EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0579

Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

/* KUMM/2009/0579 finali - COD 2008/0098 */

52009PC0579

Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE) /* KUMM/2009/0579 finali - COD 2008/0098 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.10.2009

KUMM(2009) 579 finali

2008/0098 (COD)

Proposta emendata għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

2008/0098 (COD)

Proposta emendata għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. STORJA TAL-PROPOSTA

L-adozzjoni tal-proposta mill-Kummissjoni: it-23 ta' Mejju 2008

Trażmissjoni tal-Proposta lill-Kunsill u l-Parlament

Ewropew - COM(2008)311 - A6-0068/2009-2008/0098(COD) -

skont l-Artikolu 95 tat-Trattat: it-23 ta’ Mejju 2008

Opinjoni tal-Parlament Ewropew - l-ewwel qari: l-24 ta’ April 2009

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: il-25 ta' Frar 2009

Fis-sessjoni tiegħu ta’ bejn il-21 u l-24 ta' April 2009, il-Parlament Ewropew approva fl-ewwel qari r-rapport tas-Sinjura Neris b’102 emendi, bi 390 vot favur, erba' (4) kontra u sitt (6) astensjonijiet.

2. GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

F'Ottubru 2005, il-Kummissjoni nediet programm evoluttiv ta' tliet snin għas-simplifikazzjoni bħala parti mir- Regolamentazzjoni Aħjar : Strateġija ta' Simplifikazzjoni . L-għan kien li l-leġiżlazzjoni ma tkunx daqshekk ta' piż, tkun iktar faċli biex tiġi applikata u għalhekk iktar effettiva, speċjalment billi jitqies jekk l-approċċ magħżul oriġinarjament kienx l-iktar wieħed effettiv biex jinkisbu l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni. Is-simplifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, id-Direttiva dwar il-Prodotti tal-Kostruzzjoni – minn hawn 'il quddiem CPD (Construction Products Directive) - hija waħda mill-inizjattivi f'din l-Istrateġija.

Is-CPD għandha l-għan li tiżgura ċ-ċirkolazzjoni u l-użu ħielsa tal-prodotti tal-kostruzzjoni fis-Suq Intern. Billi l-prodotti tal-kostruzzjoni huma prodotti intermedji maħsuba biex jiġu inkorporati fix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni, il-kunċett tas-sikurezza japplika għal dawk il-prodotti sal-punt li jikkontribwixxu għas- sikurezza tax-xogħlijiet . Din l-ispeċifiċità tispjega li s-CPD tilħaq il-mira tagħha billi tiddefinixxi mezzi armonizzati biex tesprimi r-rendiment tal-prodott b'mod preċiż u affidabbli, minflok ma tarmonizza r-rekwiżiti tas-sikurezza tal-prodott, kif inhu l-każ fid-Direttivi tal-Approċċ il-Ġdid.

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li tissostitwixxi s-CPD b'Regolament, bl-iskop li l-miri ta' din il-leġiżlazzjoni Komunitarja jiġu definiti aħjar u l-implimentazzjoni tagħha tkun iktar faċli u iktar effiċjenti.

Bħala parti mill-inizjattiva tar-Regolamentazzjoni Aħjar, il-proposta biħsieba tiċċara l-kunċetti bażiċi u l-użu tal-marki CE; tintroduċi proċeduri simplifikati sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż imġarrba mill-intrapriżi, partikolarment l-SMEs; u li żżid il-kredibilità tas-sistema sħiħa billi timponi kriterji ġodda u iktar stretti għall-korpi involuti fil-valutazzjoni u l-verifika tal-uniformità tar-rendiment tal-prodotti tal-kostruzzjoni.

Iktar speċifikament, l-għan tal-proposta huwa li tiżgura informazzjoni preċiża u affidabbli dwar il-prodotti tal-kostruzzjoni fir-rigward tar-rendiment tagħhom. Dan jinkiseb permezz ta' sistema magħmula minn żewġ elementi ewlenin: minn naħa l-waħda, ġabra ta' speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, standards armonizzati u Dokumenti Ewropej tal-Valutazzjoni (EAD – European Assessment Documents), li jipprovdu l-metodi għall-valutazzjoni tar-rendiment tal-prodotti u, min-naħa l-oħra, għadd ta' Korpi Notifikati u Korpi tal-Valutazzjoni Teknika maħtura skont kriterji tekniċi definiti strettament, li jikkontribwixxu għall-applikazzjoni korretta ta' dawn il-metodi.

3. OPINJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW

3.1. Ħarsa ġenerali

A. Il-Kummissjoni qieset li jkun xieraq li jiġi aċċettat għadd kbir ta' emendi approvati mill-Parlament billi dawn ma jimmodifikawx is-sustanza prinċipali tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni: ħafna drabi wkoll jikkontribwixxu billi jtejbuha u jagħmluha iktar preċiża. Filwaqt li laqgħet dawn l-emendi, il-Kummissjoni ppreferiet, f'ċerti każijiet, li tuża formolazzjoni kemxejn differenti.

Mill-bidliet aċċettati mill-Kummissjoni, l-Emendi 17 u 70, li jħassru l-premessa 17 u jimmodifikaw l-Artikolu 21, introduċew l-iktar bidliet sostanzjali importanti fil-proposta tal-Kummissjoni. Il-Parlament hawnhekk illimta l-użu ta' Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej (ETAs) biss għal sitwazzjonijiet fejn il-prodott ikkonċernat mhuwiex kopert jew kopert kompletament minn standard armonizzat. Fid-dawl tal-karattru speċifiku tal-istandards armonizzati f'dan il-kuntest (standards ibbażati fuq ir-rendiment), il-Kummissjoni tista' taċċetta dawn l-emendi, u fl-istess ħin ma tmurx kontra l-għan ewlieni tal-proposta.

B. Min-naħa l-oħra, ċerti emendi ma setgħux jiġu aċċettati billi dawn kienu jibdlu s-sustanza tal-proposta tal-Kummissjoni b'mod li ma jkunux kompatibbli mal-għanijiet ippreżentati hawn fuq. Fost ir-raġunijiet li wasslu għar-rifjut ta' dawn l-emendi, ta' min jinnota l-inkonsistenza evidenti tagħhom, f'bosta każijiet, mal-prinċipji ġenerali tal-Pakkett tas-Suq Intern għall-Oġġetti. Barra minn hekk, il-karattru orizzontali tal-emendi xi kultant ma qabilx man-natura settorjali tal-proposta tal-Kummissjoni. Jekk xi wħud minn dawn l-emendi jiġu aċċettati, ikun hemm inkoerenza interna fil-proposta sħiħa wkoll.

C. Fl-aħħar nett, serje ta' emendi ma ġewx aċċettati minħabba l-implikazzjonijiet diretti sinifikanti tagħhom fuq is-sustanza tal-proposta. L-iktar importanti jikkonċernaw l-aspetti li ġejjin:

a) l-obbligu stabbilit għall-manifatturi biex iwaħħlu l-marka CE anki fin-nuqqas ta' dikjarazzjoni reali ta' prestazzjoni (DoP) bi kwalunkwe kontenut, billi ma jeżisti l-ebda rekwiżit regolatorju għal dikjarazzjoni bħal din; dan kieku jwassal għal marka CE bla sinifikat li ma tistax tiġi aċċettata u, barra minn hekk, jimponi piż bla bżonn fuq l-intrapriżi;

b) obbligu li jiġi ddikjarat il-kontenut fuq sustanzi perikolużi, lil hinn mill-obbligi ta' REACH u li ġie introdott mingħajr ebda ġustifikazzjoni jew stima tal-impatt;

c) il-possibilità li jinżammu l-marki nazzjonali flimkien mal-marki CE. F'dan ir-rigward, il-vot fil-Plenarja jirrappreżenta pass fid-direzzjoni t-tajba, billi l-Emenda 54 għall-Artikolu 7, li tiftaħ din it-triq ma ġietx aċċettata: madankollu, l-Emenda 17 marbuta mal-premessa 30 korrispondenti nżammet.

D. Il-Kunsill kompla xogħolhom, bil-ħsieb li jtejjeb il-kwalità teknika tal-proposta u jiddefinixxi l-mandat għall-Presidenzi għal iktar negozjati mal-Parlament. Il-Kunsill indirizza l-biċċa l-kbira tal-emendi tal-Parlament, u indikattivament ma qabilx ma’ parti kbira minnhom. Min-naħa l-oħra, il-progress li sar fil-Kunsill sa ċertu punt irrifletta wkoll il-kontenut tal-emendi tal-Parlament, u b'hekk witta t-triq għat-twaqqif ta' bażi komuni solida għall-mixja lejn kompromess fit-tieni qari bejn l-Istituzzjonijiet fuq din il-proposta. Il-Kummissjoni tilqa' bi pjaċir l-isforzi kollha ta' dan it-tip li jiffaċilitaw il-ħidma li baqa'.

3.2. Analiżi tal-emendi

Emenda 1 – Premessa 1

B'din l-emenda, il-Parlament xtaq jenfasizza l-valuri ambjentali fil-kuntest tal-kostruzzjoni. Għan bħal dan huwa aċċettabbli fil-prinċipju; madankollu, id-distinzjoni bejn ambjent "naturali" u "magħmul mill-bniedem" ma tidhirx li hija xierqa hawnhekk. Minħabba dan, il-frażjoloġija tqieset mill-ġdid sabiex ma tinkludix id-distinzjoni msemmija.

