This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1244
Regulation (EU) 2024/1244 of the European Parliament and of the Council of 24 April 2024 on reporting of environmental data from industrial installations, establishing an Industrial Emissions Portal and repealing Regulation (EC) No 166/2006 (Text with EEA relevance)
Regolament (UE) 2024/1244 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, li jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2024/1244 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, li jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
PE/101/2023/REV/1
ĠU L, 2024/1244, 2.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1244/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1244 |
2.5.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2024/1244 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ April 2024
dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, li jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 166/2006
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
It-8 Programm ta’ Azzjoni ambjentali tal-Unjoni Ewropea adottat bid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jirrikjedi li l-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati, japplikaw standards għoljin ta’ trasparenza, parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja b’mod effettiv f’konformità mal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (“il-Konvenzjoni ta’ Aarhus”), kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri. |
(2) |
Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, irratifikata mill-Komunità Ewropea fis-17 ta’ Frar 2005 mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE (5), tirrikonoxxi li ż-żieda fl-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali u t-tixrid ta’ tali informazzjoni jikkontribwixxu għal sensibilizzazzjoni akbar dwar kwistjonijiet ambjentali, skambju liberu ta’ fehmiet, parteċipazzjoni aktar effettiva mill-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali u, fl-aħħar mill-aħħar, għal ambjent aħjar. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni ta’ Aarhus tirrikonoxxi d-dritt għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data personali u/jew fajls relatati ma’ persuna fiżika, meta dik il-persuna ma tkunx tat il-kunsens tagħha għall-iżvelar tal-informazzjoni lill-pubbliku, fejn tali kunfidenzjalità hija prevista fil-liġi nazzjonali. Meta il-liġi tal-Unjoni tirrikjedi li l-informazzjoni kummerċjali jew industrijali tinżamm kunfidenzjali biex jiġi protett interess ekonomiku leġittimu, jenħtieġ li dik il-kunfidenzjalità tiġi ssalvagwardjata. |
(3) |
Ir-Regolamenti (UE) 2016/679 (6) u (UE) 2018/1725 (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, rispettivament, fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li jiġu infurmati dwar l-ipproċessar tad-data tagħhom fil-qafas ta’ dan ir-Regolament u dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom skont dawk ir-Regolamenti. |
(4) |
Fit-2 ta’ Diċembru 2005, il-Komunità Ewropea rratifikat il-Protokoll tal-UNECE dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (“il-Protokoll”) bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/61/KE (8). |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), stabbilixxa Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti sabiex jiġi implimentat il-Protokoll. |
(6) |
Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 166/2006, ippubblikat fit-13 ta’ Diċembru 2017, ikkonkluda li l-obbligi tar-rapportar jenħtieġ li jiġu ssimplifikati billi jiġu esplorati aktar sinerġiji ma’ liġi ambjentali relatata oħra tal-Unjoni dwar it-tniġġis minn installazzjonijiet industrijali, inklużi b’mod partikolari d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (11). Ir-rapport enfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu esplorati għażliet għal informazzjoni kuntestwali addizzjonali biex id-data rrapportata ssir aktar effettiva. |
(7) |
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 intitolata “Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: ‘Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija’”, tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni tal-Unjoni dwar tniġġis żero, enerġija, dekarbonizzazzjoni u ekonomija ċirkolari, u tippromwovi l-użu effettiv tal-informazzjoni rrapportata fil-qafas usa’ ta’ monitoraġġ u prospettiva ta’ tniġġis żero u taħt il-qafas ta’ monitoraġġ previst fit-8 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali. |
(8) |
F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rapport tagħha dwar il-progress fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 166/2006, ippubblikat fit-13 ta’ Diċembru 2017, f’Ġunju 2021, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-Aġenzija”), żviluppat Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“il-Portal”) biex jissostitwixxi r-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti, bl-għan ittejjeb is-sinerġiji mar-rapportar imwettaq skont id-Direttiva 2010/75/UE. |
(9) |
Jenħtieġ li l-Portal jipprovdi lill-pubbliku b’aċċess online mingħajr ħlas għal sett ta’ data iktar integrat u koerenti dwar il-pressjonijiet ambjentali ewlenin iġġenerati minn installazzjonijiet industrijali peress li tali data tikkostitwixxi għodda kosteffettiva għat-twettiq ta’ paraguni u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet ambjentali, filwaqt li jinkoraġġixxi prestazzjoni ambjentali aħjar, jittraċċa x-xejriet, juri l-progress fit-tnaqqis tat-tniġġis, fl-installazzjonijiet ta’ valutazzjoni komparattiva, fil-monitoraġġ tal-konformità mal-ftehimiet internazzjonali rilevanti, fl-istabbiliment tal-prijoritajiet u fl-evalwazzjoni tal-progress miksub permezz tal-politiki u l-programmi ambjentali tal-Unjoni u nazzjonali. |
(10) |
Jenħtieġ li l-Portal jippreżenta d-data inkluża fih f’forom aggregati u mhux aggregati ħalli jippermetti lill-utenti jwettqu tfittxijiet immirati kif ukoll jipprovdi mezzi elettroniċi ta’ estrazzjoni faċli tad-data, anki fil-forma ta’ settijiet ta’ data fuq il-bażi ta’ mistoqsijiet. |
(11) |
Ir-rekwiżiti tar-rapportar jenħtieġ li japplikaw fil-“livell tal-installazzjoni” sabiex jiġu implimentati sinerġiji bejn il-Portal u l-bażijiet tad-data dwar il-pressjonijiet ambjentali minn installazzjonijiet industrijali, inklużi dawk koperti mid-Direttiva 2010/75/UE, u biex tiġi żgurata l-koerenza mal-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva u biex tiġi appoġġjata tali implimentazzjoni. |
(12) |
Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Protokoll, ir-rekwiżiti tar-rapportar previsti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-attivitajiet kollha elenkati fl-Anness I tal-Protokoll u, sabiex jiġu sodisfatti dawk ir-rekwiżiti ta’ rapportar, jenħtieġ li tiġi indikata l-faċilità li għaliha tappartjeni l-installazzjoni, jew parti minnha. Barra minn hekk, u bil-ħsieb li jinkisbu sinerġiji mal-liġi ambjentali relatata tal-Unjoni li taffettwa l-installazzjonijiet industrijali, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun allinjat ukoll mal-attivitajiet industrijali skont l-Annessi I u Ia tad-Direttiva 2010/75/UE u ma’ ċerti attivitajiet magħżula koperti mid-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
(13) |
Sabiex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjonijiet industrijali, id-data li għandha tiġi inkluża fil-Portal jenħtieġ li tkopri, ’il fuq mil-livelli limitu kwantitattivi applikabbli elenkati fl-Anness II, ir-rilaxx fl-ambjent ta’ ċerti inkwinanti, it-trasferimenti barra mis-sit tal-ilma mormi li jkun fih dawk l-inkwinanti u t-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart. |
(14) |
Jenħtieġ li l-Portal jinkludi wkoll data dwar l-użu tal-ilma, tal-enerġija u tal-materja prima rilevanti mill-installazzjonijiet ikkonċernati, biex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-progress lejn ekonomija ċirkolari u effiċjenti ħafna fir-riżorsi Id-data li għandha tiġi inkluża fil-Portal jenħtieġ li tkopri l-materja prima rilevanti li tintuża fil-proċess tal-produzzjoni u li jkollha effett jew impatt sinifikanti fuq l-ambjent. Id-determinazzjoni ta’ x’għandu jitqies bħala materja prima rilevanti għandha tkun ibbażata fuq ix-xogħol li sar fil-proċess li wassal għat-tfassil tad-dokumenti ta’ referenza dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE. |
(15) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tar-rapportar mill-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-lista ta’ materja prima rilevanti li għandha tiġi rrapportata mill-operaturi wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu s-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni ambjentali. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
