This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0724
2006/724/EC: Commission Decision of 25 October 2006 repealing Decision 2004/262/EC on certain protection measures with regard to registered horses coming from South Africa (notified under document number C(2006) 5020) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Ottubru 2006 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/262/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni dwar żwiemel reġistrati li ġejjin mill-Afrika t'Isfel (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5020) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Ottubru 2006 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/262/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni dwar żwiemel reġistrati li ġejjin mill-Afrika t'Isfel (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5020) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 296, 26/10/2006, p. 23–23
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 05/06/2007, p. 405–405
(MT)
In force
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
405 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta' Ottubru 2006
li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/262/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni dwar żwiemel reġistrati li ġejjin mill-Afrika t'Isfel
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5020)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/724/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 18(7) tagħha,
Billi:
(1) |
L-ammissjoni temporanja u l-importazzjoni taż-żwiemel rreġistrati mill-Afrika t’Isfel kienu awtorizzati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE (2) u 94/63/KE sakemm ikun hemm konformità ma' ċerti kundizzjonijiet, |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/262/KE tas-17 ta' Marzu 2004 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni dwar żwiemel reġistrati li ġejjin mill-Afrika t'Isfel (3) kienet addottata f'rispons għat-tifqigħat tal-marda Afrikana taż-żwiemel li kienu qed jinżammu fi ħdan iż-żona ta' sorveljanza tal-marda Afrikana taż-żwiemel tal-Provinċja tal-Kap tal-Punent. |
(3) |
F' Marzu 2005, il-Kummissjoni għamlet missjoni ta' spezzjoni veterinarja tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Afrika t’ Isfel, inkluż, b’mod partikolari il-Kap tal-Punent, biex tevalwa l-miżuri li ttieħdu għall-kontroll tat-tifqigħat tal-marda Afrikana taż-żwiemel. Mit-28 ta' Marzu 2004 ma kien hemm l-ebda każ ieħor ta’ din il-marda. |
(4) |
L-Afrika t’ Isfel infurmat lill-Kummissjoni bir-riżultat sodisfaċenti ta' servej dwar l-annimali selvaġġi suxxettibbli, li kien komplet biex jaċċerta l-assenza ta' ċirkolazzjoni tal-vajrus f'dik iż-żona. |
(5) |
Il-miżuri ta' protezzjoni għalhekk għandhom japplikaw u d-Deċiżjoni 2004/262/KE għandha tiġi rrevokata. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2004/262/KE hija rrevokata.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta' Ottubru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva hekk kif emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.