EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2473

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2473 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

C/2022/9139

ĠU L 327, 21/12/2022, p. 82–139 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/12/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2473/oj

21.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/82


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2473

tal-14 ta’ Diċembru 2022

li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1) (“ir-Regolament (UE) 2015/1588”), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1), punti (a) (i),(ii), (vi), (vii) u (x) tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament (2),

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Il-finanzjament mill-Istat li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u jirrikjedi notifika lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-Artikolu 108(3) tiegħu. Madankollu, skont l-Artikolu 109 tat-TFUE, il-Kunsill jista’ jiddetermina l-kategoriji tal-għajnuna li huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ta’ notifika. F’konformità mal-Artikolu 108(4) tat-TFUE, il-Kummissjoni tista’ tadotta regolamenti li jirrigwardjaw dawk il-kategoriji ta’ għajnuna.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tiddikjara, skont l-Artikolu 109 tat-TFUE, li ċerti kategoriji tal-għajnuna jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika b'ċerti kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għal impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura f’bosta deċiżjonijiet. Hija ddikjarat ukoll il-politika tagħha f'linji gwida speċifiċi għal dak is-settur. Fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, huwa xieraq li l-Kummissjoni tkompli tagħmel użu mis-setgħat mogħtija mir-Regolament (UE) 2015/1588. Għalhekk, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll l-għajnuna mogħtija lill-impriżi attivi f’dawk l-oqsma indipendentement mid-daqs tal-impriża benefiċjarja biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali, l-għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, l-għajnuna għall-innovazzjoni u l-għajnuna għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u tal-ilma ħelu jenħtieġ li tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mhux soġġetta għar-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. L-eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ notifika jenħtieġ li tapplika wkoll għal għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata mill-imġiba tal-annimali protetti indipendentement mid-daqs tal-benefiċjarju tal-għajnuna bħala miżura ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u tal-ilma ħelu. Ir-Regolament (UE) 2015/1588 ma jagħtix is-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara, skont l-Artikolu 109 tat-TFUE, li l-għajnuna mill-Istat lil korpi tal-liġi pubblika, awtoritajiet pubbliċi jew organizzazzjonijiet pubbliċi jew semi-pubbliċi tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika.

(3)

Huwa xieraq li jkompli jsir użu mis-setgħat mogħtija mir-Regolament (UE) 2015/1588 sabiex tiġi eżentata l-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali li tingħata lill-impriżi indipendentement mid-daqs tal-benefiċjarju.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2015/1588 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li teżenta l-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fis-sajd mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Abbażi ta’ tali għoti tas-setgħa, dan ir-Regolament jistabbilixxi kundizzjonijiet ċari ta’ kompatibbiltà għal din il-kategorija ta’ għajnuna u jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu biex jinkludi l-għajnuna li tingħata lill-impriżi indipendentement mid-daqs tal-benefiċjarju.

(5)

Il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura hija vvalutata mill-Kummissjoni abbażi tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (“PKS”), kif stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Fl-interess tal-koerenza mal-miżuri ta’ appoġġ iffinanzjati mill-Unjoni, l-intensità massima tal-għajnuna pubblika permessa skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun ugwali għal dik stabbilita għall-istess tip ta’ għajnuna fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(6)

Huwa essenzjali li ma tingħata l-ebda għajnuna f’ċirkostanzi fejn id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, ir-regoli tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ma jiġux irrispettati. Għalhekk, għajnuna tista’ tingħata biss minn Stat Membru fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, jekk il-miżuri ffinanzjati u l-effetti tagħhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni.

(7)

Dan ir-Regolament għandu jippermetti prijoritizzazzjoni aħjar tal-attivitajiet ta' infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u aktar simplifikazzjoni, u għandu jżid it-trasparenza, l-evalwazzjoni effettiva u l-kontroll tal-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni, filwaqt li jżomm il-kompetenzi istituzzjonali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(8)

Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu definiti abbażi ta’ sett ta’ prinċipji komuni li jiżguraw li l-għajnuna tiffaċilita l-iżvilupp ta’ attività ekonomika, ikollha effett ta’ inċentiv ċar, tkun meħtieġa, xierqa u proporzjonata, tingħata bi trasparenza sħiħa u tkun soġġetta għal mekkaniżmu ta’ kontroll u evalwazzjoni regolari, u ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li tmur kontra l-interess komuni.

(9)

L-għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi għall-kategoriji rilevanti tal-għajnuna, jenħtieġ li titqies bħala kompatibbli mas-suq intern u tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika stipulat fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

(10)

L-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn Regolamenti oħrajn adottati skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1588 tibqa’ soġġetta għar-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jinnotifikaw l-għajnuna potenzjalment koperta minn dan ir-Regolament. L-għajnuna ta’ dan it-tip jenħtieġ li tiġi vvalutata fid-dawl tal-linji gwida għall-eżami tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (5).

(11)

Dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplika għall-għajnuna kontinġenti fuq l-użu ta’ prodotti domestiċi fuq dawk importati jew għall-għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni. B'mod partikolari, huwa ma għandux japplika għall-għajnuna li tiffinanzja t-twaqqif u t-tħaddim ta' network ta' distribuzzjoni fi Stati Membri jew pajjiżi terzi oħra. L-għajnuna għall-kost tal-parteċipazzjoni f'fieri kummerċjali jew għall-kost għal studji jew servizzi ta' konsulenza meħtieġa għat-tnedija ta' prodott ġdid jew eżistenti f'suq ġdid fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz normalment ma għandiex tikkostitwixxi għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni.

(12)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-għajnuna awtorizzata ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali tant li tmur kontra l-interess komuni. Għalhekk, għajnuna favur impriża li hija soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna bħala illegali u inkompatibbli mas-suq intern jenħtieġ li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ skemi ta’ għajnuna li jagħmlu tajjeb għall-ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali jew minn avvenimenti klimatiċi negattivi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali. Barra minn hekk, peress li jkun jikkawża piż amministrattiv żejjed li jiġu identifikati benefiċjarji individwali li jipparteċipaw fi proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità (“CLLD”), jenħtieġ li din l-eċċezzjoni tapplika wkoll għal għajnuna ta’ ammont limitat għal SMEs li jipparteċipaw fi proġetti CLLD.

(13)

L-għajnuna mogħtija lil impriżi f’diffikultà jenħtieġ li fil-prinċipju tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, billi tali għajnuna jenħtieġ li tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (6). Madankollu, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti fejn xieraq ċerti eċċezzjonijiet minn din ir-regola. Bħala eċċezzjoni, tali għajnuna tista’ tingħata skont dan ir-Regolament sabiex tikkumpensa għall-kostijiet tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali, tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew minn ċerti avvenimenti klimatiċi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal impriżi f’diffikultà f’każijiet ta’ għajnuna lill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti CLLD jew li jibbenefikaw minnhom, fejn ikun diffiċli li jiġu identifikati impriżi benefiċjarji individwali ta’ skemi bħal dawn. Sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali, ikun xieraq li jiġu stabbiliti kriterji ċari biex jiġi ddeterminat jekk impriża hijiex meqjusa li tinsab f’diffikultà għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(14)

L-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jiddependi ħafna mill-kooperazzjoni tal-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża l-konformità ta’ għajnuna individwali mogħtija skont dan ir-Regolament.

(15)

Fid-dawl tal-ħtieġa li jintlaħaq il-bilanċ xieraq bejn il-minimizzazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur megħjun u l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, dan ir-Regolament ma jenħtieġx li jeżenta għajnuna individwali li taqbeż ammont massimu fiss, kemm jekk magħmula taħt skema ta’ għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament kif ukoll jekk le.

(16)

Għall-fini ta’ trasparenza, trattament ugwali u monitoraġġ effettiv, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għal għajnuna li fir-rigward tagħha jkun possibbli li tiġi kkalkolata bi preċiżjoni l-għotja grossa ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).

(17)

Dan ir-Regolament m'għandux jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom ċerti strumenti speċifiċi tal-għajnuna, bħas-self, il-garanziji, il-miżuri fiskali, u b'mod partikolari, il-ħlasijiet bil-quddiem li jitħallsu lura, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala trasparenti. L-għajnuna inkluża f’garanziji jenħtieġ li titqies bħala trasparenti, jekk l-ekwivalenti tal-għotja grossa tkun ġiet ikkalkolata abbażi ta’ primjums fil-limitu ta’ eżenzjoni stabbiliti għat-tip rispettiv ta’ impriża. Fil-każ tal-SMEs, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (7) jindika livelli ta’ primjum annwali li ’l fuq minnhom garanzija tal-Istat titqies li ma tikkostitwixxix għajnuna. Għal finijiet ta' dan ir-Regolament, injezzjonijiet tal-kapital u miżuri tal-kapital tar-riskju m'għandhomx jitqiesu bħala għajnuna trasparenti.

(18)

Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tkun neċessarja u taġixxi bħala inċentiv biex jiġu żviluppati aktar l-attivitajiet jew il-proġetti, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-għajnuna għal attivitajiet li fi kwalunkwe każ l-impriża benefiċjarja tieħu sehem fihom anki fin-nuqqas tal-għajnuna. L-għajnuna jenħtieġ li tkun eżentata biss mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fejn l-attività jew il-ħidma fuq il-proġett megħjun tibda wara li l-impriża benefiċjarja tkun issottomettiet applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna.

(19)

Fir-rigward ta’ kull għajnuna ad hoc koperta minn dan ir-Regolament mogħtija lil benefiċjarju li huwa intrapriża kbira, jenħtieġ li l-Istat Membru, minbarra l-kundizzjonijiet dwar l-effett ta’ inċentiv applikabbli għall-SMEs, jiżgura wkoll li l-benefiċjarju jkun analizza, f’dokument intern, il-vijabbiltà tal-proġett jew attività megħjuna kemm bl-għajnuna kif ukoll mingħajrha. Jenħtieġ li l-Istat Membru jivverifika li dan id-dokument intern jikkonferma żieda materjali fl-ambitu tal-proġett jew attività, żieda materjali fl-ammont totali minfuq mill-benefiċjarju fuq il-proġett megħjun jew attività jew żieda materjali fil-ħeffa tat-tlestija tal-proġett jew attività kkonċernat/a. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jiġi stabbilit l-effett ta’ inċentiv abbażi tal-fatt li, fin-nuqqas tal-għajnuna, il-proġett ta’ investiment jew l-attività ma kinux isiru bħala tali fiż-żona rurali kkonċernata.

(20)

L-iskemi ta' għajnuna awtomatiċi fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa għandhom jibqgħu soġġetti għal kundizzjoni speċifika fir-rigward tal-effett ta' inċentiv, minħabba li din it-tip ta' għajnuna tingħata skont proċeduri differenti minn dik li taqa' f'kategoriji oħrajn. Skemi bħal dawn għandhom jiġu adottati qabel ma jkun beda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna. Madankollu, din il-kundizzjoni m'għandhiex tapplika fil-każ ta' skemi fiskali suċċessivi sakemm l-attività ma kinitx diġà koperta mill-iskemi fiskali preċedenti fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa. Għall-valutazzjoni tal-effett ta' inċentiv ta' skemi bħal dawn, il-waqt kruċjali huwa l-mument meta l-miżura fiskali tkun ġiet stabbilita għall-ewwel darba fl-iskema oriġinali, li mbagħad tkun inbidlet bl-iskema suċċessiva.

(21)

Għall-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna, il-kostijiet eliġibbli biss għandhom jiġu inklużi. Dan ir-Regolament m'għandux jeżenta għajnuna li taqbeż l-intensità rilevanti tal-għajnuna minħabba li fiha jkunu ġew inklużi kostijiet ineliġibbli. Mal-identifikazzjoni tal-kostijiet eliġibbli għandu jkun hemm provi dokumentarji ċari, speċifiċi u aġġornati. Iċ-ċifri kollha użati għandhom jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta' taxxa jew imposti oħra. L-għajnuna li titħallas f'diversi ħlasijiet parzjali għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Il-kostijiet eliġibbli wkoll għandhom jiġu skontati għall-valur tagħhom fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għall-finijiet ta’ skontar u għall-kalkolu tal-ammont ta’ għajnuna fil-każ ta’ għajnuna li ma tiħux il-forma ta’ għotja jenħtieġ li tkun, rispettivament, ir-rata ta’ skont u r-rata ta’ referenza applikabbli fiż-żmien tal-għotja, kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jintuża sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta’ referenza u ta’ skont (8). Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa, il-ħlasijiet parzjali tal-għajnuna għandhom ikunu skontati abbażi tar-rati tal-iskont applikabbli fid-diversi dati li fihom jidħlu fis-seħħ il-benefiċċji fuq it-taxxa. L-użu ta' għajnuna f'forma ta' ħlasijiet bil-quddiem li jitħallsu lura għandu jiġi promoss, peress li dawn l-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju jwasslu għat-tisħiħ tal-effett ta' inċentiv tal-għajnuna. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi stabbilit li meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta' ħlas bil-quddiem li jitħallas lura, l-intensità tal-għajnuna applikabbli msemmija f'dan ir-Regolament tista' tiżdied.

(22)

Fil-każ tal-benefiċċji fuq it-taxxa fuq it-taxxi futuri, jista' jkun li r-rata ta' skont applikabbli u l-ammont eżatt tal-ħlasijiet parzjali tal-għajnuna ma jkunux magħrufa minn qabel. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu minn qabel limitu massimu fuq il-valur skontat tal-għajnuna li jirrispetta l-intensità applikabbli tal-għajnuna. Imbagħad, meta jsir magħruf l-ammont tal-ħlas parzjali tal-għajnuna f'data partikolari, l-iskontar jista' jsir abbażi tar-rata ta' skont applikabbli f'dak iż-żmien. Il-valur skontat ta’ kull porzjon ta’ għajnuna jenħtieġ li jitnaqqas mill-ammont globali tal-ammont limitat.

(23)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-limiti ta’ notifika u l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament humiex irrispettati, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat l-ammont totali ta’ għajnuna mill-Istat għall-attività jew għall-proġett megħjuna. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jiġu akkumulati kategoriji differenti tal-għajnuna. L-għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament u kwalunkwe għajnuna kompatibbli oħra eżentata skont regolamenti oħrajn jew approvata mill-Kummissjoni jistgħu jiġu akkumulati, sakemm dawk il-miżuri jkunu jikkonċernaw kostijiet eliġibbli identifikabbli differenti. Meta sorsi differenti tal-għajnuna jkunu relatati mal-istess kostijiet eliġibbli identifikabbli li – jikkoinċidu parzjalment jew għal kollox, – għandha tkun permessa akkumulazzjoni sal-ogħla intensità tal-għajnuna jew sal-ogħla ammont tal-għajnuna applikabbli għal dik l-għajnuna skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli speċjali għall-akkumulazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna mal-għajnuna de minimis. L-għajnuna de minimis ħafna drabi ma tingħatax jew ma tiġix attribwita għal kostijiet eliġibbli identifikabbli speċifiċi. F’każ bħal dan, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi akkumulata liberament l-għajnuna de minimis mal-għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament. Madankollu, meta l-għajnuna de minimis tingħata għall-istess kostijiet eliġibbli identifikabbli bħala għajnuna mill-Istat eżentata skont dan ir-Regolament, l-akkumulazzjoni jenħtieġ li tkun permessa biss sal-intensità massima tal-għajnuna msemmija fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.

(24)

Minħabba li, fil-prinċipju, l-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE hija pprojbita, huwa importanti li jkun jista’ jiġi vverifikat jekk għajnuna partikolari tingħatax f’konformità mar-regoli applikabbli. Għalhekk, it-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat hija essenzjali għall-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet tat-TFUE u twassal għal konformità aħjar, akkontabbiltà akbar, rieżami bejn il-pari u, fl-aħħar mill-aħħar, infiq pubbliku aktar effettiv. Biex jiżguraw it-trasparenza, l-Istati Membri għandhom jintalbu jistabbilixxu websites komprensivi dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell reġjonali jew nazzjonali, li jagħtu informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura tal-għajnuna li hija eżentata skont dan ir-Regolament. Dan l-obbligu għandu jkun kundizzjoni għall-kompatibbiltà tal-għajnuna individwali mas-suq intern. Skont il-prattika standard rigward il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fid-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jenħtieġ li jintuża format standard li jippermetti li l-informazzjoni tiġi mfittxija, titniżżel u tiġi ppubblikata faċilment fuq l-Internet. Il-ħoloq għall-websites tal-għajnuna mill-Istat tal-Istati Membri kollha għandhom jiġu ppubblikati fuq il-website tal-Kummissjoni. F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/1588, jenħtieġ li tiġi ppubblikata informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura eżentata skont dan ir-Regolament fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

(25)

Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv tal-miżuri ta’ għajnuna f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/1588, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti fir-rigward tar-rapportar mill-Istati Membri tal-miżuri ta’ għajnuna li jkunu ġew eżentati skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar ir-rekords li l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu fir-rigward tal-għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament, fid-dawl tal-perjodu ta’ limitazzjoni stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (10). Fl-aħħar nett, kull għajnuna individwali għandu jkun fiha referenza espliċita għal dan ir-Regolament.

(26)

Sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li tirtira l-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija għall-miżuri ta’ għajnuna futuri fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun kapaċi tirrestrinġi l-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija għal ċerti tipi ta’ għajnuna, ċerti impriżi benefiċjarji jew miżuri ta’ għajnuna adottati minn ċerti awtoritajiet, fejn in-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jaffettwa biss grupp limitat ta’ miżuri jew ċerti awtoritajiet. Irtirar immirat bħal dan għandu jipprovdi rimedju proporzjonat marbut direttament man-nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament identifikat.

(27)

Sabiex jiġu eliminati d-differenzi li jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn inizjattivi nazzjonali u tal-Unjoni differenti li jikkonċernaw l-SMEs, kif ukoll għal raġunijiet ta’ ċertezza amministrattiva u legali, id-definizzjoni ta’ SMEs użata għall-fini ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun ibbażata fuq id-definizzjoni fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (11).

(28)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri t-tipi ta’ għajnuna mogħtija fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura li ġew approvati sistematikament mill-Kummissjoni fil-passat. Din l-għajnuna ma jenħtieġx li tkun tirrikjedi valutazzjoni każ b’każ tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern mill-Kummissjoni, sakemm tkun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013 u (UE) 2021/1139 fejn applikabbli.

(29)

F’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 107(2) tat-TFUE, l-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali hija kompatibbli mas-suq intern. Biex ikun hemm iċ-ċertezza legali huwa neċessarju li jiġu ddefiniti t-tipi ta' avvenimenti li jistgħu jikkostitwixxu diżastru naturali eżentat b'dan ir-Regolament.

(30)

Is-sajd u l-akkwakultura huma setturi li huma speċifikament esposti għal avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali u ma’ mard tal-annimali. L-esperjenza turi li dawn is-setturi huma affettwati b’mod straordinarju minn tali avvenimenti u li s-sajjieda jġarrbu dannu konsiderevoli minnhom. Il-miżuri maħsuba biex jassiguraw u jikkumpensaw b’mod adegwat għal tali dannu huma meqjusa bħala għodda adatta biex jgħinu lill-impriżi jirkupraw minn tali dannu u, b’hekk, biex jibqgħu fin-negozju u, b’dak il-mod, jiżguraw l-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi f’dawk is-setturi.

(31)

Il-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi negattivi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali bħal maltempati, ġlata, silġ, xita jew nixfa severa, li jseħħu fuq bażi aktar regolari, ma jenħtieġx li titqies bħala diżastru naturali skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 107(2) tat-TFUE. Madankollu, sal-punt li l-impatt tagħhom fuq l-attività ekonomika jkun tali li dawn ikunu jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, l-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi negattivi jenħtieġ li titqies bħala kompatibbli mas-suq intern skont il-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE.

(32)

Sabiex jiġi żgurat li l-eżenzjoni tkopri l-għajnuna mogħtija biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali u avvenimenti klimatiċi negattivi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi, skont prattika stabbilita, il-kundizzjonijiet li taħthom tali għajnuna tista’ tibbenefika minn dik l-eżenzjoni ta’ kategorija. Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jkunu jirrigwardjaw, b’mod partikolari, ir-rikonoxximent formali mill-awtoritajiet tal-Istati Membri kompetenti tal-karattru tal-avveniment bħala diżastru naturali jew avvenimenti klimatiċi negattivi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali u ma’ rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali jew l-avveniment klimatiku negattiv u d-danni mġarrba mill-impriża benefiċjarja, li jistgħu jinkludu impriżi f’diffikultà, u jenħtieġ li jkun żgurat li jiġi evitat kumpens żejjed. Jenħtieġ li l-kumpens ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ sabiex l-impriża benefiċjarja tkun tista’ terġa’ lura għas-sitwazzjoni prevalenti qabel ma seħħ l-avveniment.

(33)

Is-sajd u l-akkwakultura huma setturi fejn ma hemmx inċentiv suffiċjenti biex isseħħ azzjoni individwali, minkejja l-fatt li r-riżultat ta’ azzjoni individwali kkombinata jikkorrispondi għall-ġid komuni tal-utenti kollha. Għal din ir-raġuni, l-għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar u l-iskemi ta’ kumpens fil-qafas tal-attivitajiet ta’ sajd sostenibbli, inkluż il-ġbir tal-iskart mill-baħar, jenħtieġ li titqies bħala kompatibbli mas-suq intern skont il-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE.

(34)

Dan ir-Regolament iqis is-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni kif rikonoxxut fl-Artikolu 349 tat-TFUE, li jipprevedi miżuri speċifiċi.

