EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R0251

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/251 tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum CNCM I-3235, tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 11672/CNCM I-3736, tal-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237, tal-Pediococcus acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622, tal-Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455, tal-Acidipropionibacterium acidipropionici CNCM I-4661, tal-Lentilactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323, tal-Lentilactobacillus hilgardii CNCM I-4785 u tal-Lentilactobacillus buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012, (UE) Nru 1119/2012, (UE) Nru 1113/2013 u (UE) Nru 304/2014 u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2012 u (UE) 2019/764

C/2024/116

ĠU L, 2024/251, 17.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/251/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/251/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/251

17.1.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/251

tas-16 ta’ Jannar 2024

dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum CNCM I-3235, tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 11672/CNCM I-3736, tal-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237, tal-Pediococcus acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622, tal-Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455, tal-Acidipropionibacterium acidipropionici CNCM I-4661, tal-Lentilactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323, tal-Lentilactobacillus hilgardii CNCM I-4785 u tal-Lentilactobacillus buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012, (UE) Nru 1119/2012, (UE) Nru 1113/2013 u (UE) Nru 304/2014 u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2012 u (UE) 2019/764

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Il-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactiplantibacillus plantarum) CNCM I-3235 u tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 11672/CNCM I-3736 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus plantarum CNCM MA 18/5U) ġew awtorizzati għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1065/2012 (2).

(3)

Il-preparazzjoni tal-Pediococcus pentosaceus CNCM I-3237 ġiet awtorizzata għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2014 (3).

(4)

Il-preparazzjonijiet tal-Pediococcus acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M — DSM 11673) u tal-Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455, ġew awtorizzati għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2012 (4).

(5)

Il-preparazzjoni tal-Acidipropionibacterium acidipropionici CNCM I-4661 (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Propionibacterium acidipropionici CNCM MA 26/4U) ġiet awtorizzata għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 990/2012 (5).

(6)

Il-preparazzjoni tal-Lentilactobacillus buchneri (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus buchneri) NCIMB 40788/CNCM I-4323 ġiet awtorizzata għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1113/2013 (6).

(7)

Il-preparazzjoni tal-Lentilactobacillus hilgardii (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus hilgardii) CNCM I-4785 u tal-Lentilactobacillus buchneri (li qabel kien identifikat b’mod tassonomiku bħala Lactobacillus buchneri) CNCM I-4323/NCIMB 40788, ġiet awtorizzata għal perjodu ta’ 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/764 (7).

(8)

F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum CNCM I-3235, tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 11672/CNCM I-3736, tal-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237, tal-Pediococcus acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622, tal-Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455, tal-Acidipropionibacterium acidipropionici CNCM I-4661, tal-Lentilactobacillus. buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323 u tal-Lentilactobacillus hilgardii CNCM I-4785 u tal-Lentilactobacillus. buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, fejn intalab li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”. Ma’ din l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament.

(9)

Fl-opinjoni tagħha tal-31 ta’ Jannar 2023 (8), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparazzjonijiet imsemmija hawn fuq għadhom sikuri għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent skont il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni eżistenti. Ikkonkludiet ukoll li jenħtieġ li l-addittivi jitqiesu bħala sensitizzaturi respiratorji. Fin-nuqqas ta’ data, ma setgħet tintlaħaq l-ebda konklużjoni dwar is-sensitizzazzjoni tal-ġilda, u l-potenzjal tal-addittivi li jirritaw il-ġilda u l-għajnejn tal-addittivi, ħlief għall-Pediococcus acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622 li jitqies bħala mhux irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn. Hija kkonkludiet ukoll li mhux meħtieġ li tiġi vvalutata l-effikaċja tal-addittiv fil-kuntest tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni.

(10)

Il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 deherlu li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu fil-valutazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-metodu ta’ analiżi tal-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum CNCM I-3235, tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 11672/CNCM I-3736, tal-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237, tal-Pediococcus acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622, tal-Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455, tal-Acidipropionibacterium acidipropionici CNCM I-4661, tal-Lentilactobacillus. buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323 u tal-Lentilactobacillus hilgardii CNCM I-4785 u tal-Lentilactobacillus. buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788, bħala addittivi tal-għalf fil-kuntest tal-awtorizzazzjonijiet preċedenti huma validi u japplikaw għal din l-applikazzjoni. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (9), mhux meħtieġ rapport ta’ evalwazzjoni tal-Laboratorju ta’ Referenza.

