Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0707

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020

/* KUMM/2011/0707 finali - 2011/0340 (COD) */

52011PC0707

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020 /* KUMM/2011/0707 finali - 2011/0340 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

L-Istrateġija Ewropa 2020 tappella biex "iċ-ċittadini jingħataw is-setgħa li jipparteċipaw bis- sħiħ fis-suq uniku", u dan "billi jissaħħu l-abbiltà u l-fiduċja tagħhom biex jixtru prodotti u servizzi barra minn pajjiżhom".

Qed isir dejjem aktar ovvju li fi żmien meta l-Ewropa teħtieġ sorsi ġodda ta’ tkabbir, dak tal-politika tal-konsumatur huwa qasam wieħed li jista’ jagħti kontribut siewi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020. Fl-Ewropa hemm 500 miljun konsumatur u l-infiq tal-konsumaturi jammonta għal 56 % tal-PGD tal-UE. Iktar ma l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet infurmati, ikbar ikun l-impatt tagħhom għat-tisħiħ tas-Suq Uniku u biex ikun stimulat it-tkabbir. Konsumatur mogħti s-setgħa u protett sew, hekk li jista' jibbenefika mis-Suq Uniku, jista' għaldaqtsant jaġevola l-innovazzjoni u t-tkabbir billi jistenna l-valur, il-kwalità u s-servizz. In-negozji li jirreaġġixxu jkunu dawk li jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jaffrontaw il-pressjonijiet tas-suq globali.

L-għoti tas-setgħa mhuwiex biss kwistjoni ta’ drittijiet tal-konsumatur iżda tal-bini ta’ ambjent ġenerali li jippermetti lill-konsumatur jagħmel użu minn dawk id-drittijiet u jibbenefika minnhom. Dan ifisser il-bini ta’ qafas fejn il-konsumaturi jistgħu jiddependu fuq il-premessa li s-sigurtà hija żgurata u li hemm għodod għad-ditezzjoni ta' nuqqasijiet fl-istandards u fil-prattiki u biex jindirizzawhom b'mod effettiv madwar l-Ewropa. Dan ifisser il-bini ta’ ambjent fejn il-konsumaturi permezz tal-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien, ikunu jafu jinnavigaw is-Suq Uniku biex jibbenefikaw mill-aħjar offerti fuq il-prodotti u s-servizzi. Fl-aħħar nett, l-għoti tas-setgħa jeħtieġ li l-konsumaturi jistgħu jeżerċitaw b’kunfidenza d-drittijiet tal-UE tagħhom madwar l-Ewropa u li, meta xi ħaġa tmur ħażin, jistgħu jiddependu kemm fuq l-infurzar effettiv tagħhom kif ukoll fuq aċċess faċli għal rimedju effiċjenti.

Il-Komunikazzjoni "Baġit għall-Ewropa 2020"[1] tad-29 ta’ Ġunju 2011 allokat EUR 175 miljun (fi prezzijiet kostanti tal-2011) lill-Programm tal-Konsumatur għall-perjodu 2014-2020.

F’dan il-kuntest, din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi Programm tal-Konsumatur għall-perjodu 2014-2020, bħala suċċessur tal-Programm ta’ Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur 2007-2013.

Il-Programm tal-Konsumatur ġdid se jsostni l-objettiv ġenerali tal-politika tal-konsumatur tal-futur billi jpoġġi l-konsumatur mogħti s-setgħa fiċ-ċentru tas-Suq Uniku. Il-politika tal-konsumatur Ewropea tappoġġja u tikkumplimenta l-politika nazzjonali billi tfittex tiżgura li ċ-ċittadini tal-UE jingħataw is-setgħa li jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-Suq Uniku u permezz ta' dan, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tagħhom jiġu protetti kif xieraq.

L-ingranaġġ tal-forza ekonomika vasta tal-infiq tal-konsumatur (li jirrapreżenta 56 % tal-PGD tal-UE) għandu jagħti kontribut importanti lis-sodisfazzjon tal-objettiv tal-UE tat-trawwim mill-ġdid tat-tkabbir.

· Il-kuntest ġenerali

Il-problemi ewlenin li jridu jiġu indirizzati permezz tal-finanzjament ta’ azzjonijiet taħt il-Programm ġdid huma raggruppati taħt l-erba’ kategoriji li ġejjin:

i)          Sigurtà: id-differenzi bejn l-Istati Membri fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti, il-preżenza ta' prodotti mhux siguri fis-Suq Uniku; ir-riskji marbuta mal-globalizzazzjoni tal-katina tal-prodotti; is-sigurtà tas-servizzi; in-nuqqas ta’ struttura ta’ koordinazzjoni xierqa fil-livell tal-UE li tiżgura l-aħjar valur ta’ kofinanzjament tal-UE.

ii)         Informazzjoni u edukazzjoni: in-nuqqas ta’ dejta robusta u ta’ kwalità tajba u analiżi dwar il-funzjonament tas-Suq Uniku għall-konsumaturi; kapaċità insuffiċjenti tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, inkluż nuqqas ta’ riżorsi u kompetenzi, notevolment fl-Istati l-Membri l-ġodda; nuqqas ta’ informazzjoni trasparenti, paragunabbli, affidabbli u faċli għall-utent għall-konsumaturi, b’mod partikolari għal każijiet transkonfinali; nuqqas ta’ għarfien u fehma tad-drittijiet prinċipali u l-miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumatur mill-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut l-istess; inadegwatezza tal-għodod tal-edukazzjoni tal-konsumatur tal-UE attwali, speċjalment fir-rigward tal-iżviluppi fl-ambjent diġitali

iii)         Drittijiet u rimedji: protezzjoni subottimali tad-drittijiet tal-konsumatur, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet transkonfinali; bżonn ta’ titjib ulterjuri tal-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumatur fil-politiki tal-UE; problemi ffaċċjati mill-konsumatur meta jipprovaw jiżguraw rimedju, notevolment transkonfinali.

iv)        Infurzar: In-Netwerk CPC (netwerk ta’ awtoritajiet tal-infurzar nazzjonali) ma jintużax il-potenzjal sħiħ tiegħu; nuqqas ta’ kuxjenza dwar l-ECC-Net (netwerk ta' Ċentri Ewropej għall-Konsumatur) fost il-konsumaturi u bżonn għat-tisħiħ tal-effikaċja tiegħu.

Fl-istess ħin, il-Programm ġdid, bl-erba’ prijoritajiet tiegħu, Sigurtà, Informazzjoni u Edukazzjoni, Drittijiet u rimedji , Infurzar (SIRE), jeħtieġ jikkunsidra l-isfidi soċjali ġodda li kibru fl-importanza tagħhom fl-aħħar snin. Dawn jinkludu: iż-żieda fil-kumplessità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-konsumatur, il-bżonn li jsir ċaqliq lejn tendenzi ta’ konsum aktar sostenibbli, l-opportunitajiet u t-theddid li ġab l-iżvilupp tad-diġitalizzazzjoni, żieda fl-esklużjoni soċjali u n-numru ta’ konsumaturi vulnerabbli u t-tixjieħ tal-popolazzjoni.

· L-enfasi ta' azzjonijiet taħt il-Programm tal-Konsumatur

Filwaqt li l-problemi li jridu jiġu ttrattati mill-politika tal-konsumatur ivarjaw bosta, id-daqs relattivament żgħir tal-Programm tal-Konsumatur ifisser li l-azzjonijiet li jridu jiġu finanzjati taħtu jridu jkunu mmirati lejn oqsma fejn l-intervent fil-livell tal-UE jista’ jagħmel differenza u jżid il-valur. L-oqsma magħżula għall-azzjonijiet huma ta’ tliet tipi:

i)          Azzjonijiet li jikkorrispondu għal obbligi legali imposti mit-Trattat u l-acquis tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur fuq l-UE u fuq l-Istati Membri:

– Il-finanzjament tal-manutenzjoni u l-funzjonament tajjeb tan-Netwerk RAPEX[2], tan-Netwerk CPC tal-awtoritajiet ta’ infurzar u tad-databases tal-kożmetiċi.

ii)         Azzjonijiet li ma jittieħdux jew li ma jistgħux jittieħdu fil-livell nazzjonali minħabba n-natura tal-livell tal-UE tagħhom:

– Assistenza lill-konsumaturi dwar kwistjonijiet transkonfinali permezz ta’:

-        kofinanzjament tal-operat tan-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur (ECCs). L-awtoritajiet nazzjonali jew l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur normalment mhumiex f’pożizzjoni li jipprovdu pariri u jappoġġjaw lill-konsumaturi fuq kwistjonijiet transkonfinali;

-        sostenn lill-iżvilupp ta' sistema onlajn għas-soluzzjonijiet għat-tilwim, li tkopri l-Ewropa, li tittratta wkoll każijiet transkonfinali;

– L-iżvilupp ta’ kooperazzjoni ma’ msieħba internazzjonali biex jittrattaw l-impatt tal-globalizzazzjoni tal-katina tal-produzzjoni fuq is-sigurtà tal-prodotti;

– Jingħata appoġġ lill-produzzjoni ta’ dejta tas-swieq tal-konsumatur li hija paragunabbli fil-livell tal-UE għal valutazzjoni komparattiva bejn l-Istati Membri u input fit-tfassil tal-politika fil-livell tal-UE;

– Tiġi żgurata rappreżentazzjoni tal-interessi tal-konsumatur fil-livell tal-UE permezz ta’ appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-livell tal-UE.

iii)         Azzjonijiet li jikkumplimentaw u jtejbu l-effiċjenza tal-miżuri meħudin fil-livell nazzjonali:

– Koordinazzjoni u kofinanzjament ta’ azzjonijiet konġunti fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti u tal-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur;

– Appoġġ għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjonijiet tal-konsumatur mal-Istati Membri u partijiet interessati oħra u ħidma mal-intermedjarji biex jikkontribwixxu għall-provvista ta’ informazzjoni ċara, trasparenti u affidabbli lill-konsumaturi;

– Appoġġ tat-taħriġ tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur nazzjonali, li kieku jkun jiswa ħafna aktar fil-livell nazzjonali mingħajr l-ekonomija ta’ skala;

– Provvista ta’ pjattaforma għall-iskambju u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba fil-qasam tal-edukazzjoni tal-konsumatur.

· L-objettivi tal-proposta

L-għan tal-Programm tal-Konsumatur huwa li jappoġġja l-objettiv tal-politika tal-konsumatur li tpoġġi l-konsumatur mogħti s-setgħa fiċ-ċentru tas-Suq Uniku. Il-Programm se jilħaq dan l-objettiv billi jikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll billi jippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u biex jorganizzaw irwieħhom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom. Il-Programm se jikkomplimenta, isostni u jimmonitorja l-politiki tal-Istati Membri.

L-azzjonijiet għandhom jappoġġjaw l-erba’ objettivi speċifiċi li ġejjin:

i)          Sigurtà: li tiġi konsolidata u mtejba s-Sigurtà tal-prodotti permezz ta’ sorveljanza effettiva tas-suq fl-UE;

ii)         Informazzjoni u edukazzjoni: li jkun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur.

iii)         Drittijiet u rimedji: li jkunu kkonsolidati d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim.

iv)        Infurzar: li jkun sostnut l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur billi tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar u billi l-konsumaturi jiġu sostnuti permezz ta' pariri.

Dawn l-objettivi jappoġġjaw bis-sħiħ l-objettivi ta' Ewropa 2020 fir-rigward tat-tkabbir u l-kompetittività. Dawn għandhom jintegraw oqsma speċifiċi ta' tħassib fil-kuntest tal-Ewropa 2020 dwar l-aġenda diġitali (jiġi żgurat li d-diġitalizzazzjoni twassal attwalment għal żieda fil-benessri tal-konsumatur), it-tkabbir sostenibbli (nersqu lejn tendenzi ta’ konsum aktar sostenibbli), l-inklużjoni soċjali (kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika ta’ konsumaturi vulnerabbli u l-bżonn ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ), regolamentazzjoni intelliġenti (azzjonijiet ta’ monitoraġġ tas-suq tal-konsumatur li jgħinu fit-tfassil ta’ regolamenti intelliġenti u mmirati).

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

· Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-bażi legali kurrenti, il-Programm ta’ Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013), twettqet bejn Mejju 2010 u Frar 2011[3]. F’dan il-kuntest, il-partijiet interessati ewlenin (l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri involuti fil-politiki tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur tal-UE u nazzjonali u n-negozji), ġew ikkonsultati dwar l-azzjonijiet li twettqu taħt il-Programm kurrenti.

L-evalwazzjoni enfasizzat il-valur miżjud tal-Programm, minkejja l-fatt li l-politika tal-konsumatur Ewropea hija qasam relattivament ġdid u li l-livell ta’ finanzjament tal-UE taħt il-Programm huwa relattivament żgħir. Din enfasizzat li l-azzjonijiet taħt l-Istrateġija u l-Programmi jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

B’mod partikolari, ir-riżultati kienu globalment pożittivi fir-rigward tar-rilevanza tal-objettivi tal-Programm, l-impatti u l-valur miżjud tiegħu. L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li l-Programm għandu jkollu effetti fit-tul fuq il-protezzjoni tal-konsumatur. L-awtoritajiet nazzjonali b’mod ġenerali kkonfermaw li l-Istrateġija u l-Programm kienu kumplimentari għall-politiki tal-konsumatur nazzjonali. Madankollu, l-evalwazzjoni kkonkludiet li l-isfidi emerġenti soċjali u ambjentali kienu biss parzjalment indirizzati mill-Istrateġija u l-Programm kurrenti.

Barra minn hekk, diskussjonijiet sussegwenti mal-partijiet interessati seħħew matul il-preparazzjoni tal-Programm tal-Konsumatur ġdid, notevolment fis-Samit dwar il-Konsumatur 2011 f’April 2011 u fil-kuntest tan-netwerks tal-konsumatur: in-Netwerk tal-Politika tal-Konsumatur (CPN) tal-awtoritajiet nazzjonali, in-Netwerk ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC) tal-awtoritajiet ta’ infurzar nazzjonali u l-Grupp Konsultattiv Ewropew tal-Konsumaturi (ECCG), magħmul minn organizzazzjonijiet tal-konsumaturi Ewropej u nazzjonali.