(35)

L-għajnuna mogħtija lill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti CLLD, ftit li xejn għandha impatt fuq il-kompetizzjoni, b’mod partikolari, fid-dawl tar-rwol pożittiv li l-għajnuna għandha għall-kondiviżjoni tal-għarfien, speċjalment għall-komunitajiet lokali, kif ukoll in-natura spiss kollettiva tal-għajnuna, u l-iskala relattivament żgħira tagħha. In-natura ta’ dawk il-proġetti hija integrata, b’diversi atturi u b’diversi setturi, u dan jista’ jwassal għal ċerti diffikultajiet għall-klassifikazzjoni tagħhom skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-muniċipalitajiet, min-natura tagħhom stess, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ SME (12). Madankollu, spiss ikollhom rwol vitali fl-organizzazzjoni u t-twettiq tal-proġetti tas-CLLD. Għalhekk, meta proġett tas-CLLD jitwettaq favur wieħed mill-objettivi previsti fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588, jenħtieġ li jkun possibbli li l-għajnuna lill-muniċipalitajiet fil-kuntest ta’ tali proġett tiġi eżentata bħala kategorija. Minħabba n-natura lokali tal-proġetti CLLD, magħżula abbażi ta’ strateġija pluriennali għall-iżvilupp lokali determinata u implimentata minn sħubija pubblika-privata u l-orjentazzjoni tagħhom lejn l-interess komunitarju, soċjali, ambjentali u klimatiku, dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza ċerti diffikultajiet iffaċċati mill-proġetti CLLD sabiex jiffaċilita l-konformità tagħhom mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dan jenħtieġ li japplika wkoll għall-muniċipalitajiet li jibbenefikaw direttament jew indirettament minn proġetti tas-CLLD, li jsegwu wieħed mill-objettivi previsti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1588.

(36)

Skont l-Artikolu 15(1)(f) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE(1) (13), l-Istati Membri jistgħu jintroduċu eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa applikabbli għas-sajd f'ilmijiet interni u xogħlijiet tal-pixxikultura. Għalhekk huwa xieraq li dawk il-miżuri jkomplu jiġu eżentati mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat fejn il-kundizzjonijiet previsti skont din id-Direttiva huma ssodisfati. Eżenzjonijiet tat-taxxa applikabbli għas-sajd fi ħdan ilmijiet tal-UE li l-Istati Membri għandhom jintroduċu skont l-Artikolu 14(1)(c) ta' dik id-Direttiva mhumiex imputabbli għall-Istat u għalhekk m'għandhomx jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(37)

Fid-dawl tal-esperjenza tal-Kummissjoni f’dan il-qasam, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jenħtieġ li jiġu riveduti perjodikament. Għalhekk, il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi limitat u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji. Wara li kkunsidrat il-fatt li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna skont dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib mal-kundizzjonijiet stabbiliti għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1139 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2027, huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi allinjat ma’ dak tal-FEMSA. Sabiex jiġu żgurati l-kontinwità u ċ-ċertezza legali matul fażi tranżizzjonali, huwa xieraq li dan ir-Regolament japplika sal-31 ta’ Diċembru 2029.

(38)

Jekk dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jiġi estiż, l-iskemi ta’ għajnuna diġà eżentati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu jiġu eżentati għal sitt xhur sabiex jiġu żgurati l-kontinwità u ċ-ċertezza legali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna mogħtija lil

(a)

intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(b)

il-muniċipalitajiet skont l-Artikolu 54 u 55; kif ukoll

(c)

portijiet tas-sajd, postijiet ta’ żbark, swali tal-irkant u postijiet ta’ kenn skont l-Artikolu 29

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal għajnuna mogħtija lil kwalunkwe impriża attiva fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għall-kwalunkwe mill-għanijiet li ġejjin u indipendentement mid-daqs tal-impriża li qed tibbenefika mill-għajnuna:

(a)

għat-tiswija tal-ħsara kkawżata minn diżastri naturali;

(b)

biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avveniment klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali;

(c)

biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti; kif ukoll

(d)

għall-innovazzjoni fis-sajd u l-akkwakultura.

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)

għajnuna li l-ammont tagħha jiġi ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq;

(b)

għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u t-tħaddim ta' network ta' distribuzzjoni jew ma' kostijiet oħra kurrenti marbutin mal-attività tal-esportazzjoni;

(c)

għajnuna li tiddependi mill-użu ta' prodotti domestiċi minflok dawk importati;

(d)

għajnuna ad hoc favur impriża msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;

(e)

għajnuna mogħtija għal operazzjonijiet jew nefqa

(i)

li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta’ bastiment tas-sajd;

(ii)

għall-akkwist ta' tagħmir li jżid il-kapaċità ta' bastiment tas-sajd li jsib il-ħut;

(iii)

għall-bini, l-akkwist jew l-importazzjoni ta' bastimenti tas-sajd, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 20;

(iv)

għat-trasferiment jew il-bdil tal-bandiera ta' bastimenti tas-sajd lil pajjiżi terzi, lanqas permezz tal-ħolqien ta' negozji bi sħab ma' persuni minn pajjiżi terzi;

(v)

għall-waqfien temporanju jew permanenti tal-attivitajiet tas-sajd;

(vi)

għas-sajd esploratorju;

(vii)

it-trasferiment tas-sjieda ta’ negozju sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 20;

(viii)

għar-riforniment dirett, ħlief jekk sperimentali;

(ix)

għall-kostruzzjoni ta’ portijiet ġodda jew swali tal-irkant ġodda;

(x)

għall-mekkaniżmi ta’ intervent fis-suq li l-għan tagħhom ikun li jirtiraw il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura mis-suq b’mod temporanju jew permanenti biex tonqos il-provvista ħalli ma jinżilx il-prezz jew biex jogħla l-prezz;

(xi)

għall-investimenti abbord bastimenti tas-sajd li jkunu meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni li jkunu fis-seħħ meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal għajnuna, inkluż ir-rekwiżiti skont l-obbligi tal-Unjoni fil-kuntest ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs);

(xii)

għall-investimenti abbord bastimenti tas-sajd li jkunu ilhom iwettqu attivitajiet tas-sajd għal inqas minn 60 jum fl-aħħar sentejn kalendarji ta' qabel is-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna;

(xiii)

għas-sostituzzjoni jew l-immodernizzar ta’ magna prinċipali jew anċillari ta’ bastiment tas-sajd.

(f)

għajnuna mogħtija lil impriża li

(i)

tkun wettqet ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (14) jew l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (15);

(ii)

kienet involuta fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda ta' bastiment tas-sajd inklużi fil-lista ta' bastimenti illegali, mhux irrapportati u mhux regolati kif stabbilit fl-Artikolu 40, punt (3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, jew ta' bastiment li jtajjar il-bandiera ta' pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx kif stipulat fl-Artikolu 33 ta' dak Regolament. jew

(iii)

wettqet kwalunkwe reat ambjentali stipulat fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), fejn l-applikazzjoni għal appoġġ tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 32 sa 39 ta' dan ir-Regolament.

4.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna lil intrapriżi f’diffikultà, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna mogħtija:

(a)

lil impriżi li jipparteċipaw fi proġetti CLLD jew li jibbenefikaw minnhom;

(b)

biex tikkumpensa għall-kostijiet tal-prevenzjoni, tal-kontroll u tal-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali;

(c)

lil skemi ta' għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali; jew

(d)

fil-każijiet li ġejjin, sakemm l-intrapriża saret intrapriża f’diffikultà minħabba telf jew ħsarat ikkawżati mill-avveniment inkwistjoni:

(i)

biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali; jew

(ii)

biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti.

5.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal skemi ta’ għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-pagament ta’ għajnuna individwali favur intrapriża li hija soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, bl-eċċezzjoni ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

skemi ta’ għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastru naturali jew avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali; jew

(b)

skemi ta’ għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti CLLD u għajnuna lill-impriżi li jipparteċipaw fis-CLLD jew li jibbenefikaw minnu skont l-Artikoli 54 u 55.

6.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-miżuri ta' għajnuna mill-Istat li minnhom infushom, mill-kundizzjonijiet marbutin magħhom jew mill-metodu ta' finanzjament tagħhom jinvolvu ksur inseparabbli tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari:

(a)

għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna jkun soġġett għall-obbligu li l-impriża benefiċjarja jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istat Membru rilevanti jew li tkun stabbilita b’mod predominanti f’dak l-Istat Membru. Madankollu, ir-rekwiżit li wieħed ikollu sede jew fergħa fl-Istat Membru li jagħti l-għajnuna fil-mument tal-ħlas tal-għajnuna huwa permess;

(b)

għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna jkun soġġett għall-obbligu li l-impriża benefiċjarja tuża prodotti manifatturati fuq livell nazzjonali jew servizzi nazzjonali; jew

(c)

għajnuna li tillimita l-possibbiltà li l-impriża benefiċjarja tisfrutta r-riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn;

(d)

id-Direttiva dwar il-Ħabitats, id-Direttiva dwar l-Għasafar, id-Direttiva dwar it-Tniġġis mis-Sors tal-Bastimenti u d-dispożizzjonijiet dwar l-immaniġġjar tal-iskart.

7.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)

għajnuna prevista fi skemi ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 20, 21, 24, 26 sa 30, 33, 43, 46, 48, 50 u 52, jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12, mill-1 ta’ Lulju 2023;

(b)

kull tibdil fl-iskemi msemmija fil-punt (a), minbarra modifikazzjonijiet li ma jistgħux jaffettwaw il-kompatibilità tal-iskema ta' għajnuna skont dan ir-Regolament jew ma jistgħux jaffettwaw b'mod sinifikanti l-kontenut approvat tal-pjan ta' evalwazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għal perjodu itwal għal kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ għajnuna msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu wara li tkun ivvalutat il-pjan ta’ evalwazzjoni rilevanti nnotifikat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;

(2)

“avveniment klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali” tfisser kundizzjonijiet ħżiena tat-temp bħal ġlata, tempesti u silġ, borra, xita bil-qliel jew persistenti jew nixfiet severi li jnaqqsu b’aktar minn 30 % il-medja tal-produzzjoni kkalkolata abbażi ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

il-perjodu preċedenti ta’ tliet snin;

(b)

medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin ta’ qabel, minbarra l-ogħla u l-inqas entrata;

(3)

“għajnuna” tfisser kull miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 107(1) tat- TFUE;

(4)

“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont tal-għajnuna gross espress bħala perċentwal tal-kostijiet eliġibbli, qabel kull tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra;

(5)

“skema ta’ għajnuna” tfisser kull att li, abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri oħra ta’ implimentazzjoni, għotjiet ta’ għajnuna individwali jistgħu jingħataw lil impriżi ddefiniti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kwalunkwe att li abbażi tiegħu tista’ tingħata għajnuna li mhijiex marbuta ma’ proġett speċifiku lil impriża waħda jew aktar għal perjodu ta' żmien indefinit u għal ammont indefinit;

(6)

“bijosigurtà” tfisser miżuri ta’ ġestjoni u miżuri fiżiċi mfassla sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-introduzzjoni, tal-iżvilupp u tat-tixrid ta’ mard lejn, minn u fi ħdan: (a) popolazzjoni ta’ annimali, jew (b) stabbiliment, żona, kompartiment, mezz tat-trasport jew kwalunkwe faċilità, bini jew post ieħor;

(7)

“miżuri ta’ kontroll u ta’ eradikazzjoni” tfisser miżuri rigward mard tal-annimali li għalih tkun ġiet rikonoxxuta formalment tifqigħa minn awtorità kompetenti, jew rigward pesti tal-pjanti jew speċijiet aljeni invażivi li tkun ġiet rikonoxxuta formalment il-preżenza tagħhom minn awtorità kompetenti;

(8)

“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-impriża benefiċjarja ngħatat id-dritt ġuridiku li tirċievi l-għajnuna skont ir-reġim legali nazzjonali applikabbli;

(9)

“depredazzjoni” tfisser il-predazzjoni fuq ħut maqbud fix-xbieki jew miżmum f’għadajjar minn annimali protetti bħal foki, lontri tal-baħar u għasafar tal-baħar;

(10)

“pjan ta’ evalwazzjoni” tfisser dokument li jkopri skema ta’ għajnuna waħda jew aktar u li jkun fih mill-anqas l-aspetti minimi li ġejjin: l-objettivi li għandhom jiġu vvalutati, il-mistoqsijiet tal-valutazzjoni, l-indikaturi tar-riżultat, il-metodoloġija prevista biex titwettaq il-valutazzjoni, ir-rekwiżiti għall-ġbir tad-data, iż-żmien propost tal-valutazzjoni inkluża d-data tas-sottomissjoni tar-rapport ta’ valutazzjoni interim u dak finali, id-deskrizzjoni tal-korp indipendenti li jwettaq il-valutazzjoni jew il-kriterji li se jintużaw għall-għażla tiegħu u l-modalitajiet biex jagħmlu l-valutazzjoni disponibbli pubblikament;

(11)

“skemi tas-suċċessur fiskali” tfisser skema fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa li tikkostitwixxi verżjoni emendata ta’ skema li kienet teżisti qabel fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa u li toħdilha postha;

(12)

“sajjied” tfisser kwalunkwe persuna fiżika involuta f'attivitajiet ta' sajd kummerċjali, kif rikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat;

(13)

“prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17);

(14)

“settur tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura;

(15)

“kapaċità tas-sajd” tfisser it-tunnellaġġ ta' bastiment f'TG (Tunnellaġġ Gross) u l-qawwa tiegħu f'kW (Kilowatt) kif definit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (UE) 2017/1130 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);

(16)

“port tas-sajd” tfisser żona marittima jew interna ta’ art u ilma li hija rikonoxxuta uffiċjalment minn Stat Membru u magħmula minn tali infrastruttura u tagħmir sabiex tippermetti, prinċipalment, l-akkoljenza ta’ bastimenti tas-sajd, it-tagħbija u l-ħatt tal-qabdiet tagħhom, il-ħżin, l-irċevuta u l-konsenja ta’ dawk il-qabdiet u l-imbark u l-iżbark tas-sajjieda;

(17)

“l-ekwivalenti ta’ għotja gross” tfisser l-ammont tal-għajnuna li kieku ġie pprovdut fil-forma ta’ għotja lill-impriża benefiċjarja, qabel ma titnaqqas kwalunkwe taxxa jew imposta oħra;

(18)

“għajnuna individwali” tfisser għajnuna ad hoc u għotjiet ta’ għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;

(19)

“sajd fl-ibħra interni” tfisser attivitajiet tas-sajd imwettqa għal finijiet kummerċjali fl-ibħra interni minn bastimenti jew apparati oħra, inklużi dawk użati għas-sajd fis-silġ;

(20)

“speċijiet aljeni invażivi” tfisser speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni u speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Istati Membri kif definit fl-Artikolu 3(3) u 3 (4) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) (“ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014”);

(21)

“diżastri naturali” tfisser terremoti, valangi, uqigħ tal-art, għargħar, trombi tal-arja, uragani, eruzzjonijiet vulkaniċi u nirien fil-foresti ta’ oriġini naturali;

(22)

“reġjuni ultraperiferiċi” tfisser ir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE;

(23)

“annimal protett” tfisser kwalunkwe annimal għajr ħut protett mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(24)

“avvanz ripagabbli” tfisser self għal proġett li jitħallas bi ħlas parzjali wieħed jew iktar u l-kundizzjonijiet li għar-rimborż li jiddependi mill-eżitu tal-proġett;

(25)

“SME” jew “impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;

(26)

"sajd kostali fuq skala żgħira" tfisser attivitajiet tas-sajd imwettqa minn: (a) bastimenti tas-sajd fil-baħar u fl-ilmijiet interni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (20); jew (b) sajjieda tal-miexi, inklużi dawk li jiġbru l-frott tal-baħar bil-qoxra;

(27)

“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-bidu tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni relatati mal-investiment, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti għall-ordni tat-tagħmir jew kwalunkwe impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. Ix-xiri tal-art u x-xogħlijiet preparatorji, bħall-kisba tal-permessi u t-twettiq ta' studji tal-fattibbiltà, mhumiex meqjusa bħala l-bidu tax-xogħlijiet. Għall-akkwiżizzjonijiet, il-“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-mument li fih jiġu akkwistati assi marbuta direttament mal-istabbiliment akkwistat;

(28)

“servizzi sussidjati” tfisser forma ta’ għajnuna fejn l-għajnuna tingħata lill-impriża benefiċjarja finali b’mod indirett, in natura, u titħallas lill-fornitur tas-servizz jew tal-attività inkwistjoni.

(29)

“impriża f’diffikultà” tfisser impriża li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (21);

2.   Minbarra d-definizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1139 u l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 1379/2013.

Artikolu 3

Limitu ta’ notifika

1.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna individwali għal kwalunkwe proġett b’kostijiet eliġibbli ta’ aktar minn EUR 2.5 miljun, jew fejn l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna taqbeż EUR 1.25 miljun għal kull impriża fis-sena.

2.   Il-limiti stabbiliti fil-Paragrafu 1 ma għandhomx jiġu evitati bil-qsim artifiċjali tal-iskemi tal-għajnuna jew tal-proġetti tal-għajnuna.

Artikolu 4

Kundizzjonijiet għal eżenzjoni

1.   L-iskemi ta’ għajnuna, l-għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskemi ta’ għajnuna u l-għajnuna ad hoc għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(2) jew (3) tat-TFUE u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, sakemm tali għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kategorija rilevanti ta’ għajnuna stipulati fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-miżuri tal-għajnuna għandhom ikunu eżentati skont dan ir-Regolament biss jekk jipprevedu espliċitament li, matul il-perjodu tal-għotja, il-benefiċjarji tal-għajnuna għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u li, jekk matul dak il-perjodu jinstab li l-benefiċjarju ma jikkonformax mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għajnuna għandha titħallas lura skont il-gravità tal-ksur.

Artikolu 5

Trasparenza tal-għajnuna

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna li fir-rigward tagħha huwa possibbli li tiġi kkalkolata b’mod preċiż l-għotja grossa ekwivalenti tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”).

2.   Il-kategoriji tal-għajnuna li ġejjin jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:

(a)

għajnuna li tikkonsisti f’għotjiet, sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u servizzi ssussidjati;

(b)

l-għajnuna mogħtija bħala self fejn l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa jkun ġie kkalkulat abbażi tar-rata ta' referenza prevalenti fiż-żmien tal-għotja;

(c)

l-għajnuna mogħtija bħala garanziji:

(i)

meta l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa jkun ġie kkalkulat abbażi ta' primjums fil-limitu ta' eżenzjoni stabbiliti f'avviż tal-Kummissjoni; jew

(ii)

meta qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tal-garanzija tkun ġiet aċċettata abbażi tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji, jew abbażi ta' kull avviż suċċessiv ieħor, wara li din il-metodoloġija tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont kull regolament adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli dak iż-żmien, u l-metodoloġija approvata tkun tindirizza espliċitament it-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti kkonċernata fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

(d)

l-għajnuna fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa, meta l-miżura tipprovdi għal limitu biex jiġi żgurat li l-limitu applikabbli ma jinqabiżx;

(e)

għajnuna fil-forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, jekk l-ammont nominali totali tal-ħlas bil-quddiem ripagabbli ma jaqbiżx il-limiti applikabbli skont dan ir-Regolament jew jekk, qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex tiġi kkalkolata l-għotja grossa ekwivalenti tal-ħlas bil-quddiem ripagabbli tkun ġiet aċċettata wara n-notifika tagħha lill-Kummissjoni.

3.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:

(a)

l-għajnuna mogħtija bħala injezzjonijiet tal-kapital;

(b)

l-għajnuna mogħtija bħala miżuri ta' finanzjament ta' riskju.

Artikolu 6

Effett ta’ inċentiv

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna li sservi ta' inċentiv.

2.   L-għajnuna għandha titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk l-impriża benefiċjarja tkun issottomettiet applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma tibda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività. L-applikazzjoni għall-għajnuna għandu jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u d-daqs tal-intrapriża;

(b)

deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, inklużi d-dati tal-bidu u t-tmiem tagħhom;

(c)

il-post tal-proġett jew tal-attività;

(d)

lista tal-kostijiet eliġibbli; kif ukoll

(e)

it-tip ta' għajnuna (għotja, self, garanzija, self bil-quddiem li jitħallas lura jew għajnuna oħra) u l-ammont ta' finanzjament pubbliku meħtieġ għall-proġett jew għall-attività.

3.   Għajnuna ad hoc mogħtija lil intrapriżi kbar titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk, flimkien mal-iżgurar li l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 hija ssodisfata, l-Istat Membru jkun ivverifika, qabel jagħti l-għajnuna ad hoc ikkonċernata, li d-dokumentazzjoni ppreparata mill-impriża benefiċjarja tistabbilixxi li l-għajnuna se tirriżulta f’wieħed jew f’aktar min dawn li ġejjin:

(a)

żieda materjali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett jew l-attività minħabba l-għajnuna;

(b)

żieda materjali fl-ammont totali minfuq mill-impriża benefiċjarja fuq il-proġett jew attività minħabba l-għajnuna;

(c)

żieda materjali fil-ħeffa tat-tlestija tal-proġett jew attività kkonċernati;

(d)

fil-każ ta’ għajnuna ad hoc għall-investiment, li l-proġett jew l-attività ma kinux jitwettqu bħala tali fiż-żona kkonċernata jew ma kinux ikunu profittabbli b’mod suffiċjenti għall-impriża benefiċjarja fiż-żona kkonċernata fin-nuqqas tal-għajnuna.

4.   Il-miżuri fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa għandhom jitqiesu li għandhom effett ta’ inċentiv, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-miżura tistabbilixxi d-dritt għall-għajnuna skont kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni min-naħa tal-Istat Membru; kif ukoll

(b)

il-miżura tkun ġiet adottata u tkun fis-seħħ qabel ma jkun beda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika fil-każ tal-iskemi fiskali suċċessivi, diment li l-attività tkun diġà ġiet koperta mill-iskemi preċedenti fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa.

5.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin mhumiex meħtieġa li jkollhom effett ta' inċentiv jew jitqiesu li għandhom effett ta' inċentiv

(a)

għajnuna biex tikkumpensa għall-kostijiet tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 42, 49, 51 u 53 jiġu ssodisfati;

(b)

għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42, 49, 51 u 53;

(c)

għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali;

(d)

għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42, 49, 51 u 53 jkunu ssodisfati;

(e)

għajnuna fil-forma ta’ eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa adottati mill-Istati Membri skont il-punt (f) tal-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 56 ta’ dan ir-Regolament;

(f)

għajnuna lill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD jew li jibbenefikaw minnhom, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikoli 54 u 55;

(g)

għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1)(b) (vii) jekk il-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikoli 45 jiġu ssodisfati;

(h)

għajnuna għal sħubija bejn ix-xjentisti u s-sajjieda jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 17;

(i)

għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 18.