(16) |
L-operaturi tal-installazzjonijiet jenħtieġ li jirrapportaw informazzjoni dwar il-volum tal-produzzjoni u s-sigħat ta’ tħaddim tal-installazzjoni kkonċernata sabiex tkun possibbli l-kuntestwalizzazzjoni tad-data rrapportata dwar ir-rilaxxi ta’ inkwinanti, it-trasferimenti barra mis-sit tal-ilma mormi li fih dawk l-inkwinanti u t-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni, fejn applikabbli, tiġi ttrattata f’konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mal-kunfidenzjalità ta’ dan ir-Regolament. |
(17) |
Il-benefiċċju ġenerali tal-Portal għall-aċċess għal informazzjoni ambjentali dwar installazzjonijiet industrijali jenħtieġ li jiġi massimizzat billi jiġu inklużi informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni b’mod konformi mad-Direttiva 2010/75/UE kif ukoll flussi ta’ informazzjoni oħra li jirriżultaw mil-liġi ambjentali tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-art u l-liġi tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart, inkluż ir-rapportar skont id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u d-Direttiva 2010/75/UE. Barra minn hekk, sabiex jiġi mmassimizzat il-valur tal-Portal għall-utenti, jenħtieġ li dan jitfassal biex jiffaċilita l-integrazzjoni futura ma’ flussi rilevanti oħra ta’ data ambjentali. |
(18) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza ġuridika, l-operaturi jew l-Istati Membri jenħtieġ li jindikaw jekk id-data dwar ir-rilaxx tal-inkwinanti, it-trasferimenti barra mis-sit tal-ilma mormi li fih dawk l-inkwinanti u t-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart ikunu taħt il-livelli limitu tar-rapportar. |
(19) |
Sabiex tittejjeb il-kwalità tad-data rrapportata u biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tagħha, jixraq li jiġu armonizzati l-metodi ta’ kwantifikazzjoni li għandhom jintużaw mill-operaturi meta jirrapportaw ir-rilaxx tal-inkwinanti, it-trasferimenti barra mis-sit tal-ilma mormi li fih dawk l-inkwinanti u t-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart u l-użu tar-riżorsi. Peress li l-kejl huwa l-aktar metodu ta’ kwantifikazzjoni preċiż, l-operaturi jenħtieġ li jużaw il-kejl għall-finijiet ta’ kwantifikazzjoni. Meta l-kejl ma jkunx fattibbli, l-operaturi jenħtieġ li jużaw il-kalkolu. L-istima jenħtieġ li tintuża biss bħala l-aħħar għażla. |
(20) |
Peress li l-operaturi tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-bhejjem u tal-akkwakultura jistgħu ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa biex jikkwantifikaw b’mod akkurat ir-rilaxx intenzjonat ta’ inkwinanti, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu intitolati li jikkwantifikaw tali rilaxxi f’isimhom. |
(21) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament rigward ir-rapportar mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi t-tip u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-iskadenzi tar-rapportar. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
(22) |
Minħabba l-importanza li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom aċċess rapidu għall-informazzjoni ambjentali, huwa essenzjali li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu d-data disponibbli għall-pubbliku malajr kemm ikun teknikament fattibbli. Għal dak il-għan, filwaqt li l-iskadenza preċiża tar-rapportar għandha tiġi stabbilita f’att ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li ma tkunx aktar tard minn 11-il xahar mit-tmiem tas-sena tar-rapportar ikkonċernata. |
(23) |
Fejn xieraq, il-Portal jenħtieġ li jiffaċilita wkoll l-aċċess għal informazzjoni dwar ir-rilaxx ta’ inkwinanti minn sorsi diffużi sabiex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jqiegħdu f’kuntest aħjar ir-rilaxx ta’ inkwinanti u jagħżlu l-aktar soluzzjoni effettiva għat-tnaqqis tat-tniġġis. |
(24) |
Id-data rrapportata mill-Istati Membri u l-operaturi jenħtieġ li tkun ta’ kwalità għolja b’mod partikolari fir-rigward tal-akkuratezza, il-kompletezza, il-konsistenza u l-kredibbiltà tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw il-kwalità tad-data pprovduta mill-operaturi. |
(25) |
L-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali rrapportata mill-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunx ristrett u jenħtieġ li l-eċċezzjonijiet minn dik ir-regola jkunu possibbli biss f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) jew mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), kif xieraq. |
(26) |
Il-parteċipazzjoni pubblika jenħtieġ li tiġi żgurata f’kwalunkwe żvilupp ulterjuri tal-Portal billi jiġu pprovduti opportunitajiet bikrija u effettivi biex jiġu ppreżentati kummenti, informazzjoni, analiżi u opinjonijiet għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’dak ir-rigward. |
(27) |
Sabiex ittejjeb l-utilità u l-impatt tal-Portal, il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija, jenħtieġ li tiżviluppa gwida li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolamen b’attenzjoni partikolari għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma kinux parti mir-Regolament (KE) Nru 166/2006, u l-effetti potenzjali fuq is-setturi mhux koperti minn dak ir-Regolament. |
(28) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ taġġorna l-lista ta’ attivitajiet industrijali jew agrikoli li fir-rigward tagħhom japplikaw ir-rekwiżiti tar-rapportar, jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) biex temenda dan ir-Regolament għall-fini tal-allinjament tal-Anness I mal-emendi għall-Protokoll. |
(29) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE biex temenda l-Anness II ta’ dan ir-Regolament biex jiġu ddeterminati l-livelli limitu tar-rapportar, biex jiżdiedu inkwinanti li huma soġġetti għal miżuri regolatorji speċifiċi skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-ilma u tal-arja u dwar is-sustanzi kimiċi, inklużi r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u d-Direttivi 2000/60/KE (19), 2004/107/KE (20), 2006/118/KE (21), 2008/50/KE (22), 2008/105/KE (23) u (UE) 2020/2184 (24) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u biex jiġu riflessi l-bidliet li saru fil-Protokoll fir-rigward tal-inkwinanti li għandhom jiġu rrapportati jew il-livelli limitu tar-rapportar tagħhom. Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni sħiħa ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2025, tadotta att delegat li jirrevedi l-lista ta’ sustanzi u l-limiti stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament, inkluż, fost oħrajn, valutazzjoni tal-ħtieġa li jitnaqqsu l-limiti ta’ rapportar għas-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS) u sustanzi rilevanti oħra. |
(30) |
Meta tadotta atti delegati, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (25). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(31) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tiegħu u jenħtieġ li jiżguraw li dawn jiġu implimentati. |
(32) |
Peress li r-Regolament (KE) Nru 166/2006 hemm bżonn li jiġi mmodifikat sostanzjalment, jenħtieġ li jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament għal raġunijiet ta’ ċertezza ġuridika, ċarezza u trasparenza. |
(33) |
Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jittejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali permezz tal-ħolqien ta’ bażi tad-data elettronika integrata u koerenti mal-Unjoni kollha u li jippermetti l-monitoraġġ tat-tniġġis industrijali sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tiegħu, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri peress li l-ħtieġa għal data komparabbli fl-Istati Membri kollha titlob livell għoli ta’ armonizzazzjoni, iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
(34) |
Ir-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti b’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw mis-sena tar-rapportar 2027 sabiex l-Istati Membri u l-operaturi jkollhom biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri meħtieġa. |
(35) |
Sabiex tiġi żgurata kemm il-kontinwità tad-data kif ukoll iċ-ċertezza ġuridika, ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 jenħtieġ li jkompli japplika għas-sena tar-rapportar 2026, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar il-ġbir u r-rapportar tad-data ambjentali dwar l-installazzjonijiet industrijali u jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“il-Portal”) fil-livell tal-Unjoni fil-forma ta’ bażi tad-data online li tagħti aċċess pubbliku għal tali data.