Ir-regoli tal-Istati Membri jeħtieġu li x-xogħlijiet tal-kostruzzjoni jitfasslu u jitwettqu sabiex ma jipperikolawx is-sigurtà ta' persuni, annimali domestiċi u proprjetà u lanqas ma jagħmlu ħsara lill-ambjent .

Emenda 124 - il-Premessa 7 a (ġdida)

L-iskop ta' din il-premessa ġdida, li tiċċara l-wisa' tal-kunċett "forniment ta' prodott għall-kostruzzjoni għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq Komunitarju" inkluż fl-Artikolu 2(5), jista’ jiġi appoġġat. Ukoll, il-kjarifika li l-manifatturi jinkorporaw il-prodotti tal-kostruzzjoni tagħhom fix-xogħlijiet għandhom ikunu permessi, iżda mhux obbligati, jiddikjaraw ir-rendiment ta’ dawn il-prodotti, jixraq li tiġi enfasizzata b’dan il-mod. Skont il-fehma tal-Kummissjoni, din il-premessa tagħmel żidiet simili lill-Artikolu 2(5) stess inutli, u għalhekk tippermetti li tinżamm koerenza mad-definizzjonijiet inklużi fil-Pakkett tas-Suq Intern għall-Oġġetti. Madankollu, bil-għan tal-loġika interna tal-premessi, jidher li jkun aħjar jekk dan it-test ġdid jiddaħħal wara l-premessa inizjali 21.

Ara l-Premessa 21c

21c) Prodotti magħmula fis-sit tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni ma għandhomx jitqiesu li jaqgħu fl-ambitu tal-kunċett tal-forniment tal-prodotti tal-kostruzzjoni fis-suq Komunitarju. Il-manifatturi li jinkorporaw il-prodotti tal-kostruzzjoni tagħhom fix-xogħol għandhom ikunu permessi iżda mhux obbligati jiddikjaraw il-prestazzjoni ta’ dawn il-prodotti skont dan ir-Regolament.

L-Emenda 2 - il-Premessa 8a (ġdida)

L-għan ta’ din iż-żieda jidher li hu li tenfasizza l-ħtieġa għall-kunsiderazzjoni tal-aspetti tas-saħħa u s-sikurezza marbuta mal-użu ta’ prodott tal-kostruzzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tiegħu. Għalhekk, il-Kummissjoni tappoġġa dawn l-għanijiet u ddeċidiet li taċċetta din l-emenda fil-prinċipju. Madankollu, ġiet riformulata ftit sabiex tiffoka biss fuq dan l-aspett. Barra minn hekk, skont l-opinjoni tal-Kummissjoni, dan it-test miżjud aħjar jekk jitpoġġa wara l-premessa inizjali 14.

Ara l- Premessa 14

L-Emenda 4 - il-Premessa 11a (ġdida)

L-Emenda 4 hija marbuta mad-Dikjarazzjonijiet tal-Prodotti Ambjentali (EPD) iżda ma tikkorrispondi ma’ l-ebda Artikolu billi dawn ma jissemmew imkien fil-proposta għalkemm ġew inklużi fil-ħidma li għaddejja tal-istandardizzazzjoni bbażata fuq mandat. Barra minn hekk, s’issa ġew previsti biss għall-użu volontarju. Minħabba dan, din l-emenda ġiet riformulata kif ġej fl-inkorporazzjoni fil-proposta emendata tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, skont il-fehma tal-Kummissjoni, dan it-test miżjud ikun aktar xieraq jekk jitqiegħed bħala premessa ġdida bin-numru 43c (dik miżjuda mill-Parlament b'dan l-istess numru ssir il-premessa 43b).

Ara l- Premessa 43c

(43c) L-użu ta’ Dikjarazzjonijiet tal-Prodotti Ambjentali meta disponibbli, għandu jitħeġġeġ fil-kuntest tal-evalwazzjoni tas-sostenibilità tal-użu tar-riżorsi u l-impatt tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni fuq l-ambjent.

L-Emenda 125 - il-Premessa 11b (ġdida)

Din il-premessa ġdida għandha l-għan li tinkorpora l-użu fi standards armonizzati ta’ klassijiet ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti tal-kostruzzjoni, fil-linji inizjalment inklużi fil-premessa 12. L-inkoraġġiment tagħha b’dan il-mod approvat mill-Parlament jista’ jiġi appoġġat bis-sħiħ mill-Kummissjoni. Billi dawn il-kunċetti joqogħdu aħjar hawnhekk, l-emenda tal-Parlament ittejjeb il-kwalità tal-proposta: ovvjament, huwa propost it-tħassir korrispondenti għall-premessa 12. Xi aġġustamenti editorjali insinifikanti ħafna ġew issuġġeriti lill-verżjoni tal-Parlament, sabiex it-test jiġi ssimplifikat. - Billi huwa propost li l-emenda preċedenti, bin-numru 11a hawn fuq, tiċċaqlaq xi mkien ieħor kif spjegat, il-premessa l-ġdida kkonċernata tista’ għalhekk issir il-premessa 11a tal-proposta emendata.

11a) Meta jkun xieraq, għandu jkun hemm inkoraġġiment biex il-klassijiet tal-prestazzjoni marbuta mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti tal-kostruzzjoni jintużaw fl-istandards armonizzati, sabiex jitqiesu l-livelli differenti tar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħol għal ċerti xogħlijiet kif ukoll id-differenzi fil-klima, il-ġeoloġija u l-ġeografija, u kundizzjonijiet oħra differenti prevalenti fl-Istati Membri. Il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom ikunu intitolati jistabbilixxu dawn il-klassijiet fil-każijiet fejn il-Kummissjoni ma tkunx diġà stabbiliethom, fuq il-bażi ta' mandat rivedut.

Il-Premessa 12

Fejn l-użu aħħari intenzjonat jirrikjedi livelli minimi ta' prestazzjoni f'relazzjoni ma' kwalunkwe karatteristika essenzjali, li għandhom jintlaħqu mill-prodotti għall-kostruzzjoni fl-Istati Membri, dawn il-livelli għandhom ikunu stabbiliti fi speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati. ( IMĦASSAR : sabiex jittieħed kont tal-livelli differenti tal-ħtiġijiet tax-xogħlijiet bażiċi għal ċerti xogħlijiet kif ukoll tad-differenzi fil-klima, fil-ġeoloġija u fil-ġeografija u kundizzjonijiet differenti oħrajn li jipprevalu fl-Istati Membri.)

Emenda 5 – Premessa 14

It-test miżjud lil din il-premessa jikkonċerna ż-żieda fil-kopertura tal-istandards armonizzati; prinċipju li kif inhu jista' jiġi appoġġat. Il-premessa ġiet riformulata ftit, sabiex twessa' l-ambitu ta' dawn l-isforzi għall-atturi relevanti kollha (minflok il-Kummissjoni biss), u biex jiġi introdott espliċitament hawnhekk ukoll l-għan tat-trasferiment tal-prodotti tal-kostruzzjoni, li għalihom l-użu tal-linji gwida għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej (ETAGs) jew EADs kienu jikkostitwixxu bażi suffiċjenti ta' esperjenza, skont standards armonizzati. Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, dan it-twessigħ tal-ambitu ta' din iż-żieda jrendi mingħajr użu l-emendi simili proposti mill-Parlament lill-Artikoli 20 (ara l-Emenda 120, iż-żieda tal-paragrafu 3a ġdid lil dan l-Artikolu) u 53 (ara l-Emenda 89, it-tieni sottoparagrafu li se jiżdied lil dan l-Artikolu).

Barra mit-test il-ġdid, miżjud kif spjegat hawn fuq, li ddaħħal bħala r-raba' sottoparagrafu ta' din il-premessa, il-premessa emendata tal-Kummissjoni tinkludi wkoll żewġ sottoparagrafi ġodda oħra: It-tieni wieħed jikkonċerna l-kunċett " prestazzjoni " li skont il-Kummissjoni aħjar jiġi deskritt hawnhekk milli jiġi definit fl-Artikolu 2 (ara l-Emenda 27, hawn taħt). It-tielet sottoparagrafu jikkorrispondi, kif spjegat hawn fuq (ara l-Emenda 2), għall-premessa 8a, li l-Parlament issuġġerixxa li tiżdied mal-proposta.

Dawk l-istandards armonizzati għandhom jipprovdu l-għodod adatti għall-valutazzjoni armonizzata tal-prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti għall-kostruzzjoni. L-istandards armonizzati għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta' mandati adottati mill-Kummissjoni, li jkopru l-familji rilevanti ta' prodotti għall-kostruzzjoni, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/34/KE.

F'dan il-kuntest, il-prestazzjoni ta' prodott tal-kostruzzjoni għandha tinftiehem bħala l-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali, espressa bil-livelli jew il-klassijiet, jew f'deskrizzjoni.

Fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' prodott tal-kostruzzjoni, għandhom jitqiesu wkoll l-aspetti tas-saħħa u s-sikurezza marbuta mal-użu tiegħu fiċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tiegħu.