Artikolu 7

Intensità tal-għajnuna u l-kostijiet eliġibbli

1.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u tal-kostijiet eliġibbli, iċ-ċifri kollha użati għandhom jittieħdu qabel kwalunkwe tnaqqis ta' taxxa jew imposta oħra. Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu appoġġati minn provi dokumentarji li għandhom ikunu ċari, speċifiċi u kontemporanji. It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ma għandhiex tkun eleġibbli għall-għajnuna, ħlief fejn ma tkunx rekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

2.   Fejn għajnuna tingħata f’forma oħra differenti minn għotja, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti tal-għotja gross tal-għajnuna.

3.   L-għajnuna pagabbli f'diversi ħlasijiet parzjali għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Il-kostijiet eliġibbli għandhom jiġu skontati għall-valur tagħhom fid-data tal-għoti tal-għajnuna. Ir-rata tal-imgħax li għandha tintuża għall-finijiet tal-iskontar għandha tkun ir-rata tal-iskont applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna.

4.   Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa, l-iskontar tal-ħlasijiet parzjali tal-għajnuna għandu jsir abbażi tar-rati tal-iskont applikabbli fid-diversi dati meta jidħol fis-seħħ il-benefiċċju tat-taxxa.

5.   Meta l-għajnuna tingħata biex tagħmel tajjeb għall-ħsara jew għall-introjtu mitluf, din għandha titnaqqas bi kwalunkwe kost mhux imġarrab direttament minħabba l-avveniment.

6.   Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli li, fin-nuqqas ta’ metodoloġija aċċettata biex tiġi kkalkolata l-għotja grossa ekwivalenti tagħhom, jiġu espressi bħala persentaġġ tal-kostijiet eliġibbli u l-miżura tistabbilixxi li, fil-każ ta’ eżitu ta’ suċċess tal-proġett, kif definit abbażi ta’ ipoteżi raġonevoli u prudenti, il-ħlasijiet bil-quddiem jitħallsu lura b’rata tal-imgħax mill-inqas ugwali għar-rata ta’ skont applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stipulati fil-Kapitolu III jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali mingħajr ma tinqabeż rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

7.   Il-kostijiet eliġibbli għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli minn 53 sa 57 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

Artikolu 8

Akkumulazzjoni

1.   Fid-determinazzjoni ta’ jekk il-limiti ta’ notifika stipulati fl-Artikolu 3 u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stipulati fil-Kapitolu III humiex irrispettati, għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni l-ammont totali ta’ għajnuna għall-attività jew għall-proġett jew għall-impriża, irrispettivament minn jekk dik l-għajnuna tkunx iffinanzjata minn sorsi lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-Unjoni.

2.   L-għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament tista' tiġi akkumulata ma’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

kwalunkwe għajnuna oħra, sakemm dawk il-miżuri jkunu jikkonċernaw kostijiet eliġibbli differenti li jistgħu jiġu identifikati;

(b)

kwalunkwe għajnuna oħra, b’rabta mal-istess kostijiet eliġibbli, parzjalment jew kompletament imrikkba, biss jekk tali kumulazzjoni ma twassalx biex jinqabżu l-ogħla intensità ta’ għajnuna jew l-ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament.

3.   L-għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament ma għandha tiġi akkumulata mal-ebda għajnuna de minimis fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli, jekk tali akkumulazzjoni tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna li taqbeż dawk imsemmija fil-Kapitolu III.

Artikolu 9

Pubblikazzjoni u informazzjoni

1.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-pubblikazzjoni fuq il-modulu tal-għoti tat-trasparenza tal-Kummissjoni jew fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell nazzjonali jew reġjonali:

(a)

tal-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11 fil-format standardizzat stipulat fl-Anness II jew ħolqa li tipprovdi aċċess għaliha;

(b)

tat-test sħiħ ta’ kull miżura ta’ għajnuna, kif imsemmi fl-Artikolu 11 jew ħolqa li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ;

(c)

l-informazzjoni dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż EUR 10 000.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandha tiġi ppubblikata f’konformità mal-Anness III.

2.   Għall-iskemi fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew issodisfati jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti ta’ għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR):

(a)

0,01 sa 0,2;

(b)

0,2 sa 0,4;

(c)

0,4 sa 0,6;

(d)

0,6 sa 0,8;

(e)

0,8 sa 1.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi organizzata u tkun aċċessibbli b’mod standardizzat, kif stabbilit fl-Anness III, u għandha tippermetti funzjonijiet effettivi ta’ tfittxija u tniżżil. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna jew, għall-għajnuna fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa, fi żmien sena mid-data meta trid tintbagħat id-dikjarazzjoni tat-taxxa, u għandha tkun disponibbli għal mill-inqas 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.

4.   Kull skema ta’ għajnuna u għajnuna individwali għandu jkun fiha referenza espliċita għal dan ir-Regolament, billi tikkwota t-titolu u r-referenza tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Kapitolu III li jirrelataw ma’ dik l-għajnuna, jew fejn applikabbli, għal-liġi nazzjonali li tiżgura li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jiġu rrispettati. Huma għandu jkollhom magħhom ukoll id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħhom u l-emendi tagħhom.

5.   L-obbligi ta’ pubblikazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal għajnuna mogħtija lil proġetti tas-CLLD skont l-Artikoli 54 u 55.

6.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-website tagħha:

(a)

il-ħoloq għall-websites dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b)

l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11(2).

KAPITOLU II

Rekwiżiti proċedurali

Artikolu 10

L-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija

Meta Stat Membru jagħti għajnuna li hija allegatament eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika skont dan ir-Regolament mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I, II u III tiegħu, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jesprimi l-fehmiet tiegħu, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri ta’ għajnuna futuri kollha, jew xi wħud minnhom, adottati mill-Istat Membru kkonċernat, li altrimenti jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Il-miżuri li għandhom jiġu nnotifikati jistgħu jkunu limitati għal miżuri li jagħtu ċerti tipi ta' għajnuna jew favur ċerti benefiċjarji jew adottati minn ċerti awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 11

Rapportar

1.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni f’forma elettronika rapport annwali, imsemmi fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (23), dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kull sena sħiħa jew ta’ kull parti tas-sena li matulha japplika dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu wkoll lill-Kummissjoni, permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika tal-Kummissjoni, l-informazzjoni fil-qosor dwar kull miżura ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament fil-format standardizzat stipulat fl-Anness II, flimkien ma’ ħolqa li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna, inklużi l-emendi tagħha, fi żmien 20 jum tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ tagħha.

3.   Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal għajnuna mogħtija lil proġetti tas-CLLD kif imsemmi fl-Artikoli 54 u 55.

Artikolu 12

Evalwazzjoni

1.   L-iskemi ta’ għajnuna huma soġġetti għal evalwazzjoni ex post jekk ikollhom baġit ta’ għajnuna mill-Istat jew nefqa kkontabilizzata ta’ aktar minn EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew EUR 750 miljun fuq it-tul totali tagħhom, jiġifieri t-tul ta’ żmien magħqud tal-iskema ta’ għajnuna u kwalunkwe skema ta’ għajnuna ta’ qabel li tkopri żona ġeografika u oġġettiva simili, li tibda mill-1 ta’ Jannar 2023. Evalwazzjonijiet ex post huma meħtieġa biss għal skemi ta’ għajnuna li t-tul totali tagħhom jaqbeż it-tliet snin, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2023.

2.   Ir-rekwiżit tal-evalwazzjoni ex post jista’ jiġi eżentat fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna li huma suċċessur immedjat ta’ skema li tkopri objettiv u żona ġeografika simili li kienet soġġetta għal evalwazzjoni, li r-rapport ta’ evalwazzjoni finali tagħha kien f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni u ma ġġenerat l-ebda sejba negattiva. Fejn ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali ta’ skema ta’ għajnuna ma jkunx konformi mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat, dik l-iskema għandha tiġi sospiża b’effett immedjat. Kwalunkwe suċċessur ta’ tali skema ta’ għajnuna sospiża ma għandux ikun eżentat bħala kategorija.

3.   L-għan tal-evalwazzjoni għandu jkun li jiġi verifikat jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti għall-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna ntlaħqux, b’mod partikolari l-ħtieġa u l-effettività tal-miżura ta’ għajnuna fid-dawl tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tagħha. Din għandha tivvaluta wkoll l-impatt tal-iskema fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ.

4.   Għal skemi ta’ għajnuna soġġetti għar-rekwiżit ta’ evalwazzjoni skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni abbozz tal-pjan ta’ evalwazzjoni kif ġej:

(a)

fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema ta’ għajnuna, jekk il-baġit tal-iskema ta’ għajnuna jaqbeż il-EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew EUR 750 miljun fuq it-tul totali tagħha;

(b)

fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara bidla sinifikanti li permezz tagħha l-baġit tal-iskema ta’ għajnuna jiżdied għal aktar minn EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew EUR 750 miljun tul id-durata kollha tal-iskema ta’ għajnuna;

(c)

fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara r-reġistrazzjoni tan-nefqa fil-kontijiet uffiċjali taħt l-iskema ta’ għajnuna li taqbeż il-EUR 150 miljun f’xi sena partikolari.

5.   L-abbozz tal-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jkun f’konformità mal-prinċipji metodoloġiċi komuni pprovduti mill-Kummissjoni (24). L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni.

6.   L-evalwazzjoni ex post għandha ssir minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità awtorizzanti tal-għajnuna fuq il-bażi tal-pjan ta’ evalwazzjoni. Kull evalwazzjoni għandha tinkludi mill-inqas rapport ta’ evalwazzjoni interim wieħed u wieħed finali. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw iż-żewġ rapporti.

7.   Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel l-iskadenza tal-iskema ta’ għajnuna eżentata. Dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal skemi ta’ għajnuna li jiskattaw ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni fl-aħħar sentejn ta’ implimentazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna. L-ambitu u l-arranġamenti preċiżi għal kull evalwazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-pjan ta’ evalwazzjoni. In-notifika ta’ kull miżura ta’ għajnuna sussegwenti b’objettiv simili għandha tindika b’liema mod ġew meqjusin ir-riżultati tal-evalwazzjoni.

Artikolu 13

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom iżommu rekords dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet kollha stipulati f'dan ir-Regolament huma ssodisfati. Tali rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna taħt l-iskema. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum tax-xogħol jew fi żmien perjodu itwal, skont hekk kif ikun stabbilit fit-talba, l-informazzjoni kollha u d-dokumentazzjoni ta' sostenn kollha li l-Kummissjoni tqis li hija neċessarja biex timmonitorja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal kategoriji differenti tal-għajnuna

Taqsima 1

It-trawwim ta’ sajd sostenibbli u r-restawr u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi akkwatiċi

Artikolu 14

Kundizzjonijiet ġenerali

L-għajnuna taħt din it-Taqsima għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali kollha li ġejjin:

(a)

meta tingħata għajnuna fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni, dak il-bastiment ma għandux jiġi ttrasferit jew ikollu l-bandiera mibdula barra l-Unjoni matul mill-inqas il-ħames snin mill-pagament finali għall-operazzjoni appoġġata. Jekk bastiment jiġi ttrasferit jew ikollu l-bandiera mibdula f’dak il-perjodu ta’ żmien, is-somom indebitament imħallsin fir-rigward tal-operazzjoni għandhom jiġu rkuprati mill-Istat Membru, f’ammont proporzjonat għall-perjodu li matulu l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt ma tkunx ġiet issodisfata;

(b)

il-kostijiet operatorji ma għandhomx ikunu eliġibbli, sakemm ma jkunx espliċitament previst mod ieħor f’din it-Taqsima.

Artikolu 15

Għajnuna għall-innovazzjoni fis-sajd

1.   L-għajnuna għall-innovazzjoni fis-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu diment li l-għajnuna jkollha l-għan li tiżviluppa jew li tintroduċi prodotti u tagħmir ġodda jew sostanzjalment imtejba, proċessi u tekniki ġodda jew imtejba, u sistemi ta’ ġestjoni u ta’ organizzazzjoni ġodda jew imtejba, inkluż fil-livell tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni.

2.   Is-servizzi sussidjati ffinanzjati mill-għajnuna għandhom jitwettqu minn, jew f’kollaborazzjoni ma’, korp xjentifiku jew tekniku, rikonoxxut mill-Istat Membru jew mill-Unjoni. Dak il-korp xjentifiku jew tekniku għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet. Għandha titħallas għajnuna direttament lill-organizzazzjoni tar-riċerka u/jew tat-tixrid tal-għarfien.

3.   Ir-riżultati tal-operazzjonijiet li jirċievu appoġġ għandhom jingħataw pubbliċità adegwata mill-Istat Membru.

4.   Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu dawn li ġejjin:

(a)

kostijiet tal-persunal diretti relatati mar-riċerkaturi, mat-teknixins u ma’ persunal ieħor ta’ appoġġ diment li dawn ikunu impjegati fuq il-proġett;

(b)

kostijiet tal-istrumenti u t-tagħmir sa fejn jintużaw għall-proġett u għall-perjodu użati għall-operazzjonijiet; Jekk tali strumenti u tagħmir ma jintużawx għat-tul ta’ ħajjithom kollha għall-operazzjonijiet, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-operazzjonijiet, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji tal-kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

(c)

il-kostijiet tal-bini u tal-art, sal-punt u għall-perjodu tad-durata użati għall-operazzjonijiet u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

fir-rigward tal-bini, għandhom jitqiesu bħala eliġibbli biss dawk il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-operazzjoni, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

(ii)

fir-rigward tal-artijiet, huma eliġibbli l-kostijiet tat-trasferiment kummerċjali jew il-kostijiet tal-kapital realment imġarrba;

(a)

il-kostijiet tar-riċerka kuntrattwali, għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kundizzjonijiet normali tas-suq, kif ukoll il-kostijiet tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklużivament għall-operazzjonijiet. jew

(b)

il-kostijiet ġenerali addizzjonali u kostijiet operatorji oħrajn, li jinkludu kostijiet ta’ materjali, ta’ provvisti u ta’ prodotti simili, imġarrbin direttament bħala riżultat tal-operazzjonijiet;

5.   L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 16

Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza

1.   L-għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna ttejjeb il-prestazzjoni ġenerali u l-kompetittività tal-impriżi u tippromwovi sajd sostenibbli;

(b)

l-għajnuna għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-intrapriżi kollha eliġibbli fiż-żona kkonċernata, abbażi ta’ kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv; kif ukoll

(c)

is-servizz ta’ konsulenza jieħu waħda mill-forom li ġejjin:

(i)

studji ta’ fattibbiltà u servizzi ta’ konsulenza li jivvalutaw il-vijabbiltà ta’ miżuri potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ skont it-Titolu II, Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2021/1139;

(ii)

l-għoti ta’ pariri professjonali dwar is-sostenibbiltà ambjentali, b’enfasi fuq il-limitazzjoni u, meta possibbli, l-eliminazzjoni tal-impatt negattiv tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar, kostali, terrestri u tal-ilma ħelu;

(iii)

l-għoti ta’ pariri professjonali dwar strateġiji ta’ negozju u kummerċjalizzazzjoni.

2.   L-istudji ta’ fattibbiltà, is-servizzi ta’ konsulenza u l-pariri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti minn korpi xjentifiċi, akkademiċi, professjonali jew tekniċi, jew minn entitajiet li jipprovdu pariri ekonomiċi li għandhom il-kompetenza meħtieġa skont il-liġi nazzjonali.

3.   L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.

4.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 17

Għajnuna għas-sħubija bejn ix-xjenzati u s-sajjieda

1.   L-għajnuna għas-sħubija bejn ix-xjenzati u s-sajjieda li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna jkollha l-għan li trawwem it-trasferiment tal-għarfien bejn ix-xjenzati u s-sajjieda;

(b)

l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:

(i)

il-ħolqien ta’ networks, ftehimiet ta’ sħubija jew assoċjazzjonijiet bejn korp xjentifiku indipendenti wieħed jew aktar u s-sajjieda, jew organizzazzjoni tas-sajjieda waħda jew aktar, li fihom jistgħu jipparteċipaw korpi tekniċi;

(ii)

l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tan-networks, tal-ftehimiet ta’ sħubija, jew tal-assoċjazzjonijiet imsemmija fil-punt (i). Dawn l-attivitajiet jistgħu jkopru attivitajiet ta’ ġbir u ġestjoni tad-data, studji, proġetti pilota, tixrid tal-għarfien u tar-riżultati tar-riċerka, seminars u l-aħjar prattiki.

2.   L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.

3.   L-għajnuna tista’ tkopri biss wieħed mill-kostijiet eliġibbli li ġejjin imġarrab direttament bħala riżultat tal-proġett appoġġat:

(a)

kostijiet diretti tas-salarji

(b)

ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;

(c)

kostijiet għall-ivvjaġġar;

(d)

kostijiet għall-pubblikazzjonijiet;

(e)

servizzi ta’ ġbir ta’ data mixtrija, studji, proġetti pilota;

(f)

il-kera ta’ bini għall-wirjiet u l-istands għalihom u l-kostijiet għall-istallazzjoni u ż-żarmar tagħhom;

(g)

kostijiet għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u informazzjoni fattwali.

4.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 18

Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u d-djalogu soċjali

1.   L-għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u d-djalogu soċjali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna kkonċernata tappoġġa dawn li ġejjin:

(a)

taħriġ professjonali, tagħlim tul il-ħajja, proġetti konġunti, id-disseminazzjoni ta’ għarfien ta’ natura ekonomika, teknika, regolatorja jew xjentifika u ta’ prattiki innovattivi, u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda, marbuta b’mod partikolari mal-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar, l-iġjene, is-saħħa, is-sikurezza, l-attivitajiet fis-settur marittimu, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija;

(b)

networking u skambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn il-partijiet interessati, inkluż fost organizzazzjonijiet li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa, li jippromwovu r-rwol tan-nisa fil-komunitajiet tas-sajd u li jippromwovu lil gruppi sottorappreżentati involuti f’sajd kostali fuq skala żgħira jew f’sajd tal-miexi; jew

(c)

id-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali jew lokali li jinvolvi lis-sajjieda, lis-sħab soċjali u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn.

2.   L-għajnuna għall-appoġġ tal-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 1 tista’ tingħata wkoll lil konjuġi ta’ sajjieda li jaħdmu għal rashom jew, fejn u sa fejn huma rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali, l-imsieħba għall-ħajja ta’ sajjieda li jaħdmu għal rashom, li mhumiex impjegati jew imsieħba fin-negozju, fejn abitwalment, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, jipparteċipaw fl-attivitajiet tas-sajjied li jaħdem għal rasu u jwettqu l-istess kompiti jew kompiti anċillari.

3.   L-ammont ta’ għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, fl-ekwivalenti ta’ għotja gross, rata ta’ intensità massima tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli, ħlief fil-każ ta’ navigazzjoni professjonali u taħriġ dwar is-sikurezza fejn tapplika r-rata massima tal-intensità tal-għajnuna ta’ 100 %. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 19

Għajnuna maħsuba biex tiffaċilita d-diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ introjtu

1.   L-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita d-diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ introjtu li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna jkollha l-għan li tappoġġa l-investimenti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tal-introjtu tas-sajjieda permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplementari, inklużi l-investimenti abbord, it-turiżmu tas-sajd, ir-ristoranti, is-servizzi ambjentali relatati mas-sajd u ma’ attivitajiet edukattivi li jikkonċernaw is-sajd;

(b)

l-għajnuna tappoġġa lis-sajjieda li:

(i)

jissottomettu pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet ġodda tagħhom; kif ukoll

(ii)

ikollhom ħiliet professjonali adegwati jew jiksbuhom permezz ta’ operazzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt l-Artikolu 18(1), punt (a).

2.   L-għajnuna msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tingħata biss jekk l-attivitajiet komplementari jkunu relatati man-negozju tas-sajd ewlieni tas-sajjieda.

3.   L-ammont ta’ għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż 50 % tal-baġit previst fil-pjan tan-negozju għal kull operazzjoni u ma għandux jaqbeż ammont massimu ta’ EUR 75 000 għal kull impriża benefiċjarja.

Artikolu 20

Għajnuna għall-ewwel akkwist ta' bastiment tas-sajd

1.   L-għajnuna għall-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd jew l-ewwel akkwist ta’ sjieda parzjali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tikkontribwixxi għat-tisħiħ ta’ attivitajiet tas-sajd ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli u l-impriża benefiċjarja tkun ipprovdiet informazzjoni verifikabbli u pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jikkonferma dan; kif ukoll

(b)

l-għajnuna tappoġġja l-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd minn persuna fiżika li ma jkollhiex aktar minn 40 sena fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna u li tkun ħadmet mill-inqas ħames snin bħala sajjied jew tkun kisbet kwalifiki adegwati.

2.   L-għajnuna skont il-paragrafu 1 tista' tingħata wkoll lil entitajiet ġuridiċi li jkunu kompletament fis-sjieda ta' persuna fiżika waħda jew aktar, li kull waħda minnhom tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.

3.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista' tingħata għall-ewwel akkwist konġunt ta' bastiment tas-sajd minn diversi persuni fiżiċi, li kull waħda tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.

4.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista' tingħata wkoll għall-ewwel akkwist ta' sjieda parzjali ta' bastiment tas-sajd minn persuna fiżika li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u li għandha titqies li jkollha drittijiet ta' kontroll fuq dak il-bastiment tas-sajd permezz tas-sjieda ta' mill-inqas 33 % tal-bastiment tas-sajd jew tal-ishma fil-bastiment jew minn entità legali li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 u li għandha titqies li jkollha drittijiet ta' kontroll fuq dak il-bastiment tas-sajd permezz tas-sjieda ta' mill-inqas 33 % tal-bastiment tas-sajd jew tal-ishma fil-bastiment.