Dan ir-Regolament jimplimenta l-Protokoll UNECE dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (“il-Protokoll”).
Artikolu 2
Objettivi
L-objettivi ta’ dan ir-Regolament huma li jtejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni permezz tal-istabbiliment tal-Portal, u b’hekk jiffaċilita l-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali, kif ukoll li jidentifika s-sorsi tat-tniġġis industrijali, u li jippermetti l-monitoraġġ tat-tniġġis industrijali sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tiegħu.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“installazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja li fiha titwettaq attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I, u kull attività oħra direttament assoċjata fl-istess sit li jkollha konnessjoni teknika mal-attivitajiet elenkati f’dak l-Anness u li jista’ jkollha effett fuq emissjonijiet u tniġġis; |
(2) |
“faċilità” tfisser installazzjoni waħda jew aktar, jew partijiet tagħha jew tagħhom, li jkunu fl-istess sit u li huma operati mill-istess persuna fiżika jew ġuridika; |
(3) |
“sit” tfisser il-post ġeografiku fejn tinsab l-installazzjoni u l-faċilità; |
(4) |
“il-pubbliku” tfisser il-pubbliku kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (16) tad-Direttiva 2010/75/UE; |
(5) |
“rilaxx” tfisser kwalunkwe introduzzjoni ta’ inkwinant fl-ambjent bħala riżultat ta’ kwalunkwe attività tal-bniedem, kemm jekk deliberata jew aċċidentali, ta’ rutina jew mhux ta’ rutina, inkluż tixrid, emissjoni, ħruġ, injezzjoni, rimi jew ħatt, jew permezz ta’ sistemi ta’ dranaġġ mingħajr trattament finali tal-ilma mormi; |
(6) |
“inkwinant” tfisser sustanza jew grupp ta’ sustanzi li tista’ tkun/jista’ jkun ta’ periklu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-proprjetajiet tagħha/tiegħu u l-introduzzjoni tagħha/tiegħu fl-ambjent; |
(7) |
“sustanza” tfisser sustanza kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (1) tad-Direttiva 2010/75/UE; |
(8) |
“operatur” tfisser operatur kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (15) tad-Direttiva 2010/75/UE; |
(9) |
“trasferiment barra mis-sit” tfisser il-moviment, lill-hinn mill-fruntieri ta’ installazzjoni, ta’ skart destinat għall-operazzjonijiet ta’ rkupru jew rimi u ta’ inkwinanti f’ilma mormi destinat għat-trattament tal-ilma mormi; |
(10) |
“skart” tfisser skart kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(11) |
“ilma mormi” tfisser ilma mormi li ġej minn sorsi urbani, domestiċi jew industrijali, kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (1), (2) u (3) tad-Direttiva 91/271/KEE, rispettivament, u kwalunkwe ilma użat ieħor li huwa soġġett għar-regolamentazzjoni mil-liġi tal-Unjoni minħabba s-sustanzi jew oġġetti li fih; |
(12) |
“sorsi diffużi” tfisser il-ħafna sorsi iżgħar jew sparpaljati li minnhom jista’ jkun hemm rilaxx ta’ inkwinanti fl-arja, fl-ilma jew fl-art, li l-impatt ikkombinat tagħhom fuq dawk il-mezzi jista’ jkun sinifikanti, u li għalihom ma huwiex prattiku li jinġabru rapporti minn kull sors individwali; |
(13) |
“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali, jew kwalunkwe korp kompetenti jew aktar, maħtura mill-Istati Membri; |
(14) |
“skart perikoluż” tfisser skart perikoluż kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (2) tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(15) |
“operazzjoni ta’ rkupru” tfisser kwalunkwe operazzjoni msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(16) |
“operazzjoni ta’ rimi” tfisser kwalunkwe operazzjoni msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE; |
(17) |
“sena tar-rapportar” tfisser is-sena kalendarja li għaliha trid tinġabar id-data; |
(18) |
“akkwakultura” tfisser akkwakultura kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewrope u tal-Kunsill (26); |
Artikolu 4
Kontenut tal-Portal
1. Il-Portal għandu jinkludi dan li ġej:
(a) |
data dwar ir-rilaxx ta’ inkwinanti kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), il-punt (a); |
(b) |
data dwar it-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), il-punt (b), u ta’ inkwinanti fl-ilma mormi kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), il-punt (c); |
(c) |
informazzjoni dwar installazzjonijiet individwali, irrapportata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2010/75/UE, b’mod partikolari l-Artikolu 72 tagħha; |
(d) |
data dwar l-użu tal-ilma, tal-enerġija u tal-materja prima rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), il-punt (d); |
(e) |
informazzjoni kuntestwali kif imsemmija fl-Artikolu 6(1), il-punt (e); |
(f) |
data dwar ir-rilaxxi ta’ inkwinanti minn sorsi diffużi imsemmija fl-Artikolu 8(1), meta tali data tkun disponibbli. |
2. Il-Portal għandu jinkludi links għal dawn li ġejjin:
(a) |
ir-reġistri nazzjonali dwar ir-rilaxx u t-trasferiment ta’ inkwinanti stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mal-Protokoll; |
(b) |
reġistri, bażijiet tad-data jew siti web eżistenti oħra aċċessibbli għall-pubbliku, stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri jew tal-Unjoni, li jipprovdu aċċess għar-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, dwar il-protezzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-art, u dwar il-ġestjoni tal-iskart. |
Artikolu 5
Disinn u struttura tal-Portal
1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-Portal aċċessibbli għall-pubbliku, u għandha tippreżenta d-data f’format standardizzat, kemm f’forma aggregata kif ukoll f’forma mhux aggregata bil-għan li tal-inqas tippermetti tfittxijiet, estrazzjoni ta’ data u downloads ta’ settijiet ta’ data fuq il-bażi ta’ mistoqsijiet skont:
(a) |
il-faċilità, inkluża l-kumpanija prinċipali tal-faċilità fejn applikabbli, u s-sit ġeografiku tagħha, inkluż il-baċir tax-xmara; |
(b) |
l-installazzjoni; |
(c) |
l-attività; |
(d) |
l-okkorrenza fuq livell tal-Istati Membri jew tal-Unjoni; |
(e) |
l-inkwinant, l-iskart jew ir-riżorsa, kif xieraq; |
(f) |
il-mezz ambjentali, jiġifieri l-arja, l-ilma jew l-art, li fih sar ir-rilaxx tal-inkwinant; |
(g) |
it-trasferimenti barra mis-sit tal-iskart u, kif xieraq, id-destinazzjoni tagħhom; |
(h) |
it-trasferimenti barra mis-sit ta’ inkwinanti fl-ilma mormi; |
(i) |
is-sorsi diffużi; u |
(j) |
is-sid jew l-operatur tal-installazzjoni. |
2. Il-Portal għandu jkun iddisinjat sabiex ikun kemm jista’ jkun faċli għall-pubbliku li jaċċedi għad-data u sabiex id-data, taħt kundizzjonijiet operattivi normali, tkun kontinwament u immedjatament aċċessibbli fuq l-Internet. Il-Portal għandu jinkludi d-data kollha rrapportata għal mill-inqas l-10 snin ta’ rapportar preċedenti. Id-disinn tal-Portal għandu jqis il-possibbiltà tal-espansjoni futura tiegħu.