Il-firxa ta' prodotti tal-kostruzzjoni koperti mill-istandards armonizzati għandha titwessa' partikolarment fejn xieraq billi jkun hemm mandat li dawn jiġu żviluppati fuq il-bażi tal-EADs jew l-ETAGs eżistenti.

Emenda 8 – Premessa 16

L-Emenda 8 għandha l-iskop li tħassar l-użu parrallel tal-ETAs u l-istandards armonizzati, jiġifieri li tirrestrinġi l-għoti tal-ETAs għal każijiet fejn il-prodotti tal-kostruzzjoni kkonċernati ma jkunux koperti jew mhux koperti kompletament minn standards armonizzati. Il-Kummissjoni issa qed tappoġġaha, bi ftit tibdil editorjali tal-kliem. - Barra minn hekk, biex ikun hemm konsistenza mal-bqija tal-proposta, ir-referenza għal "importaturi" għandha titneħħa u l-kliem għandu jiġi rivedut billi l-manifatturi biss għandhom ikunu intitolati jew obbligati jagħmlu dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u li jwaħħlu l-marka CE fuq il-prodotti tagħhom. Sar xi tibdil simili wkoll għall-premessi 18 u 22, kif ukoll għall-Artikoli 4 u 12, u l-Anness II.

Sabiex il-manifatturi ( IMĦASSAR : u l-importaturi) tal-prodotti għall-kostruzzjoni jkunu jistgħu jfasslu dikjarazzjoni ta' prestazzjoni għall-prodotti għall-kostruzzjoni li mhumiex koperti jew li mhux kompletament koperti minn standard armonizzat huwa meħtieġ li tkun prevista Valutazzjoni Teknika Ewropea.

Emenda 9 – Premessa 17

Din l-emenda, billi hija konformi bis-sħiħ mal-premessa 16, kif tirriżulta mill-emenda 8 tal-Parlament, hija aċċettata wkoll.

IMĦASSAR

Emenda 11 - Premessa 20, l-ewwel parti ("Il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika ... Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej”)

It-test miżjud mill-ewwel parti ta' din l-emenda lill-premessa 20 jenfasizza l-prinċipju tat-trasparenza fil-kuntest tal-istabbiliment ta' EADs u l-għoti ta' ETAs. L-idea tista' tiġi appoġġata, speċjalment fid-dawl tal-parti tal-manifattur fil-proċedura. Madankollu, skont il-Kummissjoni, il-kliem jista' jibbenefika minn xi aġġustamenti, minn naħa biex titqies l-importanza iktar ġenerali tat-trasparenza f'dan il-kuntest, iżda min-naħa l-oħra biex tiġi eżerċitata l-prudenza partikolarment minħabba l-kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità involuti. Għalhekk, huwa propost li dawn l-għanijiet apparentement kunfliġġenti jikkoinċidu mat-test miżjud fit-tarf tal-premessa.

Il-Korpi għal Valutazzjoni Teknika għandhom jistabbilixxu organizzazzjoni biex tikkoordina l-proċeduri għall-istabbiliment ta' (IMĦASSAR: abbozz) tal-EADs u biex jinħarġu l-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, biex b'hekk jiġu żgurati t-trasparenza u l-kunfidenzjalità meħtieġa għal dawn il-proċeduri. .

Emenda 18 - il-Premessa 33 a (ġdida)

Din il-premessa ġdida għandha l-għan li teskludi l-importaturi mill-ambitu tal-Artikoli 26-28. L-idea fil-prinċipju hija aċċettabbli, iżda skont il-Kummissjoni, jeħtieġ li l-kliem approvat mill-Parlament jinbidel ftit. Din il-kwistjoni torbot ukoll l-emendi tal-Parlament 77 u 83 hawn taħt, li jżidu paragrafi ġodda lill-Artikoli 26 u 27 għal dan l-iskop: jidher li jkun aħjar jekk ma jiġux ripetuti dawn l-istess prinċipji f'dawn il-kuntesti, iżda minflok li din il-kwistjoni tiġi ċċarata darba għal dejjem fil-premessa l-ġdida kkonċernata. Barra minn hekk, skont l-opinjoni tal-Kummissjoni, dan it-test miżjud ikun aħjar jekk jitqiegħed bħala premessa ġdida wara l-premessa inizjali 34, bin-numru 34a.

Ara l- Premessa 34a

Sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-miżuri tas-sorveljanza tas-suq, il-proċeduri simplifikati kollha previsti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti tal-kostruzzjoni għandhom japplikaw biss lil persuni naturali jew legali li jimmanifatturaw il-prodotti li jqiegħdu fis-suq.

Emenda 21 - il-Premessa 43 a (ġdida)

L-Emenda 21 tixtieq tenfasizza bis-saħħa l-ħtieġa inevitabbli għal kampanji informattivi komprensivi wara l-adozzjoni tal-proposta. Kif inhi, din tista' tiġi appoġġata: din il-kwistjoni diġà ġiet inkluża fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni. Wieħed jista' jħares lejha wkoll bħala appoġġ għall-bżonnijiet ovvji ta’ riżorsi umani u finanzjarji addizjonali għal attivitajiet ġodda bħal dawn tal-Kummissjoni. Fil-proposta emendata ġie inkluż tibdil editorjali insinifikanti ħafna lill-kliem approvati mill-Parlament.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati, iniedu kampanji tal-informazzjoni biex jinfurmaw lis-settur tal-kostruzzjoni, partikolarment l-operaturi ekonomiċi u l-utenti tal-prodotti tal-kostruzzjoni, dwar l-istabbiliment ta' lingwa teknika komuni, id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-operaturi ekonomiċi individwali u l-utenti, it-twaħħil tal-marka CE lill-prodotti tal-kostruzzjoni, ir-reviżjoni tar-rekwiżiti bażiċi tax-xogħlijiet u s-sistemi ta' valutazzjoni u verifika tal-konsistenza tal-prestazzjoni.

Emenda 23 - Premessa 43 c (ġdida)

Din il-premessa ġdida tressaq il-kontenut tar-rekwiżit tax-xogħol bażiku 7. Fil-prinċipju, jista' jiġi appoġġat iżda jqajjem xi mistoqsijiet (ma ġewx issuġġeriti rekwiżiti bażiċi tax-xogħol oħra għal trattament simili fil-premessi). Barra minn hekk, l-addizzjoni rispettiva u aċċettabbli lill-Anness I innifsu mill-Emenda 93 tal-Parlament ma tqisitx hawnhekk. Għalhekk, ġew inklużi xi aġġustamenti fil-proposta emendata tal-Kummissjoni. - Bħal fl-emenda preċedenti tal-Parlament, il-premessa bin-numru 43b, mhix proposta li tiġi inkluża, il-premessa l-ġdida kkonċernata għalhekk tista' ssir il-premessa 43b tal-proposta emendata, u b'hekk tħalli post għal premessa ġdida oħra tal-Parlament, issuġġerita bħala l-premessa 11a, li għandha titqiegħed bħala l-premessa 43c.

L-iżvilupp tar-rekwiżit bażiku tax-xogħol 7 dwar "l-użu sosàtenibbli tar-riżorsi naturali" għandu partikolarment iqis ir-riċiklabilità tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni, il-materjal u l-partijiet tagħhom wara d-demolizzjoni, id-durabilità tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni u l-użu ta' materja prima u sekondarja ambjentalment kompatibbli fix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni.

Emenda 24 - l-Artikolu 1

L-Emenda 24 tixtieq tiċċara iktar is-suġġett tal-proposta b'mod kompletament aċċettabbli mill-Kummissjoni. Madankollu, skont il-Kummissjoni il-kliem jista' jiġi aġġustat kemxejn, biż-żieda tal-kelma " armonizzat " fil-kuntest tar-regoli tal-istabbiliment.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-kostruzzjoni bl-istabbiliment ta' regoli armonizzati dwar kif tkun espressa l-prestazzjoni ta' prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom u dwar l-użu tal-marka CE fuq dawk il-prodotti.

Emenda 115 - l-Artikolu 2, punt 1 a (ġdid)

Din id-definizzjoni l-ġdida tikkonċerna l-użu mnaqqas ta' ETAs u tgħin fid-distinzjoni tas-sitwazzjonijiet ikkonċernati. Billi dawn il-kjarifiki jtejbu l-kwalità tal-proposta, wara li tiġi emendata sostanzjalment bit-tneħħija tal-użu parallel ta' ETAs u hENs, il-Kummissjoni tista' tappoġġahom bis-sħiħ. Madankollu, post aħjar għal din il-premessa l-ġdida jidher li huwa fil-punt 12a (jekk wieħed isegwi n-numerazzjoni tal-proposta inizjali); Barra minn hekk, ġew inklużi xi suġġerimenti għal kif jitpoġġew il-kliem fil-proposta emendata sabiex ir-riżultat ikun iktar ċar u konċiż.