Intalbu wkoll kontribuzzjonijiet mit-tliet organizzazzjonijiet kummerċjali orizzonali ewlenin (BusinessEurope, UEAPME u EuroCommerce).

Minkejja d-differenza fl-attenzjoni, il-kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur kienu ġeneralment jappoġġjaw il-kwistjonijiet prijoritarji proposti mid-DĠ Sanco rilevanti għall-programm. L-organizzazzjonijiet kummerċjali ġeneralment qablu mal-prijoritajiet proposti mill-Kummissjoni, u enfasizzaw li għandu jintlaħaq il-bilanċ ġust bejn il-protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività.

Barra minn hekk, il-Parlament f’dawn l-aħħar snin ippubblika serje ta’ rapporti rilevanti direttament għall-attivitajiet immexxija taħt il-Programm[4].

· Valutazzjoni tal-impatt

Valutazzjoni tal-impatt twettqet bejn Frar u Lulju 2011 mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi. Din ikkunsidrat erba’ opzjonijiet:

-           Opzjoni 0 tikkorrispondi għall-minimu assolut ta’ azzjonijiet li jridu jiġu finanzjati li jirriżultaw mill-obbligi legali imposti bit-Trattat u l-acquis tal-UE eżistenti fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur.

-           Opzjoni 1 tikkorrispondi għax-xenarju bażi. Taħt din l-opzjoni, il-maġġoranza tal-azzjonijiet imwettqa taħt il-Programm 2007-2013 jiġu segwiti, bi ftit adattament. Ċertu azzjonijiet huma sostanzjalment imnaqqsa jew ma jibqgħux jiġu implimentati għaliex ma għadhomx rilevanti, filwaqt li ċertu azzjonijiet ġodda jiġu mnedija b’livell limitat ta’ ambizzjoni (pereżempju dwar ir-rimedju). Din tikkorrispondi għal baġit ugwali għal jew aktar baxx minn dak ipprovdut taħt il-Programm kurrenti.

-           Opzjoni 2 tikkorrispondi għal approċċ aktar ambizzjuż li jikkonforma mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni (Ewropa 2020, Att dwar is-Suq Uniku) u r-riflessjoni kontinwa dwar il-futur tal-politika tal-konsumatur[5]. Il-baġit taħt din l-opzjoni huwa ta’ madwar EUR 25 miljun fis-sena.

-           Opzjoni 3 tkun tirrikjedi żieda fil-baġit meta mqabbla mal-Programm attwali għal xi azzjonijiet addizzjonali bħal: l-iżvilupp ta’ database pubblika dwar is-sigurtà tal-prodotti tal-konsumatur; ir-rimedju: it-twaqqif ta’ fond li jappoġġja l-finanzjament ta’ azzjonijiet ta’ rimedju transkonfinali.

Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li l-opzjoni 2 hija l-aħjar opzjoni mil-lat tal-kost/benefiċċju. Il-baġit taħt din l-opzjoni għandu jkun ta' madwar EUR 25 miljun fis-sena, li huwa konformi mal-allokazzjoni tal-baġit proposta għall-programm tal-konsumaturi fil-Komunikazzjoni "Baġit għall-Ewropa 2020" ta’ Ġunju 2011.

· Simplifikazzjoni tal-proċess ta’ finanzjament

Il-proċess ta’ finanzjament għandu jkun simplifikat b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ ftehimiet ta’ sħubija u l-appoġġ mogħti lil korp ta’ koordinazzjoni fil-livell tal-UE għas-sorveljanza tas-suq relatata mas-sigurtà[6].

Il-possibbiltà tal-użu ta’ ammonti b'rata fissa kull meta possibbli għandha tiġi eżaminata sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tuża aġenzija eżekuttiva għall-implimentazzjoni tal-Programm tal-Konsumatur, dan ukoll jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta' proċeduri fil-proċess ta' finanzjament.

· Valur miżjud tal-azzjonijiet

Il-Programm għandu jappoġġja l-objettivi tal-politika tal-konsumatur tal-futur li jpoġġu lill-konsumaturi tal-UE fiċ-ċentru tas-Suq Uniku. Il-valur miżjud tal-azzjonijiet skont l-erba' għanijiet speċifiċi huma mqassra hawn taħt.

i)          Sigurtà

Fil-qasam tas-sigurtà, l-azzjonijiet fil-livell tal-UE u l-kooperazzjoni permezz tan-netwerk tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (DSĠP) jagħtu riżultati aħjar minn serje ta’ azzjonijiet individwali mill-Istati Membri għaliex dawn ikopru n-nuqqasijiet fl-informazzjoni, inkluż l-użu ta' informazzjoni miġbura minn pajjiżi oħra, u jevitaw id-diżlivelli fis-Suq Uniku.

ii)         Informazzjoni u edukazzjoni

Il-monitoraġġ tas-suq tal-konsumatur jgħin jidentifika dgħufijiet fis-swieq nazzjonali u l-ostakli tas-Suq Uniku li jistgħu jitneħħew b'riformi li jtejbu l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni. B’mod ġenerali, id-dejta hija ddisinjata biex tkun biżżejjed robusta u rappreżentattiva biex tintuża mhux biss fil-livell tal-UE iżda wkoll dak nazzjonali, u b'hekk twassal għal kisbiet fl-effiċjenza fl-iskala tal-UE u tippermetti l-valutazzjoni komparattiva tal-Istati Membri.

L-appoġġ għal rappreżentazzjoni b’saħħitha u koerenti mill-moviment tal-konsumaturi fil-livell tal-UE jikkontribwixxi għall-provvista ta’ kontribut tal-konsumaturi konsolidat fit-tfassil tal-politika tal-UE, l-istituzzjonijiet tal-UE u d-djalogi fil-livell tal-UE. Dan jiżgura wkoll għoti ta’ setgħa diretta u appoġġ lil organizzazzjonijiet partikolarment dgħajfa fl-Istati Membri l-ġodda. L-azzjonijiet ta’ tiswir tal-kapaċità għal organizzazzjoni tal-konsumaturi nazzjonali jappoġġjaw l-iżvilupp ta' netwerk transnazzjonali bejn il-parteċipanti, inkluż għal mentoring u reviżjoni minn pari.

L-inizjattivi ta’ informazzjoni u edukazzjoni tal-konsumatur tal-UE jżidu l-għarfien u l-kunfidenza tal-konsumatur fi tranżazzjonijiet transkonfinali, u jappoġġjaw l-ikkompletar tas-Suq Uniku. Dawn jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri u għandhom jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ sors koerenti u awtoritattiv ta’ informazzjoni/edukazzjoni fil-livell tal-UE,

iii)         Drittijiet u rimedji

Il-Metodi ta' Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (ADR) għandu joffri mod irħis, rapidu u faċli biex jinkiseb rimedju mal-UE, li jiżgura kundizzjonijiet ekwi. ADR huwa azzjoni prinċipali fl-Att dwar is-Suq Uniku. L-iżvilupp ta' sistema onlajn għas-soluzzjonijiet għat-tilwim, li tkopri l-Ewropa, għandu jwassal għal approċċ koordinat, li joħloq ekonomiji ta’ skala u sinerġiji.

iv)        Infurzar

In-netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur jikkontribwixxi għall-kompletezza tas-Suq uniku billi jipprovdi pariri u sostenn lill-konsumaturi fi kwistjonijiet transkonfinali, xi ħaġa li ħafna drabi l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-konsumatur ma jkunux jistgħu jagħmlu. Azzjonijiet koordinati ta' infurzar konġunt man-Netwerk għall-Kooperazzoni fil-Ħarsien tal-Konsumaturi (CPC) tal-awtoritajiet nazzjonali għall-infurzar, bħalma huma s-'sweeps', huma mod effiċjenti ħafna kif jiġu indirizzati kwistjonijiet li għandhom dimensjoni transkonfinali tal-UE.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-miżuri adottati taħt l-Artikolu 169 TFUE għandu jkollhom bħala l-għan tagħhom l-interessi tal-konsumaturi u livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur. Din il-proposta tfittex li tappoġġja finanzjarjament l-azzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri li għandhom bħala għan il-protezzjoni tas-sigurtà tal-konsumaturi, bit-titjib tal-aċċess tagħhom għall-informazzjoni, u bit-tisħiħ ulterjuri tad-drittijiet tagħhom. L-għażla tal-Artikolu 169 TFUE bħala bażi legali hija għalhekk ġustifikata kemm mill-objettiv kif ukoll mill-kontenut tal-proposta. Din il-proposta għandha tiġi addottata skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

4.           IMPLIKAZZJONI TAL-BAĠIT

L-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandhom jammontaw għal EUR 197 miljun fil-prezzijiet attwali. Dan jikkorrispondi għall-allokazzjoni tal-baġit proposta għall-programm tal-konsumaturi fil-Komunikazzjoni "Baġit għall-Ewropa 2020" ta’ Ġunju 2011.

2011/0340 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 169 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[8],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "L-Istrateġija Ewropa 2020 – Srateġija għal tkabbir għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv"[9] tappella liċ-ċittadini biex ikollhom is-setgħa li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq uniku, li jirrikjedi li jissaħħu l-abbiltà u l-fiduċja tagħhom biex jixtru prodotti u servizzi transkonfinali, b’mod partikolari onlajn.

(2) L-Unjoni għandha tikkontribwixxi biex il-konsumatur jitqiegħed fiċ-ċentru tas-suq intern billi ssostni u tikkumplimenta l-politiki tal-Istati Membri b'mod li tiżgura li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu b’mod sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern hekk li s-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tagħhom jiġu protetti sew permezz ta' azzjonijiet konkreti.

(3) Dan ir-Regolament jikkunsidra l-ambjent ekonomiku, soċjali u tekniku u l-isfidi konkomitanti li qed jixirfu. B’mod partikolari, azzjonijiet finanzjati taħt dan il-programm għandhom ifittxu li jindirizzaw kwistjonijiet marbuta mal-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, il-bżonn li jsiru passi lejn tendenzi ta' konsum aktar sostenibbli, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-kwistjoni tal-konsumaturi vulnerabbli. L-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fil-politiki kollha tal-Unjoni, skont l-Artikolu 12 TFUE, għandha tingħata prijorità għolja. Il-koordinazzjoni ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni hija parti prinċipali tal-iżgurar li l-interessi tal-konsumatur jingħataw kunsiderazzjoni sħiħa f’politiki oħra. Sabiex jiġu promossi s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni, fondi u programmi oħra tal-Unjoni għandhom jipprovdu għal appoġġ finanzjarju għall-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumatur fl-oqsma rispettivi tagħhom.

(4) Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti fi programm tal-konsumaturi għall-perjodu 2014 – 2020 (minn hawn ’il quddiem "il-Programm"), li jipprovdi qafas għall-finanzjament ta' azzjonijiet tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 49 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi legali għall-azzjoni u għall-implimentazzjoni tal-Programm. Dan ir-Regolament jkompli jibni fuq l-azzjonijiet iffinanzjati skont id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013)[11].

(5) Huwa importanti li jissaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur. Biex jinkiseb dan l-objettiv ġenerali, iridu jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi rigward is-sigurtà, l-informazzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumatur, id-drittijiet u r-rimedji kif ukoll l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur. Il-valur u l-impatt tal-miżuri meħudin taħt il-Programm għandhom jiġu monitorjati u evalwati regolarment. Għall-finijiet li tiġi evalwata l-politika tal-konsumatur, għandhom jiġu żviluppati l-indikaturi.

(6) Huwa neċessarju li jiġu stipulati l-azzjonijiet eliġibbli li permezz tagħhom jinkisbu dawk l-objettivi.

(7) Hemm bżonn li jiġu ddefiniti l-kategoriji tal-benefiċjarji potenzjali eliġibbli għall-għotjiet.

(8) Il-Programm għandu jkun għal perjodu ta' seba' snin biex it-tul tiegħu jkun allinjat ma' dak tal-qafas finanzjarju multiannwali stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-sena 2014-2020.

(9) Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi, għat-tul kollu tal-programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza prinċipali, fis-sens tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' XX/SS/201S bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[12], għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

(10) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim ŻEE') jipprovdi għal kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li qed jipparteċipaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem 'il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE'), min-naħa l-oħra. Għandu jsir provvediment biex il-Programm jinfetaħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi oħra, b’mod partikolari l-pajjiżi tal-viċinat tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi li qed japplikaw għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, li huma kandidati għaliha jew li qegħdin fil-proċess ta' adeżjoni.

(11) Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Programm, fejn xieraq, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi li mhumiex qed jipparteċipaw fil-Programm għandha tkun inkoraġġata, b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim rilevanti bejn dawk il-pajjiżi u l-Unjoni.

(12) Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-adattament tal-indikaturi stabbiliti fl-Anness II. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa tul ix-xgħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(13) Biex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni għall-finijiet li jiġu adottati l-programmi ta' ħidma annwali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[13]. Minħabba li l-Programm ma jistabbilixxix kriterji għas-sigurtà tal-prodotti iżda jimmira li jipprovdi sostenn finanzjarju lill-għodda għall-implimentazzjoni tal-politika dwar is-sigurtà tal-prodotti, u minħabba l-ammont relattivament żgħir kkonċernat, huwa f'loku li tkun applikata l-proċedura konsultattiva.

(14) Huwa xieraq li tiġi żgurata tranżazzjoni bejn il-programm ta' azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) u dan il-Programm, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-miżuri multiannwali u l-evalwazzjoni tas-suċċessi u l-oqsma tal-programm preċedenti li jeħtieġu aktar attenzjoni. Mill-1 ta' Jannar 2021, l-approprjazzjonijiet tal-assistenza teknika u amministrattiva għandhom ikopru, jekk neċessarju, l-infiq relatat mal-ġestjoni tal-azzjonijiet mhux ikkompletati sal-aħħar tal-2020.

(15) Minħabba li l-objettivi tar-Regolament ma jistgħux jinkisbu f’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura transkonfinali tal-kwistjonijiet involuti, u għalhekk jistgħu minħabba l-potenzjal akbar tal-azzjoni tal-Unjoni effiċjentement u effettivament biex jiġu protetti s-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi taċ-ċittadini jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilt f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(16) Id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) għandha għalhekk tiġi revokata.

