Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 32012D0190

2012/190/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ April 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE, 2008/751/KE fir-rigward tad-derogi temporanji mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali fil-Mawrizju, is-Seychelles u l-Madagaskar fir-rigward tat-tonn u l-flettijiet tat-tonn (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2321)

ĠU L 102, 12/04/2012, s. 9—14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Právní stav dokumentu Již není platné, Datum konce platnosti: 31/12/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/190/oj

12.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/9


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ April 2012

li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE, 2008/751/KE fir-rigward tad-derogi temporanji mir-regoli ta’ oriġini stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali fil-Mawrizju, is-Seychelles u l-Madagaskar fir-rigward tat-tonn u l-flettijiet tat-tonn

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2321)

(2012/190/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(4) tal-Anness II tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Lulju 2008 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/603/KE (2) li tagħti deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Mawrizju rigward it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn. Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/377/UE (3) ingħatat estensjoni ta’ dik id-deroga temporanja sal-31 ta’ Diċembru 2011. Fis-6 ta’ Ottubru 2011, il-Mawrizju talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Skont it-tagħrif ipprovdut mill-Mawrizju, il-qabdiet ta’ tonn nej baqgħu żgħar ħafna anke meta mqabbla mal-varjazzjonijiet normali staġjonali. Billi s-sitwazzjoni anormali sa mill-2008 għadha ma ntemmitx u minħabba l-problema tal-piraterija fl-Oċean Indjan għandha tingħata deroga ġdida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.

(2)

Fl-14 ta’ Awwissu 2008 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/691/KE (4) dwar deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tas-Seychelles fir-rigward tat-tonn ippreservat. Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/377/UE ingħatat estensjoni ta’ dik id-deroga temporanja sal-31 ta’ Diċembru 2011. Fis-17 ta’ Novembru 2011, is-Seychelles talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Skont it-tagħrif ipprovdut mis-Seychelles il-qabdiet ta’ tonn nej baqgħu żgħar ħafna anke meta mqabbla mal-varjazzjonijiet normali staġjonali. Minbarra dan, it-theddida tal-piraterija tirriżulta f’numru mnaqqas ta’ jiem tas-sajd f’żoni li jħallu qligħ tajjeb iżda li huma ta’ riskju għoli. Billi s-sitwazzjoni anormali tal-2008 baqgħet l-istess, għandha tingħata deroga ġdida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.

(3)

Fit-18 ta’ Settembru 2008 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/751/KE (5) li tagħti deroga temporanja mir-regoli ta’ oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tal-Madagaskar rigward it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn. Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/377/UE ingħatat estensjoni ta’ dik id-deroga temporanja sal-31 ta’ Diċembru 2011. Fil-25 ta’ Ottubru 2011, il-Madagaskar talab, b’konformità mal-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 deroga ġdida mir-regoli tal-oriġini stipulati f’dak l-Anness. Skont din l-informazzjoni l-kisba ta’ tonn nej oriġinarju għadha diffiċli minħabba l-problema tal-piraterija fl-Oċean Indjan. Billi s-sitwazzjoni anormali tal-2008 baqgħet l-istess, għandha tingħata deroga ġdida b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.

(4)

Id-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE u 2008/751/KE kienu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2011. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-kontinwità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi tal-AKP lejn l-Unjoni kif ukoll tranżizzjoni bla problemi għall-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar bħala parti u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala l-parti l-oħra (Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika ESA-UE). Għalhekk, il-perjodu ta’ żmien tad-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE u 2008/751/KE għandu jiġi estiż mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(5)

Ma jkunx xieraq li jingħataw derogi skont l-Artikolu 36 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 li jaqbżu l-kwota annwali mogħtija lir-reġjun ESA skont il-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika ESA-UE. Għaldaqstant, l-ammonti tal-kwoti għall-2012 għandhom jiġu stabbiliti għal 3 000 tunnellata ta’ tonn ippreservat u 600 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għall-Mawrizju, 3 000 tunnellata ta’ tonn ippreservat u 600 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għas-Seychelles u 2 000 tunnellata ta’ tonn ippreservat u 500 tunnellata ta’ flettijiet tat-tonn għall-Madagaskar.