5.   L-għajnuna għandha tingħata biss fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

jappartjeni għal taqsima tal-flotta li fir-rigward tagħha l-aħħar rapport dwar il-kapaċità tas-sajd, imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013, ikun wera bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dik it-taqsima;

(b)

ikun mgħammar għall-attivitajiet tas-sajd;

(c)

ma jaqbiżx l-24 metru f'tul totali;

(d)

ikun ġie rreġistrat fir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni għal mill-inqas tliet snin kalendarji ta' qabel is-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna fil-każ ta' bastiment tas-sajd kostali fuq skala żgħira, u għal mill-inqas ħames snin kalendarji fil-każ ta' tip ta' bastiment ieħor; kif ukoll

(e)

ikun ġie rreġistrat fir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni għal massimu ta' 30 sena kalendarja ta' qabel is-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna.

6.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 40 % tal-kostijiet eliġibbli u fi kwalunkwe każ ma għandux ikun ogħla minn EUR 75 000 għal kull sajjied u bastiment tas-sajd.

Artikolu 21

Għajnuna maħsuba biex ittejjeb is-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda

1.   L-għajnuna maħsuba biex ittejjeb is-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tingħata biss fir-rigward ta’ investimenti abbord jew f’tagħmir individwali u dawk imorru lil hinn mir-rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali; kif ukoll

(b)

l-għajnuna ma tappoġġax operazzjonijiet li jżidu t-tunnellaġġ gross ta’ bastiment tas-sajd.

2.   Għal operazzjonijiet li huma maħsuba biex itejbu s-sikurezza għas-sajjieda, ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:

(a)

ċattri tas-salvataġġ;

(b)

unitajiet ta’ rilaxx idrostatiku għaċ-ċattri tas-salvataġġ;

(c)

sinjali għal-lokalizzazzjoni personali bħal apparati li jittrażmettu sinjali bir-radju li jindikaw pożizzjoni ta’ emerġenza (‘Emergency Position Indicating Radio Beacon’ - EPIRB), li jistgħu jiġu integrati fil-ġkieket tas-salvataġġ u fil-ħwejjeġ tax-xogħol tas-sajjieda;

(d)

apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma (‘Personal Flotation Devices’ - PFD), b’mod partikolari lbiesi ta’ immersjoni jew ta’ sopravivenza, bagi u ġkieket tas-salvataġġ;

(e)

murtaletti ta’ emerġenza;

(f)

tagħmir għat-tfigħ tal-ħbula;

(g)

sistemi għall-irkupru ta’ persuni li jaqgħu l-baħar (‘man-overboard’ - MOB);

(h)

apparat għat-tifi tan-nar, bħal fire extinguishers, kutri tan-nar, detetturi tan-nar u tad-duħħan, apparat għat-teħid tan-nifs;

(i)

bibien għall-protezzjoni min-nirien;

(j)

valvi iżolanti tat-tankijiet tal-fjuwil;

(k)

detetturi tal-gass u sistemi ta’ allarm tal-gass;

(l)

pompi u sistemi ta’ allarm tas-sentina;

(m)

tagħmir għall-komunikazzjoni bir-radju u bis-satellita;

(n)

bokkaporti u bibien li ma jgħaddix ilma minnhom;

(o)

ilqugħ fuq il-makkinarju, bħal winċijiet jew winċijiet tax-xibka;

(p)

skali ta’ bastiment u slielem tal-aċċess;

(q)

dawl tat-tfittxija, tal-gverta jew ta’ emerġenza;

(r)

mekkaniżmu ta’ rilaxx tas-sikurezza għal każijiet fejn l-irkaptu tas-sajd jinqabad ma’ xi ostakolu taħt l-ilma;

(s)

kameras u skrins tas-sikurezza;

(t)

tagħmir u elementi meħtieġa biex tittejjeb is-sikurezza tal-gverta.

3.   Għall-operazzjonijiet jew għall-forniment ta’ tagħmir li huma maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa għas-sajjieda, l-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:

(a)

ix-xiri u l-installazzjoni ta’ kaxxi għall-ewwel għajnuna;

(b)

ix-xiri ta’ mediċini u apparati għal trattament urġenti;

(c)

il-forniment ta’ telemediċina, inklużi teknoloġiji elettroniċi, tagħmir u immaġnijiet mediċi applikati għall-konsultazzjoni mill-bogħod mill-bastimenti;

(d)

il-forniment ta’ gwidi u manwali biex tittejjeb is-saħħa;

(e)

kampanji ta’ informazzjoni biex tittejjeb is-saħħa.

4.   Għall-operazzjonijiet jew għall-forniment ta’ tagħmir li huma maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-iġjene għas-sajjieda, ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:

(a)

faċilitajiet sanitarji, bħal tojlits u faċilitajiet tal-ħasil;

(b)

faċilitajiet tal-kċina u tagħmir għall-ħżin tal-provvisti tal-ikel;

(c)

apparat ta’ purifikazzjoni tal-ilma għall-ilma tax-xorb;

(d)

tagħmir jew sistemi ta’ ventilazzjoni, tindif jew diżinfezzjoni biex jinżammu kundizzjonijiet sanitarji adegwati abbord;

(e)

gwidi u manwali dwar it-titjib tal-iġjene abbord, inklużi għodod tas-software.

5.   Għall-operazzjonijiet jew għall-forniment ta’ tagħmir li huma maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord bastimenti tas-sajd, ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:

(a)

ilqugħ fuq il-gverta;

(b)

strutturi tal-gverta tal-kenn u l-modernizzazzjoni tal-kabini bil-ħsieb li jipprovdu protezzjoni minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali;

(c)

oġġetti relatati mat-titjib tas-sikurezza tal-kabina u mal-forniment ta’ żoni komuni għall-ekwipaġġ;

(d)

tagħmir biex jitnaqqas l-irfigħ manwali tqil, minbarra magni li huma direttament relatati mal-operazzjonijiet tas-sajd, bħal winċijiet;

(e)

żebgħa u twapet tal-gomma kontra ż-żliq;

(f)

tagħmir ta’ iżolament kontra l-istorbju, is-sħana jew il-kesħa, u tagħmir biex tittejjeb il-ventilazzjoni;

(g)

ilbies tax-xogħol u tagħmir tas-sikurezza bħal bwiez tas-sikurezza li ma jgħaddix ilma minnhom, protezzjoni għall-għajnejn u għat-teħid tan-nifs, ingwanti u elmi protettivi, jew tagħmir protettiv kontra l-waqgħat;

(h)

sinjali ta’ twissija ta’ emerġenza u sikurezza;

(i)

analiżi u valutazzjonijiet tar-riskju biex jiġu identifikati r-riskji għas-sajjieda kemm fil-port kif ukoll fin-navigazzjoni sabiex jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tar-riskji;

(j)

gwidi u manwali dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord;

(k)

vetturi kollettivi għat-trasport miż-żoni tal-frott tal-baħar sal-postijiet tal-ewwel bejgħ;

(l)

faċilitajiet fuq l-art għas-sajjieda bil-mixi li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħal kmamar tat-tibdil, kmamar tal-banju, u faċilitajiet sanitarji oħra, b’mod partikolari dawk li jinkoraġġixxu u jippromwovu d-dħul tan-nisa fis-suq tax-xogħol.

6.   L-għajnuna għandha tingħata lis-sajjieda, inkluż meta applikabbli sajjied bil-mixi, jew sidien ta’ bastimenti tas-sajd.

7.   Meta l-operazzjoni tkun tikkonsisti f’investiment abbord, l-għajnuna ma għandhiex tingħata aktar minn darba matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2029 għall-istess tip ta’ investiment u għall-istess bastiment tas-sajd. Meta l-operazzjoni tkun tikkonsisti f’investiment f’tagħmir individwali, l-għajnuna ma għandhiex tingħata aktar minn darba matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2029 għall-istess tip ta’ tagħmir u għall-istess impriża benefiċjarja.

8.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 22

Għajnuna għall-ħlasijiet ta’ primjums tal-assigurazzjoni u għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi

1.   L-għajnuna għall-ħlasijiet ta’ primjums tal-assigurazzjoni u għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna għandha l-għan li tikkontribwixxi għal primjums għall-assigurazzjoni jew fondi mutwi li jħallsu kumpens finanzjarju lis-sajjieda għal telf ekonomiku kkawżat minn imġiba tal-annimali protetti, kriżijiet tas-saħħa pubblika, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali jew inċidenti ambjentali jew għall-kostijiet tas-salvataġġ għas-sajjieda jew għall-bastimenti tas-sajd fil-każ ta’ inċidenti fuq il-baħar waqt l-attivitajiet tas-sajd tagħhom;

(b)

il-kombinament ta’ kumpens finanzjarju mħallas minn fondi mutwi skont dan l-Artikolu ma’ strumenti nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn jew ma’ skemi tal-assigurazzjoni ma jwassalx għal kumpens żejjed li jaqbeż it-telf ekonomiku mġarrab;

(c)

l-assigurazzjoni ma teħtieġx jew ma tispeċifikax it-tip jew il-kwantità ta’ produzzjoni futura u l-għajnuna mhijiex limitata għall-assigurazzjoni pprovduta minn kumpanija tal-assigurazzjoni speċifika jew grupp ta’ kumpaniji; kif ukoll

(d)

il-fond mutwu huwa akkreditat mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru f’konformità mal-liġijiet nazzjonali.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a)

il-kriżijiet tas-saħħa pubblika, l-avvenimenti klimatiċi negattivi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, l-inċidenti ambjentali jew l-aċċidenti fuq il-baħar imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk li huma rikonoxxuti formalment mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru bħala li seħħew.

(b)

it-terminu “fond mutwu” jfisser skema akkreditata mill-Istat Membru, f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, li tippermetti lis-sajjieda affiljati jassiguraw lilhom infushom, fejn isiru pagamenti ta’ kumpens lis-sajjieda affiljati għat-telf ekonomiku kkawżat mill-eventi elenkati fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Il-fond mutwu għandu jkollu politika trasparenti lejn il-pagamenti fil-fond u l-irtirar minnu u għandu jkollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn imġarrab.

3.   L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal:

(a)

50 % tal-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lis-sajjieda;

(b)

100 % tal-kostijiet amministrattivi għat-twaqqif tal-fond mutwu;

(c)

70 % tal-kostijiet tal-primjum tal-assigurazzjoni;

(d)

50 % tal-kapitalizzazzjoni inizjali tal-fond.

4.   Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jingħataw biss biex ikopru t-telf ikkawżat minn kriżijiet tas-saħħa pubblika, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, inċidenti ambjentali jew aċċidenti fuq il-baħar.

Artikolu 23

Għajnuna maħsuba biex tappoġġa s-sistemi ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

1.   L-għajnuna maħsuba biex tappoġġa s-sistemi ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna jkollha l-għan li tappoġġa t-tfassil, l-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tas-sistemi għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, sabiex l-attivitajiet tas-sajd jiġu adattati għall-opportunitajiet tas-sajd; kif ukoll

(b)

l-għajnuna għandha tingħata lil persuni ġuridiċi jew fiżiċi jew lil organizzazzjonijiet tas-sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru, inklużi organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti involuti fil-ġestjoni kollettiva tas-sistemi li jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd.

2.   L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.

3.   L-għajnuna tista’ tkopri biss il-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a)

kostijiet diretti tas-salarji

(b)

xiri jew kiri ta’ assi tanġibbli jew intanġibbli sal-valur tas-suq tal-assi

(c)

kostijiet għall-pubblikazzjonijiet; jew

(d)

xiri ta’ servizzi jew studji ta’ disinn u żvilupp.

4.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 24

Għajnuna maħsuba biex tillimita l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċijiet

1.   L-għajnuna maħsuba biex tillimita l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċijiet li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm: l-għajnuna jkollha l-għan li tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, li trawwem l-eliminazzjoni gradwali tal-qabdiet skartati tal-ħut u li tiffaċilita t-tranżizzjoni għal sfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.   L-għajnuna għandha tappoġġa dawn li ġejjin:

(a)

investimenti f’tagħmir li jtejjeb is-selettività tad-daqs jew is-selettività tal-ispeċijiet tal-irkaptu tas-sajd;

(b)

investimenti abbord jew f’tagħmir li jelimina l-qabdiet skartati billi jevita u jnaqqas il-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali, jew li jittratta l-qabdiet mhux mixtieqa li għandhom jinħattu l-art f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(c)

investimenti f’tagħmir li jillimita u, fejn possibbli, jelimina l-impatti fiżiċi u bijoloġiċi tas-sajd fuq l-ekosistema jew qiegħ il-baħar; jew

(d)

investimenti f’tagħmir li jipproteġi l-irkaptu tas-sajd u l-qabdiet minn mammiferi u għasafar protetti mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (25) jew mid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), sakemm dan ma jimminax is-selettività tal-irkaptu tas-sajd u jiġu introdotti l-miżuri xierqa kollha biex tiġi evitata ħsara fiżika lill-predaturi.

3.   L-għajnuna ma għandhiex tingħata aktar minn darba matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2029 għall-istess tip ta’ tagħmir fuq l-istess bastiment tas-sajd tal-Unjoni.

4.   L-għajnuna għandha tingħata biss meta l-irkaptu tas-sajd jew tagħmir ieħor imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jkollu għażla tad-daqs evidentement aħjar jew impatt evidentement aktar baxx fuq l-ekosistema u fuq speċijiet mhux fil-mira mill-irkaptu standard jew minn tagħmir ieħor permess skont id-dritt tal-Unjoni, jew skont il-liġi nazzjonali rilevanti adottata fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

5.   L-għajnuna għandha tingħata lil

(a)

sidien ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li huwa reġistrati bħala bastimenti attivi u li wettqu attivitajiet tas-sajd fil-baħar għal mill-inqas 60 jum matul is-sentejn kalendarji ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna;

(b)

sajjieda li huma s-sidien tat-tagħmir li għandu jiġi sostitwit u li ħadmu abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għal mill-inqas 60 jum matul is-sentejn kalendarji ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna;

(c)

organizzazzjonijiet tas-sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru.

6.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 25

Għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

1.   L-għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu, sakemm:

(a)

l-għajnuna jkollha l-għan li tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni gradwali tal-qabdiet skartati u tal-qabdiet aċċessorji u li tiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u li tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-annimali protetti;

(b)

l-għajnuna tappoġġa operazzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp jew l-introduzzjoni ta’ għarfien tekniku jew organizzazzjonali ġdid li jnaqqas l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent, inklużi tekniki tas-sajd imtejba u s-selettività tal-irkaptu, jew li huma mmirati lejn il-kisba ta’ użu aktar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-koeżistenza ma’ annimali protetti;

(c)

l-operazzjonijiet appoġġati għandhom jitwettqu minn, jew f’kollaborazzjoni ma’, korp xjentifiku jew tekniku, rikonoxxut mill-Istat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ tali operazzjonijiet; kif ukoll

(d)

ir-riżultati tal-operazzjonijiet appoġġati jingħataw pubbliċità adegwata mill-Istat Membru.

2.   L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizzi ssussidjati.

3.   Il-bastimenti tas-sajd involuti fi proġetti ffinanzjati skont dan l-Artikolu ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-għadd ta’ bastimenti tas-sajd tal-flotta nazzjonali jew 5 % tat-tunnellaġġ tal-flotta nazzjonali f’tunnellaġġ gross, ikkalkolat fiż-żmien tal-adozzjoni tal-istrument ta’ appoġġ.

4.   Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu biss dawn li ġejjin:

(a)

kostijiet tal-persunal diretti relatati mar-riċerkaturi, mat-teknixins u ma’ persunal ieħor ta’ appoġġ diment li dawn ikunu impjegati fuq il-proġett;

(b)

il-kostijiet tal-istrumenti u t-tagħmir diment li jkunu użati fil-proġett u għall-perjodu li jintużaw fih; fejn tali strumenti u tagħmir ma jintużawx tul ħajjithom kollha fil-proġett, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

(c)

il-kostijiet tal-bini u tal-art, sal-punt u għall-perjodu tad-durata użati għall-proġett u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

fir-rigward tal-bini, għandhom jitqiesu bħala eliġibbli biss dawk il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

(ii)

fir-rigward tal-artijiet, huma eliġibbli biss il-kostijiet tat-trasferiment kummerċjali jew il-kostijiet tal-kapital realment imġarrba;

(a)

il-kostijiet tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kundizzjonijiet distakkati, kif ukoll il-kostijiet tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett; jew

(b)

kostijiet ġenerali addizzjonali u spejjeż operattivi oħrajn, inklużi kostijiet ta’ materjali, provvisti u prodotti simili, imġarrbin direttament minħabba l-proġett.

5.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 26

Għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u skemi fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli

1.   L-għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u l-iskemi fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu.

2.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tappoġġa l-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ġbir tal-iskart mill-baħar mis-sajjieda, bħall-ġbir passiv ta’ rkaptu tas-sajd mitluf u skart mill-baħar; l-azzjonijiet li ġejjin biss huma eliġibbli għall-appoġġ:

(i)

it-tneħħija ta’ rkaptu tas-sajd mitluf mill-baħar, b’mod partikolari sabiex jiġi miġġieled is-sajd fantażma;

(ii)

ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni ta’ tagħmir abbord għall-ġbir u l-ħżin tal-iskart;

(iii)

il-ħolqien ta’ skemi ta’ ġbir tal-iskart għas-sajjieda parteċipanti, inklużi inċentivi finanzjarji;

(iv)

ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni ta’ tagħmir ibbażat f’faċilitajiet tal-portijiet tas-sajd għall-ħżin u r-riċiklaġġ tal-iskart;

(v)

il-komunikazzjoni, l-informazzjoni, il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni maħsuba biex iħeġġu lis-sajjieda u lil partijiet ikkonċernati oħrajn jipparteċipaw fi proġetti biex jitneħħa l-irkaptu tas-sajd mitluf; jew

(vi)

it-taħriġ għas-sajjieda u għall-aġenti tal-portijiet.

(b)

il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jtejbu l-fawna u l-flora tal-baħar, inklużi t-tħejjija u l-evalwazzjoni xjentifiċi tagħhom; l-azzjonijiet li ġejjin biss huma eliġibbli għall-appoġġ:

(i)

ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni ta’ faċilitajiet għall-protezzjoni taż-żoni tal-baħar mit-tkarkir;

(ii)

ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni ta’ faċilitajiet għar-restawr tal-ekosistemi tal-baħar degradati; jew

(iii)

il-kostijiet relatati ma’ xogħol preliminari bħal prospettar, studji xjentifiċi jew evalwazzjonijiet.

L-akkwiżizzjoni ta’ bastiment li għandu jiġi mgħaddas u użat bħala sikka artifiċjali m’għandhiex tkun eliġibbli.

(c)

il-kontribuzzjonijiet għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar permezz tal-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin jew it-teħid tal-azzjonijiet u l-proġetti li ġejjin:

(i)

snanar ittondjati;

(ii)

apparati akustiċi deterrenti;

(iii)

apparat għall-esklużjoni tal-fkieren tal-baħar (“TEDs”);

(iv)

linji tat-tnaffir;

(v)

għodod jew apparati oħrajn li jkunu wrew li huma effiċjenti fil-prevenzjoni ta’ qabdiet aċċidentali ta’ annimali protetti;

(vi)

taħriġ għas-sajjieda dwar ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(vii)

proġetti li jiffokaw fuq ħabitats kostali ta’ importanza għall-ħut, għall-għasafar u għal organiżmi oħrajn;

(viii)

proġetti li jiffokaw fuq oqsma ta’ importanza għar-riproduzzjoni tal-ħut, bħal artijiet mistagħdra kostali; jew

(ix)

is-sostituzzjoni tal-irkaptu tas-sajd eżistenti b’irkaptu tas-sajd b’impatt baxx, il-kostijiet relatati man-nases tal-ħut, mat-tirjix u mas-sajd bix-xlief fuq l-idejn;

(d)

il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet oħrajn immirati lejn iż-żamma u t-titjib tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema, bħar-restawr ta’ ħabitats tal-baħar u kostali speċifiċi b’appoġġ għal stokkijiet ta’ ħut sostenibbli, inklużi t-tħejjija u l-evalwazzjoni xjentifiċi tagħhom; il-kostijiet relatati mal-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:

(i)

skemi biex jiġu ttestjati tekniki ta’ monitoraġġ ġodda, u b’mod partikolari:

sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod, bħal televiżjoni b’ċirkwit magħluq (“CCTV”) jew sistemi ta’ kontroll bil-vidjo, għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni ta’ qabdiet aċċessorji ta’ annimali protetti;

ir-reġistrazzjoni ta’ data oċeanografika bħat-temperatura, is-salinità, il-plankton, il-proliferazzjonijiet tal-algi jew it-turbidità;

l-immappjar ta’ speċijiet aljeni invażivi (“IAS”);

azzjonijiet, inklużi studji, għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-espansjoni tal-IAS;

(ii)

inċentivi finanzjarji għall-installazzjoni abbord ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni awtomatiku għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni ta’ data oċeanografika bħat-temperatura, is-salinità, il-plankton, il-proliferazzjonijiet tal-algi jew it-turbidità;

(iii)

miżuri li jnaqqsu t-tniġġis fiżiku u kimiku;

(iv)

miżuri li jnaqqsu pressjonijiet fiżiċi oħrajn, inkluż l-istorbju antropoġeniku taħt l-ilma li jaffettwa b’mod negattiv il-bijodiversità;

(v)

miżuri ta’ konservazzjoni pożittivi għall-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-flora u tal-fawna, inkluża l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ jew l-istokkjar bi speċijiet indiġeni, u l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-Infrastruttura Ħadra msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Infrastruttura Ħadra (27); jew

(vi)

miżuri għall-prevenzjoni, il-kontroll jew l-eliminazzjoni tal-IAS.

3.   L-appoġġ skont il-punt (d) tal-paragrafu 2 għandu jkun soġġett għar-rikonoxximent formali ta’ tali skemi u miżuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li ma jseħħ l-ebda kumpens żejjed bħala riżultat tal-kombinament ta’ skemi tal-Unjoni, nazzjonali u privati.

4.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 27

Għajnuna biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima

1.   L-għajnuna biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna biex jiġu sostitwiti jew immodernizzati l-magni, li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu.

