Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D1434

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1434 tal-24 ta’ Mejju 2024 li tawtorizza metodi ta’ gradazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Polonja u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/240/KE (notifikata bid-dokument C(2024) 3342)

C/2024/3342

ĠU L, 2024/1434, 28.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1434/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/05/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1434/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1434

28.5.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1434

tal-24 ta’ Mejju 2024

li tawtorizza metodi ta’ gradazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Polonja u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/240/KE

(notifikata bid-dokument C(2024) 3342)

(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (p), tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali għandhom japplikaw f’konformità mal-punt B tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. Il-punt 1, it-Taqsima B.IV, tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li, għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali, il-kontenut ta’ laħam dgħif għandu jiġi vvalutat permezz ta’ metodi ta’ gradazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni, li jistgħu jiġu awtorizzati biss metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-kejl fiżiku ta’ waħda jew aktar mill-partijiet anatomiċi tal-karkassa tal-majjal u li l-metodi ta’ gradazzjoni huma soġġetti għall-konformità mar-rata ta’ tolleranza massima għal żball statistiku fil-valutazzjoni. Dik it-tolleranza hija ddefinita fit-tieni paragrafu, il-punt 1, il-Parti A, tal-Anness V tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 (2).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/240/KE (3) awtorizzat l-użu ta’ 11-il metodu għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Polonja.

(3)

Il-Polonja talbet lill-Kummissjoni tirtira l-awtorizzazzjoni tal-metodi “Fully ultrasonic automatic carcass grading (Autofom)”, “CSB Image-Meater (CSB)”, “gmSCAN”, “ESTIMEAT” u “MEAT3D”.

(4)

Il-Polonja talbet lill-Kummissjoni tawtorizza l-metodi l-ġodda li ġejjin: “Autofom IV”, “CSB Image-Meater 2.0”, “EstiMeat Expert” u “EstiMeat Pro”. Għal dak l-iskop, il-Polonja ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-provi tad-dissezzjoni, li tindika l-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawk il-metodi l-ġodda, ir-riżultati tal-provi tad-dissezzjoni u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwal ta’ laħam dgħif fil-protokoll imsemmi fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1182.

(5)

Il-Polonja talbet ukoll lill-Kummissjoni tawtorizza formula aġġornata għal sitt metodi (“Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)”, “Ultra FOM 300”, “Autofom III”, Fat-O-Meater II (FOM II)”, “manual method (ZP)” u “IM-03”) diġà awtorizzati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2005/240/KE għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha.

(6)

L-eżami ta’ dawk it-talbiet żvela li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi għall-awtorizzazzjoni tal-metodi l-ġodda ta’ gradazzjoni u għall-aġġornament tal-ekwazzjonijiet għall-metodi awtorizzati, kif stabbilit fil-Parti A, l-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1182, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li l-metodi l-ġodda ta’ gradazzjoni u l-formuli l-ġodda jiġu awtorizzati fil-Polonja.

(7)

Sakemm ma jkunux ġew awtorizzati b’mod espliċitu minn Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-modifiki tal-metodi ta’ gradazzjoni jew tal-apparati tagħhom ma jkunux permessi.

(8)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2005/240/KE tiġi rrevokata.

(9)

Sabiex l-operaturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi tal-introduzzjoni ta’ apparati ġodda u ta’ ekwazzjonijiet ġodda, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-29 ta’ Lulju 2024.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-użu tal-metodi ta’ gradazzjoni li ġejjin huwa awtorizzat għall-valutazzjoni tal-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1, it-Taqsima B.IV, tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-Polonja:

(a)

l-apparat “Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)” u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti I tal-Anness;

(b)

l-apparat “Ultra FOM 300” u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tiegħu jinsabu fil-Parti II tal-Anness;

(c)

l-apparat “IM-03” u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tiegħu jinsabu fil-Parti III tal-Anness;

(d)

l-apparat “AutoFom III” u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti IV tal-Anness;

(e)

l-apparat “AutoFom IV” u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti V tal-Anness;

(f)

l-apparat “Fat-O-Meater II (FOM II)” u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti VI tal-Anness;

(g)

l-apparat “manual method (ZP)” u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti VII tal-Anness;

(h)

l-apparat “CSB-Image-Meater 2.0” u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti VIII tal-Anness;

(i)

l-apparat “EstiMeat Expert” u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti IX tal-Anness;

(j)

l-apparat “EstiMeat Pro” u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti X tal-Anness.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-apparat imsejjaħ “Ultra FOM 300”, imsemmi fl-ewwel paragrafu, il-punt (b), wara li titlesta l-proċedura tal-kejl irid ikun jista’ jiġi vverifikat fuq il-karkassa li l-apparat kejjel il-valuri tal-kejl X1 u X3 fil-post li hemm previst fil-punt 3, il-Parti II tal-Anness. L-immarkar korrispondenti tal-post tal-kejl irid isir fl-istess ħin meta ssir il-proċedura tal-kejl.

Il-manual method (ZP), imsemmi fl-ewwel paragrafu, il-punt (g), għandu jiġi awtorizzat biss għall-biċċeriji li għandhom linja tat-tbiċċir b’kapaċità li tipproċessa mhux aktar minn 40 majjal kull siegħa.

