiex taġġorna l-ammonti speċifikati fl-Artikolu 10 sabiex titqies l-inflazzjoni: 72. miżuri sabiex tiġi żgurata applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; 73. miżuri sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. 74. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12. Artikolu 12Kumitat 75. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Ħlasijiet stabbilit skont l-Artikolu 85 tad-Direttiva 2007/64/KE. 76. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. TITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI Artikolu 13 Armonizzazzjoni sħiħa L-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet għajr dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. Artikolu 14Reviżjoni Mhux aktar tard minn [tliet snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni fl-Artikolu 18(1)], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Bank Ċentrali Ewropew rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta' din id-Direttiva, partikolarment dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, akkumpanjati, fejn xieraq, minn proposta għar-reviżjoni tagħha. Artikolu 15Dispożizzjonijiet tranżitorji 77. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-ħlas li jkunu bdew l-attività tagħhom skont id-dipożizzjonijiet li jimplimentaw id-Direttiva 2000/46/KE fl-Istat Membru li fih kellhom l-uffiċju ewlieni, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, li jkomplu l-attivitajiet tagħhom mingħajr l-awtorizzazzjoni pprovduta fl-Artikolu 3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lil dawk l-istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi li jissottomettu l-informazzjoni kollha relevanti lill-awtoritajiet kompetenti sabiex dawn ikunu jistgħu jivvalutaw, fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-disposizzjonijiet taħt l-Artikolu 11, jekk l-istituzzjonijiet ikunux konformi mar-rekwiżiti insewgitu għal din id-Direttiva u, jekk le, liema miżuri jkunu meħtieġa li jittieħdu sabiex tkun assigurata l-konformità, jew jekk it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tkunx xierqa. Istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jkunu konformi għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni u jiddaħħlu fir-reġistru. Jekk il-konformità ma tintlaħaqx fi żmien xitt xhur minn [l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva], l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kkonċernati għandhom ikunu pprojbiti milli joħoru flus elettroniċi. 78. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandha tingħata awtomatikament l-awtorizzazzjoni u tiddaħħal fir-reġistru previst fl-Artikolu 3 jekk l-awtoritajiet kompetenti diġà jkollhom evidenza li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3, 6 u 7 huma rrispettati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi inkwistjoni qabel tingħata l-awtorizzazzjoni. 79. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-persuni ġuridiċ li jkunu bdew l-attività tagħhom bħala entitajiet taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/46/KE qabel [id-data tal-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni], li jkomplu l-attivitajiet tagħhom fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat sa [12-il xahar wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni], mingħajr ma jfittxu l-awtorizzazzjoni pprovduta fl-Artikolu 3. L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li, waqt dak il-perjodu, ma jkunu la ġew awtorizzati u lanqas rinunzjati fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 10, għandhom ikunu ppojbiti milli joħorġu flus elettroniċi. Artikolu 16Emenda lid-Direttiva 2005/60/KE 80. L-Artikolu 11(5)(d) tad-Direttiva 2005/60/KE jinbidel b’dan li ġej: ‘(d) flus elettroniċi, kif definiti fl-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2009/../KE (*), fejn, jekk ma jkunx possibbli li jerġa' jiġi ċċarġjat, l-ammont massimu maħżun elettronikament fl-apparat ma jkunx ta’ aktar minn [EUR 500], jew meta, ikun possibbli li jerġa jiġi ċċarġjat, limitu ta' [EUR 3 000] ikun impost fuq l-ammont totali tranżatt f’sena kalendarja, ħlief meta ammont ta’ [EUR 1 000] jew aktar jinfeda f’dik l-istess sema kalendarja mid-detnetur kif imsemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/.../KE'. (*) Ġ.U. Artikolu 17Emendi għad-Direttiva 2006/48/KE 81. L-Artikolu 4 huwa mibdul kif ġej: 82. Il-punt 1(b) hu sostitwit b’li ġej: “(1) ‘istituzzjoni ta' kreditu’ tfisser impriża li n-negozju tagħha huwa li tirċievi depositi jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku u li tikkonċedi krediti għaliha nnifisha;” 83. Il-punt (5) huwa sostitwit b'dan li ġej: (5) ‘istituzzjoni finanzjarja’ għandha tfisser impriża apparti minn istituzzjoni ta' kreditu, li l-attività ewlenija tagħha hija li takkwista parteċipazzjonijiet (holdings) jew li twettaq xi waħda jew aktar mill-attivitajiet stipulati fil-punti 2 sa 12 u 15 tal-Anness I.’ 84. Il-punt 15 li ġej hu miżjud mal-Anness I: ‘15. Il-ħruġ ta’ flus elettroniċi’. Artikolu 18Revoka Id-Direttiva 2000/46/KE għandha tiġi revokata b'seħħ minn [id-data tal-iskadenza għat-traspożizzjoni fl-Artikolu 19(1)].. Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom ikunu interpretati bħala li qegħdin jirreferu għal din id-Direttiva. Artikolu 19Traspożizzjoni 85. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [...], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni, t-test ta’ dawk il-proviżjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn […]. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza. 86. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 20 Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 21 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kummissjoni Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39. [2] SEC(2006) 1049, http://ec.europa.eu/internal_market/bank/docs/e-money/working-document_en.pdf. [3] ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1. [4] [5] [6] SEC(2006) 1049, 19.7.2006, http://ec.europa.eu/internal_market/bank/docs/e-money/working-document_en.pdf. [7] Ara n-nota 5 f’qiegħ il-paġna. [8] ĠU C [...], p. [...]. [9] ĠU C [...], p. [...]. [10] ĠU C [...], p. [...]. [11] ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39. [12] SEC(2006) 1049, 19.7.2006. [13] ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1. [14] ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15. [15] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.