(6)

Fl-interess taċ-ċarezza, huwa adatt li jiġi stipulat b’mod espliċitu li l-uniċi materjali mhux ta’ oriġini li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ tonn preservat u flettijiet tat-tonn taħt kodiċi NM 1604 14 16 għandhom ikunu tonn taħt l-Intestaturi HS 0302 jew 0303, sabiex it-tonn preservat u l-flettijiet tat-tonn jibbenefikaw mid-deroga.

(7)

Id-Deċiżjonijiet 2008/603/KE, 2008/691/KE u 2008/751/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/603/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

B’deroga mill-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skont l-Artikolu 36(1)(a) ta’ dak l-Anness, it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn taħt l-Intestatura HS 1604 manifatturati minn tonn mhux ta’ oriġini taħt l-Intestaturi HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li oriġinaw mill-Mawrizju skont it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ din id-Deċiżjoni.”;

2.

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mill-Mawrizju matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.”;

3.

L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012.”;

4.

L-Anness huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2008/691/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

B’deroga mill-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skont l-Artikolu 36(1)(a) ta’ dak l-Anness, it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn taħt l-Intestatura HS 1604 manifatturati minn tonn mhux ta’ oriġini taħt l-Intestaturi HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li oriġinaw mis-Seychelles skont it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ din id-Deċiżjoni.”;

2.

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mis-Seychelles matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.”;

3.

L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012.”;

4.

L-Anness huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2008/751/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

B’deroga mill-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 u skont l-Artikolu 36(1)(a) tiegħu, it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn taħt l-Intestatura HS 1604 manifatturati minn tonn mhux ta’ oriġini taħt l-Intestaturi HS 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu bħala li oriġinaw mill-Madagaskar skont it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ din id-Deċiżjoni.”;

2.

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet stipulati fl-Anness li huma ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa lejn il-Komunità mill-Madagaskar matul il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009, mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.”;

3.

L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2012.”;

4.

L-Anness huwa sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1

(2)  ĠU L 194, 23.7.2008, p. 9.

(3)  ĠU L 168, 28.6.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 225, 23.8.2008, p. 17.

(5)  ĠU L 255, 23.9.2008, p. 31.


ANNESS I

“ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodi

Kwantitajiet

(tunnellati)

09.1668

ex 1604 14 11 , ex 1604 14 18 , ex 1604 20 70

Tonn ippreservat (1)

Mill-1.1.2008 sal-31.12.2008

3 000

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009

3 000

Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010

3 000

Mill-1.1.2011 sal-31.12.2011

3 000

Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012

3 000

09.1669

1604 14 16

Flettijiet tat-tonn

Mill-1.1.2008 sal-31.12.2008

600

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009

600

Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010

600

Mill-1.1.2011 sal-31.12.2011

600

Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012

600


(1)  Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex ex 1604.”


ANNESS II

“ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodi

Kwantità

(tunnellati)

09.1666

ex 1604 14 11 , ex 1604 14 18 , ex 1604 20 70

Tonn ippreservat (1)

Mill-1.1.2008 sal-31.12.2008

3 000

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009

3 000

Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010

3 000

Mill-1.1.2011 sal-31.12.2011

3 000

Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012

3 000

09.1630

1604 14 16

Flettijiet tat-tonn

Mill-1.1.2011 sal-31.12.2011

600

Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012

600


(1)  Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex ex 1604.”


ANNESS III

“ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodi

Kwantitajiet

(tunnellati)

09.1645

ex 1604 14 11 , ex 1604 14 18 ex 1604 20 70

Tonn ippreservat (1)

Mill-1.1.2008 sal-31.12.2008

2 000

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009

2 000

Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010

2 000

Mill-1.1.2011 sal-31.12.2011

2 000

Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012

2 000

09.1646

1604 14 16

Flettijiet tat-tonn

Mill-1.1.2008 sal-31.12.2008

500

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009

500

Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010

500

Mill-1.1.2011 sal-31.12.2011

500

Mill-1.1.2012 sal-31.12.2012

500


(1)  Fi kwalunkwe għamla ta’ imballaġġ li bih il-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-intestatura HS ex ex 1604.”


Nahoru