Artikolu 6
Rapportar mill-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti
1. Kull operatur ta’ installazzjoni li jwettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, li jissodisfaw jew jeċċedu l-livelli limitu ta’ kapaċità applikabbli speċifikati f’dak l-Anness u li jew jirrilaxxa kwalunkwe sustanza niġġiesa elenkata fl-Anness II fi kwantità ogħla mil-limiti applikabbli, jew jaqbeż il-limiti tal-iskart stabbiliti fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, għandu jirrapporta kull sena, lill-awtorità kompetenti tiegħu tal-anqas l-informazzjoni u d-data li ġejjin, sakemm dik l-informazzjoni jew data ma tkunx diġà disponibbli għall-awtorità kompetenti:
(a) |
data dwar ir-rilaxx fl-arja, fl-ilma, jew fl-art ta’ kwalunkwe inkwinant elenkat fl-Anness II li għalihom il-livell limitu applikabbli speċifikat f’dak l-Anness ikun inqabeż; |
(b) |
data dwar it-trasferimenti barra mis-sit ta’ skart perikoluż ta’ piż ta’ aktar minn żewġ tunnellati fis-sena għal kull faċilità jew ta’ skart mhux perikoluż li l-piż tiegħu hu aktar minn 2 000 tunnellata fis-sena għal kull faċilità, għal kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ rimi bl-eċċezzjoni tat-trattament tal-art u injezzjoni fil-fond, kif speċifikat fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE, b’indikazzjonijiet bl-ittri “R” jew “D” jekk l-iskart huwiex destinat għall-operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi, rispettivament, u, għal movimenti li jaqsmu l-fruntieri ta’ skart perikoluż, l-isem u indirizz tal-impriża li wettqet l-operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi li jinvolvu l-iskart u tas-sit effettiv tal-operazzjonijiet ta’ rkupru jew ta’ rimi; l-iskart li jkun soġġett għal operazzjonijiet ta’ rimi bi trattament tal-art jew injezzjoni fil-fond għandu jiġi rrapportat bħala rilaxx għall-art mill-operatur tal-installazzjoni li minnha joriġina l-iskart biss; |
(c) |
data dwar it-trasferimenti barra mis-sit ta’ kwalunkwe inkwinant elenkat fl-Anness II f’ilma mormi li huwa destinat għat-trattament tal-ilma mormi li għalih il-livell limitu speċifikat fil-kolonna 1b ta’ dak l-Anness inqabeż; |
(d) |
data dwar l-użu tal-ilma, tal-enerġija u tal-materja prima rilevanti kif determinat fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu; |
(e) |
informazzjoni li tippermetti l-kuntestwalizzazzjoni tad-data rrapportata skont il-punti (a) sa (d), inkluż il-volum tal-produzzjoni u l-għadd ta’ sigħat ta’ tħaddim; |
(f) |
informazzjoni dwar jekk l-installazzjoni hijiex koperta mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), mid-Direttiva 91/271/KEE, id-Direttiva 2010/75/UE, mid-Direttiva 2012/18/UE, mid-Direttiva (UE) 2015/2193 jew minn kwalunkwe liġi ambjentali oħra tal-Unjoni identifikata fil-format tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. |
(g) |
informazzjoni dwar il-faċilità li għaliha tappartjeni l-installazzjoni. |
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2025, tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, lista ta’ materja prima rilevanti li għandha tiġi rrapportata skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li tispeċifika t-tipi u l-unitajiet, abbażi tad-dokumenti ta’ referenza dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (11), tad-Direttiva 2010/75/UE. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dawk l-atti ta’ implimentazzjoni u għandha tirrevedihom, fejn rilevanti.
2. Meta r-rilaxx kif msemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), jew it-trasferimenti barra s-sit ta’ inkwinanti msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ma jaqbżux il-livelli limitu applikabbli speċifikati fl-Anness II, jew meta t-trasferimenti tal-iskart barra mis-sit ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-operatur tal-installazzjoni kkonċernata għandu jiddikjara, fir-rapport tiegħu, li r-rilaxx tal-inkwinanti jew it-trasferimenti barra mis-sit tal-inkwinanti jew l-iskart huma taħt dawk il-livelli limitu.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu biss fl-ewwel rapport għal installazzjoni, jew parti minnha, imfassal minn operatur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew fl-ewwel rapport imfassal minn operatur wara li r-rilaxx tal-inkwinanti jew it-trasferimenti barra mis-sit tal-inkwinanti jew tal-iskart ma jibqgħux jaqbżu l-livelli limitu applikabbli speċifikati fl-Anness II.
3. Meta jkunu qed iħejju r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi għandhom jagħmlu użu mill-aħjar informazzjoni disponibbli. L-operaturi għandhom jiksbu d-data permezz ta’ kejl. Fejn il-kejl ma jirriżultax fl-aħjar informazzjoni disponibbli, ma jkunx prattikabbli jew ma jkunx teknoloġikament u ekonomikament vijabbli, l-operaturi għandhom jiksbu d-data permezz ta’ kalkolu. Fejn la l-kejl u lanqas il-kalkolu ma jkunu prattikabbli, l-operaturi jistgħu jiksbu d-data permezz ta’ stima. L-informazzjoni tista’ tinkludi data ta’ monitoraġġ, fatturi ta’ emissjoni, ekwazzjonijiet tal-bilanċ tal-massa, monitoraġġ indirett jew kalkoli oħra, ġudizzji tal-inġinerija u metodi oħra li huma f’konformità mal-Artikolu 9(1) u, fejn disponibbli, f’konformità ma’ metodoloġiji approvati internazzjonalment.
4. L-operaturi għandhom jispeċifikaw fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 il-metodi użati għall-kisba tad-data. Fejn id-data tkun inkisbet permezz ta’ kejl, għandu jiġi indikat il-metodu analitiku. Fejn id-data tkun inkisbet permezz ta’ kalkolu, għandu jiġi indikat il-metodu ta’ kalkolu.