(11)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni jidhrilha li l-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum CNCM I-3235, tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 11672/CNCM I-3736, tal-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237, tal-Pediococcus acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622, tal-Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455, Acidipropionibacterium acidipropionici CNCM I-4661, tal-Lentilactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323 u tal-Lentilactobacillus hilgardii CNCM I-4785 u tal-Lentilactobacillus. buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788 jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-addittivi tiġġedded. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jidhrilha li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv.

(12)

Minħabba t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum CNCM I-3235, tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 11672/CNCM I-3736, tal-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237, tal-Pediococcus acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622, tal-Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455, tal-Acidipropionibacterium acidipropionici CNCM I-4661, tal-Lentilactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323 u tal-Lentilactobacillus hilgardii CNCM I-4785 u tal-Lentilactobacillus buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788 bħala addittivi tal-għalf, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012, (UE) Nru 1119/2012, (UE) Nru 1113/2013 u (UE) Nru 304/2014 jiġu emendati u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2012 u (UE) 2019/764 jenħtieġ li jitħassru.

(13)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum CNCM I-3235, tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 11672/CNCM I-3736, tal-Pediococcus acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622, tal-Acidipropionibacterium acidipropionici CNCM I-4661, tal-Lentilactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323 u tal-Lentilactobacillus hilgardii CNCM I-4785 u tal-Lentilactobacillus buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788, fir-rigward tal-bidla tassonomika tal-mikroorganiżmi li jinsabu fihom, jixraq li jiġi previst perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mit-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tiġdid tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, li jagħmlu parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u l-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, jiġġeddu soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1065/2012, jitħassru l-entrata 1k20717 dwar il-Lactobacillus plantarum (CNCM I-3235) u l-entrata 1k20722 dwar il-Lactobacillus plantarum (CNCM MA 18/5U).

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1119/2012

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1119/2012, jitħassru l-entrata 1k2104 dwar il-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M DSM 11673 u l-entrata 1k2106 dwar il-Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455.

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1113/2013

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1113/2013, titħassar l-entrata 1k20739 dwar il-Lactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 304/2014

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 304/2014, titħassar l-entrata 1k21009 dwar il-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237.

Artikolu 6

T ħassir tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2012 u (UE) 2019/764

Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2012 u (UE) 2019/764 jitħassru.

Artikolu 7

Miżuri tranżizzjonali

Il-preparazzjonijiet tal-Lactiplantibacillus plantarum CNCM I-3235, tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 11672/CNCM I-3736, tal-Pediococcus acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622, tal-Acidipropionibacterium acidipropionici CNCM I-4661, tal-Lentilactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323 u tal-Lentilactobacillus hilgardii CNCM I-4785 u tal-Lentilactobacillus buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788 speċifikati fl-Anness, u l-għalf li jkun fih dawn il-preparazzjonijiet, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta’ Frar 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta’ Frar 2024 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u użati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1065/2012 tat-13 ta’ Novembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta’ Lactobacillus plantarum (DSM 23375, CNCM I-3235, DSM 19457, DSM 16565, DSM 16568, LMG 21295, CNCM MA 18/5U, NCIMB 30094, VTT E-78076, ATCC PTSA-6139, DSM 18112, DSM 18113, DSM 18114, ATCC 55943 u ATCC 55944) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 314, 14.11.2012, p. 15).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 304/2014 tal-25 ta’ Marzu 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Enterococcus faecium NCIMB 10415, l-Enterococcus faecium DSM 22502 u l-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237 bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi tal-annimali (ĠU L 90, 26.3.2014, p. 8).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2012 tad-29 ta’ Novembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M DSM 11673, Pediococcus pentosaceus DSM 23376, NCIMB 12455 u NCIMB 30168, Lactobacillus plantarum DSM 3676 u DSM 3677 u Lactobacillus buchneri DSM 13573 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (ĠU L 330, 30.11.2012, p. 14).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 990/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Propionibacterium acidipropionici (CNCM MA 26/4U) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 297, 26.10.2012, p. 15).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1113/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 40027, il-Lactobacillus buchneri DSM 22501, il-Lactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323, il-Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138, u l-Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha (ĠU L 298, 8.11.2013, p. 29).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/764 tal-14 ta’ Mejju 2019 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni tal-Lactobacillus hilgardii CNCM I-4785 u tal-Lactobacillus buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimal (ĠU L 126, 15.5.2019, p. 1).