2.   L-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu tista’ tkopri biss il-miżuri li ġejjin:

(a)

l-investimenti f’tagħmir jew abbord immirati biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa jew ta’ gassijiet serra u biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd. Investimenti fl-irkaptu tas-sajd huma eliġibbli wkoll dment li dawn ma jipperikolawx il-kapaċità tal-għażla marbuta ma’ dak l-irkaptu;

(b)

il-verifiki u l-iskemi tal-effiċjenza enerġetika; jew

(c)

l-istudji biex tiġi vvalutata l-kontribuzzjoni ta’ sistemi ta’ propulsjoni alternattivi u disinji tal-buq għall-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd.

3.   L-għajnuna taħt il-paragrafu 2 għandu jingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd u ma għandux jingħata aktar minn darba għall-istess tip ta’ investiment matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2029 għall-istess bastiment tas-sajd.

4.   Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba b’riżultat tal-operazzjonijiet ikkonċernati. Għall-finijiet tal-punt (a) fil-paragrafu 2, il-kostijiet eliġibbli relatati ma’:

(i)

il-miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-idrodinamika tal-buq tal-bastiment jistgħu jkopru biss:

l-investimenti f’mekkaniżmi ta’ stabbiltà bħal, pereżempju, massari u pruwi bulbali li jikkontribwixxu għal navigazzjoni aħjar u stabbiltà mtejba;

il-kostijiet relatati mal-użu ta’ żebgħa antifouling mhux tossika bħal, pereżempju, kisi bir-ram, sabiex titnaqqas il-frizzjoni;

il-kostijiet relattivi għall-apparat tal-istering, bħas-sistemi ta’ kontroll tal-apparat tal-istering u diversi tmien sabiex titnaqqas l-attività tat-tmun skont il-kundizzjonijiet tat-temp u tal-istat tal-baħar; jew

l-ittestjar tat-tankijiet sabiex tiġi pprovduta bażi għat-titjib tal-idrodinamika;

(ii)

il-miżuri mmirati biex itejbu s-sistema ta’ propulsjoni tal-bastiment jistgħu biss ikopru l-kostijiet relatati max-xiri u, jekk ikun meħtieġ, mal-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin:

l-iskrejjen effiċjenti fl-użu tal-enerġija, inklużi x-xaftijiet ta’ trażmissjoni;

il-katalizzaturi;

il-ġeneraturi effiċjenti fl-użu tal-enerġija, bħal dawk li jaħdmu bl-idroġenu jew bil-gass naturali;

l-elementi ta’ propulsjoni li jaħdmu bl-enerġija rinnovabbli, bħall-qlugħ, l-ogħla qlugħ tal-bastiment li jittellgħu biss meta r-riħ ikun ħafif, l-imtieħen tar-riħ, it-turbini jew il-pannelli solari;

it-tagħmir li jimbotta l-pruwa;

l-ekonometri, is-sistemi ta’ ġestjoni tal-fjuwil u s-sistemi ta’ monitoraġġ; jew

l-investimenti fi żnienen li jtejbu s-sistema ta’ propulsjoni;

(iii)

l-investimenti fl-irkaptu tas-sajd u fit-tagħmir tas-sajd jistgħu jkopru biss il-kostijiet relatati mal-miżuri li ġejjin:

is-sostituzzjoni tal-irkaptu rmunkat bi rkaptu alternattiv;

il-modifiki tal-irkaptu rmunkat; jew

l-investimenti f’tagħmir għall-monitoraġġ tal-irkaptu rmunkat;

(iv)

l-investimenti li huma mmirati lejn it-tnaqqis tal-elettriku jew tal-enerġija termali jistgħu jkopru biss:

l-investimenti għat-titjib tas-sistemi ta’ tkessiħ, iffriżar, jew iżolament għall-bastimenti; jew

l-investimenti biex jiġi mħeġġeġ ir-riċiklaġġ tas-sħana li tkun fil-bastiment, li jinvolvi l-irkuprar u l-użu mill-ġdid tas-sħana għal operazzjonijiet awżiljarji oħrajn abbord il-bastiment.

Il-kostijiet relatati mal-manutenzjoni bażika tal-buq ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna skont il-punt (a) fil-paragrafu 2.

5.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 28

Għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa

1.   L-għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna jkollha l-għan li ttejjeb il-valur miżjud jew il-kwalità tal-ħut maqbud;

(b)

l-għajnuna tkopri biss il-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(i)

l-investimenti li jżidu l-valur għall-prodotti tas-sajd, b’mod partikolari billi jippermettu lis-sajjieda jwettqu l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ dirett tal-qabdiet tagħhom stess; jew

(ii)

investimenti innovattivi abbord li jtejbu l-kwalità tal-prodotti tas-sajd.

2.   L-għajnuna msemmija fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1 għandu jkun kundizzjonali fuq l-użu ta’ rkaptu selettiv biex jiġu mminimizzati l-qabdiet mhux mixtieqa u għandu jingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu wettqu attività tas-sajf fuq il-baħar għal mill-inqas 60 ġurnata matul sentejn kalendarji qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna.

3.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 29

Għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet ta’ kenn

1.   L-għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet ta’ kenn li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna għandha l-għan li żżid il-kwalità, il-kontroll u t-traċċabbiltà tal-prodotti li jinħattu l-art, iżżid l-effiċjenza enerġetika, tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent u ttejjeb is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol;

(b)

l-għajnuna tkopri l-kostijiet ta’ investiment eliġibbli li ġejjin li:

(i)

itejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, tas-swali tal-irkant, tal-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art u tal-postijiet ta’ kenn, inklużi l-investimenti f’faċilitajiet ta’ akkoljenza adegwati għal irkapti tas-sajd mitlufa u skart tal-baħar miġbur mill-baħar;

(ii)

jiffaċilitaw il-konformità mal-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u mal-punt (b) tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 jew li jżidu l-valur għall-komponenti tal-qabda li ma jintużawx biżżejjed; jew

(iii)

itejbu s-sikurezza tas-sajjieda permezz tal-kostruzzjoni jew il-modernizzazzjoni tal-postijiet ta’ kenn.

2.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 30

Għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u għall-fawna u l-flora akkwatiċi interni

1.   L-għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u l-fawna u l-flora akkwatika interna tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna timmira

(a)

li jitnaqqas l-impatt tas-sajd fl-ilmijiet interni fuq l-ambjent;

(b)

li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika;

(c)

li jiżdied il-valur jew il-kwalità tal-ħut żbarkat; jew

(d)

li ttejjeb is-saħħa, is-sigurtà, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-kapital uman u t-taħriġ.

2.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista’ biss tappoġġa l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a)

investimenti fil-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali msemmija fl-Artikolu 18 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(b)

investimenti abbord jew f’tagħmir individwali kif imsemmi fl-Artikolu 21 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(c)

investimenti abbord jew f’tagħmir imsemmi fl-Artikolu 24 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(d)

investimenti fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima msemmija fl-Artikolu 27 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(e)

investimenti fit-titjib tal-valur miżjud jew tal-kwalità tal-ħut maqbud imsemmija fl-Artikolu 28 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(f)

investimenti fil-portijiet tas-sajd, fil-postijiet ta’ kenn u fil-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art imsemmija fl-Artikolu 29 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; jew

(g)

investimenti fix-xbieki jew tagħmir ieħor tas-sajd soġġetti għal żieda fit-tkagħbir bl-użu minħabba ħsara kkawżata minn annimali għajr ħut inkluż speċijiet invażivi u f’tagħmir relatat.

3.   L-għajnuna tista’ tipprovdi appoġġ għall-innovazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15, għas-servizzi ta’ konsulenza f’konformità mal-Artikolu 16 u għas-sħubijiet bejn ix-xjenzati u s-sajjieda f’konformità mal-Artikolu 17.

4.   Sabiex tiġi promossa d-diversifikazzjoni mis-sajjieda fl-ilmijiet interni, l-għajnuna tista’ tappoġġa d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet interni għal attivitajiet komplementari skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu:

(a)

ir-referenzi magħmula fl-Artikoli 21, 24, 27 u 28 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bastimenti li joperaw esklussivament fl-ilmijiet interni;

(b)

ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 24 għall-ambjent tal-baħar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-ambjent li fih jopera l-bastiment tas-sajd fl-ilmijiet interni;

(c)

il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21, 24 u 27 li huma speċifiċi għall-bastimenti tas-sajd tal-baħar ma għandhomx jiġu estiżi għas-sajd fl-ilmijiet interni

6.   Sabiex jiġu protetti u żviluppati l-fawna u l-flora akkwatiċi, l-għajnuna tista’ tappoġġa biss:

(a)

il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ ta’ siti NATURA 2000 li huma affettwati mill-attivitajiet tas-sajd, u r-riabilitazzjoni tal-ilmijiet interni f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), inklużi ż-żoni ta’ riproduzzjoni u r-rotot ta’ migrazzjoni għall-ispeċijiet migratorji, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26(2), punt (d) ta’ dan ir-Regolament u, fejn rilevanti, bil-parteċipazzjoni tas-sajjieda fl-ilmijiet interni;

(b)

il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-installazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora akkwatiċi, inklużi t-tħejjija xjentifika, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd li jirċievu appoġġ skont dan l-Artikolu jibqgħu joperaw b’mod esklużiv fl-ilmijiet interni.

8.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija taħt dan l-Artikolu m’għandux jaqbeż, f’ekwivalenti ta’ għotja grossa, rata massima ta’ intensità ta’ għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli, bl-eċċezzjoni tal-miżura fil-paragrafu 2, punt (g), li għalih għandha tapplika intensità ta’ għajnuna ta’ 40 %. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Taqsima 2

It-trawwim ta’ attivitajiet tal-akkwakultura sostenibbli

Artikolu 31

Kundizzjonijiet ġenerali

1.   L-għajnuna mogħtija taħt din it-Taqsima għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

(a)

hija għandha tkun limitata għall-impriżi tal-akkwakultura, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(b)

fejn l-operazzjonijiet ikunu jikkonsistu f’investimenti f’tagħmir jew infrastruttura li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti futuri li jirrigwardjaw l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-iġjene jew il-benesseri tal-annimali skont id-dritt tal-Unjoni, jista’ jingħata appoġġ sad-data li fiha tali rekwiżiti jsiru obbligatorji għall-impriżi;

(c)

ma għandhiex tingħata għat-trobbija ta’ organiżmi ġenetikament modifikati;

(d)

ma għandhiex tingħata għall-operazzjonijiet tal-akkwakultura f’żoni protetti tal-baħar, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali, li l-operazzjoni tiġġenera impatt ambjentali negattiv sinifikanti li ma jistax jittaffa b’mod adegwat.

2.   L-għajnuna taħt din it-Taqsima għal investimenti li għandhom l-għan li jisfruttaw swieq ġodda għandha tingħata biss meta l-impriża benefiċjarja tipprovdi dokumentazzjoni li jeżistu prospetti tas-suq tajbin u sostenibbli għall-proġett.

3.   Għal investimenti li jeħtieġu valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

Artikolu 32

Għajnuna għall-innovazzjoni fl-akkwakultura

1.   L-għajnuna għall-innovazzjoni fl-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tistimula l-innovazzjoni fl-akkwakultura;

(b)

l-għajnuna jkollha l-għan li tikseb dan li ġej:

(i)

l-iżvilupp ta’ għarfien tekniku, xjentifiku jew organizzazzjonali fl-azjendi agrikoli tal-akkwakultura, li, b’mod partikolari, inaqqas l-impatt fuq l-ambjent, inaqqas id-dipendenza fuq l-għalf u ż-żejt tal-ħut, irawwem użu sostenibbli tar-riżorsi fl-akkwakultura, itejjeb il-benesseri tal-annimali jew jiffaċilita metodi ġodda ta’ produzzjoni sostenibbli;

(ii)

l-iżvilupp jew l-introduzzjoni fis-suq ta’ speċijiet ġodda tal-akkwakultura b’potenzjal tas-suq, prodotti ġodda jew imtejba sostanzjalment, proċessi ġodda jew imtejba, jew sistemi ġodda jew imtejba ta’ ġestjoni u organizzazzjoni;

(iii)

l-esplorazzjoni tal-fattibbiltà teknika jew ekonomika ta’ prodotti jew proċessi innovattivi.

2.   Is-servizzi sussidjati skont dan l-Artikolu għandhom jitwettqu minn, jew f’kollaborazzjoni ma’, korpi xjentifiċi jew tekniċi pubbliċi jew privati, rikonoxxuti mill-Istat Membru, li għandhom jivvalidaw ir-riżultati ta’ tali servizzi sussidjati.

3.   Ir-riżultati tal-proġetti li jirċievu appoġġ għandhom jingħataw pubbliċità adegwata mill-Istat Membru.

4.   Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu dawn li ġejjin:

(a)

kostijiet tal-persunal diretti relatati mar-riċerkaturi, mat-teknixins u ma’ persunal ieħor ta’ appoġġ diment li dawn ikunu impjegati fuq il-proġett;

(b)

il-kostijiet tal-istrumenti u t-tagħmir diment li jkunu użati fil-proġett u għall-perjodu li jintużaw fih;

(c)

il-kostijiet tal-bini, sal-punt u għall-perjodu tad-durata użati għall-proġett u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

fir-rigward tal-bini, għandhom jitqiesu bħala eliġibbli biss dawk il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;

(ii)

fir-rigward tal-artijiet, huma eliġibbli l-kostijiet tat-trasferiment kummerċjali jew il-kostijiet tal-kapital realment imġarrba;

(a)

il-kostijiet tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kundizzjonijiet distakkati, kif ukoll il-kostijiet tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett; jew

(b)

kostijiet ġenerali addizzjonali u spejjeż operattivi oħrajn, inklużi kostijiet ta’ materjali, provvisti u prodotti simili, imġarrbin direttament minħabba l-proġett.

Għall-finijiet tal-punt (b), fejn dawk l-istrumenti u tagħmir ma jintużawx għat-tul ta’ ħajjithom kollha għall-proġett, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji tal-kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali.

5.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 33

Għajnuna għal investimenti li jżidu l-produttività jew li jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent fl-akkwakultura

1.   L-għajnuna għal investimenti li jżidu l-produttività jew li jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent fl-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa:

(a)

l-investimenti produttivi fl-akkwakultura;

(b)

id-diversifikazzjoni tal-produzzjoni fl-akkwakultura u l-ispeċijiet ikkultivati;

(c)

il-modernizzazzjoni tal-unitajiet tal-akkwakultura, inkluż it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sikurezza tal-ħaddiema fis-settur tal-akkwakultura;

(d)

it-titjib u l-modernizzazzjoni relatati mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, inkluż ix-xiri ta’ tagħmir li għandu l-għan li jipproteġi lill-farms tal-ħut mill-predaturi selvaġġi;

(e)

l-investimenti li jnaqqsu l-impatt negattiv jew isaħħu l-effetti pożittivi fuq l-ambjent u li jżidu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;

(f)

l-investimenti fit-titjib tal-kwalità tal-prodotti tal-akkwakultura jew fiż-żieda fil-valur tagħhom;

(g)

ir-restawr tal-għadajjar jew tal-laguni tal-akkwakultura eżistenti permezz tat-tneħħija tal-ħama, jew investimenti mmirati lejn il-prevenzjoni tad-depożiti tal-ħama;

(h)

id-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-impriżi tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplementari;

(i)

l-investimenti li jirriżultaw fi tnaqqis sostanzjali fl-impatt tal-impriżi tal-akkwakultura fuq l-użu u l-kwalità tal-ilma, b’mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-ammont ta’ ilma jew sustanzi kimiċi, antibijotiċi u mediċini oħrajn użati, jew permezz tat-titjib tal-kwalità tal-ilma prodott, inkluż permezz tal-użu ta’ sistemi tal-akkwakultura multitrofiċi;

(j)

il-promozzjoni ta’ akkwakultura b’sistemi magħluqa fejn il-prodotti tal-akkwakultura jitrabbew f’sistemi magħluqa ta’ riċirkolazzjoni, sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-użu tal-ilma; jew

(k)

l-investimenti li jżidu l-effiċjenza enerġetika u li jippromwovu l-konverżjoni tal-impriżi tal-akkwakultura għal sorsi rinnovabbli tal-enerġija.

2.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1, punt (h) għandha tingħata biss lill-impriżi tal-akkwakultura jekk l-attivitajiet komplementari jkunu relatati man-negozju prinċipali tal-impriżi fis-settur tal-akkwakultura, inklużi t-turiżmu tas-sajd bil-qasba, is-servizzi ambjentali relatati mal-akkwakultura jew l-attivitajiet edukattivi dwar l-akkwakultura.

3.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tingħata għal investimenti li jżidu l-produzzjoni u/jew il-modernizzazzjoni tal-impriżi eżistenti fis-settur tal-akkwakultura, jew għall-kostruzzjoni ta’ kapaċità ta’ produzzjoni ġdida, sakemm l-iżvilupp ikun konsistenti mal-pjan għall-iżvilupp tal-akkwakultura msemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

4.   L-investimenti msemmija fil-paragrafu (1), punt (e) jinkludu dawk relatati mal-użu ta’ għalf aktar sostenibbli, it-tnaqqis u l-ġestjoni tar-rilaxx u l-effluwenti tan-nutrijenti, it-tnaqqis tal-ħarba, l-użu ta’ sustanzi kimiċi u mediċini b’impatt aktar baxx fuq l-ambjent, l-adozzjoni ta’ approċċ ċirkolari fil-ġestjoni tal-iskart, ir-rimi ta’ rkaptu tal-akkwakultura jew l-użu ta’ rkaptu bijodegradabbli tal-akkwakultura biex jiġi evitat l-iskart fil-baħar, il-ġestjoni tal-predaturi, u dawk li jagħtu kontribut li jista’ jitkejjel għar-restawr tal-bijodiversità jew il-kontinwità ekoloġika.

5.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna. Għall-operazzjonijiet li jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent, ir-rata massima tal-intensità tal-għajnuna għandha tkun ta’ 80 % sakemm ma tkunx applikabbli rata ogħla ta’ intensità tal-għajnuna fir-rigward tal-Anness IV.

Artikolu 34

Għajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għall-farms fis-settur tal-akkwakultura

1.   L-għajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għall-farms fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna ttejjeb il-prestazzjoni u l-kompetittività globali tal-farms tal-akkwakultura;

(b)

l-għajnuna tnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-farms tal-akkwakultura; kif ukoll

(c)

l-għajnuna tappoġġa x-xiri ta’ servizzi ta’ konsulenza għall-farms ta’ natura teknika, xjentifika, legali, ambjentali jew ekonomika;

Għall-finijiet tal-punt (c), għandha tingħata għajnuna biss lill-SMEs fis-settur tal-akkwakultura jew lill-organizzazzjonijiet fis-settur tal-akkwakultura inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-akkwakultura u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-akkwakultura.

2.   Is-servizzi ta’ konsulenza msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom ikopru:

(a)

il-ħtiġijiet ta’ ġestjoni sabiex il-farms tal-akkwakultura jkunu jistgħu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-ippjanar tal-ispazju marittimu;

(b)

il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali kif imsemmi fid-Direttiva 2011/92/UE u d-Direttiva 92/43/KEE;

(c)

il-ħtiġijiet ta’ ġestjoni sabiex il-farms tal-akkwakultura jkunu jistgħu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali akkwatiċi jew is-saħħa pubblika;

(d)

standards ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni;

(e)

strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ negozju; jew

(f)

studji ta’ fattibbiltà u servizzi ta’ konsulenza li jivvalutaw il-vijabbiltà ta’ miżuri potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ skont it-Titolu II, Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/1139.

3.   Is-servizzi ta’ konsulenza msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw minn korpi xjentifiċi jew tekniċi kif ukoll minn entitajiet li jipprovdu konsulenza legali jew ekonomika bil-kompetenza meħtieġa kif rikonoxxuti mill-Istat Membru. L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.

4.   L-impriżi benefiċjarji ma għandhomx jirċievu għajnuna aktar minn darba fis-sena għal kull kategorija ta’ servizz ta’ konsulenza elenkata fil-paragrafu 2.

5.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 35

Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-networking fis-settur tal-akkwakultura

1.   L-għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-networking fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:

(a)

it-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku u tekniku u prattiki innovattivi, l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda fis-settur tal-akkwakultura u fir-rigward tat-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet fis-settur tal-akkwakultura;

(b)

it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-promozzjoni tas-sikurezza okkupazzjonali; kif ukoll

(c)

in-networking u l-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki fost l-impriżi fis-settur tal-akkwakultura jew l-organizzazzjonijiet professjonali u partijiet ikkonċernati oħrajn, inklużi korpi xjentifiċi u tekniċi jew dawk li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa.

2.   L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.

3.   L-għajnuna tista’ tkopri kwalunkwe waħda mill-kostijiet eliġibbli li ġejjin imġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett appoġġat:

(a)

kostijiet diretti tas-salarji

(b)

ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;

(c)

kostijiet għall-ivvjaġġar;

(d)

kostijiet għall-pubblikazzjonijiet;

(e)

servizzi ta’ ġbir ta’ data mixtrija, studji, proġetti pilota;

(f)

il-kera ta’ bini għall-wirjiet u l-istands għalihom u l-kostijiet għall-istallazzjoni u ż-żarmar tagħhom; jew

(g)

kostijiet għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u informazzjoni fattwali.

4.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 36

Għajnuna biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura

1.   L-għajnuna għaż-żieda tal-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-iżvilupp tas-siti u l-infrastrutturi tal-akkwakultura u tnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-operazzjonijiet;

(b)

l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:

(i)

l-identifikazzjoni u l-immappjar tal-aktar żoni adatti għall-iżvilupp tal-akkwakultura, filwaqt li jiġu kkunsidrati, fejn applikabbli, il-proċessi tal-ġestjoni tat-territorju, u l-identifikazzjoni u l-immappjar ta’ żoni fejn l-akkwakultura jenħtieġ li tiġi eskluża sabiex jinżamm ir-rwol ta’ tali żoni fil-funzjonament tal-ekosistema;

(ii)

it-titjib u l-iżvilupp ta’ faċilitajiet u infrastrutturi ta’ appoġġ meħtieġa biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura u biex jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-akkwakultura, inklużi investimenti fil-konsolidazzjoni tal-art, il-provvista tal-enerġija jew il-ġestjoni tal-ilma;

(iii)

l-azzjoni meħuda u implimentata mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/147/KE jew l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/43/KEE bil-għan li tipprevjeni dannu serju fis-settur tal-akkwakultura; jew

(iv)

l-azzjoni meħuda u implimentata mill-awtoritajiet kompetenti wara d-detezzjoni taż-żieda fil-mortalità jew il-mard kif previst fir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (31).