5. Ir-rilaxxi msemmija fl-Anness II li huma rrapportati fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, għandhom jinkludu r-rilaxxi kollha mis-sorsi kollha inklużi fl-Anness I fis-sit tal-installazzjoni.
6. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, id-data dwar ir-rilaxxi u t-trasferimenti għandha tiġi rrapportata bħala totali ta’ kull attività magħmula deliberatament, aċċidentalment, bħala rutina u mhux bħala rutina. Meta jipprovdu din id-data, l-operaturi għandhom jispeċifikaw kwalunkwe data li tkun marbuta mar-rilaxx aċċidentali tal-inkwinanti.
7. L-operatur ta’ kull installazzjoni għandu jiġbor bi frekwenza xierqa id-data meħtieġa sabiex jiġi determinat liema mir-rilaxxi u mit-trasferimenti barra mis-sit tal-installazzjoni, jew parti minnha, huma soġġetti għar-rekwiżiti tar-rapportar taħt paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu.
8. L-operatur ta’ kull installazzjoni għandu jżomm ir-reġistri li minnhom ittieħdet id-data rapportata disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tiegħu għal 5 snin, li jibda mit-tmiem tas-sena tar-rapportar ikkonċernata. Dawk ir-reġistri għandhom jispjegaw ukoll il-metodoloġija li ntużat għall-ġbir tad-data.
9. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkwantifikaw ir-rilaxxi intenzjonati kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu huma stess f’isem l-operaturi tal-installazzjonijiet koperti mill-attivitijiet imsemmija fit-tieni ringiela u s-seba’ ringiela tal-Anness I. F’tali każijiet, il-paragrafi 1 sa 8 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal dawk l-operaturi fir-rigward ta’ tali rilaxxi.
10. Għall-finijiet tal-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw data sa meta l-operaturi għandhom jipprovdu d-data msemmija f’dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
11. Sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 15(3), meta installazzjoni, jew parti minnha, ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, iżda tkun parti minn faċilità li tissodisfa dawk il-kundizzjonijiet, dik l-installazzjoni, jew parti minnha, għandha tkun soġġetta għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’dan l-Artikolu, ħlief għall-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 7
Rapportar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni
1. Fuq bażi annwali, mhux aktar tard minn 11-il xahar mit-tmiem tas-sena ta’ rapportar, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, b’mezz elettroniku, rapport li jkun jinkludi d-data kollha msemmija fl-Artikolu 6 f’format li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
2. Is-servizzi tal-Kummissjoni, assistiti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“l-Aġenzija”), għandhom jinkorporaw id-data rrapportata mill-Istati Membri fil-Portal fi żmien xahar mit-tlestija tar-rapportar mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 1.
Artikolu 8
Data dwar ir-rilaxx ta’ inkwinanti minn sorsi diffużi
1. Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija, għandha tinkludi fil-Portal id-data dwar ir-rilaxx ta’ inkwinanti minn sorsi diffużi, fejn teżisti tali data u diġà tkun ġiet irrapportata mill-Istati Membri.
2. Id-data disponibbli fuq il-Portal għandha tippermetti lill-utenti jfittxu u jidentifikaw ir-rilaxx ta’ inkwinanti minn sorsi diffużi skont diżaggregazzjoni ġeografika adegwata u għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip ta’ metodoloġija użata sabiex tinkiseb id-data.
3. Fejn tiddetermina li ma teżisti ebda data dwar ir-rilaxx ta’ inkwinanti minn sorsi diffużi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tibda rapportar dwar ir-rilaxxi ta’ inkwinanti rilevanti minn sors diffuż wieħed jew aktar billi jintużaw, fejn ikunu xierqa, metodoloġiji approvati f’livell internazzjonali.
Artikolu 9
Assigurazzjoni u valutazzjoni tal-kwalità
1. L-operaturi ta’ installazzjoni li huma soġġetti għar-rekwiżiti tar-rapportar imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom jiżguraw li d-data li jirrapportaw hija ta’ kwalità għolja.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-kwalità tad-data pprovduta mill-operaturi kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari dwar l-akkuratezza, il-kompletezza, il-konsistenza u l-kredibbiltà ta’ dik id-data. Fil-każ ta’ nuqqasijiet kwalitattivi preżenti fid-data provduta skont l-Artikolu 6, fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi kkonċernati għandhom jipprovdu mingħajr dewmien id-data kkoreġuta lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 10
Aċċess għall-informazzjoni
1. Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija, għandha tagħmel id-data inkluża fil-Portal aċċessibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas fuq l-Internet fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapporti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 7(1).
2. Meta l-pubbliku ma jkunx jista’ jaċċedi b’mod faċli d-data inkluża fil-Portal, l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni għandhom jiffaċilitaw l-aċċess elettroniku għall-Portal f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku.
3. Kull Stat Membru għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku d-data tiegħu, irrapportata f’konformità mal-Artikolu 6 u, fejn disponibbli, l-Artikolu 8(1), b’mod kontinwu, mingħajr ħlas u mingħajr ma l-aċċess jkun jiddependi fuq ir-reġistrazzjoni.
Artikolu 11
Kunfidenzjalità
Meta d-data titqies kunfidenzjali minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament għas-sena tar-rapportar ikkonċernata għandu jindika separatament għal kull installazzjoni liema data ma tkunx tista’ ssir pubblika u għandu jagħti r-raġunijiet għal dak.
Artikolu 12
Parteċipazzjoni pubblika
1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-pubbliku b’opportunitajiet bikrija u effettivi sabiex jieħu sehem fl-iżvilupp ulterjuri tal-Portal, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-kapaċità u l-preparazzjoni ta’ emendi għal dan ir-Regolament.
2. Il-pubbliku għandu jkollu l-opportunità li jippreżenta kummenti, informazzjoni, analiżi jew opinjonijiet f’qafas ta’ żmien raġonevoli u fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni se tqis kif dovut it-tali input u għandha tinforma lill-pubbliku dwar l-eżitu tal-parteċipazzjoni pubblika.
Artikolu 13
Gwida
Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija, għandha tfassal u taġġorna perjodika u f’konsultazzjoni mal-Istati Membriment gwida li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li tindirizza mill-inqas dan li ġej:
(a) |
proċeduri ta’ rapportar, b’attenzjoni partikolari li tingħata għad-dispożizzjonijiet li ma kinux parti mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 u setturi li ma kinux koperti minn dak ir-Regolament, inklużi linji gwida tekniċi dwar metodi li jiffaċilitaw l-analiżi għall-monitoraġġ tal-PFAS, bħal-limiti ta’ detezzjoni, il-valuri parametriċi u l-frekwenza tal-kampjunar; |
(b) |
id-data li għandha tiġi rapportata; |
(c) |
l-assigurazzjoni u l-valutazzjoni tal-kwalità; |
(d) |
indikazzjoni tat-tip ta’ data li tista’ tinżamm u, fil-każ ta’ data kunfidenzjali, ir-raġunijiet għaż-żamma tagħha; |
(e) |
ir-referenza għal metodi approvati internazzjonalment għad-determinazzjoni, għall-analiżi u għall-kampjunar tar-rilaxx; |
(f) |
l-ismijiet ta’ kwalunkwe kumpanija prinċipali; |
(g) |
il-metodi ta’ kalkolu, inklużi l-fatturi ta’ emissjoni għal kull teknoloġija ta’ tnaqqis, għall-produzzjoni tal-bhejjem u l-akkwakultura; |
(h) |
kif għandhom jiġu applikati fil-prattika d-definizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għas-siti, il-faċilitajiet u l-installazzjonijiet, permezz ta’, inter alia, lista ta’ eżempji jew spjegazzjonijiet speċifiċi, stampi, tpinġijiet, dijagrammi jew kwalunkwe referenza jew appoġġ viżwali ieħor. |
Il-linji gwida li jikkonċernaw il-punti (a) sa (g) tal-ewwel paragrafu, għandhom jitfasslu għall-ewwel darba sal-1 ta’ Jannar 2026.