(8)   EFSA Journal 2023;21(2):7865.

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20717

Lactiplantibacillus plantarum CNCM I-3235

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactiplantibacillus plantarum CNCM I-3235 li fiha minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Lactiplantibacillus plantarum CNCM I-3235

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni: Metodu tat-tifrix: EN 15787

Identifikazzjoni: Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) – CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 2 × 107 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

Is-6 ta’ Frar 2034


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20722

Lactiplantibacillus. plantarum DSM 11672/CNCM I-3736

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 11672/CNCM I-3736 li fiha minimu ta’ 2 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactiplantibacillus plantarum DSM 11672/CNCM I-3736

Metodu analitiku  (2)

Enumerazzjoni: Metodu tat-tifrix: EN 15787

Identifikazzjoni: Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) – CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

Is-6 ta’ Frar 2034


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k21009

Pediococcus acidilactici CNCM I-3237

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237 li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Pediococcus acidilactici CNCM I-3237

Metodu analitiku  (3)

Enumerazzjoni: Metodu tat-tifrix: EN 15786

Identifikazzjoni: Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) – CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 5 × 107 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda

Is-6 ta’ Frar 2034

1k2104

Pediococcus acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Pediococcus acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622 li fiha minimu ta’ 3 × 109 CFU/g ta’ addittiv.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Pediococcus. acidilactici DSM 11673/CNCM I-4622

Metodu analitiku  (3)

Enumerazzjoni: Metodu tat-tifrix: EN 15786

Identifikazzjoni: Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) – CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 3 × 107 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs u għall-ġilda.

Is-6 ta’ Frar 2034


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k2106

Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455 li fiha minimu ta’ 3 x109 CFU/g ta’ addittiv

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus pentosaceus NCIMB 12455

Metodu analitiku  (4)

Enumerazzjoni: Metodu tat-tifrix: EN 15786

Identifikazzjoni: Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) – CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 3 × 107 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

Is-6 ta’ Frar 2034


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k2111

Acidipropionibacterium acidipropionici CNCM I-4661

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Acidipropionibacterium acidipropionici CNCM I-4661 li fiha minimu ta’ 1 × 108 CFU/g ta’ addittiv

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Acidipropionibacterium acidipropionici CNCM I-4661

Metodu analitiku  (5)

Enumerazzjoni: Metodu tat-tifrix: EN 15787

Identifikazzjoni: Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) – CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

Is-6 ta’ Frar 2034


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20739

Lentilactobacillus. buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lentilactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323 li fiha minimu ta’ 3 × 109 CFU/g ta’ addittiv

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lentilactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323

Metodu analitiku  (6)

Enumerazzjoni: Metodu tat-tifrix: EN 15787

Identifikazzjoni: Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) – CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

Is-6 ta’ Frar 2034


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ

1k20757

Lentilactobacillus hilgardii CNCM I-4785 u Lentilactobacillus. buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lentilactobacillus hilgardii CNCM I-4785 u tal-Lentilactobacillus buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788 li fiha minimu ta’ 1,5 × 1011 CFU/g ta’ addittiv (proporzjon ta’ 1:1)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lentilactobacillus hilgardii CNCM I-4785 u tal-Lentilactobacillus buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788

Metodu analitiku  (7)

Enumerazzjoni: Metodu tat-tifrix: EN 15787

Identifikazzjoni: Elettroforeżi fuq ġell f’Kamp Pulsat (PFGE) – CEN/TS 17697 jew metodi ta’ sekwenzjar tad-DNA

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tas-silaġġ: 3 × 108 CFU/kg (L. hilgardii CNCM I-4785 u L. buchneri CNCM I-4323/NCIMB 40788 fi proporzjon ta’ 1:1) ta’ materjal frisk faċli u moderatament diffiċli li jiġi insilat (8).

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali għan-nifs, għall-għajnejn u għall-ġilda.

Is-6 ta’ Frar 2034


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(4)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(5)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(6)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(7)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en

(8)  Foraġġ faċli li jiġi insilat: > 3 % karboidrati solubbli fil-materjal frisk. Foraġġ moderatament diffiċli li jiġi insilat: 1,5-3,0 % karboidrati solubbli fil-materjal frisk. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1)


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/251/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top