(17) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu permezz ta' miżuri proporzjonati fiċ-ċiklu kollu tal-infiq, inklużi l-prevenzjoni, id-ditezzjoni u l-invetsigazzjoni tal-irregolaritajiet, l-irkupru tal-fondi li jintilfu, jitħallsu bi żball jew jintużaw b'mod ħażin u , jekk ikun il-każ, il-penali,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-istabbiliment

Dan ir-Regolament jistabbilixxi programm tal-konsumaturi multiannwali għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2020, minn issa ’l quddiem 'il-Programm'.

Artikolu 2

Għan ġenerali

L-għan tal-Programm huwa li jappoġġja l-objettiv tal-politika tal-konsumatur li tpoġġi l-konsumatur mogħti s-setgħa fiċ-ċentru tas-suq intern. Il-Programm se jilħaq dan l-objettiv billi jikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll billi jippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u biex jorganizzaw irwieħhom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom. Il-Programm se jikkomplimeta, isostni u jimmonitorja l-politiki tal-Istati Membri.

Artikolu 3

Objettivi speċifiċi u indikaturi

1.           L-objettiv ġenerali msemmi fl-Artikolu 2 għandu jiġi realizzat permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a) Objettiv 1 — is-sigurtà: li tiġi konsolidata u mtejba s-sigurtà tal-prodotti permezz ta’ sorveljanza effettiva tas-suq fl-Unjoni.

Dan l-objettiv se jitkejjel b'mod partikoalri permezz tal-attività tas-sistema ta' twissija bikrija tal-UE għal prodotti tal-konsumaturi perikolużi (RAPEX).

(b) Objettiv 2 — informazzjoni u edukazzjoni: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex ikun jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur.

(c) Objettiv 3 – drittijiet u rimedji: biex ikunu kkonsolidati d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim.

Dan l-objettiv se jitkejjel b'mod partikolari permezz ta' rikors għal soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim biex jissolvew tilwimiet transkonfinali u permezz tal-attività ta' sistema onlajn għas-soluzzjoni tat-tilwim mifruxa mal-Unjoni.

(d) Objettiv 4 — infurzar: li jkun sostnut l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur billi tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar u billi l-konsumaturi jiġu sostnuti permezz ta' pariri.

Dan l-objettiv se jitkejjel b'mod partikolari permezz tal-livell ta' fluss ta' informazzjoni u tal-kooperazzjoni fin-Netwerk għall-Kooperazzjoni għall-Ħarsien tal-Konsumatur u l-attività taċ-Ċentri tal-Konsumaturi Ewropej.

2.           Id-deskrizzjoni tal-indikaturi qed tingħata fl-Anness II.

3.           Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tadatta l-indikaturi stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 4

Azzjonijiet eliġibbli

L-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jiġu realizzati permezz tal-azzjonijiet stabbiliti fil-lista li ġejja u skont il-prijoritajiet stabbiliti fil-programmi ta' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 12:

(e) skont l-objettiv 1 - is-sigurtà:

(1) pariri xjentifiċi u analiżi tar-riskju rilevanti għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi dwar il-prodotti mhux alimentari u servizzi inkluż is-sostenn lill-attivitajiet tal-kumitati xjentifiċi indipendenti stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/721/KE li twaqqaf Struttura Konsultattiva ta’ Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent[14];

(2) il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar dwar is-sigurtà tal-prodotti fir-rigward tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodott[15], u azzjonijiet għat-titjib tas-sigurtà tas-servizzi għall-konsumatur:

(3) iż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri ta' databases dwar il-kożmetiċi;

(f) skont l-objettiv 2 — informazzjoni u edukazzjoni:

(4)     il-kostruzzjoni tal-bażi ta' evidenza għat-tfassil tal-politika f'oqsma li jaffettwaw il-konsumaturi;

(5)     l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur;

(6)     it-tisħiħ tat-trasparenza tas-swieq tal-konsumatur u tal-informazzjoni tal-konsumatur;

(7)     it-tisħiħ tal-edukazzjoni tal-konsumatur;

(g) skont l-objettiv 3 – drittijiet u rimedji:

(8)     it-tħejjija mill-Kummissjoni ta' leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur u inizjattivi regolatorji oħra, is-sorveljar tat-traspożizzjoni mill-Istati Membri u l-evalwazzjoni sussegwenti tal-impatt tagħha, kif ukoll il-promozzjoni ta' inizjattivi koregolatorji u awtoregolatorji;

(9)     l-iffaċilitar tal-aċċess u s-sorveljar tal-funzjonament u l-effettività ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim għall-konsumaturi partikolarment ta' skemi ta' soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim, inklużi onlajn, anki permezz tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod rilevanti tat-TI;

(h) skont l-objettiv 4 — l-infurzar:

(10)   il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta’ sorveljanza u infurzar fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi[16];

(11)   kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet konġunti ma’ korpi pubbliċi jew mingħajr skop ta’ qligħ li jikkostitwixxu netwerks tal-Unjoni li jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi biex jgħinuhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu aċċess għal soluzzjoni tat-tilwim xierqa, inkluż skemi ta’ soluzzjoni onlajn barra mill-qorti (in-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur).

Deskrizzjoni iktar dettaljata tal-kontenut li jista' jkollhom dawk l-azzjonijiet tinsab fl-Anness I.

Artikolu 5

Benefiċjarji eliġibbli għall-għotjiet

1.           Għotjiet għall-funzjonament tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-livell tal-Unjoni jistgħu jingħataw lil organizzazzjonijiet tal-konsumatur Ewropej li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) huma nongovernattivi, mingħajr skop ta' qligħ, indipendenti mill-interess tal-industrija, kummerċjali u tan-negozju jew interessi konfliġġenti oħra, u għandhom bħala objettivi u attivitajiet primarji tagħhom il-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi fl-Unjoni;

(b) għandhom mandat biex jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi fil-livell tal-Unjoni minn organizzazzjonijiet mill-anqas f'nofs l-Istati Membri li huma rappreżentattivi, skont ir-regoli jew il-prattika nazzjonali, tal-konsumaturi, u li huma attivi fil-livell reġjonali jew nazzjonali.

2.           Għotjiet mogħtija għall-funzjonament ta' korpi internazzjonali li jippromwovu l-prinċipji u l-politiki li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Programm jistgħu jingħataw lil organizzazzjonijiet li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) huma nongovernattivi, mingħajr skop ta' qligħ, indipendenti mill-interessi tan-negozju jew interessi konfliġġenti oħra, u għandhom bħala objettivi u attivitajiet primarji tagħhom il-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi;

(b) iwettqu l-attivitajiet kollha li ġejjin: jipprovdu mekkaniżmu formali għar-rappreżentanti tal-konsumatur mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi biex jikkontribwixxu fid-diskussjonijiet politiċi u fil-politiki, jorganizzaw laqgħat mal-uffiċjali tal-politika u mar-regolaturi biex jippromvovu u jiddefendu l-interessi tal-konsumatur mal-awtoritajiet pubbliċi, jidentifikaw kwistjonijiet u sfidi komuni b'rabta mal-konsumatur, jippromwovu l-perspettivi tal-konsumaturi fil-kuntest tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, jikkontribwixxu għall-iskambju u t-tixrid tal-għarfien espert u tal-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet tal-konsumatur fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi, u jipproduċu rakkomandazzjonijiet għall-politika.

3.           Għotjiet għall-funzjonament tal-korpi fil-livell tal-Unjoni stabbiliti għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta' infurzar fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti jistgħu jingħataw lil korpi rikonoxxuti għal dan il-għan mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

4.           Għotjiet għall-azzjoni lil korpi madwar l-UE għall-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ kondotta, tal-aħjar prattiki u linji gwida għall-ipparagunar ta’ prezzijiet, ta' kwalità tal-prodotti u ta' sostenibbiltà jistgħu jingħataw lill-korpi li jikkonformaw mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a) huma nongovernattivi, mingħajr skop ta' qligħ, indipendenti mill-produtturi ta' oġġetti u minn fornituri tas-servizzi, ħielsa minn interessi konfliġġenti, u għandhom fost l-objettivi u attivitajiet primarji tagħhom il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi;

(b) huma attivi f'mill-inqas nofs l-Istati Membri.

5.           Għotjiet għal azzjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mill-affarijiet tal-konsumatur u lill-awtoritajiet korrispondenti ta' pajjiżi terzi jistgħu jingħataw lil awtoritajiet innotifikati lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jew id-Direttiva 2001/95/KE minn Stat Membru jew minn pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament.

6.           Għotjiet lil uffiċjali tal-infurzar mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi jistgħu jingħataw lil uffiċjali minn awtoritajiet innotifikati lill-Kummissjoni Ewropea għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jew id-Direttiva 2001/95/KE minn Stat Membru jew minn pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament.

7.           Għotjiet għal azzjoni jistgħu jingħataw lil korp pubbliku jew korp mingħajr skop ta’ qligħ magħżul permezz ta’ proċedura trasparenti u maħtur minn Stat Membru jew pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament. Il-korp maħtur għandu jkun parti minn netwerk tal-Unjoni li jipprovdi informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi biex jgħinhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu aċċess għal soluzzjoni ta’ tilwim xierqa (In-Netwerk ta' Ċentri Ewropej għall-Konsumatur).

8.           Għotjiet għal azzjoni jistgħu jingħataw lil korpi responsabbli mill-ilmenti stabbiliti fl-Unjoni jew li joperaw fiha, u f'pajjiżi tal-Assoċjazzjonijiet Ewropej għall-Kummerċ Ħieles li jipparteċipaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea, li huma responsabbli mill-ġbir tal-ilmenti tal-konsumaturi, jew milli jippruvaw isolvu t-tilwim, jew li jagħtu pariri, jew jipprovdu informazzjoni lill-konsumaturi dwar ilmenti jew investigazzjonijiet, u li huma parti terza għal ilment jew investigazzjoni minn konsumatur rigward kummerċjant. Ma jinkludux mekkaniżmi ta' trattament ta' ilmenti minn konsumaturi mħaddma minn kummerċjanti u li jittrattaw invetsigazzjonijiet u ilmenti direttament mal-konsumatur, jew mekkaniżmi li jipprovdu servizzi ta' trattament ta' ilmenti mħaddma minn kummerċjanti, inkella mħaddma f'isimhom.

Artikolu 6

Qafas finanzjarju

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm huwa ta' EUR 197 000 000 fi prezzijiet attwali.

Artikolu 7

Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fil-Programm

Il-parteċipazzjoni fil-Programm għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta':

(a) il-pajjiżi tal-Assoċjazzjonijiet Ewropej għall-Kummerċ Ħieles li jipparteċipaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b) pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk aderenti u kandidati kif ukoll dawk li huma potenzjalmnet kandidati, u pajjiżi li tapplika għalihom il-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta' Qafas rispettivi, id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew ftehimiet simili.

Artikolu 8

Tipi ta' intervent u livell massimu ta' kofinanzjament

1.           Skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni jistgħu jieħdu l-għamla jew ta' għotjiet jew ta' akkwist pubbliku jew ta' kwalunkwe intervent ieħor neċessarju biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikoli 2 u 3.

2.           L-għotjiet mill-Unjoni u l-livelli massimi korrispondenti tagħhom huma kif ġej:

(a) għotjiet għall-funzjonament tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-livell tal-Unjoni, kif iddefiniti fl-Artikolu 5(1), li ma jaqbżux il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(b) għotjiet għall-funzjonament tal-korpi internazzjonali li jippromwovu l-prinċipji u l-politiki li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Programm, kif iddefiniti fl-Artikolu 5(2), li ma jaqbżux il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(c) għotjiet għall-funzjonament tal-korpi fil-livell tal-Unjoni stabbiliti għall-koordinazzjoni ta' azzjonijiet ta' infurzar fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott u rikonoxxuti għal dan il-għan mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif iddefiniti fl-Artikolu 5(3), li ma jaqbżux il-95 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(d) għotjiet għal azzjoni lil korpi madwar l-Unjoni għall-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ kondotta, tal-aħjar prattiki, ta' linji gwida għall-paragun tal-prezzijiet, il-kwalità u s-sostenibbiltà, kif iddefiniti fl-Artikolu 5(4), li ma jaqbżux il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(e) għotjiet għal azzjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-affarijiet tal-konsumatur u lill-awtoritajiet korrispondenti f’pajjiżi terzi li qed jipparteċipaw skont l-Artikolu 7, kif iddefiniti fl-Artikolu 5(5), li ma jaqbżux il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli, minbarra fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ utilità eċċezzjonali, kif iddefiniti fil-programmi ta' ħidma annwali, f’liema każ il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż ma għandhiex taqbeż is-70 %;

(f) għotjiet mogħtija għall-iskambju ta' uffiċjali tal-infurzar mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi li jipparteċipaw skont l-Artikolu 7, kif iddefinit fl-Artikolu 5(6), li jkopru allokazzjonijiet ta' flus għall-ivvjaġġar u għall-għajxien;

(g) għotjiet għal azzjoni lil korpi maħturin mill-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-affarijiet tal-Konsumatur u mill-awtoritajiet ekwivalenti f’pajjiżi terzi li qed jipparteċipaw skont l-Artikolu 7, kif iddefiniti fl-Artikolu 5(7), li ma jaqbżux is-70 % tal-ispejjeż eliġibbli;

(h) għotjiet għal azzjoni lil korpi responsabbli mit-trattament tal-ilmenti tal-konsumatur, kif iddefiniti fl-Artikolu 5(8), li ma jaqbżux it-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 9

Assistenza amministrattiva u teknika

L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm tista' tkopri wkoll l-ispejjeż tal-attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu; b'mod partikolari, studji, laqgħat tal-esperti, azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni b'rabta mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-infiq marbut man-netwerks tat-TI li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambji tal-informazzjoni, flimkien ma' kull infiq ta' assistenza teknika u amminsitrattiva ieħor li tagħmel il-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm.

