Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0507

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/507 tat-23 ta’ Marzu 2021 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tal-piridossina (vitamina B6) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 515/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2021/1783

    ĠU L 102, 24/03/2021, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/507/oj

    24.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 102/8


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/507

    tat-23 ta’ Marzu 2021

    dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tal-piridossina (vitamina B6) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 515/2011

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    L-idroklorur tal-piridossina (vitamina B6) hu awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 515/2011 (2).

    (3)

    F’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-idroklorur tal-piridossina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Dik l-applikazzjoni kellha magħha d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha tat-30 ta’ Settembru 2020 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda l-evidenza li l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet eżistenti għall-awtorizzazzjoni. L-Awtorità kkonkludiet li, taħt il-kundizzjonijiet tal-użu attwalment awtorizzati, l-idroklorur tal-piridossina ma għandux effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi u fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv mhuwiex irritanti għall-ġilda u l-għajnejn u mhuwiex sensitizzatur tal-ġilda iżda li jista’ jikkawża fotosensitizzazzjoni u fin-nuqqas ta’ studji dwar it-tossiċità man-nifs, l-effetti negattivi fis-sistema respiratorja ma setgħux jiġu esklużi kompletament. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex ikunu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-awtorità kkonkludiet ukoll li ma hemmx bżonn li tiġi vvalutata l-effikaċja tal-addittiv fil-kuntest tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-idroklorur tal-piridossina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġġedded l-awtorizzazzjoni għal dak l-addittiv.

    (6)

    B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-idroklorur tal-piridossina bħala addittiv fl-għalf, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 515/2011.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “vitamini, pro-vitamini u sustanzi kimiċi ddefiniti sew kimikament li għandhom effett simili” għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 515/2011 huwa mħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 515/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina B6 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 40).

    (3)  EFSA Journal 2020;18(11):6289.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimali

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    mg tal-addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi nutrittivi

    Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili

    3a831

    “Idroklorur tal-piridossina” jew “vitamina B6

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Idroklorur tal-piridossina

    C8H11NO3·HCl

    Kriterji tal-purità: mhux anqas minn 98,5 %

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Idroklorur tal-piridossina

    L-ispeċijiet kollha tal-annimali

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana u fl-ilma.

    2.

    L-idroklorur tal-piridossina” jew “vitamina B6” jistgħu jintużaw ukoll permezz tal-ilma tax-xorb.

    3.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal-livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, u bi protezzjoni għan-nifs.

    it-13 ta’ April 2031

    Metodu analitiku  (1)

    Għad-determinazzjoni tal-idroklorur tal-piridossina (Vitamina B6) fl-addittiv tal-għalf:

    Titrazzjoni bl-aċidu perkloriku (Ph. Eur. 10th edition, monographija 0245)

    Għad-determinazzjoni tal-idroklorur tal-piridossina (Vitamina B6) fit-taħlitiet lesti minn qabel:

    Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja b’fażi inversa flimkien ma’ detettur tal-UV (RP-HPLC-UV) - VDLUFA Bd.III, metodu 13.9.1

    Għad-determinazzjoni tal-idroklorur tal-piridossina (Vitamina B6) fl-għalf u fl-ilma:

    Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja b’fażi inversa flimkien ma’ detettur tal-fluworexxenza (RP-HPLC-FLD) — metodu bbażat fuq EN14164:2008


    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


    Top