Il-linji gwida li jikkonċernaw lil-punt (h) tal-ewwel paragrafu, għandhom jitfasslu għall-ewwel darba sal-1 ta’ Jannar 2025, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri.
Artikolu 14
Sensibilizzazzjoni
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu l-għarfien pubbliku tal-Portal u l-fehim u l-użu tad-data inkluża fih.
Artikolu 15
Emendi għall-Annessi
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament sabiex temenda l-Anness I tiegħu sabiex jiġi allinjat mal-Protokoll wara l-adozzjoni ta’ kwalunkwe emenda għall-annessi tiegħu
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda l-Anness II għal fini wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) |
sabiex jiżdied inkwinant, meta r-rilaxx ta’ dak l-inkwinant fl-arja, fl-ilma jew fl-art ikollu, jew jista’ jkollu, impatt avvers fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluż inkwinant li jiġi rilaxxat mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I, u li jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(b) |
sabiex jiġu stabbiliti u aġġornati l-livelli limitu għar-rilaxx tal-inkwinanti sabiex jintlaħaq l-għan li jinqabdu mill-inqas 90 % tar-rilaxx ta’ kull inkwinant fl-arja, fl-ilma u fl-art mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I, inklużi l-livelli limitu ta’ żero għal sustanzi li jikkostitwixxu periklu partikolarment għoli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent; |
(c) |
sabiex jiżdied jew jitneħħa inkwinant u, fejn meħtieġ, jiġi emendat livell limitu applikabbli sabiex l-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiġi allinjat mal-Protokoll; |
(d) |
sabiex jitneħħa inkwinant li ma għadhux deżinjat bħala sustanza prijoritarja kif imsemmi fil-punt (a)(ii) ta’ dan il-paragrafu jew li tneħħa mil-listi ta’ sorveljanza msemmija fil-punt (a)(iii) tiegħu. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat b’mod konformi mal-Artikolu 2 sal-31 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati addizzjonali wara dik id-data b’mod konformi mal-paragrafu 2.
Artikolu 16
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(1) u (2) għal perjodu ta’ ħames snin mit-22 ta’ Mejju 2024. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(3) u fl-Artikolu 15(1) u (2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(3) jew l-Artikolu 15(1) jew (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 17
Proċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 18
Penali u miżuri ta’ assigurazzjoni tal-konformità
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien żejjed, bi kwalunkwe emenda sussegwenti għal dawk ir-regoli jew miżuri.
2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu multi.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali stabbiliti skont dan l-Artikolu jqisu kif xieraq dan li ġej, kif applikabbli:
(a) |
in-natura, is-serjetà u t-tul tal-ksur, filwaqt li jitqies l-objettiv li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent; |
(b) |
il-grad tal-ħtija involuta fil-ksur; |
(c) |
il-karattru ripetittiv jew ta’ darba tal-ksur; |
4. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri ta’ assigurazzjoni tal-konformità biex jipprevjenu u jidentifikaw il-ksur imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 19
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-Annessi tiegħu, mill-inqas kull ħames snin mid-data tal-applikazzjoni tiegħu. L-għan tar-rieżami għandu jkun, fost affarijiet oħra, li jiżgura l-allinjament ta’ dan ir-Regolament u l-Annessi tiegħu mal-progress xjentifiku u tekniku. Il-proċess ta’ rieżami għandu jqis kif xieraq l-inizjattivi internazzjonali li jindirizzaw ir-rilaxx ta’ inkwinanti minn attivitajiet industrijali u l-impatt tar-rilaxx ta’ tali inkwinanti fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, l-aħjar prattiki u progress tal-Istati Membri f’dak ir-rigward, u l-progress fir-riċerka u t-teknoloġija.
Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda dan ir-Regolament jew l-Annessi tiegħu, jew it-tnejn li huma.
Artikolu 20
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2028.
Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 166/2006 imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 21
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Minkejja l-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 għandu jkompli japplika fir-rigward tar-rapportar għas-sena 2026.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2028.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ April 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. MICHEL
(1) ĠU C 443, 22.11.2022, p. 130.
(2) ĠU C 498, 30.12.2022, p. 154.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2024 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ April 2024.
(4) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/61/KE tat-2 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll UN-ECE dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 54).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(10) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(12) Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1).
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(14) Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(16) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(19) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(20) Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3).
(21) Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
(22) Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
(23) Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).
(24) Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).
(25) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(26) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(27) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