Għall-finijiet tal-punt (b)(iv), l-għajnuna għandha tingħata biss biex tkopri l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni dwar il-frott tal-baħar bil-qoxra immirati lejn il-protezzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni, inkluż l-għoti ta’ appoġġ lill-produtturi ta’ frott tal-baħar bil-qoxra għall-manutenzjoni ta’ sikek naturali għall-frott tal-baħar bil-qoxra u żoni ta’ qbid.

2.   Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu dawn li ġejjin imġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett:

(a)

il-kostijiet tal-investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli;

(b)

kostijiet diretti tas-salarji; jew

(c)

il-kostijiet ta’ konsulenza, riċerka kuntrattwali, u servizzi ta’ appoġġ ipprovduti minn konsulenti esterni.

3.   L-impriżi benefiċjarji skont dan l-Artikolu għandhom ikunu biss dawk l-impriżi li jkunu ġew fdati mill-Istat Membru bil-kompiti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

4.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 37

Għajnuna għall-inkoraġġiment ta' intraprendituri ġodda fis-settur tal-akkwakultura li jħarsu l-prinċipji tal-akkwakultura sostenibbli

1.   L-għajnuna għall-inkoraġġiment ta’ intraprendituri ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna trawwem l-intraprenditorija fl-akkwakultura; kif ukoll

(b)

l-għajnuna tappoġġa t-twaqqif ta’ impriżi tal-akkwakultura sostenibbli minn intraprendituri ġodda.

2.   Għandha tingħata għajnuna lill-intraprendituri tal-akkwakultura li jidħlu fis-settur sakemm dawn:

(a)

ikollhom ħiliet u kompetenza professjonali adegwati;

(b)

jistabbilixxu għall-ewwel darba SME tal-akkwakultura, bħala maniġers ta’ dik l-impriża; kif ukoll

(c)

jissottomettu pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura tagħhom.

3.   Sabiex jiksbu ħiliet professjonali adegwati, l-intraprendituri tal-akkwakultura li jidħlu fis-settur jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna msemmija fl-Artikolu 35(1).

4.   Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu dawn li ġejjin imġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett:

(a)

il-kostijiet tas-salarji;

(b)

kostijiet ġenerali addizzjonali u kostijiet oħra, inklużi kostijiet ta’ materjali, provvisti;

(c)

kostijiet tat-tagħmir; jew

(d)

il-kostijiet ta’ investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli.

5.   L-ammont tal-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 38

Għajnuna għall-konverżjoni għal skemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali u akkwakultura organika

1.   L-għajnuna għall-konverżjoni għal skemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali u akkwakultura organika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tippromwovi l-iżvilupp ta’ akkwakultura organika jew effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

(b)

l-għajnuna tappoġġa waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

il-konverżjoni ta’ metodi konvenzjonali ta’ produzzjoni tal-akkwakultura fl-akkwakultura organika skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/848 (32) u f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1165 (33);

(ii)

il-parteċipazzjoni fl-iskemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34).

2.   L-għajnuna għandha tingħata biss fir-rigward tal-konverżjoni ta’ impriżi benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom li jipparteċipaw fl-EMAS għal minimu ta’ tliet snin jew li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-produzzjoni organika għal minimu ta’ ħames snin. Għandha tiġi pprovduta klawsola ta’ reviżjoni fl-impenji meħuda skont dan il-paragrafu sabiex jiġi żgurat l-aġġustament tagħhom fil-każ ta’ emendi tar-rekwiżiti, l-istandards u l-kundizzjonijiet obbligatorji rilevanti msemmija f’dan l-Artikolu.

3.   L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ kumpens għal massimu ta’ tliet snin matul il-perjodu tal-konverżjoni tal-impriża għall-produzzjoni organika, jew matul it-tħejjija għall-parteċipazzjoni fl-EMAS. L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw dak il-kumpens abbażi ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

it-telf ta’ dħul jew kostijiet addizzjonali mġarrba matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni minn produzzjoni konvenzjonali għal produzzjoni organika għal operazzjonijiet eliġibbli taħt il-punt (b)(i) tal-paragrafu 1;

(b)

il-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-applikazzjoni u t-tħejjija tal-parteċipazzjoni fl-EMAS għal operazzjonijiet eliġibbli taħt il-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1.

4.   Jekk l-impriża benefiċjarja ma tkunx tista’ tikkonforma mal-impenji skont il-paragrafu 2 minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u esterni, l-ammont ta’ għajnuna kkalkulat skont il-paragrafu 3 għandu jitnaqqas u jiġi rkuprat proporzjonalment abbażi tat-tul ta’ żmien tal-impenn inizjali u ż-żmien li l-impenji ma ġewx imħarsa.

5.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 39

Għajnuna għal servizzi ambjentali

1.   L-għajnuna għall-impriżi attivi fis-settur tal-akkwakultura li jipprovdu servizzi ambjentali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna trawwem l-iżvilupp tas-settur tal-akkwakultura li jipprovdi servizzi ambjentali; kif ukoll

(b)

l-għajnuna tappoġġa waħda mill-miżuri li ġejjin:

(i)

il-metodi tal-akkwakultura kompatibbli ma’ ħtiġijiet ambjentali speċifiċi u soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi ta’ ġestjoni li jirriżultaw mid-deżinjazzjoni ta’ żoni NATURA 2000 f’konformità mad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;

(ii)

il-parteċipazzjoni, f’termini tal-kostijiet relatati direttament magħha, fil-konservazzjoni ex situ u r-riproduzzjoni tal-annimali akkwatiċi, fi ħdan il-qafas tal-programmi ta’ konservazzjoni u restawr tal-bijodiversità żviluppati mill-awtoritajiet pubbliċi, jew taħt is-superviżjoni tagħhom;

(iii)

l-operazzjonijiet tal-akkwakultura li jinkludu l-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent u tal-bijodiversità, u l-ġestjoni tal-pajsaġġ u l-karatteristiċi tradizzjonali taż-żoni tal-akkwakultura.

2.   L-għajnuna msemmija fil-punt (b)(i) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tieħu l-forma ta’ kumpens annwali. Il-kostijiet eliġibbli huma kostijiet addizzjonali mġarrba u/jew id-dħul mitluf bħala konsegwenza tar-rekwiżiti tal-ġestjoni fiż-żoni kkonċernati, b’rabta mal-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 92/43/KEE jew 2009/147/KE.

3.   Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) fil-paragrafu 1, il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba b’riżultat tal-operazzjonijiet ikkonċernati.

4.   L-għajnuna msemmija fil-punt (b)(iii) tal-paragrafu 1 għandha tingħata biss lil impriżi benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom għal perjodu minimu ta’ ħames snin li jissodisfaw ir-rekwiżiti akkwaambjentali li jmorru lil hinn mis-sempliċi applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali. Il-benefiċċji ambjentali tal-operazzjoni għandhom jintwerew permezz ta’ valutazzjoni minn qabel imwettqa minn korpi kompetenti nnominati mill-Istat Membru, sakemm il-benefiċċji ambjentali ta’ dik l-operazzjoni ma jkunux diġà rikonoxxuti.

5.   L-għajnuna msemmija fil-punt (b)(iii) tal-paragrafu 1 għandha tieħu l-forma ta’ kumpens annwali. Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba u/jew l-introjtu mitluf.

6.   Ir-riżultati tal-operazzjonijiet li jirċievu l-għajnuna skont dan l-Artikolu għandhom jingħataw pubbliċità adegwata mill-Istat Membru.

7.   Għall-impenji meħuda skont dan l-Artikolu, għandha tiġi pprovduta klawżola ta’ reviżjoni sabiex jiġi żgurat l-aġġustament tagħhom fil-każ ta’ emendi tar-rekwiżiti, l-istandards u l-kundizzjonijiet obbligatorji rilevanti msemmija f’dan l-Artikolu.

8.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 40

Għajnuna għall-miżuri tas-saħħa pubblika

1.   L-għajnuna għal miżuri tas-saħħa pubblika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu, sakemm l-għajnuna tappoġġa skema ta’ kumpens li tikkumpensa lil dawk li jrabbu l-molluski għas-sospensjoni temporanja tal-ħsad tal-molluski mrobbija, fejn tali sospensjoni sseħħ esklussivament għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika.

2.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tingħata biss fejn l-għeluq tal-produzzjoni klassifikata jew taż-żona ta’ riinstallazzjoni, skont l-Artikolu 62 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (35) ikun dovut għall-proliferazzjoni tal-plankton li jipproduċi t-tossini jew għall-preżenza tal-plankton li fih bijotossini li jaqbżu l-limiti stabbiliti fl-Anness III, it-Taqsima VII, il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36), u diment li:

(a)

il-kontaminazzjoni ddum għal aktar minn erba’ xhur konsekuttivi; jew

(b)

it-telf, li jirriżulta mis-sospensjoni tal-ħsad, jammonta għal aktar minn 25 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat abbażi tal-fatturat medju ta’ dak in-negozju matul it-tliet snin kalendarji ta’ qabel is-sena li fiha l-ħsad ikun ġie sospiż;

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċjali ta’ kalkolu fir-rigward ta’ kumpaniji b’inqas minn tliet snin ta’ attività.

3.   It-tul ta’ żmien li għalih jista’ jingħata l-kumpens għandu jkun massimu ta’ 12-il xahar bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2029. F’każijiet debitament ġustifikati, dan jista’ jiġi estiż darba għal massimu ta’ 12-il xahar addizzjonali sa massimu kkombinat ta’ 24 xahar.

4.   Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba u/jew l-introjtu mitluf bħala riżultat tal-miżuri kkonċernati. Il-kumpens ikkalkolat għandu jitnaqqas b’kull kost imġarrab mhux direttament minħabba l-avveniment li kieku minħabba fih kienu jiġġarrbu mill-benefiċjarju.

5.   L-għajnuna u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jikkumpensaw għall-ħsara, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 41

Għajnuna għal miżuri tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali

1.   L-għajnuna għas-saħħa u l-benesseri tal-annimali f’impriżi tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm

(a)

l-għajnuna jkollha l-għan li trawwem is-saħħa u l-benesseri tal-annimali fl-impriżi tal-akkwakultura, fost l-oħrajn, f’termini ta’ prevenzjoni u bijosigurtà; kif ukoll

(b)

l-għajnuna tista’ tkopri biss waħda mill-miżuri li ġejjin:

(i)

l-iżvilupp tal-aħjar prattiki ġenerali u speċifiċi għall-ispeċijiet jew kodiċijiet ta’ mġiba dwar il-bijosigurtà jew dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali fis-settur tal-akkwakultura;

(ii)

l-inizjattivi li għandhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza tal-akkwakultura fuq il-mediċina veterinarja;

(iii)

studji veterinarji jew farmaċewtiċi u d-disseminazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki rigward mard veterinarju fl-akkwakultura, bil-għan tal-promozzjoni ta’ użu xieraq tal-mediċina veterinarja;

(iv)

l-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi għall-protezzjoni tas-saħħa fis-settur tal-akkwakultura kif rikonoxxuti mill-Istati Membri; jew

(v)

kumpens lill-persuni li jaħdmu fil-farms tal-molluski għas-sospensjoni temporanja tal-attivitajiet tagħhom minħabba mortalità eċċezzjonali tal-massa, jekk ir-rata tal-mortalità taqbeż l-20 % jew jekk it-telf li jirriżulta mis-sospensjoni tal-attività jammonta għal aktar minn 30 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat abbażi tal-fatturat medju ta’ dak in-negozju matul it-tliet snin kalendarji ta’ qabel is-sena li fiha ġew sospiżi l-attivitajiet.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċjali ta’ kalkolu fir-rigward ta’ kumpaniji b’inqas minn tliet snin ta’ attività.

L-għajnuna msemmija fil-punt (b)(iii) ma għandhiex tkopri x-xiri ta’ mediċini veterinarji.

Ir-riżultati tal-istudji ffinanzjati skont il-punt (b)(iii) għandhom jiġu rrapportati u rreklamati b’mod adegwat mill-Istat Membru.

2.   L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.

3.   Għall-finijiet tal-punt (b)(i) sa (iv) fil-paragrafu 1, il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba b’riżultat tal-miżuri kkonċernati. Għall-finijiet tal-punt (b)(v) fil-paragrafu 1, il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba u/jew l-introjtu mitluf b’riżultat tal-miżuri kkonċernati.

4.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 42

Għajnuna għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard

1.   L-għajnuna għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard fl-intrapriżi tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa l-kostijiet tal-prevenzjoni, kontroll u qerda ta’:

(a)

il-mard fl-akkwakultura elenkat fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, jew inkluż fil-lista ta’ mard tal-annimali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, inklużi l-kostijiet operazzjonali meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi fi pjan ta’ eradikazzjoni;

(b)

mard emerġenti li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/429;

(c)

iż-żoonożi tal-annimali akkwatiċi elenkati fil-punt 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37); jew

(d)

mard għajr marda elenkata msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 226 ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-għajnuna għandha titħallas biss b’rabta ma’ mard ta’ annimali akkwatiċi li għalihom jeżistu regoli tal-Unjoni jew nazzjonali, kemm jekk stabbiliti minn liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva.

3.   L-għajnuna tista’ tkopri biss il-kostijiet eliġibbli li ġejjin għall-finijiet ta’ prevenzjoni, kontroll u qerda:

(a)

il-kontrolli tas-saħħa, l-analiżijiet, it-testijiet, u miżuri oħra ta’ skrinjar;

(b)

it-titjib ta’ miżuri ta’ bijosigurtà;

(c)

ix-xiri, il-ħżin, l-amministrazzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ vaċċini, mediċini, u sustanzi għat-trattamenti tal-annimali;

(d)

l-iskarnar, il-qtil, u l-qerda tal-annimali;

(e)

il-qerda ta’ prodotti tal-annimali u ta’ prodotti marbuta magħhom;

(f)

it-tindif, id-diżinfezzjoni jew id-diżinfezzjoni tal-azjenda u tat-tagħmir; jew

(g)

il-ħsara mġarrba minħabba l-iskarnar, il-qtil jew il-qerda ta’ annimali, ta’ prodotti tal-annimali, u ta’ prodotti marbuta magħhom.

4.   L-għajnuna ma għandhiex tkun relatata ma’ miżuri li l-kost tagħhom, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni teħtieġ li jitħallas mill-benefiċjarju, sakemm il-kost ta’ tali miżuri ma jkunx kompletament paċut minn imposti obbligatorji fuq il-benefiċjarji.

5.   L-iskemi ta’ għajnuna relatati ma’ marda tal-annimali għandhom jiġu introdotti fi żmien tliet snin u l-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin mid-data tal-okkorrenza tal-ispiża jew tal-ħsara kkawżata mill-marda tal-annimali.

6.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 43

Għajnuna għall-investiment maħsub biex itaffi l-ħsara kkawżata mill-mard tal-annimali

1.   L-għajnuna għall-investiment maħsub biex itaffi l-ħsara kkawżata mill-mard tal-annimali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-investiment isegwi primarjament l-għan li jipprevjeni jew jimmitiga l-ħsara kkawżata minn mard tal-annimali taħt l-Artikolu 42(1), punt (a), ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-għajnuna tista’ biss tkopri l-kostijiet eliġibbli li huma diretti u speċifiċi għal miżuri preventivi. Il-kostijiet jistgħu jinkludu biss il-kostijiet:

(a)

għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli; jew

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi.

3.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 65 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 44

Għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura

1.   L-għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tippromwovi s-salvagwardja tal-introjtu tal-produtturi tal-akkwakultura; kif ukoll

(b)

l-għajnuna tikkontribwixxi għal assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li tkopri t-telf ekonomiku minħabba mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

diżastri naturali;

(ii)

avvenimenti klimatiċi negattivi;

(iii)

bidliet f’daqqa fil-kwalità u l-kwantità tal-ilma li l-operatur ma jkunx responsabbli għalihom;

(iv)

mard fis-settur tal-akkwakultura, ħsarat fil-faċilitajiet tal-produzzjoni jew il-qerda tagħhom, li l-operatur ma jkunx responsabbli għalihom;

(v)

kriżijiet tas-saħħa pubblika;

(vi)

telf ta’ produzzjoni minħabba attakk minn annimali predatorji jew protetti;

(vii)

l-assigurazzjoni m’għandhiex teħtieġ jew tispeċifika t-tip jew il-kwantità ta’ produzzjoni futura u l-għajnuna mhijiex limitata għall-assigurazzjoni pprovduta minn kumpanija tal-assigurazzjoni speċifika jew grupp ta’ kumpaniji.

2.   L-okkorrenza taċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (b) (i), (ii) u (v) tal-paragrafu 1 fl-akkwakultura għandha tiġi rikonoxxuta formalment bħala tali mill-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu kriterji minn qabel li abbażi tagħhom għandu jitqies li ngħata r-rikonoxximent formali msemmi fil-paragrafu 2.

4.   Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, punt (b), għandhom jirrelataw mal-kopertura tal-kostijiet sa 70 % ta’ primjum għal kuntratt li jkopri sa 100 % tat-telf ekonomiku potenzjali.

Taqsima 3

Miżuri relatati mal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar

Artikolu 45

Għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.   L-għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-għajnuna tippromwovi miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; kif ukoll

(b)

l-għajnuna timmira lejn:

(i)

il-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali li għandhom jiġu rikonoxxuti f’konformità mat-Taqsima II tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(ii)

is-sejba ta’ swieq ġodda u t-titjib tal-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, inklużi:

speċijiet b’potenzjal ta’ kummerċjalizzazzjoni;

qabdiet mhux mixtieqa li jinħattu l-art minn stokkijiet kummerċjali f’konformità mal-miżuri tekniċi skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u l-punt (b) tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura miksuba bl-użu ta’ metodi b’impatt baxx fuq l-ambjent, jew prodotti tal-akkwakultura organiċi skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/848;

(iii)

il-promozzjoni tal-kwalità u tal-valur miżjud permezz tal-faċilitazzjoni ta’:

l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ prodott partikolari u l-adattament tal-operaturi kkonċernati għar-rekwiżiti rilevanti ta’ konformità u ċertifikazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38);

iċ-ċertifikazzjoni u l-promozzjoni ta’ prodotti sostenibbli tas-sajd u tal-akkwakultura, inklużi prodotti minn sajd kostali fuq skala żgħira, u ta’ metodi tal-ipproċessar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

il-kummerċjalizzazzjoni diretta ta’ prodotti tas-sajd minn sajjieda kostali fuq skala żgħira, sajjieda migratorji, sajjieda fl-ilmijiet interni, sajjieda li jistadu bil-wieqfa jew produtturi tal-akkwakultura;

il-preżentazzjoni u l-imballaġġ tal-prodotti;

(iv)

il-kontribut għat-trasparenza tal-produzzjoni u s-swieq u t-twettiq ta’ stħarriġ u studji tas-suq dwar id-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet;

(v)

il-kontribut għat-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura u, fejn rilevanti, l-iżvilupp ta’ ekotikketta għall-Unjoni kollha għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(vi)

it-tfassil ta’ kuntratti standard għall-SMEs li huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni;

(vii)

it-twettiq ta’ kampanji reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali ta’ komunikazzjoni u promozzjoni, biex ikabbru l-għarfien dwar il-prodotti sostenibbli tas-sajd u tal-akkwakultura.

2.   L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ servizz issussidjat jew għotja diretta.

3.   L-għajnuna tista’ tkopri biss il-kostijiet eliġibbli li ġejjin:

(a)

kostijiet diretti tas-salarji

(b)

ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;

(c)

kostijiet għall-ivvjaġġar;

(d)

kostijiet għall-pubblikazzjonijiet;

(e)

studji mixtrija;

(f)

il-kera ta’ bini għall-wirjiet u l-istands għalihom u l-kostijiet għall-istallazzjoni u ż-żarmar tagħhom; jew

(g)

il-kostijiet għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u l-informazzjoni fattwali dwar il-prodotti ġeneriċi tas-sajd u l-benefiċċji nutrittivi tagħhom u l-użi ssuġġeriti għalihom.

4.   L-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-attivitajiet ta’ produzzjoni, ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni tul il-katina tal-provvista. L-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (b)(vii) tal-paragrafu 1 ma għandhomx jirreferu għal xi intrapriża, isem tad-ditta jew oriġini partikolari.

5.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 46

Għajnuna għall-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

1.   L-għajnuna għall-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa l-investimenti fl-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-għajnuna għandha l-għan li tappoġġa miżuri li:

(a)

jikkontribwixxu għall-iffrankar tal-enerġija jew għat-tnaqqis tal-impatt fuq l-ambjent, inkluż it-trattament tal-iskart;

(b)

itejbu s-sikurezza, l-iġjene, is-saħħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol;

(c)

jappoġġaw l-ipproċessar tal-qabdiet ta’ ħut kummerċjali li ma jistax ikun destinat għall-konsum mill-bniedem;

(d)

jirrigwardjaw l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji li jirriżultaw minn attivitajiet ewlenin ta’ pproċessar;

(e)

jirrigwardjaw l-ipproċessar ta’ prodotti organiċi tal-akkwakultura skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 2018/848;

(f)

iwasslu għal prodotti ġodda jew imtejba, proċessi ġodda jew imtejba, jew sistemi ta’ ġestjoni u organizzazzjoni ġodda jew imtejba;

(g)

jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-kostijiet tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard imsemmi fl-Artikolu 42, punt (a)(1); jew

(h)

jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni tal-investimenti taħt il-kundizzjoni tal-Artikolu 43.