Ara l-Artikolu 2, il-punt (12a)

12a. "prodott mhux kopert jew mhux kopert kompletament minn standard armonizzat" tfisser kull prodott tal-kostruzzjoni, li l-prestazzjoni tiegħu ma tistax tiġi evalwata kompletament, f’rabta mal-karatteristiċi essenzjali ta' dan il-prodott, skont standard armonizzat eżistenti, billi fost oħrajn:

(a) il-prodott ma jaqa' fl-ambitu ta' ebda standard armonizzat eżistenti; jew

(b) għallinqas għal karatteristika essenzjali waħda ta' dak il-prodott, il-metodu ta' valutazzjoni previst fl-istandard armonizzat mhuwiex adegwat; jew

(c) l-istandard armonizzat ma fihx metodu ta' valutazzjoni fir-rigward ta' mill-inqas karatteristika essenzjali waħda ta' dak il-prodott;

Emenda 27 - l-Artikolu 2, punt 3a (ġdid)

L-Emenda 27 tikkonsisti fiż-żieda ta' definizzjoni ġdida għal " prestazzjoni ta' prodott tal-kostruzzjoni ". Sabiex din tiddaħħal, madankollu, il-kliem għandu jkun aħjar sabiex jakkomoda l-bżonnijiet reali għal din id-definizzjoni. F'dan il-kuntest, pjuttost bħal dawn li ġejjin, għandu jkun hemm koerenza bejn l-użu tal-kunċetti "valur", "livell", "klassi" u "limitu"'; u "individwu" ma jidhirx li għandu valur miżjud hawnhekk. Kollox ma' kollox, tqies l-aktar xieraq li din il-kwistjoni tiġi indirizzata fil-proposta emendata tal-Kummissjoni fil-premessi (ara l-premessa 14, fejn ġiet miżjuda).

Ara l- Premessa 14

Emenda 116 - l-Artikolu 2, punt 3b (ġdid)

Din id-definizzjoni l-ġdida tirrigwarda " livell ta' limitu ". Sabiex din tiddaħħal, madankollu, il-kliem għandu jkun aħjar sabiex jakkomoda l-bżonnijiet reali għal din id-definizzjoni. Il-kelma "karatteristika" tintuża hawnhekk fit-tifsira tal-kunċett "parametru". Għalhekk, sabiex ma jkunx hemm nuqqas ta' ftehim dwar il-konsegwenzi legali ta' dawn il-livelli ta' limitu minħabba d-differenzjar bejn dawk "tekniċi" u dawk "regolatorji", il-kliem għandu jiġi aġġustat. F'dan il-kuntest, pjuttost bħal dawk ta' ħdejh, għandu jkun hemm koerenza bejn l-użu tal-kunċetti "valur", "livell", "klassi" u "limitu": din torbot ukoll mal-Artikoli l-oħra (ara l-Artikoli 18 u 20). Fil-fatt, il-proposta emendata tal-Kummissjoni qed tissuġġerixxi li dan jiġi solvut billi jiddaħħal il-kontenut tal-emenda 27 tal-Parlament dwar "prestazzjoni" fil-premessi (ara l-premessa 14) kif ukoll billi tiġi introdotta definizzjoni ġdida oħra, dik ta' " livell ", bħala l-punt 3a.

3a. "livell" tfisser ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-rendiment ta' prodott tal-kostruzzjoni f'rabta mal-karatteristiċi essenzjali, espress bħala valur numeriku;

3b. "livell ta' limitu" tfisser livell minimu jew massimu ta' prestazzjoni ta' prodott tal-kostruzzjoni, determinat fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati.

Emenda 117 - l-Artikolu 2, punt 3 c (ġdid)

Din id-definizzjoni l-ġdida tikkonċerna l-kunċett " klassi ". Sabiex din tiddaħħal, madankollu, il-kliem għandu jkun aħjar sabiex jakkomoda l-bżonnijiet reali għal din id-definizzjoni. Il-kelma "karatteristika" tintuża hawnhekk fit-tifsira tal-kunċett "parametru". Għalhekk, il-kliem għandu jiġi aġġustat. F'dan il-kuntest, pjuttost bħal dawk ta' qabel, għandu jkun hemm koerenza bejn l-użu tal-kunċetti "valur", "livell", "klassi" u "limitu"';

3c. "klassi" tfisser firxa ta' livelli, delimitati b'valur minimu u massimu, ta' prestazzjoni ta' prodott tal-kostruzzjoni;

Emenda 30 - l-Artikolu 2, punt 4 a (ġdid)

L-Emenda 30 iddaħħal definizzjoni ta' " Evalwazzjoni Teknika Ewropea " fil-proposta. L-idea hija aċċettata mill-Kummissjoni kif inhi. Madankollu, billi l-aħħar parti ta' din l-emenda tal-Parlament tidher li ma għadhiex meħtieġa, minħabba li l-istess kwistjoni ġiet inkluża fl-Artikoli korrispondenti ta’ promulgazzjoni, jinħtieġ xi tibdil fil-kliem għall-proposta emendata tal-Kummissjoni; barra minn hekk, l-aħjar post (fl-istruttura tal-proposta inizjali) għal din id-definizzjoni jidher li hu l-punt 13a.

Ara l- Artikolu 2, punt 13a

13a. "Evalwazzjoni Teknika Ewropea" tfisser l-evalwazzjoni dokumentata tal-prestazzjoni ta' prodott tal-kostruzzjoni, f'rabta mal-karatteristiċi essenzjali, skont id-Dokument ta' Valutazzjoni Ewropea rispettiv;

Emenda 39 - l-Artikolu 2, l-ordni tal-punti 4 b sa 4m (parzjalment ġdid)

L-Emenda 39 tirrifletti x-xewqa tal-Parlament Ewropew li jqiegħed dawn id-definizzjonijiet f’ordni mibdula. Il-Kummissjoni tqis li din l-idea li l-ordni jiġi aġġustat hija pjuttost aċċettabbli, iżda kieku ma tagħmilhiex sakemm tkun iċċarat u ddeterminat liema definizzjonijiet finalment għandhom jiġu inklużi fit-test. Barra minn hekk, il-punti 1a sa 4a (fl-emendi tal-Parlament, kif diġà ssuġġerit parzjalment fuq) kif ukoll il-punt 16a sa 20 għandhom jitqiesu għall-inklużjoni f’dan l-aġġustament eventwli. Għalhekk, il-proposta emendata tal-Kummissjoni ma fiha ebda reazzjoni għall-Emenda 39 f’dan l-istadju.

Emenda 36 - Artikolu 2, punt 4 c

Din l-emenda għandha l-għan li żżid xi elementi ġodda ta' kjarifika fid-definizzjoni fil-punt 13 tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni dwar l-EADs: għaldaqstant, l-ewwel parti tagħha tista' tiġi aċċettata. Min-naħa l-oħra, il-parti finali li tirrepeti r-restrizzjoni fl-ambitu tal-ħruġ tal-EADs tidher li hija superfluwa u ripetittiva hawnhekk.

13. "Dokument ta' Valutazzjoni Ewropea" tfisser dokument adottat mill-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika, għall-iskop li jinħarġu Evalwazzjonijiet Tekniċi Ewropej.

Emenda 33 - Artikolu 2, punt 4 e

Fis-sekwenza tal-emendi tal-Parlament, din tikkorrispondi għall-punt 7 tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni, li jittratta l-kunċett " manifattur ". Billi din l-emenda hija l-ewwel allinjament rikjest fit-test finali mal-aħħar diċitura tad-Deċiżjoni 768/2008/KE, il-Kummissjoni taċċettaha kif inhi.

7. "manifattur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott għall-kostruzzjoni jew li twassal li prodott ikun manifatturat, u li jikkummerċjalizza l-prodott fis-suq f'ismu jew taħt il-marka tad-ditta tiegħu;

Emenda 32 - Artikolu 2, punt 4 i

Fis-sekwenza tal-emendi tal-Parlament, din tikkorrispondi għall-punt 5 tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni, li jittratta l-kunċett " magħmula disponibbli fis-suq ". Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni hija simili għall-kliem użati konsistentement fil-Pakkett tas-Suq Intern għall-Oġġetti. Għal din ir-raġuni wkoll, filwaqt li fil-prinċipju l-kjarifiki li l-Parlament jixtieq idaħħal hawnhekk taċċettahom, il-Kummissjoni tqis li din il-kwistjoni tiġi ttrattata aħjar fil-premessi biss (ara fuq, l-emenda 124, u l-premessa 21c tal-proposta emendata).

Ara l-premessa 21c

Emenda 34 - l-Artikolu 2, punt 16 a (ġdid)

L-Emenda 34 tikkonsisti f’definizzjoni ġdida għal “ utent ". L-idea li tiżdied din id-definizzjoni lill-proposta hija aċċettabbli, iżda għandhom jitqiesu kif xieraq l-aspetti legali għar-responsabbiltajiet involuti. Għalhekk, jinħtieġu xi aġġustamenti lill-kliem issuġġeriti mill-Parlament, li jirriżulta fil-formolazzjoni tal-proposta emendata tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-aħjar post għal dan it-test ġdid jidher li hu l-punt 11a fis-sekwenza inizjali tal-proposta.

11a. "utent” tfisser kull persuna naturali jew legali responsabbli, skont ir-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, għall-inkorporazzjoni sikura ta' prodott tal-kostruzzjoni fix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni;

Emenda 35 - l-Artikolu 2, punt 16 b (ġdid)

Din l-emenda tressaq definizzjoni ġdida ta’ “ Korp għall-Valutazzjoni Teknika ” (TAB). Il-Kummissjoni tista’ taċċettaha fil-prinċipju basta jiġi aġġustati l-kliem użati: l-aħħar parti tat-test tal-Parlament, li tirrepeti r-restrizzjoni fl-ambitu li jinħarġu EADas, tidher superfluwa hawnhekk. Barra minn hekk, l-aħjar post għal dan it-test ġdid jidher li hu l-punt 12B fis-sekwenza inizjali tal-proposta.