Artikolu 10

Metodi ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni timplimenta l-Programm permezz ta' modi ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Artikolu 11

Konsistenza u kumplimentarjetà ma’ politiki oħra

Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżgura l-konsistenza u l-kumplimentarjetà ġenerali bejn il-Programm u politiki, strumenti u azzjonijiet oħra rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 12

Programmi ta' Ħidma Annwali

Il-Kummissjoni timplimenta l-Programm billi tadotta programmi ta' ħidma annwali fl-għamla ta' atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-elementi stipulati fir-Reglament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u b'mod partikolari:

(a) il-prijoritajiet ta’ implimentazzjoni u l-azzjonijiet li jridu jittieħdu, inkluż l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji;

(b) il-kriterji tal-għażla u ta’ għotja essenzjali biex jintużaw sabiex jintgħażlu l-proposti li se jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji;

(c) l-iskeda taż-żmien tas-sejħiet għall-offerti u s-sejħiet għall-proposti ppjanati;

(d) fejn hu l-każ, l-awtorizzazzjoni biex jintużaw ammonti b'rata fissa, skali standard ta' kostijiet tal-unità jew finanzjament b'rata fissa b'konformità mar-Regolament (KE< Euratom) Nru 1605/2002;

(e) il-kriterji biex ikun studjat jekk tapplikax jew le l-utilità eċċezzjonali.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 16.

Artikolu 13

L-evalwazzjoni u t-tixrid tar-riżultati

1.           Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lilha informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta' dan il-Programm.

2.           Mhux iktar tard minn nofs l-2018, il-kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-realizzazzjoni tal-objettivi tal-miżuri kollha (fil-livell ta' riżultati u impatti), l-effiċjenza tal-użu ta' riżorsi u l-valur addizzjonali Ewropew ta' dan, fid-dawl ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri. L-evalwazzjoni addizzjonalment tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribut tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Se tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tal-programm preċedenti;

L-impatti fuq il-medda itwal ta' żmien u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-Programm għandhom jiġu evalwati bil-għan li jwasslu għal deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni ta' programm sussegwenti.

3.           Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-azzjonijiet imwettqa skont dan ir-Regolament disponibbli pubblikament.

Artikolu 14

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.           Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet finanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u, jekk jiġu individwati l-irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, fejn ikun il-każ, permezz ta' penali effettivi, proporzjonati u deterrenti.

2.           Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna finanzjarja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi konċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96[17] bil-għan li jiġi stabbilit li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività oħra illegali marbuta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt li jikkonċerna l-fondi tal-Unjoni.

Bla ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta' għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom b'mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

Artikolu 15

Eżerċitar ta’ delega

1.           Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.           Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3 għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-Programm 2014-2020.

3.           Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.           Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma kenux sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġġedded b'xahrejn oħra fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 16

Il-proċedura tal-Kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 17

Miżuri tranżitorji

1.           L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE għandu jibqa' japplika għall-azzjonijiet koperti minn dik id-Deċiżjoni li ma jkunux ġew saru sal-31 ta' Diċembru 2013. Għaldaqstant, l-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm tista' tkopri wkoll l-ispejjeż għal assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-miżuri adottati skont id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE u l-Programm.

2.           Jekk neċessarju, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit wara l-2020 biex ikopru dawn l-ispejjeż stipulati fl-Artikolu 9, biex jippermettu l-ġestjoni tal-azzjonijiet li ma jkunux kompletati sal-31 ta' Diċembru 2020.

Artikolu 18

Revoka

Id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE hi b’dan irrevokata b’effett mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 19

Id-dħul fis-seħħ u d-data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew,                          Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I – Tipi ta' azzjoni

Objettiv I – Sigurtà: li tiġi konsolidata u mtejba s-sigurtà tal-prodotti permezz ta’ sorveljanza effettiva tas-suq fl-UE;

1.           Pariri xjentifiċi u analiżi tar-riskju rilevanti għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur fir-rigward ta’ prodotti u servizzi mhux tal-ikel

appoġġ lill-kompiti tal-kumitati xjentifiċi indipendenti stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent[18].

2.           Koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar dwar is-sigurtà tal-prodotti fir-rigward tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodott, u azzjonijiet għat-titjib tas-sigurtà tas-servizzi għall-konsumatur:

(a) żvilupp u manutenzjoni ta’ għodod tal-IT (pereżempju databases, sistemi tal-informatika u komunikazzjoni);

(b) organizzazzjoni ta’ seminars, konferenzi, sessjonijiet ta' ħidma u laqgħat għall-partijiet interessati u l-esperti dwar ir-riskji u l-infurzar fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti;

(c) skambji ta’ uffiċjali tal-infurzar u taħriġ;

(d) azzjonijiet ta’ kooperazzjoni konġunti u speċifiċi fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti u s-servizzi tal-konsumatur mhux tal-ikel, skont id-Direttiva 2001/95/KE;

(e) monitoraġġ u valutazzjoni tas-sigurtà ta’ prodotti u servizzi mhux tal-ikel, inkluż il-bażi tal-għarfien għal standards ulterjuri jew jiġu stabbiliti punti oħra ta’ refernza tas-sigurtà;

(f) kooperazzjoni amministrattiva u ta' infurzar ma' pajjiżi terzi apparti dawk li jaqgħu taħt l-Artikolu 7;

(g) sostenn lill-korpi rikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta' infurzar bejn l-Istati Membri.

3.           Il-manutenzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' databases dwar il-kożmetiċi

(a) il-manutenzjoni tal-Portal għan-notifikazzjoni tal-Prodotti Kożmetiċi mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi[19];

(b) il-manutenzjoni tal-bażi tad-dejta dwar l-ingredjenti tal-kożmetiċi bħala appoġġ lill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

Objettiv II – Informazzjoni u edukazzjoni: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex ikun jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur

4.           Il-kostruzzjoni tal-bażi ta' evidenza għat-tfassil tal-politika f'oqsma li jaffettwaw il-konsumaturi

li jipprovdu bażi ta’ evidenza għall-iżvilupp tal-politika tal-konsumatur u għall-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumatur f’politiki oħra tal-Unjoni, inkluż:

(a) studji u analiżi mifruxa mal-Unjoni dwar il-konsumaturi u s-swieq tal-konsumaturi;

(b) l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ databases;

(c) l-iżvilupp u l-analiżi ta’ evidenza statistika nazzjonali u evidenza oħra rilevanti. Il-ġbir ta’ dejta u indikaturi nazzjonali dwar il-prezzijiet, l-ilmenti, l-infurzar, ir-rimedju, eċċ. għandu jiġi żviluppat f’kollaborazzjoni ma’ partijiet interessati nazzjonali.

5.           Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur

(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-funzjonament tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur tal-livell tal-Unjoni li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumatur skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1);

(b) it-tiswir tal-kapaċità għal organizzazzjonijiet tal-konsumatur reġjonali, nazzjonali u Ewropew, notevolment permezz ta’ taħriġ u skambju tal-aħjar prattika u l-kompetenzi għall-membri tal-persunal, b’mod partikolari għal organizzazzjonijiet tal-konsumatur fi Stati Membri li juru livell relattivament baxx ta’ kunfidenza u kuxjenza tal-konsumatur kif evidenzjat bil-monitoraġġ tas-swieq tal-konsumatur u tal-ambjent tal-konsumatur fl-Istati Membri;

(c) appoġġ lil korpi internazzjonali li jippromwovu l-prinċipji u l-politiki li huma konsistenti mal-objettivi tal-Programm.

6.           It-tisħiħ tat-trasparenza tas-swieq tal-konsumatur u tal-informazzjoni tal-konsumatur

(a) kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet li jaffettwaw lill-konsumaturi, inkluż permezz ta’ azzjonijiet konġunti mal-Istati Membri;

(b) azzjonijiet li jsaħħu t-trasparenza tas-swieq tal-konsumaturi fir-rigward ta', eż. il-prodotti finanzjarji fil-livell tal-konsum, l-enerġija, it-telekomunikazzjoni u dik diġitali, it-trasport;

(c) azzjonijiet li jkabbru l-aċċess tal-konsumaturi għal informazzjoni rilevanti dwar prodotti u swieq;

(d) azzjonijiet li jsaħħu l-aċċess tal-konsumaturi għal informazzjoni dwar il-konsum sostenibbli tal-prodotti u s-servizzi;

(e) sostenn lil attivitajiet li jikkonċernaw il-politika tal-konsumatur tal-Unjoni li jkunu organizzati mill-presidenza tal-Unjoni dwar kwistjonijiet li jsegwu l-prijoritajiet stabbiliti tal-politika tal-Unjoni;

(f) kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-korpi nazzjonali responsabbli mill-ilmenti bħala għajnuna għall-użu ta' metodoloġija armonizzata għall-klassifikar u r-rappurtar ta' ilmenti tal-konsumatur u ta' inkjesti għall-ġbir u r-rappurtar ta' ilmenti mill-konsumaturi;

(g) appoġġ lil korpi fl-Unjoni għall-iżvilup ta’ kodiċi ta’ kondotta/l-aħjar prattiki/linji gwida għall-ipparagunar tal-prezzijiet/ kwalità/sostenibbiltà;

(h) appoġġ fil-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet tal-konsumatur, inkluż appoġġ lill-midja biex tmexxi l-għoti tas-setgħa lill-konsumatur u l-infurzar.

7.           It-tisħiħ tal-edukazzjoni tal-konsumatur

(a) l-iżvilupp ta' pjattaforma interattiva għall-iskambju tal-aqwa prattiki u ta' materjal ta' edukazzjoni għall-konsumatur dirett lejn gruppi fil-mira ewlenin, partikolarment konsumaturi żgħażagħ, f'sinerġija mal-programm Ewropew ta' finanzjament fl-edukazzjoni u t-taħriġ;

(b) l-iżvilupp ta' miżuri u materjal b'rabta mal-edukazzjoni dwar, ngħidu aħna, id-drittijiet tal-konsumatur, inklużi kwistjonijiet transkonfinali, is-saħħa u s-sigurtà, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-konsumaturi, il-konsum sostenibbli, l-għarfien tal-finanzi.

Objettiv III – Drittijiet u rimedji: biex ikunu kkonsolidati d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim

8.           Preparazzjoni, traspożizzjoni, valutazzjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, implimentazzjoni u infurzar mill-Istati Membri tal-inizjattivi leġiżlattivi u oħra regolatorji għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-promozzjoni ta' inizjattivi koregolatorji u awtoregolatorji, inkluż

(c) studji, evalwazzjonijiet ex ante u ex-post, valutazzjonijiet tal-impatt, konsultazzjonijiet mal-pubbliku, evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti;

(d) seminars, konferenzi, workshops u laqgħat ta’ partijiet interessati u esperti;

(e) żvilupp u manutenzjoni ta’ databases aċċessibbli faċilment u pubblikament li jkopru l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur;

(f) evalwazzjoni tal-azzjonijiet meħudin taħt il-Programm.

9.           L-iffaċilitar tal-aċċess u s-sorveljar tal-funzjonament u l-effettività ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim għall-konsumaturi, partikolarment ta' skemi ta' soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim, inklużi onlajn, anki permezz tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod rilevanti tat-TI

(a) l-iżvilupp u manutenzjoni ta’ għodod tal-IT;

(b) sostenn lill-iżvilupp ta' sistema ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim mifruxa fl-Unjoni kollha u l-manutenzjoni tagħha, inkluż għal servizzi assoċjati bħalma hi t-traduzzjoni.

Objettiv IV – Infurzar: li jkun sostnut l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur billi tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar u billi l-konsumaturi jiġu sostnuti permezz ta' pariri

10.         Il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta’ sorveljanza u infurzar fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi, inkluż

(a) l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ għodod tal-IT (pereżempju databases, sistemi tal-informatika u komunikazzjoni);

(b) azzjonijiet għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kif ukoll koordinazzjoni tal-monitoraġġ u l-infurzar bħal skambji ta’ uffiċjali tal-infurzar, attivitajiet komuni, taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar u għall-membri tal-ġudikatura;

(c) l-organizzazzjoni ta’ seminars, konferenzi, workshops u laqgħat tal-partijiet interessati u tal-esperti dwar l-infurzar;

(d) kooperazzjoni amministrattiva u fl-infurzar ma’ pajjiżi terzi li mhumiex jipparteċipaw fil-Programm.

11.         Kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet konġunti ma’ korpi pubbliċi jew mingħajr skop ta’ qligħ li jikkostitwixxu netwerks tal-Komunità li jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi biex jgħinuhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu aċċess għal soluzzjoni tat-tilwim xierqa, inkluż skemi ta’ soluzzjoni onlajn barra mill-qorti (in-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur), inkluż

l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ għodod tal-IT (pereżempju databases, sistemi tal-informatika u l-komunikazzjoni) neċessarji għall-funzjonament tajjeb tan-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur.

Din il-lista tista' tiġi kompluta b'azzjonijiet addizzjonali tal-istess tip u impatt marbuta mal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3.

ANNESS II

Indikaturi skont l-Artikolu 3 tal-Programm tal-Konsumatur

Objettiv 1:        Sigurtà: Li tiġi konsolidata u mtejba s-sigurtà tal-prodotti permezz ta’ sorveljanza effettiva tas-suq fl-UE

Indikatur || Sors || Sitwazzjoni kurrenti || Il-mira

% ta’ notifiki RAPEX li jinvolvu mill-anqas reazzjoni waħda (minn Stati Membri oħra) || RAPEX || 43 % (843 notifika) fl- 2010 || Żieda ta’ 10 % f’7 snin

Proporzjon ta’ numru ta' reazzjonijiet / numru ta’ notifiki (riskji serji)* || RAPEX || 1.07 fl-2010 || Żieda ta’ 15 % f’7 snin

* notifika tista’ tinstiga diversi reazzjonijiet minn awtoritajiet minn Stati Membri oħra.