2.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 50 % tal-kostijiet eliġibbli. L-ammont tal-għajnuna mogħtija għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard taħt il-paragrafu 1, il-punt (g) ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli. L-għajnuna għall-investiment għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara taħt il-paragrafu 1, il-punt (h), ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex taqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 65 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Taqsima 4

Kategoriji oħrajn ta’ għajnuna

Artikolu 47

Għajnuna għall-ġbir, il-ġestjoni, l-użu u l-ipproċessar tad-data fis-settur tas-sajd

1.   L-għajnuna għall-ġbir, il-ġestjoni, l-użu u l-ipproċessar ta’ data bijoloġika, ambjentali, teknika u soċjoekonomika fis-settur tas-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data, kif previst fl-Artikolu 25(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat aktar fir-Regolament (KE) Nru 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39).

2.   L-għajnuna għandha tkopri biss il-miżuri li ġejjin:

(a)

il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għall-fini tal-analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS;

(b)

programmi nazzjonali, tranżnazzjonali u subnazzjonali ta’ kampjunar pluriennali, sakemm dawn ikunu relatati mal-istokkijiet koperti mill-PKS;

(c)

il-monitoraġġ fuq il-baħar tas-sajd kummerċjali u rikreattiv, inkluż il-monitoraġġ tal-qabdiet aċċessorji ta’ organiżmi tal-baħar bħal mammiferi u għasafar tal-baħar;

(d)

l-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar; jew

(e)

it-titjib tas-sistemi ta’ ġbir tad-data u ta’ ġestjoni tad-data u l-implimentazzjoni ta’ studji pilota biex jittejbu s-sistemi eżistenti ta’ ġbir tad-data u ta’ ġestjoni tad-data.

3.   L-għajnuna tista’ tkopri kwalunkwe waħda mill-kostijiet eliġibbli li ġejjin imġarrba direttament bħala riżultat tal-miżuri appoġġati.

(a)

kostijiet diretti tas-salarji

(b)

ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;

(c)

kostijiet għall-ivvjaġġar;

(d)

kostijiet għall-pubblikazzjonijiet;

(e)

investimenti fis-sistemi tal-ġbir tad-data u tal-ġestjoni tad-data;

(f)

servizzi ta’ ġbir ta’ data mixtrija.

4.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 48

Għajnuna maħsuba biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali

1.   L-għajnuna maħsuba biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-investiment isegwi primarjament l-għan li jipprevjeni jew jimmitiga l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali.

2.   Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

3.   L-għajnuna tista’ biss tkopri l-kostijiet eliġibbli li huma diretti u speċifiċi għal miżuri preventivi. Il-kostijiet jistgħu jinkludu biss il-kostijiet li ġejjin:

(a)

għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi.

4.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 65 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 49

Għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali

1.   L-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 107(2) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun irrikonoxxiet formalment il-karattru tal-avveniment bħala diżastru naturali; kif ukoll

(b)

ikun hemm rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u l-ħsara mġarrba mill-impriża.

2.   L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu minn qabel kriterji li abbażi tagħhom jitqies li ngħata r-rikonoxximent formali msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu.

3.   L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi li tagħhom dik l-impriża tkun membru. Meta l-għajnuna titħallas lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ għajnuna li għalih tkun eliġibbli dik l-impriża.

4.   L-iskemi ta’ għajnuna relatati ma’ diżastru naturali speċifiku għandhom jiġu stabbiliti fi żmien tliet snin mid-data li fiha seħħ id-diżastru naturali. L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.

5.   Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu l-ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali, kif ivvalutata minn awtorità pubblika kompetenti, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-għoti jew minn impriża tal-assigurazzjoni. Dik il-ħsara tista’ tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

ħsara materjali lil assi bħal bini, tagħmir, makkinarju, ħażniet u mezzi ta’ produzzjoni; jew

(b)

telf ta’ introjtu minħabba l-qerda sħiħa jew parzjali tal-produzzjoni tas-sajd jew tal-akkwakultura jew il-mezzi ta’ tali produzzjoni għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur mill-okkorrenza tad-diżastru.

6.   Il-kalkolu tal-ħsara materjali għandha tkun ibbażata fuq il-kost tat-tiswijiet jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwati qabel id-diżastru. Dan ma għandux jaqbeż il-kost tat-tiswijiet jew it-tnaqqis fil-valur ġust tas-suq ikkawżat mid-diżastru naturali, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi immedjatament qabel u immedjatament wara d-diżastru.

7.   It-telf tal-introjtu għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:

(a)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti fis-sena tad-diżastru naturali, jew f’kull sena sussegwenti affettwata mill-qerda sħiħa jew parzjali tal-mezzi ta’ produzzjoni, bil-prezz tal-bejgħ medju miksub matul dik is-sena; minn

(b)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti fil-perjodu ta’ tliet snin qabel id-diżastru naturali, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-diżastru naturali, minbarra l-ogħla u l-inqas entrata, bil-prezz tal-bejgħ medju miksub.

8.   Il-ħsara għandha tiġi kkalkolata fil-livell tal-impriża individwali. Meta SME tkun ġiet stabbilita inqas minn tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-avveniment, ir-referenza għall-perjodi ta’ tliet snin fil-paragrafu 7, punt (b), għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-fatturat iġġenerat jew il-kwantità ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti u mibjugħa minn impriża medja tal-istess daqs bħall-applikant, jiġifieri mikrointrapriża jew intrapriża żgħira jew intrapriża ta’ daqs medju, rispettivament, fis-settur nazzjonali jew reġjonali affettwat mill-avveniment klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.

9.   L-għajnuna mogħtija u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jikkumpensaw għall-ħsara, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 50

Għajnuna biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali

1.   L-għajnuna għal investimenti għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastri naturali, li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

3.   L-għajnuna tista’ biss tkopri l-kostijiet eliġibbli li huma diretti u speċifiċi għal miżuri preventivi. Il-kostijiet jistgħu jinkludu l-kostijiet għal waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi.

4.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 65 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 51

Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali

1.   L-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Għajnuna li twettaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rrikonoxxiet formalment it-tip ta' avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali; kif ukoll

(b)

hemm rabta ta' kawżalità diretta bejn l-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali u d-dannu mġarrab mill-impriża.

3.   Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bil-quddiem kriterji li abbażi tagħhom jitqies li jkun ingħata r-rikonoxximent formali msemmi fil-punt (2)(a) ta’ dan l-Artikolu.

4.   L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata.

5.   L-iskemi tal-għajnuna għandhom jiġu stabbiliti fi żmien tliet snin wara d-data tal-okkorrenza tal-avveniment klimatiku avvers li jista' jkun assimilat ma' diżastru naturali. L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.

6.   Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu d-danni mġarrba bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali, kif stmati mill-awtorità pubblika indipendentement mill-awtorità awtorizzanti, espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-awtorizzanti jew minn impriża tal-assigurazzjoni. Dik il-ħsara tista’ tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

ħsara materjali lil assi bħal bini, tagħmir, makkinarju, ħażniet u mezzi ta’ produzzjoni; jew

(b)

telf ta’ introjtu minħabba l-qerda sħiħa jew parzjali tal-produzzjoni tas-sajd jew tal-akkwakultura jew il-mezzi ta’ tali produzzjoni għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur mill-okkorrenza tal-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.

7.   Il-kalkolu tal-ħsara materjali għandu jkun ibbażat fuq il-kost tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel l-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali. Dan ma għandux jaqbeż il-kost tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur ġust tas-suq ikkawżat mill-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi immedjatament qabel u immedjatament wara l-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.

8.   It-telf tal-introjtu għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:

(a)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura manifatturati fis-sena tal-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, jew f’kull sena sussegwenti affettwata mill-qerda totali jew parzjali tal-mezzi ta’ produzzjoni, mal-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena; minn

(b)

ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura manifatturati fil-perjodu ta’ tliet snin qabel l-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin qabel l-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, minbarra l-ogħla u l-inqas entrata, mal-prezz medju tal-bejgħ miksub.

9.   Il-ħsara għandha tiġi kkalkolata fil-livell tal-impriża individwali. Meta SME tkun ġiet stabbilita inqas minn tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-avveniment, ir-referenza għall-perjodi ta’ tliet snin fil-paragrafu 7, punt (b), għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-fatturat iġġenerat jew il-kwantità ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti u mibjugħa minn impriża medja tal-istess daqs bħall-applikant, jiġifieri mikrointrapriża jew intrapriża żgħira jew intrapriża ta’ daqs medju, rispettivament, fis-settur nazzjonali jew reġjonali affettwat mill-avveniment klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.

10.   L-għajnuna mogħtija u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jikkumpensaw għall-ħsara, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 52

Għajnuna maħsuba biex tevita u ttaffi l-ħsara kkawżata minn annimali protetti

1.   L-għajnuna għall-investimenti maħsuba biex tikkumpensa għall-ħsara kkawżata mill-imġiba tal-annimali protetti fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

l-investiment primarjament għandu l-għan li jipprevjeni jew itaffi l-ħsara kkawżata mill-imġiba tal-annimali protetti;

(b)

fir-rigward tas-sajd, l-objettiv tal-investiment huwa li jipprevjeni u jtaffi d-depredazzjoni jew li jipprevjeni u jimmitiga l-ħsara lill-irkaptu tas-sajd jew lil materjal operatorju ieħor ikkawżata mill-imġiba ta’ annimal protett.

2.   Għal investiment li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE l-għajnuna għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li tkun saret tali valutazzjoni u li jkun ingħata l-permess għall-iżvilupp għall-proġett ta’ investiment ikkonċernat qabel id-data tal-għoti tal-għajnuna individwali.

3.   L-għajnuna tista’ biss tkopri l-kostijiet eliġibbli li huma diretti u speċifiċi għal miżuri preventivi. Il-kostijiet jistgħu jinkludu wieħed mill-kostijiet li ġejjin:

(a)

għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;

(b)

ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi.

4.   L-ammont tal-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż, f’għotja grossa ekwivalenti, rata massima ta’ intensità tal-għajnuna ta’ 100 % tal-kostijiet eliġibbli. Ir-rati massimi speċifiċi tal-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness IV. Meta operazzjoni waħda taqa’ taħt bosta mir-ringieli minn 1 sa 11 tal-Anness IV, għandha tapplika l-ogħla rata massima ta’ intensità tal-għajnuna.

Artikolu 53

Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti

1.   L-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:

(a)

ikun hemm rabta kawżali diretta bejn il-ħsara mġarrba u l-imġiba tal-annimali protetti;

(b)

il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet tal-ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tal-avveniment li kkawża l-ħsara, kif ivvalutati minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-għoti jew minn impriża tal-assigurazzjoni; kif ukoll

(c)

għas-sajd, l-għajnuna fir-rigward tal-ħsara għall-annimali hija limitata għall-ħsara lill-qabdiet

2.   Il-ħsara li għandu jsir tajjeb għaliha tista’ tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

ħsara għall-annimali fl-akkwakultura: il-kostijiet eliġibbli huma bbażati fuq il-valur tas-suq tal-annimal danneġġjat jew maqtul mill-annimali protetti;

(b)

ħsara lill-qabdiet fis-settur tas-sajd ikkawżata minn annimali protetti; jew

(c)

il-ħsara materjali għall-assi li ġejjin: tagħmir, makkinarju, proprjetà.

3.   Il-valur tas-suq imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-valur tal-annimali immedjatament qabel ma seħħet il-ħsara kkawżata mill-imġiba tal-annimali protetti, u bħallikieku ma ġewx affettwati mill-imġiba tal-annimali protetti.

4.   Il-kalkolu tal-ħsara materjali għandha tkun ibbażata fuq il-kost tat-tiswijiet jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwati qabel ma seħħet il-ħsara. Dan ma jistax jaqbeż il-kost tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur tas-suq ġust ikkawżat mill-annimali protetti, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-assi immedjatament qabel u immedjatament wara li seħħet il-ħsara.

5.   Il-ħsara li trid tiġi kkumpensata tista’ tiżdied b’kostijiet oħra mġarrba mill-impriża benefiċjarja minħabba l-imġiba tal-annimali protetti, u għandha titnaqqas bi kwalunkwe kost li ma jkunx iġġarrab direttament minħabba l-imġiba tal-annimali protetti li kieku kienu jiġġarrab mill-impriża benefiċjarja, u bi kwalunkwe dħul magħmul mill-bejgħ ta’ prodotti marbuta mal-annimali li ġarrbu ħsara jew li nqatlu.

6.   Ħlief għall-ewwel attakki minn annimali protetti, huwa meħtieġ sforz raġonevoli mill-impriżi benefiċjarji biex jittaffa r-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u biex jiġi pprovdut inċentiv sabiex ir-riskju jitnaqqas kemm jista’ jkun. Dan l-isforz għandu jieħu l-forma ta’ miżuri preventivi, bħal ċnut tas-sikurezza, li huma proporzjonati għar-riskju ta’ ħsara kkawżata mill-imġiba tal-annimali protetti fiż-żona kkonċernata, sakemm tali miżuri ma jkunux raġonevolment possibbli.

7.   L-għajnuna għandha titħallas direttament lill-impriża kkonċernata jew lil grupp jew organizzazzjoni ta’ produtturi li tagħhom dik l-impriża tkun membru. Meta l-għajnuna titħallas lil grupp jew lil organizzazzjoni ta’ produtturi, l-ammont ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ għajnuna li għalih hija eliġibbli dik l-intrapriża.

8.   L-iskema ta’ għajnuna għandha tiġi stabbilita fi żmien tliet snin mid-data tal-okkorrenza tal-event dannuż. L-għajnuna għandha titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.

9.   L-għajnuna mogħtija u kwalunkwe pagament ieħor riċevut biex jikkumpensaw għall-ħsara, inklużi l-pagamenti taħt il-poloz tal-assigurazzjoni, għandhom ikunu limitati għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 54

Għajnuna għal proġetti tas-CLLD

1.   L-għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti tal-CLLD taħt ir-Regolament (UE) 2021/1139, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, dment li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, imsemmija fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u ddeżinjati bħala żvilupp lokali ta’ LEADER skont il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura favur il-proġetti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-kostijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-proġetti tas-CLLD:

(a)

il-kostijiet tal-appoġġ preparatorju, il-bini tal-kapaċità, it-taħriġ u n-networking bil-ħsieb tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġija tas-CLLD imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40);

(b)

l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet approvati;

(c)

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp;

(d)

l-ispejjeż tat-tmexxija marbutin mal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità; jew

(e)

animazzjoni tal-istrateġija tal-CLLD sabiex tiffaċilita l-iskambju bejn il-partijiet ikkonċernati biex jipprovdu informazzjoni u jippromwovu l-istrateġija u l-proġetti, u biex jappoġġaw benefiċjarji potenzjali bil-għan li jiżviluppaw operazzjonijiet u jħejju applikazzjonijiet.

4.   Il-kostijiet imġarrba mill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, imsemmija fil-paragrafu 1, jistgħu jkunu eliġibbli biss għall-għajnuna skont dan l-Artikolu dment li jiġu segwiti f’waħda mill-oqsma li ġejjin:

(a)

ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;

(b)

l-ambjent;

(c)

l-impjiegi u t-taħriġ;

(d)

il-konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju;

(e)

il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi u tal-ilma ħelu;

(f)

il-promozzjoni ta' prodotti tal-ikel li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-TFUE;

(g)

l-isport.

5.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż ir-rati massimi ta’ appoġġ previsti għal kull tip ta’ operazzjoni fir-Regolament (UE) 2021/1139.

Artikolu 55

Ammonti limitati ta’ għajnuna għal proġetti tas-CLLD

1.   Għajnuna lil intrapriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-Grupp tas-CLLD jew li jibbenefikaw minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati.

2.   L-għajnuna lill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fil-proġetti tas-CLLD, jew li jibbenefikaw minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

3.   Il-kostijiet imġarrba mill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jkunu eliġibbli biss għall-għajnuna skont dan l-Artikolu dment li jiġu segwiti f’waħda mill-oqsma li ġejjin:

(a)

ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;

(b)

l-ambjent;

(c)

l-impjiegi u t-taħriġ;

(d)

il-konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju;

(e)

il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi u tal-ilma ħelu;

(f)

il-promozzjoni ta' prodotti tal-ikel li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-TFUE;

(g)

l-isport.

4.   L-ammont totali ta’ għajnuna skont dan l-Artikolu mogħtija għal kull proġett ma għandux jaqbeż il-EUR 200 000.

Artikolu 56

Eżenzjonijiet u tnaqqis mit-taxxa skont id-Direttiva 2003/96/KE

1.   Għajnuna fil-forma ta' eżenzjonijiet jew tnaqqis mit-taxxa adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 15(1), punt (f) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(3), punt (c) u eżentata mir-rekwiżit tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2003/96/KE u fil-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament huma ssodisfati.

2.   L-impriża benefiċjarja tal-eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa għandhom jiġu magħżula abbażi ta' kriterji trasparenti u oġġettivi. Fejn applikabbli, huma għandhom iħallsu mill-inqas il-livell minimu rispettiv ta’ tassazzjoni stabbilit mid-Direttiva 2003/96/KE.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 57

Applikazzjoni kontinwa tar-Regolament (UE) Nru 1388/2014

L-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 (41) jiddikjara li dak ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2022. Ir-Regolament preżenti se jissostitwixxi r-Regolament (UE) Nru 1388/2014 mal-iskadenza tiegħu.

Artikolu 58

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal għajnuna individwali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jekk l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9.

2.   Kwalunkwe għajnuna mhux eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE taħt dan ir-Regolament jew ta’ regolamenti oħrajn adottati skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1588 li kienu fis-seħħ qabel għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni f’konformità mal-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.

3.   Kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 2023 skont kwalunkwe regolament adottat skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2015/1588 li kien fis-seħħ qabel fil-ħin tal-għoti tal-għajnuna għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

4.   Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament għandha tibqa’ eżentata matul perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur.

Artikolu 59

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2029.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.

(2)  ĠU C 185, 6.5.2022, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1).

(5)  ĠU C 217, 2.7.2015, p. 1.

(6)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

(7)  ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.

(8)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(9)  Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(11)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-Intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(12)  Skont id-definizzjoni ta’ SME, riprodotta fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, intrapriża ma tistax titqies bħala SME jekk 25 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot huma kkontrollati direttament jew indirettament, b’mod konġunt jew individwalment, minn korp pubbliku wieħed jew aktar (ara l-Artikolu 3(4) ta’ dak l-Anness).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999. (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006. (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(16)  Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2017/1130 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(21)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat ( ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(23)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(24)  Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, Metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (28.5.2014, SWD(2014) 179 final).

(25)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(26)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(27)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, L-Infrastruttura Ħadra (‘Green Infrastructure’ - GI) — It-Tisħiħ tal-Kapital Naturali tal-Ewropa, COM(2013) 249 final, 6.5.2013.

(28)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(29)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(30)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(31)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

(32)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (GU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(33)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1165 tal-15 ta’ Lulju 2021 li jawtorizza ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni organika u li jistabbilixxi l-listi tagħhom (ĠU L 253, 16.7.2021, p. 13).

(34)  Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).

(35)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51).

(36)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(37)  Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm għas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).

(38)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(39)  Ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1).

(40)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(41)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 1388/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b'applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 369, 24.12.2014, p. 37).


ANNESS I

Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)

1.   Intrapriża

Intrapriża hija kkunsidrata bħala kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha. Din tinkludi, b'mod partikolari, persuni li jaħdmu għal rashom u negozji tal-familja involuti fi snajja' jew attivitajiet oħra, u sħubiji jew assoċjazzjonijiet involuti regolarment f'attività ekonomika.

2.   L-għadd ta' persunal u l-limiti stabbiliti finanzjarji li jiddeterminaw il-kategoriji tal-intrapriżi

2.1.

Il-kategorija ta ’ intrapriżi mikro, żgħar u medji (“SMEs”) hija magħmula minn intrapriżi li jħaddmu anqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, u/jew it-total annwali tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun.

2.2.

Fil-kategorija tal-SMEs, intrapriża żgħira hija definita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 50 ruħ u li l-valur tal-introjtu annwali tagħha u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun.

2.3.

Fil-kategorija tal-IŻM, mikrointrapriża hija definita bħala intrapriża li tħaddem anqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali tagħha u/jew it-total annwali tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-EUR 2 miljun.

3.   It-tipi ta' intrapriża meqjusa fil-kalkolu tan-numru ta' impjegati u tal-ammonti finanzjarji

3.1.

“Intrapriża awtonoma” hija kwalunkwe intrapriża li mhijiex ikklassifikata bħala intrapriża msieħba skont it-tifsira tal-punt 3.2 jew bħala intrapriża assoċjata skont it-tifsira tal-punt 3.3.

3.2.

“Intrapriżi sħab” huma l-intrapriżi kollha li mhumiex ikklassifikati bħala intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-punt 3.3 u li bejniethom hemm ir-relazzjoni li ġejja: intrapriża (intrapriża upstream) ikollha, waħedha jew flimkien ma’ intrapriża assoċjata waħda oħra jew aktar, skont it-tifsira tal-paragrafu 3.3, 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ intrapriża oħra (intrapriża downstream).

Madankollu, intrapriża tista' tiġi kklassifikata bħala awtonoma, jiġifieri ma għandha ebda intrapriżi msieħba, anke jekk dan il-limitu ta' 25 % jintlaħaq jew jinqabeż mill-investituri segwenti, diment li dawk l-investituri ma jkunux assoċjati, skont it-tifsira tal-paragrafu 3, individwalment jew b'mod konġunt mal-intrapriża inkwistjoni:

(a)

il-korporazzjonijiet ta’ investiment pubbliku, il-kumpaniji b’kapital ta’ riskju, l-individwi jew il-gruppi ta’ individwi b’attività regolari ta’ investiment f’kapital ta’ riskju li jinvestu l-kapital ta’ ekwità f’negozji mhux ikkwotati (investituri informali), diment li l-investiment totali ta’ dawk l-investituri informali fl-istess intrapriża jkun ta’ inqas minn EUR 1 250 000;

(b)

universitajiet u ċentri ta' riċerka mingħajr skop ta' qligħ;

(c)

investituri istituzzjonali, li jinkludu l-fondi għall-iżvilupp reġjonali;

(d)

awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ inqas minn EUR 10 miljun u inqas minn 5 000 abitant.