ANNESS I
Attivitajiet
Attività |
Livell Limitu ta’ Kapaċità |
|
1 |
Attivitajiet imniżżlin fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE |
‘Il fuq mil-livelli limitu applikabbli ta’ kapaċità stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE |
2 |
Attivitajiet imniżżlin fl-Anness Ia tad-Direttiva 2010/75/UE |
‘Il fuq mil-livelli limitu applikabbli ta’ kapaċità stabbiliti fid-Direttiva 2010/75/UE |
3 |
Attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2015/2193 (fejn mhumiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE) |
Impjant tal-kombustjoni b’input termali kklassifikat ta’ mill-inqas 20 MW u inqas minn 50 MW |
4 |
Tħaffir taħt l-art u operazzjonijiet relatati, inkluża l-estrazzjoni ta’ żejt grezz jew gass onshore jew offshore (fejn mhumiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE) |
L-ebda livell limitu ta’ kapaċità (l-installazzjonijiet kollha huma soġġetti għal rapportar) |
5 |
Tħaffir fil-miftuħ u xogħol fil-barrieri (fejn mhumiex koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE) |
Fejn is-superfiċe tal-erja li effettivament qed tiġi mħaffra hija ta’ 25 ettaru |
6 |
Impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban |
B’kapaċità ta’ 100 000 ekwivalenti ta’ popolazzjoni jew aktar |
7 |
Akkwakultura bbażata fuq l-għalf |
Li taqbeż kapaċità ta’ produzzjoni annwali ta’ 500 tunnellata |
8 |
Installazzjonijiet għall-bini u/jew iż-żarmar tal-vapuri, u għat-tiżbigħ jew it-tneħħija ta’ żebgħa mill-vapuri |
B’kapaċità għall-vapuri li għandhom tul ta’ 100 metru |
9 |
Elettroliżi tal-ilma għall-produzzjoni tal-idroġenu |
Produzzjoni fuq skala industrijali |
ANNESS II
Inkwinanti (1)
Nru |
Numru CAS |
Inkwinant (1) |
Livell limitu għar-rilaxxi (kolonna 1) |
||
fl-arja (kolonna 1a) kg/sena |
fl-ilma (kolonna 1b) kg/sena |
fl-art (kolonna 1c) kg/sena |
|||
1 |
74-82-8 |
Metan (CH4) |
100 000 |
— (2) |
— |
2 |
630-08-0 |
Monossidu tal-karbonju (CO) |
500 000 |
— |
— |
3 |
124-38-9 |
Monossidu tal-karbonju (CO) |
100 miljun |
— |
— |
4 |
|
Idrofluworokarburi (HFCs) (3) |
100 |
— |
— |
5 |
10024-97-2 |
Ossidu nitruż (N2O) |
10 000 |
— |
— |
6 |
7664-41-7 |
Ammonijaka (NH3) |
10 000 |
— |
— |
7 |
|
Komposti volatili organiċi mhux tal-metan (NMVOC) |
100 000 |
— |
— |
8 |
|
Ossidi tan-nitroġenu (NOx/NO2) |
100 000 |
— |
— |
9 |
|
Perfluworokarburi (PFCs) (4) |
100 |
— |
— |
10 |
2551-62-4 |
Eżafluworur tal-kubrit (SF6) |
50 |
— |
— |
11 |
|
Ossidi tal-kubrit (SOx/SO2) |
150 000 |
— |
— |
12 |
|
Nitroġenu totali |
— |
50 000 |
50 000 |
13 |
|
Fosforu totali |
— |
5 000 |
5 000 |
14 |
|
Idroklorofluworokarburi (HCFCs) (5) |
1 |
— |
— |
15 |
|
Klorofluworokarburi (CFCs) (6) |
1 |
— |
— |
16 |
|
Aloni (7) |
1 |
— |
— |
17 |
|
Arseniku u komposti tieħu (bħala As) (8) |
20 |
5 |
5 |
18 |
|
Kadmju u komposti tiegħu (bħala Cd) (8) |
10 |
5 |
5 |
19 |
|
Kromu u komposti tiegħu (bħala Cr) (8) |
100 |
50 |
50 |
20 |
|
Ram u komposti tiegħu (bħala Cu) (8) |
100 |
50 |
50 |
21 |
|
Merkurju u komposti tiegħu (bħala Hg) (8) |
10 |
1 |
1 |
22 |
|
Nikil u komposti tiegħu (bħala Ni) (8) |
50 |
20 |
20 |
23 |
|
Ċomb u komposti tiegħu (bħala Pb) (8) |
200 |
20 |
20 |
24 |
|
Żingu u komposti tiegħu (bħala Zn) (8) |
200 |
100 |
100 |
25 |
15972-60-8 |
Alaklor |
— |
1 |
1 |
26 |
309-00-2 |
Aldrin |
1 |
1 |
1 |
27 |
1912-24-9 |
Atrażina |
— |
1 |
1 |
28 |
57-74-9 |
Klordan |
1 |
1 |
1 |
29 |
143-50-0 |
Klordekon |
1 |
1 |
1 |
30 |
470-90-6 |
Klorfenvinfos |
— |
1 |
1 |
31 |
85535-84-8 |
Kloroalkani, C10-C13 |
— |
1 |
1 |
32 |
2921-88-2 |
Klorpirifos |
— |
1 |
1 |
33 |
50-29-3 |
DDT |
1 |
1 |
1 |
34 |
115-32-2 |
Dikofol |
1 |
1 |
1 |
35 |
107-06-2 |
1,2-dikloroetan (EDC) |
1 000 |
10 |
10 |
36 |
75-09-2 |
Diklorometan (DCM) |
1 000 |
10 |
10 |
37 |
60-57-1 |
Dieldrina |
1 |
1 |
1 |
38 |
330-54-1 |
Dijuron |
— |
1 |
1 |
39 |
115-29-7 |
Endosulfan |
— |
1 |
1 |
40 |
72-20-8 |
Endrina |
1 |
1 |
1 |
41 |
|
Komposti organiċi aloġenati (bħala AOX) (9) |
— |
1 000 |
1 000 |
42 |
76-44-8 |
Ettakloru |
1 |
1 |
1 |
43 |
118-74-1 |
Eżaklorobenżen (HCB) |
10 |
1 |
1 |
44 |
87-68-3 |
Eżaklorobutadien (HCBD) |
— |
1 |
1 |
45 |
608-73-1 |
1,2,3,4,5,6-eżakloroċikloeżan (HCH) |
10 |
1 |
1 |
46 |
58-89-9 |
Lindan |
1 |
1 |
1 |
47 |
2385-85-5 |
Mireks |
1 |
1 |
1 |
48 |
|
PCDD + PCDF (diossini + furani)(bħala Teq) (10) |
0,0001 |
0,0001 |
0,0001 |
49 |
608-93-5 |
Pentaklorobenżen |
1 |
1 |
1 |
50 |
87-86-5 |
Pentaklorofenol (PCP) |
10 |
1 |
1 |
51 |
335-67-1 |
Aċidu perfluworoottanojku (PFOA) u l-imlieħ tiegħu |
1 |
1 |
1 |
52 |
355-46-4 |
Perfluworoeżan-1-aċidu sulfoniku (PFHxS) u l-imlieħ tiegħu |
1 |
1 |
1 |
53 |
1336-36-3 |
Bifenili poliklorurati (PCBs) |
0,1 |
0,1 |
0,1 |
54 |
122-34-9 |
Simażina |
— |
1 |
1 |
55 |
127-18-4 |
Tetrakloroetilen (PER) |
2 000 |
10 |
— |
56 |
56-23-5 |
Tetraklorometan (TCM) |
100 |
1 |
— |
57 |
12002-48-1 |
Triklorobenżeni (TCBs) (kollha iżomeri) |
10 |
1 |
— |
58 |
71-55-6 |
1,1,1-trikloroetan |
100 |
— |
— |
59 |
79-34-5 |
1,1,2,2-tetrakloroetan |
50 |
— |
— |
60 |
79-01-6 |
Trikloroetilen |
2 000 |
10 |
— |
61 |
67-66-3 |
Triklorometan |
500 |
10 |
— |
62 |
8001-35-2 |
Toksafen |
1 |
1 |
1 |
63 |
75-01-4 |
Klorur tal-vinil |
1 000 |
10 |
10 |
64 |
120-12-7 |
Antraċen |
50 |
1 |
1 |
65 |
71-43-2 |
Benżen |
1 000 |
200 (bħala BTEX) (11) |
200 (bħala BTEX) (11) |
66 |
|
Difenileteri brominati (PBDE) (12) |
— |
1 |
1 |
67 |
|
Nonilfenol u etossilati tan-nonilfenol (NP/NPEs) |
— |
1 |
1 |
68 |
100-41-4 |
Etil benżen |
— |
200 (bħala BTEX) (11) |
200 (bħala BTEX) (11) |
69 |
75-21-8 |
Ossidu tal-etilen |
1 000 |
10 |
10 |
70 |
34123-59-6 |
Isoproturon |
— |
1 |
1 |
71 |
91-20-3 |
Naftalen |
100 |
10 |
10 |
72 |
|