12b. “Korp ta’ Valutazzjoni Teknika” tfisser korp maħtur minn Stat Membru biex jieħu sehem fl-iżvilupp ta’ Dokumenti ta’ Valutazzjoni Teknika u biex iwettaq il-ħidmiet marbuta mal-ħruġ tal-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej;

Emenda 40 - Artikolu 2, punt 18

L-Emenda 40 tixtieq tiċċara iktar id-definizzjoni ta’ “ kontroll tal-produzzjoni f’fabbrika ” billi żżidilha xi elementi ġodda Il-Kummissjoni taċċetta fil-prinċipju l-ħtieġa għal ċerti kjarifiki hawnhekk; madankollu, dawn l-elementi kollha miżjuda ma jidhrux ġustifikati kompletament billi xi wħud iġibu magħhom restrizzjonijiet eċċessivi. Barra minn hekk, l-użu ta’ xi kunċetti mhuwiex konformi mal-bqija tal-proposta u għalhekk jidher li jeħtieġ xi aġġustamenti.

18. "kontroll tal-produzzjoni f'fabbrika" tfisser il-kontroll intern permanenti dokumentat tal-produzzjoni f'fabbrika, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati relevanti; ;

Emenda 41 - l-Artikolu 2, punt 20 a (ġdid)

L-Emenda 41 tikkonsisti f’definizzjoni ġdida għal “ kit ". L-idea li tiżdied din id-definizzjoni lill-proposta tista’ tiġi aċċettata iżda l-kliem jibbenefika minn xi kunsiderazzjonijiet, bil-ħsieb tal-ħtiġijiet prattiċi u l-esperjenzi mis-settur tal-kostruzzjoni matul l-applikazzjoni tas-CPD. Barra minn hekk, l-aħjar post għal dan it-test ġdid jidher li hu l-punt 1a fis-sekwenza inizjali tal-proposta.

Cf. l- Artikolu 2, punt 1a

1a. “kit’ tfisser sett ta’ għallinqas żewġ komponenti separati li jeħtieġ jingħadqu flimkien biex jiġu installati fix-xogħlijiet

Emenda 47 - Artikolu 5, paragrafu 2 punt c a (ġdid)):

L-Emenda 47 tikkonsisti fil-kunċett ta’ użu “ġeneriku” intenzjonat. Il-Kummissjoni taċċetta din l-idea iżda għall-konsistenza mal-prassi attwali, l-espressjoni “l-użu ġeneriku intenzjonat” għandha tiġi sostitwita b’“użu intenzjonat aħħari”.

Emenda Nru 50 - Artikolu 6, paragrafu 1, sottoparagrafu 1

L-Emenda 50 tikkonsisti fir-riformolazzjoni tal-Artikolu 6(1), li issa jipprova jagħmilha eħfef li wieħed iforni l-copji DoP elettronikament ukoll: il-bidla ċara lill-Artikolu 6(2) tidher li tindika x-xewqa tal-Parlament Ewropew li jagħti preferenza lil eSupply. Jekk din ir-riorjentazzjoni kellha tiġi aċċettata b'mod wiesa' fost l-Istati Membri wkoll, il-Kummissjoni ma tara ebda raġuni għalfejn għandha topponieha.

Emenda Nru 51 - Artikolu 6, paragrafu 2

L-Emenda 51 hija konsistenti mal-emenda 50: din l-emenda tidher li tindika x-xewqa tal-Parlament Ewropew li jagħti preferenza lil eSupply. Jekk din ir-riorjentazzjoni kellha tiġi aċċettata b'mod wiesa' fost l-Istati Membri wkoll, il-Kummissjoni ma tara ebda raġuni għalfejn għandha topponieha. Madankollu, il-kliem għandu jittejjeb eż. il-kelma “produttur” tidher li mhix kunċett korrett hawnhekk.

Emenda Nru 53 - Artikolu 7, paragrafu 1, sottoparagrafu 1 (“Il-marka CE ... ma tistax titwaħħal”)

L-ewwel parti ta’ din l-Emenda 53 ma timmodifikax it-tifsira tal-proposta, iżda ma titqiesx li hija meħtieġa.

Emenda 56 - l-Artikolu 8, paragrafu 4 a (ġdid)

L-Emenda 56 ma fihiex problemi fis-sustanza. Madankollu, mhijiex meħtieġa billi jeżistu diġà klawżoli simili fir-Regolament 765/2008. Madankollu, jekk kellha tiġi inkluża, għandha tiġi riformulata aktar.

Emenda 58 - l-Artikolu 9, paragrafu 1 a (ġdid)

L-Emenda 58 tirrifletti x-xewqat tal-Parlament l-ewwel nett li jenfasizza l-indipendenza tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott futuri (bħal fil-proposta emendata tal-Kummissjoni, "PCPs għall-Kostruzzjoni") u t-tieni li tobbliga lill-Kummissjoni li tfassal linji gwida għar-responsabbiltajiet tagħhom. Il-Kummissjoni taqbel fil-prinċipju maż-żewġ ideat; madankollu, jidher li xi tibdil fil-kliem huwa inevitabbli, meta jitqies partikolarment ir-rwol attwali u dak previst tal-Kumitat Permanenti għall-Kostruzzjoni. Kull klawżola li "tawtorizza” l-azzjonijiet diskrezzjonarji tal-Kummissjoni tista’ tinqara wkoll li tirrestrinġi kull kompetenza bħal din inħawi oħra, mingħajr dawn id-dispożizzjonijiet. Barra minn hekk, l-aspetti tal-indipendenza jistgħu jkunu koperti aħjar minn paragrafu separat: sabiex jiġu integrati bl-aħjar mod fit-test u jitqiesu l-ħtiġijiet l-oħra li qed jitfaċċaw, il-proposta emendata tal-Kummissjoni tikkonsisti fir-riformolazzjoni bir-reqqa ta' din il-kwistjoni, diviża f'diversi paragrafi.

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti tal-Kostruzzjoni skont id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 764/2008 dwar il-ħatra u l-komunikazzjoni tagħhom.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament imsemmi għandhom japplikaw għall-Punti ta' Kuntatt tal-Prodotti tal-Kostruzzjoni, fir-rigward tal-prodotti tal-kostruzzjoni.

3. Barra mill-kompiti definiti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-Punti tal-Kuntatt dwar il-Prodotti jipprovdu wkoll l-informazzjoni dwar kwalunkwe rekwiżit regolatorju applikabbli għall-inkorporazzjoni, l-assemblaġġ jew l-installazzjoni ta' tip speċifiku ta' prodott għall-kostruzzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

4. Punti ta’ Kuntatt tal-Prodott għall-Kostruzzjoni għandhom ikunu indipendenti minn kwalunkwe entità jew organizzazzjoni fil-proċedura għall-ksib tal-marka CE.

Emenda 61—Artikolu 16, paragrafu 2, sottopara 1, parti 2 (“L-istandards armonizzati għandhom jipprovdu l-użu intenzjonat ġeneriku tal-prodotti ... imsemmi fl-Artikolu 51(2)”)

Il-Kummissjoni taċċetta fil-prinċipju l-idea li dawn il-kunċetti jiġu inklużi fl-istandards iżda, għall-konsistenza mal-prassi attwali, l-espressjoni “l-użu ġeneriku intenzjonat” għandha tiġi sostitwita b’ “użu intenzjonat aħħari”. Barra minn hekk, jidher li jinħtieġ li fl-Artikolu 2 tiżdied id-definizzjon ta’ dan il-kunċett. Din id-definizzjoni hija proposta għalhekk bħala l-Artikolu 2, il-punt 17a. Għall-bqija tal-emendi, ir-rabtiet mad-distinzjoni bejn it-tipi differenti tal-karatteristiċi essenzjali jew ir-referenza għall-Anness IV, it-Tabella 1, ma jidhrux li huma utli hawnhekk għall-iskop deskritt hawn fuq.

2. L-istandards armonizzati għandhom jipprovdu l-metodi u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-kostruzzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

Meta previst fil-mandat rispettiv jew jekk iġġustifikat teknikament mod ieħor, standard armonizzat għandu jirreferi għal użu intenzjonat aħħari tal-prodotti li se jkopri.

Artikolu 2(17a)

17a. “użu intenzjonat aħħari” tfisser wieħed mill-użi aħħarija tal-prodotti tal-kostruzzjoni kif elenkati fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament jew kif definit mod ieħor fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rispettiva;

Emenda Nru 119 – Artikolu 18, paragrafi 2, 3 u 4

L-Emenda 119 tiġbor flimkien diversi emendi preċedenti li ssuġġerixxa l-Parlament għal dan l-Artikolu. L-għanijiet ġenerali tagħha huma aċċettabbli kompletament għall-Kummissjoni, iżda l-kliem li jirriżulta mill-elaborazzjonijiet tal-Parlament jeħtieġlu xi aġġustamenti, l-aktar ta’ natura editorajli. Fil- paragrafu 2, ir-referenza miżjuda mal-mandati riveduti tidher li taqdi l-iskop pjuttost adegwatament, jekk titpoġġa fit-tarf tal-ewwel sottoparagrafu, minflok tat-tieni.