Objettiv 2:        Informazzjoni u edukazzjoni: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex ikun jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur

Indikatur || Sors || Sitwazzjoni kurrenti || Il-mira

Numru ta’ korpi tal-ilment li jissottomettu lmenti lill-ECCRS || ECCRS (Sistema Ewropea ta’ Reġistrazzjoni tal-Ilmenti tal-Konsumaturi) || mhux applikabbli || 60 % tal-korpi tal-ilment f’7 snin

Fiduċja fi tranżazzjonijiet transkonfinali - % ta’ konsumaturi li huma kunfidenti ugwalment jew aktar kunfidenti f’xiri fuq l-Internet minn bejjiegħa minn Stat Membru ieħor || Ewrobarometru tal-Konsumaturi || 37 % fl-2010 || 50 % f’7 snin

Objettiv 3:        Drittijiet u rimedji: biex ikunu kkonsolidati d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim

Indikatur || Sors || Sitwazzjoni kurrenti || Il-mira

% ta’ każijiet transkonfinali referuti lill-ADR mill-ECCs || Rapport annwali tal-ECC || 9 % fl-2010 || 50 % f’7 snin

Numru ta' każijiet indirizzati mis-sistema onlajn ta' soluzzjoni għat-tilwim mifruxa mal-UE || || 17 500 (lmenti riċevuti mill-ECCs relatati mat-tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku) fl-2010 || 38 500 (+ 120 %) f’7 snin

Objettiv 4:        Infurzar: li jkun sostnut l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur billi tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar u billi l-konsumaturi jiġu sostnuti permezz ta' pariri

Indikatur || Sors || Sitwazzjoni kurrenti || Il-mira

Livell ta’ fluss ta’ informazzjoni u kooperazzjoni man-Netwerk CPC. - numru ta’ talbiet għal skambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet tas-CPC - numru ta’ talbiet għal miżuri ta’ infurzar bejn awtoritajiet tas-CPC - numru ta’ twissijiet fin-netwerk CPC || Database tan-Netwerk CPC (CPCS) || medji annwalizzati 2007-2010 129 142 63 || - żieda ta’ 40 % f’7 snin - żieda ta’ 40 % f’7 snin - żieda ta’ 30 % f’7 snin

Numru ta’ kuntatti mal-konsumaturi ġestiti miċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur (ECC) || Rapport tal-ECC || 71 000 fl-2010 || Żieda ta’ 50 % f’7 snin

Dawn l-indikaturi jistgħu jkunu supplimentati b'indikaturi tal-kuntesti ġenerali.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    It-titlu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objettiv(i)

              1.5.    Bażi(jiet) għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Ir-regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

              2.2.    Is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

              2.3.    Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.           L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

              3.2.    Stima tal-impatt fuq l-infiq

              3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq l-infiq

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti

              3.2.5. Parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        It-titlu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Programm tal-Konsumatur 2014-2020

1.2.        Qasam/oqsma politiku (politiċi) konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[20]

Politika tal-konsumatur

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva hi marbuta ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett bi prova/azzjoni preparatorja[21]

þ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        L-objettivi

1.4.1.     L-objettiv(i) strateġiku (strateġiċi) multiannwali tal-Kummissjoni mmirat(i) mill-proposta/inizjattiva

L-għan tal-Programm tal-Konsumatur huwa li jappoġġja l-objettiv tal-politika tal-konsumatur li tpoġġi l-konsumatur mogħti s-setgħa fiċ-ċentru tas-Suq Uniku. Il-Programm se jilħaq dan l-objettiv billi jikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll billi jippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u biex jorganizzaw irwieħhom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom. Il-Programm se jikkomplimeta, isostni u jimmonitorja l-politiki tal-Istati Membri.

1.4.2.     L-għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernati

Objettiv Speċifiku Nru 1.

Sigurtà: li tiġi konsolidata u mtejba s-Sigurtà tal-prodotti permezz ta’ sorveljanza effettiva tas-suq fl-UE

Attività/attivitajiet ABM/ABB konċernati

Politika tal-konsumatur

Objettiv speċifiku Nru 2

Informazzjoni u edukazzjoni: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex ikun jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur

Attività/attivitajiet ABM/ABB konċernati

Politika tal-konsumatur

Objettiv speċifiku Nru 3

Drittijiet u rimedji: biex ikunu kkonsolidati d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim

Attività/attivitajiet ABM/ABB konċernati

Politika tal-konsumatur

Objettiv speċifiku Nru 4

Infurzar: li jkun sostnut l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur billi tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar u billi l-konsumaturi jiġu sostnuti permezz ta' pariri

Attività/attivitajiet ABM/ABB konċernati

Politika tal-konsumatur

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi ta’ mira.

Il-benefiċjarji tal-Programm għandhom ikunu l-konsumaturi, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, bl-għan ġenerali li titjieb is-sitwazzjoni tal-konsumaturi mal-UE.

Il-Programm għandu joffri appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-livell tal-UE u nazzjonali, kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli mis-sigurtà tal-prodotti u l-infurzar.

Il-Programm għandu wkoll de facto jibbenefika lil negozji b’reputazzjoni tajba, għaliex il-politika tal-konsumatur effettiva tappoġġja l-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku, tibbenefika l-kumpaniji l-aktar kompetittivi u tneħħi l-operaturi diżonesti. Il-konsumaturi mogħtija s-setgħa huma dawk li jinstigaw l-innovazzjoni u l-politika tal-konsumatur għalhekk tappoġġja n-negozji innovattivi. Fl-aħħar nett, l-operaturi ekonomiċi għandhom jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ekwi bbażati fuq regoli ċari u infurzar koordinat aħjar. F’dan il-kuntest, il-Programm għandu jikkontribwixxi biex jistimola t-tkabbir ekonomiku.

1.4.4.     Indikaturi ta’ riżultati u impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Objettiv 1:      Sigurtà: li tiġi konsolidata u mtejba s-Sigurtà tal-prodotti permezz ta’ sorveljanza effettiva tas-suq fl-UE

- % ta’ notifiki RAPEX li jinvolvu mill-anqas reazzjoni waħda (minn Stati Membri oħra) - Proporzjon ta’ numri ta’ reazzjonijiet/numri ta’ notifiki (riskji serji)

Objettiv 2:      Informazzjoni u edukazzjoni: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex ikun jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur

- Numru ta’ korpi tal-ilment li jissottomettu lmenti lis-sistema Ewropea ta’ Reġistrazzjoni tal-Ilmenti tal-Konsumatur (ECCRS)

- Fiduċja fi tranżazzjonijiet transkonfinali - % ta’ konsumaturi li huma kunfidenti ugwalment jew aktar kunfidenti f’xiri fuq l-Internet minn bejjiegħa minn pajjiż ieħor tal-UE

Dan l-indikatur ġie inkluż fuq bażi tentattiva fl-assenza ta' alternattiva li żgur hi aħjar. Aktarx li fil-futur jiġi emendat/supplimentat.

Objettiv 3:      Drittijiet u rimedji: biex ikunu kkonsolidati d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim

- % ta' każijiet transkonfinali riferuti lill-ADR miċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur (ECCs)

- Numru ta' każijiet indirizzati mis-sistema onlajn ta' soluzzjoni għat-tilwim mifruxa mal-UE

Objettiv 4:      Infurzar: li jkun sostnut l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur billi tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar u billi l-konsumaturi jiġu sostnuti permezz ta' pariri

- Livell ta’ fluss ta’ informazzjoni u kooperazzjoni man-Netwerk ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC):

- numru ta’ talbiet għal skambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet tas-CPC

- numru ta’ talbiet għal miżuri ta’ infurzar bejn awtoritajiet tas-CPC

- numru ta’ twissijiet fin-netwerk CPC

- Numru ta’ kuntatti mal-konsumaturi ġestiti miċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur (ECCs)

1.5.        Bażi(jiet) għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew twila ta’ żmien

Il-Programm tal-Konsumatur post-2013 (minn hawn ’il quddiem il-"Programm") għandu jappoġġja l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tal-konsumatur mill-2014 ’l quddiem. Dan jibni fuq ir-riżultati miksuba matul il-Programm kurrenti (2007-2013).

Il-Programm ġdid għandu jappoġġja l-politika tal-konsumatur tal-futur li tpoġġi ċ-ċittadini tal-UE bħala konsumaturi mogħtija s-setgħa fiċ-ċentru tas-Suq Uniku u jikkumplimenta l-inizjattivi li jiffokaw fuq il-parti tal-provvista.

Hemm bżonn għal ċertu kontinwità bejn il-Programmi kurrenti u tal-futur, b’konformità mar-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija u Programm 2007-2013 li tenfasizza li l-politika hija relattivament ġdida fil-livell tal-UE u li l-kontinwità hija importanti biex jinkiseb impatt.

Fl-istess ħin, saru aktar importanti ċerti sfidi soċjali ġodda, bħalma hi l-kumplessità ikbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet (wisq informazzjoni; aktar responsabbiltà mitfugħa fuq il-konsumaturi wara l-liberalizzazzjoni; prodotti sofistikati, servizzi u reklamar), il-bżonn li jsir ċaqliq lejn tendenzi ta’ konsum aktar sostenibbli, l-opportunitajiet u t-theddid li ġab l-iżvilupp tad-diġitalizzazzjoni, żieda fl-esklużjoni soċjali u n-numru ta’ konsumaturi vulnerabbli u t-tixjiħ tal-popolazzjoni.

Il-problemi ewlenin li jridu jiġu indirizzati permezz tal-finanzjament tal-azzjonijiet huma s-sigurtà; l-informazzjoni u l-edukazzjoni; id-drittijiet u r-rimedji; u l-infurzar, kif deskritti fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE hu deskritt fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni.

1.5.3.     Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

L-evalwazzjoni ex-post tal-Programm 2004-2007 tenfasizza l-valur miżjud, bħal ma tagħmel għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm 2007-2013 (u l-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur) minkejja l-fatt li l-politika tal-konsumatur Ewropea hija qasam relattivament ġdid u li l-livell ta’ finanzjament tal-UE taħt il-Programm huwa relattivament żgħir. Din tenfasizza li l-azzjonijiet taħt l-Istrateġija u l-Programmi jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Ir-riżultati huma globalment pożittivi fir-rigward tar-rilevanza tal-objettivi tal-Istrateġija u l-Programm, l-impatti u l-valur miżjud tagħhom. L-evalwazzjoni tikkonkludi wkoll li l-Programm għandu jkollu effetti fit-tul fuq il-protezzjoni tal-konsumatur.

L-evalwazzjoni trendi evidenti ċertu diverġenza fil-fehmiet dwar l-Istrateġija u l-Programm bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, b’dawn ta’ qabel aktar pożittivi dwar il-kisbiet tal-Istrateġija u l-Programmi (total ta’ 88 % tal-awtoritajiet nazzjonali u 82 % tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur jemmnu li l-Istrateġija kurrenti għamlet kontribut kbir jew moderat (medju pożittiv) lill-inizjattivi tal-politika tal-konsumatur tal-UE).

L-awtoritajiet nazzjonali b’mod ġenerali kkonfermaw li l-Istrateġija u l-Programm kienu kumplimentari għall-politiki tal-konsumatur nazzjonali.

Madankollu, l-evalwazzjoni kkonkludiet li l-isfidi emerġenti soċjali u ambjentali kienu biss parzjalment indirizzati mill-Istrateġija u l-Programm kurrenti.

Aktar speċifikament dwar l-azzjonijiet speċifiċi mwettqa taħt il-Programm:

i)        Sigurtà:

-        Dwar is-sigurtà tal-prodotti, il-koordinazzjoni żdiedet bejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq. Ir-rapport jirrakkomanda t-tisħiħ ulterjuri tas-sorveljanza u l-infurzar permezz ta’ RAPEX, bl-insegwiment tal-isforzi li għandhom l-għan li jindirizzaw id-dimensjoni internazzjonali tas-sigurtà tal-prodotti u l-kapitalizzar fuq l-użu ta' teknoloġiji ġodda.

ii)       Informazzjoni u edukazzjoni tal-konsumatur:

-        Monitoraġġ tas-suq tal-konsumatur, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur u studji tas-suq fil-fond kellhom rwol importanti fl-appoġġ tal-politika tal-konsumatur. Dawn għandhom rwol essenzjali fl-integrazzjoni xierqa tat-tħassib tal-konsumaturi f'politiki rilevanti tal-UE u d-disinn ta' leġiżlazzjoni effettiva. Ir-rapport jissuġġerixxi wkoll żvilupp ulterjuri tal-ftehim tal-imġiba attwali tal-konsumatur.

-        Il-progress fuq l-edukazzjoni tal-konsumatur kien varjabbli, b’mod partikolari għal Dolceta fejn hemm tħassib dwar id-definizzjoni tal-udjenza fil-mira. Ir-rapport jissuġġerixxi l-konsolidazzjoni tal-għodod tal-edukazzjoni, definizzjoni aħjar tal-udjenza fil-mira ta’ Dolceta, il-kontenut u d-disseminazzjoni tiegħu, u tiftix ta’ sinerġiji mal-kurrikuli nazzjonali.

-        L-appoġġ ipprovdut permezz tal-Programmi fil-livell tal-UE u organizzazzjonijiet tal-konsumatur nazzjonali ġie evalwat f’mod pożittiv. Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet fil-livell tal-UE jitqies bħala kruċjali biex tiġi żgurata rappreżentazzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fit-tfassil tal-politika tal-UE. Ir-rapport jissuġġerixxi l-insegwiment tat-taħriġ (it-tiswir tal-kapaċità) ipprovdut lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur nazzjonali, u l-eżaminar tal-possibbiltà li jiġu provduti korsijiet fil-livell nazzjonali.

iii)      Drittijiet tal-konsumatur u rimedju:

-        Ir-rapport jenfasizza l-valur miżjud marbut mal-livell ogħla ta’ armonizzazzjoni li ġabu l-iżviluppi leġiżlattivi, jew finalizzati jew inkella li għadhom qed jiġu żviluppati.

-        Il-Programmi u l-Istrateġija kellhom dejjem aktar suċċess fl-integrazzjoni tal-politika tal-konsumatur fil-politiki rilevanti tal-UE. Ir-rapport jissuġġerixxi l-insegwiment tal-isforzi f’dan il-qasam u li jiġu indirizzat sfidi emerġenti ġodda bħal: kwistjonijiet marbuta mad-diġitalizzazzjoni, iċ-ċaqliq lejn tendenzi ta’ konsum aktar sostenibbli, il-vulnerabbiltà tal-konsumaturi kkawżata mill-kriżi. Dan isejjaħ ukoll għal kjarifika fir-rigward tal-partijiet interessati tar-rwol tas-servizzi differenti tal-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet tal-konsumatur.

-        L-aċċess għall-konsumatur għar-rimedju jibqa’ problema. Ir-rapport jirreferi għall-ħtieġa li jsir progress fuq din il-kwistjoni u li tiżdied il-kuxjenza tal-konsumaturi dwar il-mezzi ta’ rimedju.

iv)      Infurzar:

-        Taħt l-Istrateġija u l-Programmi, il-kooperazzjoni dwar l-infurzar transkonfinali ġiet imsaħħa permezz tan-netwerk ta' awtoritajiet tal-infurzar (Netwerk CPC) u azzjonijiet koordinati bħas-"sweeps". Ir-rapport jissuġġerixxi ż-żieda ulterjuri tal-koordinazzjoni fin-Netwerk CPC u fl-awtoritajiet ta’ infurzar.