3.3.

“Intrapriżi assoċjati” huma intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:

(a)

intrapriża li jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'intrapriża oħra;

(b)

intrapriża li jkollha d-dritt taħtar jew tneħħi maġġoranza mill-membri tal-korp amministrattiv, tal-ġestjoni jew dak ta' sorveljanza ta' intrapriża oħra;

(c)

intrapriża li għandha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih ma' dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni tal-memorandum jew tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha;

(d)

intrapriża, li tkun azzjonista f'intrapriża oħra jew membru tagħha, li waħedha tikkontrolla, skont ftehim ma' azzjonisti oħra f'dik l-intrapriża jew membri tagħha, maġġoranza tad-drittijiet tal-voti tal-azzjonisti jew tal-membri f'dik l-intrapriża.

Hemm preżunzjoni li ma teżisti l-ebda influwenza dominanti jekk l-investituri elenkati fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.2 ma jinvolvux ruħhom direttament jew indirettament fil-ġestjoni tal-intrapriża inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti.

L-intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet deskritti fl-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda oħra jew aktar, jew kwalunkwe wieħed mill-investituri msemmija fil-punt 3.2, jitqiesu wkoll bħala assoċjati.

Intrapriżi li għandhom waħda jew aktar minn dawn ir-relazzjonijiet permezz ta' persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien huma wkoll meqjusa bħala intrapriżi assoċjati jekk ikunu involuti fl-attività tagħhom jew f'parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq qrib.

“Suq qrib” huwa meqjus bħala suq għal prodotti jew servizzi li qegħdin direttament upstream jew downstream mas-suq rilevanti.

3.4.

Ħlief fil-każijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.2, intrapriża ma tistax titqies bħala SME jekk 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot tagħha jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati, flimkien jew individwalment, minn korp pubbliku wieħed jew aktar.

3.5.

L-intrapriżi jistgħu jiddikjaraw l-istatus tagħhom bħala intrapriża awtonoma, intrapriża msieħba jew intrapriża assoċjata, inkluża d-data rigward il-limiti stabbiliti fil-punt 2. Id-dikjarazzjoni tista' ssir anki jekk il-kapital ikun mifrux b'tali mod li mhux possibbli li jiġi stabbilit eżattament f'idejn min jinsab, f'liema każ l-intrapriża tista' tiddikjara b'bona fide li tista' leġittimament tippreżumi li mhijiex il-proprjetà b'25 % jew aktar ta' intrapriża waħda, jew b'mod konġunt minn intrapriżi assoċjati ma' xulxin. Dawn id-dikjarazzjonijiet isiru mingħajr ħsara għall-kontrolli u l-investigazzjonijiet li hemm stipulati fir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni.

4.   Data użata għall-għadd ta' persunal u l-ammonti finanzjarji u perjodu ta' referenza

4.1.

Id-data li għandha tiġi applikata fil-kalkolu tal-għadd tal-persunal u l-ammonti finanzjarji hija dik li tirrigwarda l-aħħar perjodu kontabilistiku approvat u kkalkolat fuq bażi annwali. Dawn jiġu kkunsidrati mid-data tal-għeluq tal-kontijiet. L-ammont magħżul għall-fatturat huwa kkalkolat bl-esklużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi indiretti oħrajn.

4.2.

Meta, fid-data tal-għeluq tal-kontijiet, intrapriża ssib li, fuq bażi annwali, hija tkun qabżet il-limiti tal-għadd ta’ persunal jew il-limiti finanzjarji ddikjarati fil-punt 2, jew tkun niżlet taħthom, dan ma jirriżultax fit-telf jew fl-akkwist tal-istatus ta’ mikrointrapriża jew ta’ intrapriża ta’ daqs medju jew żgħir, sakemm dawk il-limiti ma jinqabżux fuq żewġ perjodi kontabilistiċi konsekuttivi.

4.3.

Fil-każ ta' intrapriżi li jkunu għadhom kif twaqqfu li l-kontijiet tagħhom ikunu għadhom ma ġewx approvati, id-data li għandha tiġi applikata hija dik meħuda minn stima magħmula in bona fide li tkun saret matul is-sena finanzjarja.

5.   L-għadd tal-persunal

L-għadd jikkorrispondi mal-għadd ta' unitajiet ta' xogħol annwali (AWU), jiġifieri l-għadd ta' persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f'isimha matul is-sena ta' referenza sħiħa li tkun qed titqies. Ix-xogħol ta' persuni li ma ħadmux is-sena kollha, ix-xogħol ta' dawk li ħadmu part-time, mingħajr ma jitqies kemm damu jaħdmu, u x-xogħol ta' persunal staġjonali jingħaddu bħala frazzjonijiet tal-AWU. Il-persunal jikkonsisti f':

(a)

impjegati;

(b)

persuni li jaħdmu għall-intrapriża li taqa' taħtha u li jitqiesu bħala impjegati tagħha skont il-liġi nazzjonali;

(c)

sidien-ġestjonarji;

(d)

imsieħba li jkunu involuti f'attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża.

Apprendisti jew studenti involuti f'taħriġ vokazzjonali b'kuntratt ta' apprendistat jew ta' taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi bħala parti mill-persunal. Il-perjodu ta' liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.

6.   Kif tiġi stabbilita d-data ta' intrapriża

6.1.

Fil-każ ta' intrapriża awtonoma, id-data, inkluż l-għadd tal-persunal, tiġi determinata esklussivament fuq il-bażi tal-kontabbiltà ta' dik l-intrapriża.

6.2.

Id-data, inkluż l-għadd ta' impjegati, ta' intrapriża li għandha intrapriżi msieħba jew assoċjati, tiġi determinata abbażi tal-kontabbiltà u data oħra tal-intrapriża jew, fejn jeżistu, il-kontabbiltà konsolidata tal-intrapriża, jew il-kontijiet konsolidati li fihom l-intrapriża tkun inkluża permezz ta' konsolidazzjoni.

Mad-data li saret referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu tiżdied id-data ta' kull intrapriża msieħba mal-intrapriża inkwistjoni li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha. L-aggregazzjoni tkun proporzjonali għall-imgħax perċentwali fil-kapital jew fid-drittijiet ta' vot (liema minnhom ikun l-ikbar). Fil-każ ta' parteċipazzjonijiet inkroċjati, japplika l-ogħla perċentwali.

Mad-data li saret referenza għaliha fl-ewwel u t-tieni subparagrafu tiżdied 100 % tad-data ta' kull intrapriża li tkun marbuta direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, meta d-data ma tkunx diġà ġiet inkluża permezz ta' konsolidazzjoni fil-kontijiet.

6.3.

Għall-applikazzjoni tal-punt 6.2:

(a)

id-data tal-intrapriżi msieħba mal-intrapriża inkwistjoni tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma’ din id-data tiżdied 100 % tad-data tal-intrapriżi li jkunu assoċjati ma’ dawn l-intrapriżi msieħba, sakemm id-data tal-kontijiet tagħhom ma tkunx ġiet inkluża diġà permezz ta’ konsolidazzjoni;

(b)

id-data tal-intrapriżi li jkunu assoċjati mal-intrapriża inkwistjoni għandha tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma’ din id-data tiżdied, pro rata, id-data ta’ kwalunkwe intrapriża msieħba possibbli ta’ dik l-intrapriża assoċjata, li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha, sakemm ma tkunx ġiet inkluża diġà fil-kontijiet konsolidati b’persentaġġ li jkun mill-inqas proporzjonat mal-persentaġġ identifikat taħt il-punt 6.2 tat-tieni subparagrafu.

6.4.

Meta fil-kontijiet konsolidati ma tidher l-ebda data dwar il-persunal għal xi impriża, il-figuri tal-persunal jiġu kkalkulati permezz ta' aggregazzjoni proporzjonali tad-data mill-intrapriżi msieħba tagħha u billi tiġi miżjuda d-data mill-intrapriżi li għaliha l-intrapriża inkwistjoni tiġi assoċjata.

ANNESS II

Informazzjoni dwar Għajnuna mill-Istat eżentata skont il-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament

PARTI I

trid tiġi pprovduta permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11

Referenza tal-għajnuna

(għandha timtela mill-Kummissjoni )

L-Istat Membru

 

Numru ta’ referenza tal-Istat Membru

 

Reġjun

Isem ir-Reġjun(i) (NUTS  (1))

………………………

Image 1
Ir-reġjuni ultraperiferiċi

Image 2
Gżejjer Griegi remoti

Image 3
Il-gżejjer Kroati ta’ Dugi Otok, Vis, Mljet u Lastovo

Image 4
Oħrajn

L-awtorità tal-għotja

Isem

 

Indirizz postali

 

Indirizz tal-internet

 

Titolu tal-miżura ta’ għajnuna:

 

Il-bażi ġuridika nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti)

 

Il-link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna

 

Tip ta' miżura

Image 5

Skema

 

Image 6

Għajnuna ad hoc

Isem il-benefiċjarju u l-grupp (2) li jappartjeni għalih

 

 

Emenda ta’ skema tal-għajnuna eżistenti jew tal-għajnuna ad hoc

 

Referenza tal-għajnuna tal-Kummissjon

Image 7

Estensjoni

 

Image 8

Modifika

 

Durata (3)

Image 9

Skema

minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

Data tal-għoti

Image 10

Għajnuna ad hoc

jj/xx/ssss

Settur(i) ekonomiku(ċi) kkonċernat(i)

Image 11

Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

 

Image 12

Limitata għal ċerti setturi: Jekk jogħġbok speċifika fil-livell tal-grupp NACE (4)

 

Tip ta' benefiċjarju

Image 13

SME

 

Image 14

Impriżi kbar

 

Il-baġit

Ammont annwali totali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema (5)

Munita nazzjonali ………………….. (ammonti sħaħ)

Ammont globali tal-għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża (6)

Munita nazzjonali ………………….. (ammonti sħaħ)

Image 15

Għall-garanziji (7)

Munita nazzjonali ………………….. (ammonti sħaħ)

L-istrument tal-għajnuna

Image 16

Għotja/Sussidju tar-rata tal-imgħax

Image 17

Servizzi sussidjati

Image 18

Self/Ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli

Image 19

Garanzija (fejn ikun xieraq b’referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (8))

Image 20

Vantaġġ fiskali jew eżenzjoni mit-taxxa

 

Image 21
Ieħor (jekk jogħġbok speċifika)

Indika f'liema kategorija wiesgħa hawn taħt toqgħod l-iktar f’termini tal-effett/funzjoni tagħha:

Image 22
Sussidju

Image 23
Servizzi sussidjati
Image 24
Self

Image 25
Garanzija

Image 26
Benefiċċju fuq it-taxxa

Jekk kofinanzjat minn fond(i) tal-UE

Isem il-fond(i) tal-UE:

Ammont ta' fondi (skont il-fond tal-UE)

Munita nazzjonali . (ammonti sħaħ)

 

 

 

PARTI II

trid tiġi pprovduta permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11

Jekk jogħġbok indika skont liema dispożizzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ta' Kategorija (FIBER) hija implimentata l-miżura tal-għajnuna.

Image 27

Għajnuna għall-innovazzjoni fis-sajd (Artikolu 15)

Image 28

Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza (Artikolu 16)

Image 29

Għajnuna għas-sħubija bejn ix-xjenzati u s-sajjieda (Artikolu 17)

Image 30

Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u d-djalogu soċjali (Artikolu 18)

Image 31

Għajnuna maħsuba biex tiffaċilita d-diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ introjtu (Artikolu 19)

Image 32

Għajnuna għall-ewwel akkwist ta' bastiment tas-sajd (Artikolu 20)

Image 33

Għajnuna maħsuba biex ittejjeb is-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda (Artikolu 21)

Image 34

Għajnuna għall-ħlas ta’ primjums tal-assigurazzjoni u għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi (Artikolu 22)

Image 35

Għajnuna maħsuba biex tappoġġa s-sistemi ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd (Artikolu 23)

Image 36

Għajnuna maħsuba biex tillimita l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċijiet (Artikolu 24)

Image 37

Għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar (Artikolu 25)

Image 38

Għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u skemi fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli (Artikolu 26)

Image 39

Għajnuna biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima (Artikolu 27)

Image 40

Għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa (Artikolu 28)

Image 41

Għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet ta’ kenn (Artikolu 29)

Image 42

Għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u għall-fawna u l-flora akkwatiċi interni (Artikolu 30)

Image 43

Għajnuna għall-innovazzjoni fl-akkwakultura (Artikolu 32)

Image 44

Għajnuna għal investimenti li jżidu l-produttività jew li jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent fl-akkwakultura (Artikolu 33)

Image 45

Għajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għall-farms fis-settur tal-akkwakultura (Artikolu 34)

Image 46

Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-networking fis-settur tal-akkwakultura (Artikolu 35)

Image 47

Għajnuna biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura (Artikolu 36)

Image 48

Għajnuna għall-inkoraġġiment ta' intraprendituri ġodda fis-settur tal-akkwakultura li jħarsu l-prinċipji tal-akkwakultura sostenibbli (Artikolu 37)

Image 49

Għajnuna għall-konverżjoni għal skemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali u akkwakultura organika (Artikolu 38)

Image 50

Għajnuna għal servizzi ambjentali (Artikolu 39)

Image 51

Għajnuna għall-miżuri tas-saħħa pubblika (Artikolu 40)

Image 52

Għajnuna għal miżuri tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali (Artikolu 41)

Image 53

Għajnuna għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard (Artikolu 42)

Image 54

Għajnuna għall-investiment maħsub biex itaffi l-ħsara kkawżata mill-mard tal-annimali (Artikolu 43)

Image 55

Għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura (Artikolu 44)

Image 56

Għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni (Artikolu 45)

Image 57

Għajnuna għall-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (Artikolu 46)

Image 58

Għajnuna għall-ġbir, il-ġestjoni, l-użu u l-ipproċessar tad-data fis-settur tas-sajd (Artikolu 47)

Image 59

Għajnuna maħsuba biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali (Artikolu 48)

Image 60

Għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali (Artikolu 49)

Tip ta’ diżastru naturali:

Image 61
terremot

Image 62
valanga

Image 63
uqigħ tal-art

Image 64
għargħar

Image 65
tromba tal-arja

Image 66
uragan

Image 67
żbruffar vulkaniku

Image 68
nirien tal-foresti

Image 69
oħrajn

Jekk jogħġbok speċifika: ....

Id-data ta’ meta seħħ id-diżastru naturali

minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

Image 70

Għajnuna biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali (Artikolu 50)

Image 71

Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali (Artikolu 51)

Data tal-attività:

Image 72
ġlata

Image 73
maltempati

Image 74
silġ

Image 75
xita qawwija jew persistenti

Image 76
nixfiet severi

Image 77
oħrajn

Jekk jogħġbok speċifika: .......

Data tal-attività:

minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

Image 78

Għajnuna maħsuba biex tevita u ttaffi l-ħsara kkawżata minn annimali protetti (Artikolu 52)

Image 79

Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti (Artikolu 53)

Image 80

Għajnuna għal sproġetti CLLD (Artikolu 54)

Image 81

Ammonti limitati ta’ għajnuna għall-proġetti tas-CLLD (Artikolu 55)

Image 82

Eżenzjonijiet u tnaqqis mit-taxxa skont id-Direttiva 2003/96/KE (Artikolu 56)

Raġuni

Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat jew ingħatat għajnuna ad hoc, minflok assistenza taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA):

Image 83
miżura mhux koperta mill-programm operazzjonali nazzjonali;

Image 84
prijoritizzazzjoni fl-allokazzjoni ta’ fondi taħt il-programm operazzjonali nazzjonali;

Image 85
il-finanzjament ma għadux disponibbli taħt il-FEMSA;

Image 86
oħrajn

Jekk jogħġbok speċifika: ..............


(1)  NUTS – Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-Livell 2.

(2)  Għall-finijiet tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stipulati fit-Trattat u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, impriża hija kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tkun iffinanzjata. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-entitajiet li huma kkontrollati (fuq bażi ġuridika jew fuq bażi de facto) mill-istess entità jenħtieġ li jitqiesu bħala impriża waħda

(3)  -perjodu li matulu l-awtorità tal-għoti tista’ timpenja ruħha li tagħti l-għajnuna.

(4)  NACE Rev. 2 – Klassifikazzjoni statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea. Tipikament, is-settur jiġi speċifikat fil-livell tal-grupp.

(5)  Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna: Indika l-ammont totali annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema jew l-istima ta’ telf mit-taxxa kull sena għall-istrumenti kollha ta’ għajnuna li hemm fl-iskema.

(6)  Fil-każ ta’ għotja ta’ għajnuna ad hoc: Indika t-telf totali ta’ l-ammont/taxxa ta’ l-għajnuna.

(7)  Għall-garanziji, indika l-ammont massimu ta’ self garantit.

(8)  Fejn xieraq, referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-metodoloġija għall-kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti, f’konformità mal-Artikolu 5(2)(c).


ANNESS III

Dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-websites komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat li fuqhom ikunu se jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) b'tali mod li jkun hemm aċċess faċli għal din l-informazzjoni.

L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata bħala data fi spreadsheet, pereżempju fil-format CSV jew XML. Dan jippermetti li jkun hemm tiftix, estrazzjoni u pubblikazzjoni faċli tad-data fuq l-Internet. L-aċċess għall-website jingħata lil kull parti interessata mingħajr restrizzjonijiet. Ma hi meħtieġa ebda reġistrazzjoni tal-utent minn qabel biex jingħata aċċess għall-website.

Għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni li ġejja dwar l-għotjiet ta’ għajnuna individwali msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) (1):

Isem il-benefiċjarju;

L-identifikatur tal-benefiċjarju;

It-tip ta’ intrapriża (SME/kbira) fid-data tal-għotja;

Ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju, fil-livell II ta’ NUTS (2);

Is-settur ta’ attività fil-livell tal-grupp NACE (3);

Element tal-għajnuna, espress bħala ammont sħiħ fil-munita nazzjonali (4);

Strument għall-għajnuna (5) (għotja/sussidju tar-rata tal-imgħax, self/ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli/għotja rimborżabbli, garanzija, vantaġġ tat-taxxa jew eżenzjoni mit-taxxa, oħrajn (jekk jogħġbok speċifika));

Data tal-għotja;

Objettiv tal-għajnuna;

L-awtorità tal-għotja;

Referenza għall-miżura ta' għajnuna (6).


(1)  Meta jitqies l-interess leġittimu fit-trasparenza li tingħata informazzjoni lill-pubbliku, fil-ponderazzjoni tal-ħtiġijiet tat-trasparenza mad-drittijiet skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pubblikazzjoni tal-isem tal-benefiċjarju tal-għajnuna meta l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun persuna fiżika jew persuna ġuridika li jkollha l-ismijiet ta’ persuni fiżiċi, hija ġġustifikata (ara C-92/09, Volker und Markus Schecke u Eifert, il-paragrafu 53), filwaqt li jitqies l-Artikolu 49(1)(g) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE. Ir-regoli ta’ trasparenza għandhom l-għan li jkun hemm konformità aħjar, responsabbiltà akbar, evalwazzjoni bejn il-pari u fl-aħħar mill-aħħar infiq pubbliku aktar effettiv. Dan l-għan għandu jipprevali fuq id-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tal-persuni fiżiċi li jirċievu appoġġ pubbliku.

(2)  NUTS – Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-Livell 2.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).

(4)  Għotja grossa ekwivalenti. Għall-iskemi fiskali, dan l-ammont jista' jingħata skont il-firxiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2).

(5)  Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ diversi strumenti ta’ għajnuna, għandu jiġi pprovdut l-ammont ta’ għajnuna għal kull strument.

(6)  Kif provdut mill-Kummissjoni bil-proċedura elettronika msemmija fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.


ANNESS IV

Rati massimi speċifiċi ta’ intensità tal-għajnuna

Ringiela

Kategorija speċifika ta’ operazzjoni

Rata massima tal-intensità tal-għajnuna

 

 

 

1

L-operazzjonijiet li ġejjin li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013

operazzjonijiet li jtejbu s-selettività tad-daqs jew tal-ispeċi tal-irkaptu tas-sajd;

operazzjonijiet li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, tas-swali tal-irkant, tal-postijiet ta' ħatt l-art u ta' postijiet ta' kenn biex jiġu ffaċilitati ħatt l-art u l-ħżin ta' qabdiet mhux mixtieqa;

operazzjonijiet li jiffaċilitaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ qabdiet mhux mixtieqa li jiġu żbarkati minn stokkijiet kummerċjali, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

100 %

75 %

75 %

2

Operazzjonijiet immirati biex itejbu s-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord bastimenti tas-sajd

75 %

3

Operazzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi

85 %

4

Operazzjonijiet li jinsabu fil-gżejjer Griegi li skont il-liġi nazzjonali ġew ikkwalifikati bħala remoti u fil-gżejjer Kroati ta’ Dugi Otok, Vis, Mljet u Lastovo

85 %

5

Operazzjonijiet relatati mas-sajd kostali fuq skala żgħira

100 %

6

Operazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(i)

ikunu ta’ interess kollettiv;

(ii)

ikollhom benefiċjarju kollettiv;

(iii)

ikollhom karatteristiċi innovattivi jew jiżguraw l-aċċess pubbliku għar-riżultati tagħhom

100 %

7

Operazzjonijiet implimentati minn organizzazzjonijiet ta' produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali.

75 %

8

Operazzjonijiet li jappoġġaw l-akkwakultura sostenibbli

60 %

9

Operazzjonijiet li jappoġġaw prodotti, proċessi jew tgħamir innovattivi fis-sajd, fl-akwakultura u fl-ipproċessar abbażi tal-Artikolu 15, l-Artikolu 25, l-Artikolu 28, l-Artikolu 30, l-Artikolu 32, l-Artikolu 33 u l-Artikolu 36.

75 %

10

Operazzjonijiet implimentati minn organizzazzjonijiet ta' sajjieda jew benefiċjarji kollettivi oħra

60 %

11

Strumenti finanzjarji

100 %


Top