2. Fejn mhumiex stabbiliti mill-Kummissjoni klassijiet ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni, huma jistgħu jiġu stabbiliti mill-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej fi standards armonizzati, fuq il-bażi ta’ mandat rivedut .

Fejn il-Kummissjoni tkun stabbiliet klassijiet ta' prestazzjoni f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali ta' prodotti għall-kostruzzjoni, il-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej għandhom jużaw dawk il-klassijiet fl-istandards armonizzati.

Il- Paragrafu 3 jittratta l-istabbiliment ta’ “ livelli minimi ta’ prestazzjoni ”, it-tneħħija tal-klawżoli inizjali fuq “ ikklassifikat mingħajr ittestjar jew mingħajr iktar ittestjar ”, li għalhekk għandu jiġi inkorporat mill-ġdid fil-proposta bħall-paragrafu 3a li ġej, kif aġġustat b’mod xieraq. Barra minn hekk, il-kunċett preċedenti ġie sostitwit fil-proposta emendata tal-Kummissjoni b’“ livelli ta’ limitu ”, kif diskussi wkoll hawn fuq il-kuntest ta’ din id-definizzjoni l-ġdida miżjuda fl-Artikolu 2 bħala l-punt 3b. Ukoll, ir-referenza hawnhekk għal “ użu ġeneriku intenzjonat ” jeħtieġ tiġi sostitwita b" użu aħħari intenzjonat ", kif spjegat hawn fuq fl-Artikolu 16(2) (cf. l-Emenda 61).

3. Meta previst fil-mandati rispettivi , il-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni għandhom jistabbilixxu fl-istandards armonizzati li velli ta’ limitu fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali u, fejn xieraq, għall-użi intenzjonati aħħarija, li għandhom jiħu sodisfatti mill-prodotti tal-kostruzzjoni fl-Istati Membri .

3a. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi kundizzjonijiet li fihom prodott għandu jitqies li jissodisfa ċertu livell jew klassi ta' prestazzjoni mingħajr ittestjar jew mingħajr aktar ittestjar.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 51(2).

Fejn mhumiex stabbiliti mill-Kummissjoni kundizzjonijiet, dawn jistgħu jiġu stabbiliti mill-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej fi standards armonizzati, fuq il-bażi ta’ mandat rivedut.

Il-bidliet adottati mill-Parlament għall- paragrafu 4 marbuta mal-obbligu tal-Istati Membri li jsegwu s-sistemi ta’ klassifikazzjoni stabbiliti fil-livell Komunitarju fl-attivitajiet regolatorji rispettivi tagħhom, jistgħu jiġu aċċettati kif inhuma mill-Kummissjoni.

4. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-livelli jew il-klassijiet ta' prestazzjoni, li għandhom jikkonformaw magħhom il-prodotti tal-kosruzzjoni, f'relazzjoni mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom ( IMĦASSAR : ta’ prodotti għall-kostruzzjoni) biss skont is-sistemi ta' klassifikazzjoni stabbiliti mill-korpi għall-istandardizzazzjoni Ewropej fi standards armonizzati, jew mill-Kummissjoni.

Emenda Nru 67 - Artikolu 19, paragrafu 3

Din l-emenda tirrifletti x-xewqat tal-Parlament li jinkludi, kemm fil-mandati kif ukoll fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati, informazzjoni dwar l-" użu ġeneriku ppjanat " (li ovvjament huwa l-istess kunċett bħal " użu ġeneriku intenzjonat " utilizzat qabel mill-Parlament u għalhekk jeħtieġ jinbidel b’" użu ġeneriku intenzjonat ”, kif spjegat hawn fuq fl-Artikolu 16(2) (cd. Emenda 61)). Filwaqt li din l-idea hija appoġġata kompletament, fejn xieraq, mill-Kummissjoni, jidher li jkun aħjar jekk din tiġi indirizzata biss fl-Artikolu 16, li għandu speċifikament l-għan tal-kontenut kemm tal-istandards kif ukoll tal-mandati, u rispettivament fl-Artikolu 20 (bħala paragrafu 2a ġdid) f’dak li għandu x’jaqsam mal-EADs. Dawn id-dispożizzjonijiet diġà ddaħħlu fil-proposta emendata tal-Kummissjoni fiż-żewġ Artikoli, li skont il-Kummissjoni tevita l-ħtieġa li jiġi emendat bi kwalunkwe mod l-Artikolu 19 għal dan l-iskop.

Artikolu 20(2a)

2a. Fejn xieraq, l-organizzazzjoni tal-Korpi għal Valutazzjoni Teknika msemmija fl-Artikolu 25(1) għandha tistabbilixxi fl-EAD, il-livelli ta’ limitu marbuta ma' dawk il-karatteristiċi essenjali tal-prodott għall-kostruzzjoni, li huma relatati mal-użu intenzjonat aħħari mill-manifattur.

Emenda Nru 68 - Artikolu 20, paragrafu 1

L-Emenda 68 hija parti mill-bidliet adottati mill-Parlament sabiex iħassru l-użu parallel tal-ETAs u l-istandards armonizzati, jiġifieri li jirrestrinġu l-ħruġ ta' ETAs għal każijiet fejn il-prodotti tal-kostruzzjoni kkonċernati ma jkunux koperti jew ma jkunux koperti kompletament minn standard armonizzat (ara hawn fuq fl-Emenda 8 dwar il-premessa 16). Kif imsemmi diġà, il-Kummissjoni bdiet tappoġġa din l-għażla ġenerali; madankollu, skont il-Kummissjoni jkun biżżejjed li tiddaħħal din l-emenda rispettiva fl-Artikolu 21(1) biss, minflok li tiġi ripetuta f’kull kuntest. Għalhekk, il-proposta emendata tal-Kummissjoni ma fihiex tibdil fl-Artikolu 20(1).

Ara l- Artikolu 21.1

1. Il-Valutazzjoni Teknika Ewropea (ETA) għandha tinħareġ minn Korp għal Valutazzjoni Teknika, għal prodott għall-kostruzzjoni mhux kopert jew mhux kopert kompletament minn standard armonizzat , fuq talba ta' manifattur jew importatur fuq il-bażi ta' EAD skont il-proċedura mniżżla fl-Anness II..

Emenda 120 - l-Artikolu 20, paragrafu 3 a (ġdid)

Din l-emenda tikkonsisti f’paragrafu ġdid li l-Parlament jixtieq biex jiffaċilità t-trasferiment minn EADs għal standards armonizzati: dan il-prinċipju li jista’ jiġi appoġġat bis-sħiħ, diġà ġie diskuss fuq fl-emenda 5 dwar il-premessa 14. Kollox ma’ kollox, skont il-fehma tal-Kummissjoni, jidher li jkun iktar xieraq li din il-kwistjoni tiġi indirizzata biss b’dawk ir-referenzi msaħħa fil-premessa msemmija, mingħajr ma jiġu inklużi emendi oħra fit-test ewlieni tal-proposta. Il-verżjoni emendata għalhekk issegwi din il-linja.

Ara l- premessa 14 .

Emenda Nru 71 - Artikolu 24, paragrafu 2, sottoparagrafu 1

B’din l-emenda, il-Parlament jixtieq jenfasizza l-ħtieġa għat-trasparenza tal-evalwazzjonijiet inter pares u għall-aċċessibilità tal-proċeduri sussegwenti ta' appell. Skont il-Kummissjoni, dawn l-għanijiet ikunu utli, iżda (fir-rigward tat-trasparenza) għandhom jitqiesu wkoll hawnhekk il-kwistjonijiet tal-kunfidenzjalità. Barra minn hekk, il-proċeduri kollha tal-appell għandhom ovvjament ikunu aċċessibbli, inkella l-kwistjoni ma tkunx iktar dwar l-appelli. L-aħjar mod biex dawn l-għanijiet parzjalment kunfliġġenti jiġu akkomodati huwa li l-kwalifikatur " adegwati " jitmexxa biex ifisser mhux biss il-proċeduri ta' appell iżda minflok dawn il-kuntesti kollha.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri adegwati għat-twettiq tal-evalwazzjoni, inklużi proċeduri ta' appell ( IMĦASSRA : adegwati) kontra deċiżjonijiet meħudin bħala riżultat tal-evalwazzjoni..

Emendi 122, 111 u 77 – Artikolu 26, paragrafu 1, punti b u c u sottoparagrafu 1a (ġdid), paragrafu 2a (ġdid)

L-emendi kkonċernati kollha jittrattaw partijiet tal-Artikolu 26, li jikkonċerna l-parti kbira tal-proċeduri simplifikati. Iktar speċifikament, l-enfasi tal-Parlament issa hija diretta primarjament fuq il-qsim u l-proċessi ta' cascading (il-punti b u c) kif ukoll fuq l-esklużjoni tal-importaturi minn dawn il-proċeduri.