-        L-Istrateġija u l-Programmi pprovdew żieda fl-appoġġ lill-konsumaturi li jfittxu pariri dwar disputi transkonfinali permezz tan-netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur (ECC-net). Madankollu, ir-rapport jissuġġerixxi li tiżdied il-viżibbiltà tagħhom u b’hekk il-kuxjenza tal-konsumaturi.

1.5.4.     Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Rabtiet ma’ Ewropa 2020 u inizjattivi ewlenin

L-Istrateġija Ewropa 2020 issejjaħ biex "iċ-ċittadini għandhom jingħataw is-setgħa li jipparteċipaw bi sħiħ fis-suq wieħed", li "jissaħħu l-abbiltà u l-fiduċja tagħhom biex jixtru prodotti u servizzi transkonfinali, b’mod partikolari onlajn".

Huma biss il-konsumaturi informati u mogħtija s-setgħa li huma kapaċi jagħmlu l-aħjar għażliet għall-benessri tagħhom u għas-saħħa tal-ekonomija, permezz tal-intensifikazzjoni tal-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u l-integrazzjoni tas-Suq Uniku, u b’hekk jappoġġjaw l-għan ġenerali tal-Istrateġija Ewropa 2020. L-ingranaġġ tal-forza ekonomika vasta tal-infiq tal-konsumatur (li jirrapreżenta 56 % tal-PGD tal-UE) għandu jagħti kontribut importanti lis-sodisfazzjon tal-objettiv tal-UE tat-trawwim mill-ġdid tat-tkabbir. Dan huwa konfermat bl-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali 2011 li jidentifika kundizzjonijiet aħjar għall-konsumatur bħala waħda mill-forzi li tmexxi t-tkabbir. Il-politika tal-konsumatur tgħin lill-konsumaturi jinnavigaw l-għażla estensiva offruta lilhom u b’hekk jiġu promossi dawk in-negozji li huma aktar effiċjenti u innovattivi.

Il-politika tal-konsumatur għandha tipprovdi kontribuzzjonijiet prinċipali lill-inizjattiva ewlenija Aġenda Diġitali (servizzi u swieq tal-kontenut diġitali, aċċess, litteriżmu diġitali mingħajr fruntieri u sikuri), l-inklużjoni soċjali (b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tal-konsumaturi aktar vulnerabbli), it-tkabbir sostenibbli (konsum sostenibbli) u l-importanza ta’ regolamenti intelliġenti (il-monitoraġġ tas-suq tal-konsumatur bħala l-bażi għad-disinn ta’ politiki effettivi u mmirati).

Rabtiet mal-Att dwar is-Suq Uniku u inizjattivi oħra

Ir-rapport Monti dwar l-istrateġija ġdida għas-Suq Uniku jargumenta li "Il-konsumaturi u l-benessri tal-konsumaturi għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-istadju li jmiss tas-suq uniku." Dan jenfasizza l-importanza li tingħata setgħa lill-konsumaturi, li l-politiki jiġu bbażati fuq l-evidenza u d-ditezzjoni tas-swieq li jonqsu milli jissodisfaw lill-konsumatur, jitwaqqaf suq uniku diġitali, ir-rimedju (permezz tal-Metodu ta’ Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim u rimedju kollettiv), is-sigurtà tal-prodotti u l-istandardizzazzjoni.

L-Att dwar is-Suq Uniku jenfasizza numru ta’ dawn il-kwistjonijiet relatati mal-konsumatur, b’mod partikolari r-rimedju (bħala inizjattiva strateġika), is-sigurtà tal-prodotti, u l-iżvilupp ta' għodod għas-soluzzjoni tal-problemi.

Ir-rapport dwar iċ-Ċittadinanza 2010, ippreżentat bħala inizjattiva kumplimentari għall-Att dwar is-Suq Uniku, jidentifika fost affarijiet oħra n-nuqqas ta’ sett uniku ta’ regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, in-nuqqas ta’ kuxjenza dwar il-mezzi eżistenti ta’ rimedju u n-nuqqas ta’ mezzi ta’ rimedju bħala ostakli għar-realizzazzjoni sħiħa taċ-ċittadinanza Ewropea.

Il-Parlament Ewropew ħareġ diversi rapporti fl-2010 inkluż rakkomandazzjonijiet għall-futur tal-politika tal-konsumatur:

Ir-rapport Grech jappella għal approċċ olistiku li jpoġġi l-interessi tal-konsumaturi fil-qalba tas-Suq Uniku. Ir-rapport jenfasizza fost affarijiet oħra: l-importanza ta’ bażi ta’ evidenza u ta’ monitoraġġ tas-suq, il-provvediment ta’ sigurtà għall-prodotti u għas-servizzi, ir-rwol kbir li għandhom l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, it-titjib tal-kapaċità ta’ mekkaniżmi għas-soluzzjoni tal-problemi, l-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fil-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti, il-protezzjoni tal-konsumatur fis-servizzi finanzjarji, ir-rimedju u l-informazzjoni għall-konsumatur.

Ir-rapport Hedh ir-rapport jenfasizza l-importanza tal-bażi ta' evidenza (valutazzjoni, studji, ilmenti) u tal-infurzar tal-liġi tal-konsumaturi u s-sigurtà tal-prodott (inkluż l-ADR, is-'sweeps', il-ħtieġa għal riżorsi għal CPC u ECC). Jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jkunu inklużi l-interessi tal-konsumatur fil-politiki kollha tal-UE u jitlob lill-Kummissjoni tippubblika rapport annwali dwar din il-kwistjoni, ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, il-ħtieġa li tkun żviluppata l-edukazzjoni tal-konsumaturi (inkluża dik għall-adulti), l-informazzjoni tal-konsumatur (inkluż permezz ta' portali tal-web, hekk li jintlaħqu konsumaturi vulnerabbli), il-ħtieġa tal-promozzjoni tal-konsum sostenibbli.

Fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti, ir-rapport Schaldemose (2011) jitlob l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jiskjeraw r-riżorsi xierqa għal attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq effiċjenti, u jenfasizza li n-nuqqas ta’ sorveljanza tas-suq jista’ jiġġenera tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, ipoġġi fil-periklu s-sigurtà tal-konsumaturi u jimmina l-fiduċja taċ-ċittadini fis-Suq Uniku. Ir-rapport jitlob lill-Kummissjoni biex tiffinanzja ulterjorament l-azzjonijiet konġunti ta’ sorveljanza tas-suq u biex talloka biżżejjed riżorsi biex tappoġġja finanzjarjament il-ħolqien ta’ pjattaforma u/jew organizzazzjoni li tappoġġja l-koordinazzjoni estiża bejn l-Istati Membri. Ir-rapport jinkoraġġixxi wkoll lill-Kummissjoni tistabbilixxi Database pubblika ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà tal-Prodotti tal-Konsumaturi, inkluż pjattaforma għall-ilmenti.

Ir-rapport Arias (2010) dwar il-kummerċ elettroniku enfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumaturi f’dan il-qasam.

Fil-kuntest tad-dibattitu fuq l-Att dwar is-Suq Uniku, ir-rapport Kalniete dwar "Governanza u Sħubija fis-Suq Uniku" enfasizza l-importanza tal-proposta tal-futur dwar il-Metodu ta' Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (ADR).

Fl-aħħar nett, il-Parlament qed jipprepara għal Ottubru rapport fuq inizjattiva proprja dwar il-politika tal-konsumatur tal-ġejjieni (relatur: Ms. Eva-Britt Svensson/Mr. Kyriakos Triantaphyllides).

1.6.        It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju

þ Proposta/inizjattiva fuq perjodu limitat

– þ  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[01/01]2014 sal-[31/12]2020

– þ  Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 f'approprjazzjonijiet ta' pagamenti

¨ Proposta/inizjattiva ta’ dewmien illimitat

– Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,

– segwita bi skala sħiħa tal-operat.

1.7.        Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[22]

þ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

þ Ġestjoni indiretta ċentralizzata b’delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– þ  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[23]

– ¨  korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– ¨  persuni inkarigati mill-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

þ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (iridu jiġu speċifikati)

Jekk huwa indikat aktar minn mod wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Aġenzija Eżekuttiva EAHC: Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[24], il-Kummissjoni tat[25] lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi l-kompiti ta' implimentazzjoni għall-ġestjoni tal-Programm ta' Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumaturi għall-2007-2013. Il-Kummissjoni għalhekk tista’ tiddeċiedi li tagħti wkoll lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi l-kompiti ta’ implimentazzjoni għall-ġestjoni tal-Programm tal-Konsumatur 2014-2020.

Ġestjoni konġunta: prevista biex tappoġġja l-grupp ta’ ħidma tal-OECD dwar is-sigurtà tal-prodotti.

2.           IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Ir-regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Programm jipprevedi li l-Kummissjoni tinforma Kumitat tal-Istati Membri dwar l-azzjonijiet imwettqa fl-implimentazzjoni tal-programm.

Il-Programm jipprevedi li, mhux iktar tard minn nofs l-2018, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-realizzazzjoni tal-objettivi tal-miżuri kollha, l-effiċjenza tal-użu ta' riżorsi u l-valur addizzjonali Ewropew ta' dan, fid-dawl ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri.

Barra minn hekk, l-impatti fuq il-medda itwal ta' żmien u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-Programm tal-Konsumatur għandhom jiġu evalwati bil-għan li jwasslu għal deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni ta' programm sussegwenti.

L-evalwazzjoni ex-post tal-Programm kurrenti (2007-2013), li hi prevista qabel it-tmiem tal-2015, għandha tipprovdi wkoll elementi utli għall-implimentazzjoni tal-Programm 2014-2020.

2.2.        Is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.     Riskju (riskji) identifikat(i)

L-implimentazzjoni tal-baġit tkopri l-attribuzzjoni ta’ kuntratti tas-servizzi kif ukoll għotjiet.

L-għotjiet għandhom jingħataw biex jappoġġjaw attivitajiet l-aktar lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-korpi pubbliċi jew korpi mingħajr skop ta’ qligħ desinjati u kofinanzjati mill-Istati Membri. Il-perjodu ta’ twettiq tal-proġetti sussidjati normalment huwa bejn sena u sentejn. In-numru annwali ta’ ftehim dwar l-għajnuna finanzjarja huwa limitat u jkopri baġit ta’ madwar EUR 13 miljun fis-sena.

Il-kuntratti ta’ servizzi għandhom jiġu konklużi b’mod partikolari għal studji, ġbir ta’ dejta, evalwazzjoni, taħriġ, kampanji tal-informazzjoni, servizzi tal-IT u tal-komunikazzjoni, ġestjoni tal-faċilitajiet, eċċ. Il-kuntratti għandhom ikunu l-aktar istituti, laboratorji, intrapriżi tal-konsulenza u kumpaniji privati oħra li huma l-aktar SMEs. Il-baġit annwali medju għall-kuntratti huwa stmat għal madwar EUR 12 miljun; in-numru ta’ kuntratti individwali huwa stmat fil-preżent għal madwar 25 fis-sena.

Ir-riskji ewlenin huma dawk li ġejjin:

· Riskju ta’ kwalità baxxa tal-proġetti magħżula u nuqqas ta’ implimentazzjoni teknika tal-proġetti, li jnaqqas l-impatt tal-programmi; minħabba proċeduri ta’ għażla mhux xieraq, nuqqas ta’ kompetenzi jew monitoraġġ insuffiċjenti.

· Riskju ta’ użu ineffiċjenti jew mhux ekonomiku tal-fondi mogħtija, kemm għall-għotjiet (kumplessità tar-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli attwali flimkien ma’ possibbiltajiet limitati ta’ kontroll tal-ispejjeż eliġibbli mill-uffiċċju) u għall-akkwist (kultant ikun hemm numru limitat ta’ fornituri ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ li jfisser possibbiltajiet insuffiċjenti biex jiġu paragunati l-offerti tal-prezzijiet);

· Riskju reputazzjonali għall-Kummissjoni, jew jiġu skoperti attivitajiet ta’ frodi jew kriminali; jista' jkun hemm biss assigurazzjoni parzjali mis-sistemi ta’ kontroll intern tal-partijiet terzi minħabba n-numru pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġenji, kull wieħed bis-sistema ta’ kontroll tiegħu stess, ħafna drabi ta’ daqs pjuttost żgħir.

2.2.2.     Il-metod(i) ta’ kontroll previst(i)

Il-baġit għandhu jkun implimentat b’ġestjoni diretta ċentralizzata, għalkemm partijiet tal-kompiti tal-implimentazzjoni tal-programm jistgħu jiġu delegati lill-aġenzija eżekuttiva eżistenti EAHC. Din l-aġenzija stabbiliet is-sistema ta’ kontroll intern tagħha stess, hija superviżjonata mid-DĠ SANCO, u verifikata mill-awditur intern tal-Kummissjoni kif ukoll il-Qorti tal-Awdituri.

DĠ SANCO u l-EAHC l-istess stabbilixxew proċeduri interni li għandhom l-għan li jkopru r-riskji identifikati hawn fuq. Il-proċeduri interni jikkonformaw bi sħiħ mar-regolament finanzjarju u jinkludu kundisiderazzjonijiet tal-kost-benefiċċju. F’dan il-qafas, SANCO ikompli jesplora l-possibbiltajiet li jtejjeb il-ġestjoni u jżid is-simplifikazzjoni. Il-karatteristiċi ewlenin tal-qafas tal-kontroll huma dawk li ġejjin:

· Karatteristiki tal-proċess tal-għażla tal-proġetti: kull sejħa għal proposti/offerti hija bbażata fuq il-Programm ta' Ħidma annwali adottat mill-Kummissjoni. F’kull sejħa, jiġu ppubblikati l-kriterji ta’ esklużjoni, għażla u għoti għall-għażla tal-proposti/offerti. Kontra dawn il-kriterji, kumitat ta’ evalwazzjoni jevalwa kull proposta/offerta billi josserva l-prinċipji ta’ indipendenza, trasparenza, proporzjonalità, trattament indaqs u nondiskriminazzjoni.

