Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0439

    Ftehim dwar is-sajd u l-konservazzjoni tal-baħar fiż-żona Baltika

    Ftehim dwar is-sajd u l-konservazzjoni tal-baħar fiż-żona Baltika

     

    SOMMARJU TA’:

    Regolament (KE) Nru 439/2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kooperazzjoni fis-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-Baħar Baltiku

    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kooperazzjoni fis-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-Baħar Baltiku

    X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IL-FTEHIM U DAN IR-REGOLAMENT?

    • Il-ftehim għandu l-għan li jiżgura kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u r-Russja bbażata fuq benefiċċju ġust u reċiproku għall-iskop ta’ konservazzjoni, użu sostenibbli u l-immaniġġjar tal-ħajja tal-baħar li temigra bejn it-territorji esklużivi tas-sajd taż-żewġ partijiet (flimkien ma’ speċi assoċjati u dipendenti) fil-Baħar Baltiku.
    • Dan jissostitwixxi u jibni fuq il-konvenzjoni ta’ Gdansk.
    • Id-deċiżjoni tadotta l-ftehim f’isem il-Komunità Ewropea (issa l-UE).

    PUNTI EWLENIN

    Prinċipji u proċeduri

    Il-ftehim jiżgura kooperazzjoni bejn iż-żewġ partijiet fejn il-ħut jemigra bejn iż-żoni ekonomiċi esklużivi* tagħhom stabbilita taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Huwa jistabbilixxi prinċipji u proċeduri għal dik il-kooperazzjoni li tinkludi:

    • miżuri ta’ ġestjoni konġunta;
    • arranġamenti ta’ liċenzjar;
    • konformità ma’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u regoli oħra tas-sajd;
    • kooperazzjoni dwar miżuri ta’ kontroll u infurzar;
    • spezzjonijiet;
    • l-arrest u d-detenzjoni ta’ bastimenti;
    • kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku; u
    • kooperazzjoni għall-konservazzjoni ta’ speċi anadromi u katadromi*.

    Kumitat Konġunt għas-Sajd fil-Baħar Baltiku

    Il-ftehim jeħtieġ li l-partijiet jistabbilixxu kumitat konġunt biex jiżgura li l-għanijiet tal-ftehim jinkisbu. Huwa jikkunsidra l-aspetti kollha tal-ambitu u l-applikazzjoni tal-ftehim u jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-partijiet. B’mod partikolari, il-kumitat:

    • jeżamina l-iżvilupp u d-dinamika tal-istokkijiet tal-ħut fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jużahom;
    • jissorvelja l-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-operat bla xkiel tal-ftehim, b’mod partikolari r-regoli dwar il-kontroll, l-infurzar u l-ispezzjoni;
    • jiżgura kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni relatati mas-sajd;
    • iservi bħala forum għar-riżoluzzjoni bonarja ta’ kwalunkwe tilwim dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-ftehim.

    MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

    Ir-regolament u l-ftehim ilhom japplikaw mill-4 ta’ Ġunju 2009.

    SFOND

    Ir-relazzjonijiet politiċi, kulturali u ekonomiċi bejn l-UE u r-Russja huma bbażati fuq Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni.

    Aktar informazzjoni:

    TERMINI EWLENIN

    Żona ekonomika esklużiva: żona lil hinn u maġenb il-baħar territorjali, li għaliha l-pajjiż kostali għandu drittijiet u ġurisdizzjoni speċjali.
    Speċi anadromi u katadromi: ħajja marina li tiċċaqlaq bejn ilma ħelu u ilma mielaħ għat-tgħammir.

    DOKUMENTI PRINĊIPALI

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 439/2009 tat-23 ta’ Marzu 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kooperazzjoni fis-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-Baħar Baltiku (ĠU L 129, 28.5.2009, p.1)

    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-kooperazzjoni fis-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-Baħar Baltiku (ĠU L 129, 28.5.2009, p. 2-7)

    DOKUMENTI RELATATI

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/890/KE tal-20 ta’ Diċembru 2004 dwar l-irtirar tal-Komunità Ewropea mill-Konvenzjoni dwar is-Sajd u l-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin fil-Baħar Baltiku l-Ibħra ta’ Madwaru (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 27)

    Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta’ Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta’ Lulju 1994 li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1-2)

    Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 98/392/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ffehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha — Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 3-134)

    Ftehim dwar is-sħubija u l-kooperazzjoni li tistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra — Protokoll 1 dwar l-istabbiliment tal-grupp ta’ kuntatt tal-faħam u tal-azzar — Protokoll 2 dwar assistenza amministrattiva reċiproka għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali — Att Finali (ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3-69)

    Konvenzjoni dwar is-sajd u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajja fil-Baħar Baltiku u l-Ibħra ta’ Madwaru (ĠU L 237, 26.8.1983, p. 5-8)

    l-aħħar aġġornament 08.01.2019

    Fuq