Komposti tal-organotin (bħala Sn totali) |
— |
50 |
50 |
73 |
117-81-7 |
Di-(2-etil eżil) ftalat (DEHP) |
10 |
1 |
1 |
74 |
108-95-2 |
Fenoli (bħala C totali) (13) |
— |
20 |
20 |
75 |
|
Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) (14) |
50 |
5 |
5 |
76 |
108-88-3 |
Toluwen |
— |
200 (bħala BTEX) (11) |
200 (bħala BTEX) (11) |
77 |
|
Tributiltin u komposti tiegħu (15) |
— |
1 |
1 |
78 |
|
Trifeniltin u komposti tiegħu (16) |
— |
1 |
1 |
79 |
|
Karbonju organiku totali (TOC) (bħala C jew COD/3 totali) |
— |
50 000 |
— |
80 |
1582-09-8 |
Trifluralina |
— |
1 |
1 |
81 |
1330-20-7 |
Ksileni (17) |
— |
200 (bħala BTEX) (11) |
200 (bħala BTEX) (11) |
82 |
|
Kloruri (bħala Cl totali) |
— |
2 miljuni |
2 miljuni |
83 |
|
Kloru u komposti inorganiċi (bħala HCl) |
10 000 |
— |
— |
84 |
1332-21-4 |
Asbestos |
1 |
1 |
1 |
85 |
|
Ċjanuri (bħala CN totali) |
— |
50 |
50 |
86 |
|
Fluworuri (bħala F totali) |
— |
2 000 |
2 000 |
87 |
|
Fluworu u komposti inorganiċi (bħala HF) |
5 000 |
— |
— |
88 |
74-90-8 |
Ċjanur tal-idroġenu (HCN) |
200 |
— |
— |
89 |
|
Materja partikolata (PM 10) |
50 000 |
— |
— |
90 |
1806-26-4 |
Ottilfenoli u etossilati tal-Ottilfenol |
— |
1 |
— |
91 |
206-44-0 |
Fluworanten |
— |
1 |
— |
92 |
465-73-6 |
Isodrin |
— |
1 |
— |
93 |
36355-1-8 |
Eżabromobifenil |
0,1 |
0,1 |
0,1 |
94 |
191-24-2 |
Benżo(g,h,i)perilen |
|
1 |
|
(1) Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor kwalunkwe inkwinant imsemmi f’dan l-Anness għandu jiġi rrapportat bħala l-massa totali ta’ dak l-inkwinant jew, f’każ li l-inkwinant ikun grupp ta’ sustanzi, bħala l-massa totali tal-grupp.
(2) Sing (—) jindika li l-parametru u l-medium inkwistjoni ma joħolqux obbligu ta’ rapportar.
(3) Massa totali ta’ fluworokarburi tal-idroġenu: is-somma ta’ HFC23, HFC32, HFC41, HFC4310mee, HFC125, HFC134, HFC134a, HFC152a, HFC143, HFC143a, HFC227ea, HFC236fa, HFC245ca, HFC365mfc.
(4) Massa totali ta’ perfluworokarburi: is-somma ta’ CF4, C2F6, C3F8, C4F10, c-C4F8, C5F12, C6F14.
(5) Massa totali ta’ sustanzi inklużi l-iżomeri tagħhom elenkati fil-Grupp VIII tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1).
(6) Massa totali tas-sustanzi inklużi l-iżomeri tagħhom elenkati fil-Gruppi I u II tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.
(7) Massa totali tas-sustanzi elenkati inklużi l-iżomeri tagħhom elenkati fil-Gruppi III u VI tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009.
(8) Il-metalli kollha għandhom ikunu rapportati bħala l-massa totali tal-element fil-forom kimiċi kollha preżenti fir-rilaxx.
(9) Komposti organiċi aloġenati li jistgħu jiġu assorbiti mal-karbonju attivat espress bħala klorur.
(10) Espress bħala I-TEQ.
(11) L-inkwinanti singoli jridu jiġu rapportati jekk jinqabeż il-livell limitu għall-BTEX (il-parametru totali ta’ benżen, toluwen, etil benżen, ksileni).
(12) Massa totali tad-difenileteri brominati li ġejjin: penta-BDE, octa-BDE u deca-BDE.
(13) Massa totali ta’ fenol u sostituti sempliċi tal-fenoli espressi bħala karbonju totali.
(14) Għar-rapportar tar-rilaxxi fl-arja, l-idrokarburi poliċikliċi aromatiċi (PAHs) iridu jitkejlu bħala benżo(a)piren (50-32-8), benżo(b)fluworanten (205-99-2), benżo(k)fluworanten (207-08-9) u indeno(1,2,3-cd)piren (193-39-5) kif speċifikat fir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).
(15) Massa totali ta’ komposti ta’ tributiltin, espressa bħala massa ta’ tributiltin.
(16) Massa totali ta’ komposti ta’ trifeniltin, espressa bħala massa ta’ trifeniltin.
(17) Massa totali ta’ ksileni (ortoksileni, metaksileni, paraksileni).
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 166/2006 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2, il-punt (1 |
Artikolu 3, il-punt (4) |
Artikolu 2, il-punt (2) |
Artikolu 3, il-punt (13) |
Artikolu 2, il-punt (3) |
Artikolu 3, il-punt (1) |
Artikolu 2, il-punt (4) |
Artikolu 3, il-punt (2) |
Artikolu 2, il-punt (5) |
Artikolu 3, il-punt (3) |
Artikolu 2, il-punt (6) |
Artikolu 3, il-punt (8) |
Artikolu 2, il-punt (7) |
Artikolu 3, il-punt (17) |
Artikolu 2, il-punt (8) |
Artikolu 3, il-punt (7) |
Artikolu 2, il-punt (9) |
Artikolu 3, il-punt (6) |
Artikolu 2, il-punt (10) |
Artikolu 3, il-punt (5) |
Artikolu 2, il-punt (11) |
Artikolu 3, il-punt (9) |
Artikolu 2, il-punt (12) |
Artikolu 3, il-punt (12) |
Artikolu 2, il-punt (13) |
Artikolu 3, il-punt (10) |
Artikolu 2, il-punt (14) |
Artikolu 3, il-punt (14) |
Artikolu 2, il-punt (15) |
Artikolu 3, il-punt (11) |
Artikolu 2, il-punt (16) |
Artikolu 3, il-punt (15) |
Artikolu 2, il-punt (17) |
Artikolu 3, il-punt (14) |
Artikolu 3, punt (a) |
Artikolu 4(1), punt (a) |
Artikolu 3, punt (b) |
Artikolu 4(1), punt (b) |
Artikolu 3, punt (c) |
Artikolu 4(1), punt (f) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(1), point (a) |
Artikolu 6(1), punt (a) |
Artikolu 5(1), punt (b) |
Artikolu 6(1), punt (b) |
Artikolu 5(1), punt (c) |
Artikolu 6(1), punt (c) |
Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 5(1), ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 6(5) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 6(6) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 6(7) |
Artikolu 5(4) |
— |
Artikolu 5(5) |
Artikolu 6(8) |
Artikolu 6 |
Artikolu 6(1), punt (b) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 6(10) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 9(3) |
— |
Artikolu 9(4) |
— |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 14 |
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
Artikolu 18 |
Artikolu 15 |
Artikolu 18a |
Artikolu 16 |
Artikolu 19 |
Artikolu 17 |
Artikolu 20 |
Artikolu 18 |
Artikolu 21 |
— |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1244/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)