L-ewwel nett, il-Parlament jixtieq jiċċara li l-kundizzjonijiet għall-qsim (il-punt b), partikolarment il-ħtieġa għall-kunsens mill-manifattur li inizjalment kiseb ir-riżultati tat-test ikkonċernat. Il-Kummissjoni taċċetta u tappoġġa bis-sħiħ din il-kjarifika, li għalhekk iddaħħlet kif inhi fil-proposta emendata tal-Kummissjoni (fil-fatt, mingħajr l-aħħar kelma " jew ", billi l-użu tagħha kien jikkawża impressjoni żbaljata li l-manifattur seta' jagħżel li juża waħda biss kull darba mill-proċeduri alternattivi differenti fl-Artikolu 26).

L-emenda tal-Parlament dwar il-proċessi ta' cascading (punt c) tibda billi żżid referenzi għall-" fornituri tas-sistema ". Hawnhekk ukoll, il-Kummissjoni taċċetta din l-emenda li ttejjeb il-kwalità u l-preċiżjoni tal-proposta. Min-naħa l-oħra, is-sentenzi miżjuda li ġejjin dehru kemxejn bla bżonn, jew, fil-każ tal-aħħar waħda, possibbilment iżidu piżijiet bla bżonn fuq il-manifattur. Għalhekk, ma ġewx inklużi fil-proposta emendata tal-Kummissjoni.

Fl-aħħar nett, il-Parlament jixtieq idaħħal paragrafu ġdid li jikkonċerna l-esklużjoni tal-importaturi mill-ambitu ta' dan l-Artikolu. Fil-prinċipju, l-idea hija aċċettabbli iżda, skont il-Kummissjoni, kif imsemmi hawn fuq fl-emenda 18 tal-Parlament (il-premessa 33a ġdida, li fil-proposta emendata tal-Kummissjoni ddaħħlet bħala l-premessa 34a), jidher li jixraq iktar li dawn l-istess prinċipji ma jiġux ripetuti fil-kuntest ikkonċernat. Il-Kummissjoni tippreferi tiċċara din il-kwistjoni darba għal dejjem fil-premessa l-ġdida msemmija. Barra minn hekk, ta' min jinnota li l-Artikolu 14 ma joħloqx drittijiet ġodda għall-"manifatturi" fl-ambitu tiegħu, iżda minflok jimponi biss obbligi ġodda fuqhom. Din il-kwistjoni torbot ukoll l-emenda tal-Parlament 83, hawn taħt, billi żżid tip simili ta' paragrafu ġdid lill-Artikolu 27 għall-istess skop. Għal dawn ir-raġunijiet, paragrafu ġdid bħal dan ma ġiex inkluż fil-proposta emendata tal-Kummissjoni.

(a) għal wieħed jew aktar karatteristiċi essenzjali tal-prodott għall-kostruzzjoni li jikkummerċjalizza, dak il-prodott jitqies li jilħaq ċertu livell jew klassi ta' prestazzjoni mingħajr ittestjar jew kalkolu, jew mingħajr ittestjar jew kalkolu ulterjuri, b'konformità mal-kundizzjonijiet imniżżlin fl-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata jew id-deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni. (IMĦASSAR:) ; )

(b) il-prodott għall-kostruzzjoni li jqiegħed fis-suq jikkorrispondi għat -tip ta' prodott ta' prodott għall-kostruzzjoni ieħor, immanifatturat minn manifattur ieħor u ttestjat diġà b'konformità mal-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti. Meta dawn il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, il-manifattur huwa intitolat li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati tat-testijiet kollha jew għal parti minnhom ta' dan il-prodott l-ieħor.

Il-manifattur jista' juża r-riżultati tat-testijiet miksuba minn manifattur ieħor biss wara li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni ta' dak il-manifattur, li jibqa' responsabbli għall-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-istabbiltà ta' dawk ir-riżultati tat-testijiet.

(c) il-prodott għall-kostruzzjoni li jikkummerċjalizza hu sistema magħmula minn komponenti, li jimmonta skond struzzjonijiet preċiżi mogħtija minn min ipprovda t-tali sistema jew komponent tagħha, li kien diġà ttestja dik is-sistema jew dak il-komponent għal waħda jew aktar mill-karatteristiċi essenzjali tiegħu/tagħha b'konformità ma' l-ispeċifikazzjoni teknika armonizzata rilevanti. Meta dawn il-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, il-manifattur huwa intitolat li jiddikjara prestazzjoni li tikkorrispondi għar-riżultati tat-testijiet kollha jew għal parti minnhom għas-sistema jew il-komponent ipprovdut lilu.

Il-manifattur jista' juża r-riżultati tat-testijiet miksuba minn manifattur ieħor jew fornitur tas-sistema biss wara li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni ta' dak il-manifattur jew fornitur tas-sistema , li jibqa' responsabbli għall-preċiżjoni, l-affidabbiltà u l-istabbiltà ta' dawk ir-riżultati tat-testijiet.

Emenda 78 – Artikolu 27 - titlu

Bl-emenda 78, il-Parlament jixtieq iżid il-kelmiet kwalifikattivi " li jimmanifatturaw prodotti tal-kostruzzjoni " wkoll lit-titlu ta' dan l-Artikolu. L-istess idea hija proposta fl-emenda 79 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu. Filwaqt li taċċetta din l-idea, il-Kummissjoni tqis li mhux xieraq li din tiġi ripetuta fit-titlu u wkoll fit-test tal-Artikolu.

Emenda Nru 79 - Artikolu 27, paragrafu 1

Din l-emenda tikkonsisti biss fiż-żieda tal-istess kelmiet li l-Parlament issuġġerixxa lit-titlu ta' dan l-Artikolu (ara l-emenda preċedenti, indirizzata fuq). Filwaqt li l-Kummissjoni taċċetta l-prinċipju warajha, is-soluzzjoni kkonċernata ma jidhirx li tissodisfa b'mod xieraq il-bżonn li tiġi ċċarata l-proposta inizjali f'dan ir-rigward. Bil-għan li jintlaħaq kompromess aċċettabbli ġeneralment fuq it-trattament tal-mikrointrapriżi, ir-riżultati mid-diskussjoni li għaddejja għalhekk jixirqilhom iktar li jiġu appoġġati. It-test tal-proposta emendata tal-Kummissjoni tirrifletti din il-linja ta' ħsieb.

Id-determinazzjoni tat-tip ta' prodott fuq il-bażi tal-ittestjar tat-tip għas-sistemi applikabbli 4 u 5 kif stipulat fl-Anness V, tista' tiġi sostitwita b'mikrointrapriżi, li jimmanifatturaw prodott tal-kostruzzjoni, b'STD. L-STD għandha turi l-konformità tal-prodott għall-kostruzzjoni mal-ħtiġijiet applikabbli.

Emenda 83 - l-Artikolu 27, paragrafu 2 c (ġdid)

Hawnhekk ukoll, il-Parlament jixtieq idaħħal paragrafu ġdid li jikkonċerna l-esklużjoni tal-importaturi mill-ambitu ta' dan l-Artikolu. Fil-prinċipju, l-idea hija aċċettabbli iżda, skont il-Kummissjoni, kif imsemmi hawn fuq fl-emenda 18 tal-Parlament (il-premessa 33a ġdida, li fil-proposta emendata tal-Kummissjoni ddaħħlet bħala l-premessa 34a), jidher li jixraq iktar li dawn l-istess prinċipji ma jiġux ripetuti fil-kuntest ikkonċernat.

Emenda Nru 84 - Artikolu 28, paragrafu 1

B'din l-emenda, il-Parlament jixtieq jefasizza l-ħtieġa għat-tħeġġiġ tal-fiduċja fis-suq fir-rigward tal-użu tad-Dokumentazzjoni Teknika Speċifika (STD) fil-proċedura simplifikata kkonċernata. Fil-prinċipju, il-Kummissjoni taċċetta dan l-għan. Madankollu, l-iskop eżatt tal-STD (f'dan il-kuntest jew oħrajn) mhuwiex li "jiggarantixxi s-sikurezza", iżda li jintwera u jiġi ġġustifikat li jeżistu kundizzjonijiet predefiniti għall-użu ta' proċedura simplifikata partikolari. Il-kliem "jipprovdi għal livell ekwivalenti ta' kunfidenza u affidabbiltà" jidhru kemxejn diffużi u għalhekk għandhom jiġu aġġustati aħjar biex jissodisfaw l-għanijiet reali ta' din il-klawżola miżjuda. Barra minn hekk, fil-proposta sħiħa, ir-rekwiżiti posti fuq ix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni ġew konsistentement imsejħa " rekwiżiti bażiċi tax-xogħol ", u mhux " essenzjali ..." Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tippreferi tissimplifika t-test ta' dan il-paragrafu skont ir-riżultati mid-diskussjoni li għaddejja. Il-proposta emendata tal-Kummissjoni għalhekk tirrifletti din il-linja ta' ħsieb.

1. Għal prodott għall-kostruzzjoni ddisinjat u mmanifatturat fi proċess ta' produzzjoni mhux industrijalizzat biex tiġi sodisfatta ordni speċifika, u installat f'ħidma waħda identifikata, il-manifattur jista' jissostitwixxi l- parti tal-valutazzjoni ta' prestazzjoni tas-sistema applikabbli, kif stipulat fl-Anness V b'STD, u b'hekk juri l-konformità ta' dak il-prodott mal-ħtiġijiet applikabbli.