· Strateġija ta’ Komunikazzjoni Esterna: DĠ SANCO għandu strateġija ta’ komunikazzjoni żviluppata sew li tfittex li tiżgura l-fehma sħiħa tal-kuntratturi/benefiċjarji tar-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kuntrattwali. Il-mezzi li ġejjin qed jintużaw: Il-websajt tal-Programm EUROPA; laqgħat ta' informazzjoni mal-benefiċjarji/kuntratturi; noti ta' gwida estensivi kif ukoll "mistoqsijiet komuni" u uffiċċju tal-informazzjoni.

· Kontrolli qabel u wara l-implimentazzjoni tal-proġetti:

– DĠ SANCO u l-EAHC l-istess, jużaw il-mudelli tal-ftehim tal-għotjiet u l-kuntratti ta’ servizzi rakkomandati mill-Kummissjoni. Dawn jipprovdu għal numru ta’ dispożizzjonijiet ta’ kontroll bħal ċertifikati tal-verifika, garanziji finanzjarji, verifiki fuq il-post kif ukoll spezzjonijiet mill-OLAF. Ir-regoli li jikkontrollaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż għandhom jiġu simplifikati, pereżempju, bl-użu ta’ ammonti b'rata fissa f'għadd limitat ta’ kategoriji tal-ispejjeż. Dawn għandhom jgħinu wkoll biex jikkonċentraw aħjar il-verifiki u l-kontrolli. L-introduzzjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija hija mistennija li ttejjeb ir-relazzjonijiet tax-xogħol mal-benefiċjarji u li ttejjeb il-fehma tar-regoli ta’ eliġibbiltà.

– Il-persunal kollu jiffirma l-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba. Il-persunal li huwa involut fil-proċedura tal-għażla jew fil-ġestjoni tal-ftehim dwar l-għajnuna finanzjarja/kuntratti jiffirma wkoll dikjarazzjoni ta' nuqqas ta’ konflitt ta’ interess. Il-persunal jiġi mħarreġ regolarment u juża netwerks biex jagħmel skambju tal-aħjar prattiki.

– L-implimentazzjoni teknika ta’ proġetti tiġi verifikata f’intervalli regolari mill-uffiċċju abbażi tar-rapporti ta’ progress tekniku tal-kuntrattur; barra minn hekk laqgħat tal-kuntratturi u żjarat fuq il-post huma previsti każ b’każ.

– Il-proċeduri finanzjarji kemm ta’ SANCO kif ukoll ta’ EAHC huma appoġġjati mill-għodod tal-IT tal-Kummissjoni u għandhom livell għoli ta’ segregazzjoni tal-kompiti: it-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha relatati mal-kuntratti/ftehim dwar l-għajnuna finanzjarja huma verifikati minn żewġ persuni indipendenti qabel jiġu ffirmati mill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni responsabbli għall-attività. Il-bidu u l-verifika operattivi jitwettqu minn membri differenti tal-persunal tal-oqsma politiċi. Il-ħlasijiet isiru abbażi ta’ numru ta’ dokumenti ta’ appoġġ definiti minn qabel bħal rapporti tekniċi approvati kif ukoll pretensjonijiet u fatturi tal-ispejjeż verifikati. Għal kampjun tat-tranżazzjonijiet, iċ-ċellola finanzjarja ċentrali twettaq verifika mill-uffiċċju ex-ante tat-tieni livell; fuq bażi ta' każ b'każ, jista' jitwettaq ukoll kontroll finanzjarju fuq il-post ex-ante qabel l-aħħar pagament.

· Kontrolli fl-aħħar tal-proġett: Kemm DĠ SANCO kif ukoll l-EAHC għandhom tim tal-verifika ċentralizzat li jivverifika fuq il-post l-eliġibbiltà tal-pretensjonijiet tal-ispejjeż. L-għan ta’ dawn il-kontrolli huwa l-prevenzjoni, id-ditezzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji materjali relatati mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji. Bil-għan li jinkiseb impatt tal-kontroll għoli, l-għażla tal-kuntratturi li jridu jiġu verifikati tipprevedi (a) il-kombinazzjoni ta’ għażla bbażata fuq ir-riskju ma’ teħid ta’ kampjuni aleatorju, u (b) attenzjoni għall-aspetti operattivi kull meta dan huwa possibbli matul verifika fuq il-post.

Kostijiet u benefiċċji tal-kontrolli: Il-miżuri għall-ġestjoni u l-kontroll tal-programm huma mfassla abbażi tal-esperjenza tal-passat: fit-tliet snin li għaddew, is-sistema ta' kontroll intern li ġiet stabbilita żgurat rata medja ta' żball residwali ta' inqas minn 2 %, kif ukoll konformità mal-proċeduri dwar l-għotjiet u l-akkwisti stabbiliti fir-regolament finanzjarju. Dawn huma ż-żewġ "objettivi ta' kontroll" ewlenin kemm tal-programm tal-konsumaturi preġedenti u kemm tal-ġdid.

Minħabba li l-karatteristiċi tat-tfassil ewlenin tal-programm il-ġdid mhumiex daqshekk differenti mill-programm preċedenti, ir-riskji marbuta mal-implimentazzjoni tal-programm huma meqjusa li jibqgħu relattivament stabbli. Għaldaqstant, il-miżuri stabbiliti tal-ġestjoni u tal-kontroll hu maħsub li jibqgħu hemm; madankollu, għandhom isiru aktar simplifikazzjonijiet li jippermettihom ir-regolament finanzjarju l-ġdid, u għandhom isiru mill-aktar fis u għall-itwal żmien possibbli. L-ispejjeż marbuta mal-ġestjoni inklużi fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja (il-parti 3.2.1) jammontaw għal EUR 12,5 miljun mill-EUR 197,2 miljun ġestiti mill-2014 sal-2020; dan iwassal għal proporzjon bejn "l-ispejjeż tal-ġestjoni u l-fondi ġestiti" ta' madwar 6,4 %, li għandu jitqies fil-kuntest ta' qasam tal-politika li mhuwiex orjentat skont l-infiq, bħalma huma politiki oħrajn tal-UE.

Grazzi għall-kumbinazzjoni tal-għotjiet mal-akkwisti, il-kontrolli ex-ante u ex-post ibbażati fuq ir-riskji kif ukoll verifiki mill-uffiċċji u dawk fuq il-post, l-"objettivi ta' kontroll" se jintlaħqu f'livell raġonevoli ta' spejjeż. Il-benefiċċji milli tinkiseb rata medja ta' żball ta' residwu ta' inqas minn 2 % u l-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju huma evalwati bħala importanti biżżejjed biex jiġġustifikaw il-miżuri magħżula ta' kontroll u ta' ġestjoni.

2.3.        Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Apparti l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi kollha regolatorji ta' kontroll, DĠ SANCO se jiżviluppa strateġija kontra l-frodi konformi mal-istrateġija l-ġdida kontra l-frodi (CAFS) tal-Kummissjoni adottata fl-24 ta' Ġunju 2011 sabiex ikun żgurat li, fost l-oħrajn, il-kontrolli interni kontra l-frodi tagħha huma allinjati għalkollox mas-CASF u li l-approċċ tal-ġestjoni ta' riskji ta' frodi jkun immirat li jidentifika oqsma b'riskju ta' frodi kif ukoll reazzjonijiet adegwati. Fejn hu neċessarju se jitwaqqfu gruppi ta' netwerking u għodod adegwati tat-TI apposta biex jiġu analizzati l-każijiet ta' frodi marbuta mal-Programm tal-Konsumaturi. B'mod partikolari se tiddaħħal fis-seħħ serje ta' miżuri bħal:

· deċiżjonijet, ftehim u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Programm tal-Konsumatur għandhom jintitolaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż OLAF, u l-Qorti tal-Awdituri biex iwettqu verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post;

· matul il-fażi ta’ evalwazzjoni ta’ sejħa għal proposti/offerti, il-proponenti u l-offerenti huma verifikati kontra l-kriterji tal-esklużjoni pubblikati abbażi tad-dikjarazzjonijiet u s-Sistema ta’ Twissija Bikrija (EWS);

· ir-regoli li jikkontrollaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż għandhom jiġu simplifikati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.

· taħriġ regolari dwar kwistjonijiet relatati ma' frodi u irregolaritajiet jingħata lill-persunal kollu involut fil-ġestjoni tal-kuntratti kif ukoll lill-awdituri u lill-kontrolluri li jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet tal-benefiċjarji fuq il-post.

3.           L-ISTIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni…...….] || Diff/mhux diff ([26]) || minn pajjiżi tal-EFTA[27] || minn pajjiżi kandidati[28] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18.1.(aa) tar-Regolament Finazjarju

3 || 17 01 04 03 Nfiq amministrattiv għat-twettiq tal-Programm tal-Konsumatur 2014 - 2020 || Diff./mhux diff. || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3 || 17 01 04 30 Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) || Diff./mhux diff. || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura…..] || Diff./mhuxdiff. || minn pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18.1.(aa) tar-Regolament Finazjarju

3 || 17 02 06 Programm tal-Konsumatur 2014 - 2020 || Diff./mhux diff. || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        Stima tal-impatt fuq l-infiq

3.2.1.     Sommarju tal-istima tal-impatt fuq l-infiq

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || 3 || Sigurtà u ċittadinanza

DĠ: SANCO || || || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || TOTAL

2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020[1]

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

17 02 06 Programm tal-Konsumatur 2014 - 2020 || Impenji || -1 || 23,347 || 24,111 || 24,652 || 25,204 || 25,767 || 26,341 || 26,928 || 176,350

Pagamenti || -2 || 6,819 || 14,336 || 24,126 || 24,668 || 25,220 || 25,783 || 55,400 || 176,350

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati || || || || || || || ||

mill-pakkett għal programmi speċifiċi || || ||

17 01 04 [1] || || -3 || 2,950 || 2,950 || 2,950 || 2,950 || 2,950 || 2,950 || 2,950 || 20,650

TOTAL approprjazzjonijiet || Impenji || =1+3 || 26,297 || 27,061 || 27,602 || 28,154 || 28,717 || 29,291 || 29,878 || 197,000

għal DĠ SANCO || Pagamenti || =2+3 || 9,769 || 17,286 || 27,076 || 27,618 || 28,170 || 28,733 || 58,350 || 197,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || -4 || 23,347 || 24,111 || 24,652 || 25,204 || 25,767 || 26,341 || 26,928 || 176,350

Pagamenti || -5 || 6,819 || 14,336 || 24,126 || 24,668 || 25,220 || 25,783 || 55,400 || 176,350

Ÿ TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || -6 || 2,950 || 2,950 || 2,950 || 2,950 || 2,950 || 2,950 || 2,950 || 20,650

TOTAL approprjazzjonijiet || Impenji || = 4+ 6 || 26,297 || 27,061 || 27,602 || 28,154 || 28,717 || 29,291 || 29,878 || 197,000

taħt l-INTESTATURA 3

tal-qafas finanzjarji multiannwali || Pagamenti || = 5+ 6 || 9,769 || 17,286 || 27,076 || 27,618 || 28,170 || 28,733 || 58,350 || 197,000

[1] Il-Kummissjoni tista’ tafda aġenzija eżekuttiva bil-kompiti tal-implimentazzjoni għall-ġestjoni tal-Programm tal-Konsumatur 2014 - 2020. L-ammonti u l-imputazzjonijiet s jiġu aġġustati, jekk ikun neċessarju, skont ir-riżultati tal-proċess ta' esternalizzazzjoni.

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva: MHUX APPLIKABBLI

Ÿ It-TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI minn 1 sa 4 tal-qafas finanzjarji multiannwali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || 5 || "Nefqa amministrattiva"

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

DĠ: SANCO – Politika tal-Konsumatur ||

Ÿ Riżorsi umani [2] || 1,146 || 1,169 || 1,192 || 1,216 || 1,240 || 1,265 || 1,291 || 8,520

Ÿ Infiq ieħor amministrattiv [2] || 0,228 || 0,233 || 0,237 || 0,242 || 0,247 || 0,252 || 0,257 || 1,695

TOTAL || Approprjazzjonijiet || 1,374 || 1,401 || 1,430 || 1,458 || 1,487 || 1,517 || 1,547 || 10,215

TOTAL approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || (L-impenji totali = il-ħlasijiet totali) || 1,374 || 1,401 || 1,430 || 1,458 || 1,487 || 1,517 || 1,547 || 10,215

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| || || Year || Year || Year || Year || Year || Year || Year || TOTAL

2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

TOTAL approprjazzjonijiet || Impenji || 27,671 || 28,463 || 29,031 || 29,612 || 30,205 || 30,808 || 31,425 || 207,215

taħt INTESTATURI minn 1 sa 5

tal-qafas finanzjarji multiannwali || Pagamenti || 11,143 || 18,687 || 28,505 || 29,076 || 29,657 || 30,250 || 59,897 || 207,215

[2] Il-Kummissjoni tista’ tafda aġenzija eżekuttiva bil-kompiti tal-implimentazzjoni għall-ġestjoni tal-Programm tal-Konsumatur 2014 - 2020. L-ammonti u l-imputazzjonijiet s jiġu aġġustati, jekk ikun neċessarju, skont ir-riżultati tal-proċess ta' esternalizzazzjoni.