Emenda Nru 86 - Artikolu 33, paragrafu 5

L-Emenda 86 tikkonsisti f'referenza miżjuda dwar " trasparenza sħiħa fir-rigward tal-manifattur ". Il-Kummissjoni tappoġġa bis-sħiħ dan il-prinċipju, kif diġà msemmi hawn fuq (ara l-Emenda 11 dwar il-premessa 20), ovvjament illimitata bir-restrizzjonijiet meħtieġa li jirriżultaw mill-aspetti tal-kunfidenzjalità.

Emenda 88 - l-Artikolu 51, paragrafu 2 a (ġdid)

B'din l-emenda, iż-żieda ta' paragrafu ġdid lill-Artikolu kkonċernat, il-Parlament jixtieq jenfasizza l-indipendenza tal-membri tal-Kumitat Permanenti. Dan il-prinċipju jista' jiġi aċċettat mill-Kummissjoni billi dan jista' jgħin iżid it-trasparenza u l-oġġettività. Madankollu, il-kliem jeħtieġ xi simplifikazzjoni billi f'dan il-kuntest l-evalwazzjonijiet ma jiffukawx fuq il-" konformità " (ara l-Artikolu 19 u l-Anness V).

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-kumitat msemmija fil-paragrafu 1 ikunu indipendenti mill-partijiet involuti fl-evalwazzjoni u l-verifika tal-konsistenza tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti tal-kostruzzjoni.

Emenda Nru 89 - Artikolu 53, paragrafu 3

L-Emenda 89 tikkonsisti f'żewġ partijiet miżjuda lill-paragrafu kkonċernat. L-ewwel nett, ir-referenza inizjali tal-proposta lil ETAGs twessgħet biex tinkludi wkoll l-hekk imsejħa CUAPs. Madankollu, għandha ssir distinzjoni bejn l-aċċettanza sħiħa formali tal-CAUPs li ma jgawdux minn dan l-istatus skont is-CPD (li lanqas darba ma jsemmihom), u l-aktar użu estensiv, fejn xieraq, tal-kontenuti tagħhom (il-metodi ta' valutazzjoni previsti u żviluppati fihom) f'dan il-kuntest. Bl-aġġustamenti sussegwenti mdaħħla fl-Anness II, dan l-aħħar objettiv intlaħaq. Għalhekk, filwaqt li l-Kummissjoni taċċetta l-idea wara din il-parti tal-emenda, kif deskritt hawn fuq, kull bidla f'dan l-Artikolu għal dawn l-iskopijiet ma tidhirx li hija neċessarja jew valida.

It-tieni nett, żdied sottoparagrafu ġdid għall-istess skopijiet bħal fl-Artikolu 20(3a) hawn fuq, jiġifieri sabiex jiffaċilita t-trasferiment minn ETAGs lejn hENs. Kif diġà msemmi f'dan il-kuntest preċedenti, aktarx li dan ma jkunx l-aħjar post għal referenza bħal din, li tkun indirizzata (aħjar u) b'mod iktar adegwat fil-premessi (ara l-premessa 14 kif aġġustata). Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ma emendatx il-proposta tagħha fir-rigward tal-paragrafu kkonċernat.

Ara Premessa 14 u Anness II

Emenda 90 – Anness I, paragrafu 1

B’din l-emenda, il-Parlament jixtieq jenfasizza l-ħtieġa li titqies is-saħħa u s-sikurezza ta’ kull min hu involut fiċ-ċiklu kollu tal-ħajja tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni, jiġifieri mill-fażi tal-kostruzzjoni sal-istadju tad-demolizzjoni. Fil-prinċipju, il-kontenuti tagħha huma aċċettabbli iżda skont l-opinjoni tal-Kummissjoni jeħtiġilha tiġi riformolata ftit. Din il-kwistjoni torbot ukoll mal-Emenda 2 u t-test miżjud mill-Parlament bħala l-premessa 8a (fil-proposta emendata tal-Kummissjoni fil-Premessa 14), li tapplika wkoll l-istess approċċ għall-prodotti tal-kostruzzjoni.

B'mod ġenerali u fil-partijiet distinti tagħhom, ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni għandhom ikunu tajbin għall-użu intenzjonat tagħhom, b'kunsiderazzjoni partikolari tas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja tax-xogħlijiet .

Emenda 91—Anness I, Parti3 Kliem ta' introduzzjoni

L-Emenda 91 tikkonċerna ċerti żidiet lill-kliem ta' introduzzjoni ta' BWR 3, għal darb'oħra b'enfasi tal-approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja fir-rigward tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni. Il-prinċipju li tiġi inkluża "is-sikurezza tal-ħaddiema" f'dan il-kuntest sabiex jitqiesu l-istadji tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, huwa aċċettabli. Madankollu, id-Direttiva 89/391/KEE diġà tindirizza din il-kwistjoni. Fi kwalunkwe każ, jidher li jinħtieġ xi riformolazzjoni. Pereżempju, ir-referenza għal "iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom" kif aċċettata mill-Parlament, hija kemxejn ambigwa.

Ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom (IMĦASSAR: ma jkunux theddida ta' theddida la għall-iġjene u lanqas għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, l-okkupanti u tal-ġirien, lanqas ma jeżerċitaw impatt għoli żżejjed tul iċ-ċiklu ta' ħajja kollu tagħhom lill-kwalità tal-ambjent jew lill-klima, matul il-kostruzzjoni, l-użu u t-twaqqigħ tagħhom, b'mod partikolari bħala riżultat ta' waħda minn dawn li ġejjin:

Emenda 92 - Anness I, Parti 6, parti 1 ("Ix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni...l-okkupanti")

Din l-emenda tittratta l-BWR 6. Fl-ewwel parti tagħha jista' jkun hemm qbil dwar iż-żieda ta' "dawl" fil-proposta inizjali. Il-parti l-oħra tal-emenda tal-Parlament ma tistax tiġi appoġġata billi tagħmel konfużjoni bejn ix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni, it-tema ta' dan l-Anness I, u d-domandi fuq il-prodotti tal-kostruzzjoni, li ma għandhomx jiġu posti f'dan il-kuntest.

Ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u l-installazzjonijiet tat-tisħin, tat-tkessiħ, id-dawl u tal-ventilazzjoni jridu jkunu ddisinjati u mibnija b'tali modi li l-ammont tal-enerġija meħtieġa fl-użu jkun baxx, meta wieħed jieħu kont tal-kundizzjonijiet klimatiċi tal-lokalità u l-okkupanti.

Emenda 93 – Anness I, Parti 7. Kliem ta' introduzzjoni

L-Emenda 93 tikkonsisti fiż-żieda tal-kelmiet "għallinqas” fl-introduzzjoni għal BWR 7. Din iż-żieda ta’ “għallinqas" tista’ tiġi aċċettata. F’dan il-kuntest, madankollu, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-fatt li l-BWRs mhux qed jobbligaw lill-Istati Membri jagħmlu xi ħaġa, iżda minflok qed jiddeskrivu “l-oqsma" meqjusa importanti għas-sikurezza (fis-sens wiesa’) tax-xogħol tal-kostruzzjoni.

Ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jridu jkunu ddisinjati, mibnija u mwaqqa' b'tali mod li l-użu ta' riżorsi naturali jkun sostenibbli u jiżgura, għallinqas , dan li ġej:

Emenda 94 - Anness II, Titlu

Din l-emenda tikkonċerna t-titlu tal-Anness II, biż-żieda tar-referenza għall-ambitu tal-EADs u l-ETAs. Din il-kwistjoni ġiet iċċarata fil-partijiet preċedenti tat-test. F’dawn iċ-ċirkostanzi, filwaqt li aċċettata kif inhi, il-Kummissjoni ma qisitx li jinħtieġ li din ir-referenza tiddaħħal hawn ukoll.

Emenda 99 - Anness III, il-punt 4

Din l-emenda tikkonċerna r-referenza miżjuda fl-Anness III għall-“użu ġeneriku” tal-prodott ikkonċernat. Sabiex jinżamm l-użu koerenti tal-kunċetti fil-proposta sħiħa, din iż-żieda għandha tiġi aġġustata bħala r-referenza għal “l-użu aħħari intenzjonat” li huwa l-kunċett użat bnadi oħra.

4. Identifikazzjoni tal-prodott (li tippermetti t-traċċabbiltà ) u referenza għall-użu aħħari intenzjonat :

Emendi 102-106 - Anness V, Parti 1, punti 1.1., 1.2., 1.3., 1.4., 1.5, kliem ta’ introduzzjoni

Dawn l-emendi jikkonsistu fiż-żamma tal-istess numerazzjoni tas-sistemi li diġà jintużaw fis-CPD. Il-Kummissjoni taċċetta bis-sħiħ l-idea li din il-kwistjoni terġa’ tinfetaħ u titqies mill-ġdid: madankollu, f’dan il-kuntest għandha tittieħed tingħata attenzjoni wkoll tal-possibilitajiet l-oħra avvanzati fid-diskussjoni li għaddejja fil-Kunsill. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-proposta emendata tal-Kummissjoni ma fiha ebda reazzjoni għall-Emendi 102 sa 106 f’dan l-istadju.

3.3. Proposta emendata

Fid-dawl tal-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni qed temenda l-proposta tagħha kif indikat hawn fuq.

Top