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

– þ  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa 3 figuri deċimali)

Objettivi u riżultati || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

RIŻULTATI

Tip ta’ output || Medja tal-ispejjeż tar-riżultat || Numru ta’riżultati || Kost || Numru ta’riżultati || Kost || Numru ta’riżultati || Kost || Numru ta’riżultati || Kost || Numru ta’riżultati || Kost || Numru ta’riżultati || Kost || Numru ta’riżultati || Kost || Total Numru ta’ eżiti || Spiża totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 - Li tiġi konsolidata u mtejba s-sigurtà tal-prodotti permezz ta’ sorveljanza effettiva tas-suq || || || ||

- Riżultat || parir xjentifiku || 0,417 || 1 || 0,393 || 1 || 0,400 || 1 || 0,409 || 1 || 0,417 || 1 || 0,425 || 1 || 0,434 || 1 || 0,442 || 7 || 2,919

- Riżultat || azzjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq u ta’ infurzar || 0,564 || 7 || 3,343 || 7 || 3,707 || 7 || 3,840 || 7 || 3,976 || 7 || 4,115 || 7 || 4,256 || 7 || 4,400 || 49 || 27,637

- Riżultat || portal u database tal-kożmetiċi || 0,620 || 2 || 1,167 || 2 || 1,191 || 2 || 1,214 || 2 || 1,239 || 2 || 1,264 || 2 || 1,289 || 2 || 1,315 || 14 || 8,678

Sub-total għall-objettiv speċifiku Nru 1 || 10 || 4,903 || 10 || 5,298 || 10 || 5,463 || 10 || 5,631 || 10 || 5,803 || 10 || 5,978 || 10 || 6,157 || 70 || 39,234

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 - Li jitjieb l-aċċess għall-konsumaturi għal informazzjoni utli u titjieb l-edukazzjoni tal-konsumatur, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ bażi ta’ evidenza u l-appoġġ ta’ intermedjarji fdati bħall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur || || || ||

- Riżultat || bażi ta' evidenza || 1,089 || 3 || 3,078 || 3 || 3,139 || 3 || 3,202 || 3 || 3,266 || 3 || 3,331 || 3 || 3,398 || 3 || 3,466 || 21 || 22,879

- Riżultat || appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur || 0,808 || 3 || 2,282 || 3 || 2,327 || 3 || 2,374 || 3 || 2,421 || 3 || 2,470 || 3 || 2,519 || 3 || 2,569 || 21 || 16,962

- Riżultat || informazzjoni għall-konsumatur || 0,290 || 7 || 1,910 || 7 || 1,948 || 7 || 1,987 || 7 || 2,027 || 7 || 2,068 || 7 || 2,109 || 7 || 2,151 || 49 || 14,201

- Riżultat || edukazzjoni tal-konsumatur || 0,789 || 2 || 1,486 || 2 || 1,515 || 2 || 1,546 || 2 || 1,577 || 2 || 1,608 || 2 || 1,640 || 2 || 1,673 || 14 || 11,045

Sub-total għall-objettiv speċifiku Nru 2 || 15 || 8,755 || 15 || 8,930 || 15 || 9,109 || 15 || 9,291 || 15 || 9,477 || 15 || 9,666 || 15 || 9,860 || 105 || 65,087

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 3 - Li jiġu konsolidati u msaħħa aktar id-drittijiet tal-konsumatur u r-rimedju effettiv || || || ||

- Riżultat || preparazzjoni tal-leġiżlazzjoni || 0,394 || 5 || 1,857 || 5 || 1,894 || 5 || 1,932 || 5 || 1,971 || 5 || 2,010 || 5 || 2,050 || 5 || 2,091 || 35 || 13,806

- Riżultat || Koordinazzjoni u monitorġġ tal-ADR || 0,310 || 2 || 0,584 || 2 || 0,595 || 2 || 0,607 || 2 || 0,619 || 2 || 0,632 || 2 || 0,644 || 2 || 0,657 || 14 || 4,339

Sub-total għall-objettiv speċifiku Nru 3 || 7 || 2,441 || 7 || 2,490 || 7 || 2,539 || 7 || 2,590 || 7 || 2,642 || 7 || 2,695 || 7 || 2,749 || 49 || 18,145

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 4 - Li jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur || || || ||

- Riżultat || koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta’ infurzar || 0,239 || 4 || 0,902 || 4 || 0,920 || 4 || 0,938 || 4 || 0,957 || 4 || 0,976 || 4 || 0,996 || 4 || 1,016 || 28 || 6,706

- Riżultat || Appoġġ liċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur || 3,370 || 2 || 6,346 || 2 || 6,473 || 2 || 6,602 || 2 || 6,734 || 2 || 6,869 || 2 || 7,007 || 2 || 7,147 || 14 || 47,178

Sub-total għall-objettiv speċifiku Nru 4 || 6 || 7,248 || 6 || 7,393 || 6 || 7,541 || 6 || 7,692 || 6 || 7,846 || 6 || 8,002 || 6 || 8,162 || 42 || 53,884

IL-KOST TOTALI || 38 || 23,347 || 38 || 24,111 || 38 || 24,652 || 38 || 25,204 || 38 || 25,767 || 38 || 26,341 || 38 || 26,928 || 266 || 176,350

3.2.3.     L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– þ  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || || || || || || || ||

Ir-riżorsi umani || 1,146 || 1,169 || 1,192 || 1,216 || 1,240 || 1,265 || 1,291 || 8,520

Infiq ieħor amministrattiv || 0,228 || 0,233 || 0,237 || 0,242 || 0,247 || 0,252 || 0,257 || 1,695

Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || 1,374 || 1,401 || 1,430 || 1,458 || 1,487 || 1,517 || 1,547 || 10,215

Barra l-INTESTATURA 5[29] tal-qafas finanzjarju multiannwali || MHUX APPLIKABBLI

Ir-riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarji multiannwali || || || || || || || ||

TOTAL || 1,374 || 1,401 || 1,430 || 1,458 || 1,487 || 1,517 || 1,547 || 10,215

Il-figuri u l-linji baġitarji ta' hawn fuq se jkunu aġġustati, jekk ikun neċessarju, skont il-proċess ta' esternalizzazzjoni li hemm ippjanat.

3.2.3.2.  Il-ħtiġijiet stmati ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– þ  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa pożizzjoni deċimali waħda)

|| || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

Ÿ Il-karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

|| 17 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6

|| XX 01 01 02 (fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti Full Time: FTE[30] ||

|| 17 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6 || 6

|| XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 04 ss[31] || - fil-Kwartieri Ġenerali[32] || || || || || || ||

|| - fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || ||

|| Intestaturi oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || ||

|| TOTAL || 12 || 12 || 12 || 12 || 12 || 12 || 12

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu pprovduti minn persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li tqassmu mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, u jekk ikun meħtieġ flimkien ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji. Naturalment, l-ammonti u l-imputazzjonijiet se jkunu aġġustati b'mod li jiddependi mir-riżultati tal-proċess ta' esternalizzazzjoni li hemm ippjanat.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu

Uffiċjali u aġenti temporanji || Koordinazzjoni, abbozzar u organizzar tal-proċedura ta’ adozzjoni għall-programmi ta’ ħidma annwali (deċiżjonijiet ta’ finanzjament), inkluż konsultazzjoni ta’ kumitat tal-Istati Membri Insegwiment/monitoraġġ tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet finanzjarji skont ir-regoli tal-baġit u finanzjarji fis-seħħ; kontribuzzjoni għar-rapporti tal-attivitajiet Preparazzjoni u manutenzjoni tal-għodda tal-informazzjoni; provvista ta’ informazzjoni għal verifiki interni u esterni. Twaqqif u verifikar tal-pagamenti, impenji, u fajls tal-akkwist/għajnuna finanzjarja; żgurar li dawn jikkonformaw mat-termini tal-kuntratt, u mar-regoli/regolamenti finanzjarji Assigurazzjoni ta’ kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet finanzjarji Monitoraġġ tal-iskadenzi tal-pagamenti skont ir-regolament u r-regoli finanzjarji kif ukoll tal-flussi tax-xogħol tal-fajls finanzjarji individwali Preparazzjoni u provvista ta’ taħriġ lill-organizzazzjonijiet esterni rigward l-applikazzjonijiet għas-sejħiet għal proposti Komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti lill-kuntratturi u lill-benefiċjarji matul iż-żmien tal-proġett Tnedija, ġestjoni u monitoraġġ tas-sejħiet għal proposti/offerti, evalwazzjoni u għażla tal-proġetti Insegwiment tal-implimentazzjoni tal-proġetti u l-prestazzjoni tal-maniġers u l-imsieħba tal-proġett, monitoraġġ tal-obbligi kuntrattwali Monitoraġġ tal-iskadenzi tal-pagamenti skont ir-regolament u r-regoli finanzjarji kif ukoll tal-flussi tax-xogħol tal-fajls finanzjarji individwali Verifika tal-konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli ta’ Implimentazzjoni, ir-regoli interni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit, l-Att Bażiku, id-deċiżjoni ta’ Finanzjament u regoli oħra relatati u d-dispożizzjonijiet baġitarji fit-tranżazzjonijiet finanzjarji Verifika tal-ftehim tal-għajnuna finanzjarja/kuntratt mal-benefiċjarju/kuntrattur magħżul, u l-ġustifikazzjoni tiegħu Verifika li l-metodoloġija, inkluż il-kriterji ta’ eliġibbiltà u għażla u l-kriterji tal-għoti ġew applikati korrettament fil-proċess tal-għażla u li l-proċess tal-għażla twettaq skont ir-regoli Verifika tal-korrettezza tal-proċessi ta’ impenn

Persunal estern || Preparazzjoni u manutenzjoni tal-għodda tal-informazzjoni; provvista ta’ informazzjoni għal verifiki interni u esterni. Twaqqif u verifikar tal-pagamenti, impenji, u fajls tal-akkwist/għajnuna finanzjarja; żgurar li dawn jikkonformaw mat-termini tal-kuntratt, u mar-regoli/regolamenti finanzjarji Assigurazzjoni ta’ kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet finanzjarji Monitoraġġ tal-iskadenzi tal-pagamenti skont ir-regolament u r-regoli finanzjarji kif ukoll tal-flussi tax-xogħol tal-fajls finanzjarji individwali Preparazzjoni u provvista ta’ taħriġ lill-organizzazzjonijiet esterni rigward l-applikazzjonijiet għas-sejħiet għal proposti Komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti lill-kuntratturi u lill-benefiċjarji matul iż-żmien tal-proġett Tnedija, ġestjoni u monitoraġġ tas-sejħiet għal proposti/offerti, evalwazzjoni u għażla tal-proġetti Insegwiment tal-implimentazzjoni tal-proġetti u l-prestazzjoni tal-maniġers u l-imsieħba tal-proġett, monitoraġġ tal-obbligi kuntrattwali Monitoraġġ tal-iskadenzi tal-pagamenti skont ir-regolament u r-regoli finanzjarji kif ukoll tal-flussi tax-xogħol tal-fajls finanzjarji individwali Verifika tal-konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli ta’ Implimentazzjoni, ir-regoli interni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit, l-Att Bażiku, id-deċiżjoni ta’ Finanzjament u regoli oħra relatati u d-dispożizzjonijiet baġitarji fit-tranżazzjonijiet finanzjarji Verifika tal-ftehim tal-għajnuna finanzjarja/kuntratt mal-benefiċjarju/kuntrattur magħżul, u l-ġustifikazzjoni tiegħu Verifika li l-metodoloġija, inkluż il-kriterji ta’ eliġibbiltà u għażla u l-kriterji tal-għoti ġew applikati korrettament fil-proċess tal-għażla u li l-proċess tal-għażla twettaq skont ir-regoli Verifika tal-korrettezza tal-proċessi ta’ impenn

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti

– þ  Il-proposta/l-inizjattiva hi kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali 2014 – 2020, kif propost mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha COM(2011)500 tad-29.06.2011

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi riprogrammar tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali

Spjega x’tip ta’ riprogrammar huwa meħtieġ, u speċifika l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti

MHUX APPLIKABBLI

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[33].

Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti

MHUX APPLIKABBLI

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn terzi

– þ Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

– ¨ Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stimat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet kofinanzjati TOTALI || || || || || || || ||

3.3.        L-impatt stmat fuq id-dħul

– þ  Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprja

– ¨         fuq dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena tal-baġit li għaddejja || Impatt tal-proposta/inizjattiva[34]

Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020

Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għal dħul mixxelanju assenjat, speċifika l-linja (linji) tan-nefqa tal-baġit affettwat(i).

MHUX APPLIKABBLI

Speċifika l-metodu għall-kalkulazzjoni tal-impatt fuq id-dħul.

MHUX APPLIKABBLI

[1]               COM(2011)500

[2]               RAPEX: Is-sistema ta' twissija bikrija tal-UE għall-prodotti perikolużi kollha (bl-eċċezzjoni tal-ikel, l-għalf, il-farmaċewtiċi u l-istrumenti mediċi)

[3]               flimkien ma’ evalwazzjoni ex-post tal-Programm preċedenti u l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur 2007-2013.

[4]               Ir-rapporti ta’ Grech, Hedh u Arias, fl-2010, ir-rapporti ta’ Schaldemose u Kalniete fl-2011. Ir-rapport ta’ Svensson/Triantaphyllides qed jiġi kompletat.

[5]               li tista’ tieħu l-għamla ta’ Aġenda tal-Konsumatur li għandha tiġi pubblikata fl-2012.

[6]               dan il-korp fil-livell tal-UE jkun stabbilit fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Siġurtà Ġenerali tal-Prodotti (GPSD) sabiex jiżgura l-integrazzjoni tal-proċeduri ta' finanzjament, l-ippjanar aħjar, il-koordinazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoitajiet tal-Istati Membri. Ma jkollux is-sura ta' aġenzija.

[7]               ĠU C , , p. .

[8]               ĠU C , , p. .

[9]               COM(2010)2020 finali tat-3 ta' Marzu 2010

[10]             ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1

[11]             ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39

[12]             …

[13]             ĠU L 55, 28.02.2011, p. 13

[14]             ĠU L 241, 10.09.2008, p. 21

[15]             ĠU L 11, 15.01.2002, p. 4

[16]             ĠU L 364, 09.12.2004, p.1

[17]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2

[18]             ĠU L 66, 04.03.2004, p.45

[19]             ĠU 342, 22.12.2009, p.59

[20]             ABM: (Activity-Based Management) Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività–ABB: Bbaġitjar ibbażat fuq l-attività.

[21]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[22]             Dettalji tal-modi tal-ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[23]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[24]             ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

[25]             Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)4943 tad-9 ta’ Settembru 2008.

[26]             Diff:- Approprjazzjonijiet differenzjati/Non-Diff:- Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[27]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[28]             Il-pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.

[29]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet (linji ex "BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[30]             CA= Contract Agent (Aġent Kuntrattwali); INT=Intérimaire (persunal tal-aġenzija); JED=Jeune Expert en Délégation (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjoni); LA=Local Agent (Aġent Lokali); SNE=Seconded National Expert (Espert Nazzjonali Ssekondat);

[31]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (linji ex “BA”).

[32]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[33]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[34]             Fir-rigward tar-riżorsi proprja tradizzjonali (dazju, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

Top