Artikolu 2

Minkejja l-preżentazzjoni standard imsemmija fit-Taqsima B.III tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, is-sonża, il-kliewi u d-dijaframma ma għandhomx għalfejn jitneħħew mill-karkassi tal-majjali, qabel ma jintiżnu u jiġu ggradati, filwaqt li l-kanal estern tas-smigħ jista’ jitneħħa. Sabiex jiġu stabbiliti kwotazzjonijiet għall-karkassi tal-majjali b’mod komparabbli, il-piż tagħhom irreġistrat malli jinqatlu għandu:

(a)

jitnaqqas:

(i)

għad-dijaframma b’0,23 %;

(ii)

għas-sonża u l-kliewi bi:

1,90 % għall-karkassi tal-grad S u E,

2,11 % għall-karkassi tal-grad U,

2,54 % għall-karkassi tal-grad R,

3,12 % għall-karkassi tal-grad O,

3,35 % għall-karkassi tal-grad P;

(b)

jiżdied b’260 gramma għal kull karkassa għaż-żewġ kanali esterni tas-smigħ.

Artikolu 3

Il-modifiki tal-metodi ta’ gradazzjoni awtorizzati jew tal-apparati tagħhom imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu awtorizzati b’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2005/240/KE titħassar.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

Għandha tapplika mid-29 ta’ Lulju 2024.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2024.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 tal-20 ta’ April 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta’ ċerti kategoriji ta’ karkassi u annimali ħajjin (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 74, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1182/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2005 li tawtorizza metodi għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Polonja (notifikata bid-dokument numru C(2005) 552) (ĠU L 74, 19.3.2005, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/240/oj).


ANNESS

METODI TA’ GRADAZZJONI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FIL-POLONJA

PARTI I

Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda Sydel ta’ definizzjoni għolja, 8 mm fil-wisa’, dijodju li jagħti dawl infrared (Honeywell) u żewġ sensuri tad-dawl (Honeywell). Id-distanza operattiva hija bejn 0 u 105 mm. Il-valuri mkejla se jiġu kkonvertiti f’kontenut stmat ta’ laħam dgħif permezz tal-apparat CGM innifsu.

3.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Y = 60,7538 - 0,6465 × X1 + 0,1243 × X2

Meta:

Y

=

il-perċentwal stmat ta’ laħam dgħif,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam dorsali mkejla mit-tielet sar-raba’ kustilja mill-pożizzjoni tal-aħħar kustilja, 60 mm mil-linja dorsali tan-nofs, imkejla b’mod parallel mal-linja tal-qsim tal-karkassa,

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari mkejla bejn it-tielet sar-raba’ kustilja mill-pożizzjoni tal-aħħar kustilja, 60 mm mil-linja dorsali tan-nofs, imkejla b’mod parallel mal-linja tal-qsim tal-karkassa.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.

Parti II

Ultra FOM 300

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “Ultra FOM 300”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’serje ta’ transducers ultrasoniċi fuq 3,5 MHz (U-Systems). Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu kkonvertiti f’kontenut stmat ta’ laħam dgħif permezz tal-apparat Ultra FOM 300 nnifsu.

3.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Y = 64,0655 – 0,5986 × X1 + 0,0584 × X2 – 0,1600 × X3 + 0,0275 × X4

Meta:

Y

=

il-perċentwal stmat ta’ laħam dgħif,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam dorsali fil-pożizzjoni tal-aħħar kustilja mkejla fl-istess ħin, fl-istess post u bl-istess mod bħal X2,

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari mkejla fil-pożizzjoni tal-aħħar kustilja, 70 mm mil-linja tan-nofs dorsali perpendikulari mal-muskolu,

X3

=

il-ħxuna tax-xaħam dorsali mkejla bejn it-tielet sar-raba’ kustilja mill-pożizzjoni tal-aħħar kustilja, imkejla fl-istess ħin, fl-istess post u bl-istess mod bħal X4,

X4

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari mkejla bejn it-tielet sar-raba’ kustilja mill-pożizzjoni tal-aħħar kustilja, 70 mm mil-linja tan-nofs dorsali perpendikulari mal-muskolu.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.

PARTI III

IM-03

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “IM-03”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda ottika bil-labra (single line scanner SLS01) b’dijametru ta’ 7 mm. Is-sonda fiha serje ta’ sensuri ta’ immaġni CIS (contact image sensors) u dijodji li jagħtu dawl aħdar. Id-distanza operattiva hija bejn 0 u 132 mm.

3.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Y = 57,3864 – 0,5657 × X1 + 0,1476 × X2

Meta:

Y

=

il-perċentwal stmat ta’ laħam dgħif,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam dorsali mkejla bejn it-tielet sar-raba’ kustilja mill-pożizzjoni tal-aħħar kustilja, 60 mm mil-linja dorsali tan-nofs, imkejla b’mod parallel mal-linja tal-qsim tal-karkassa,

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari mkejla bejn it-tielet sar-raba’ kustilja mill-pożizzjoni tal-aħħar kustilja, 60 mm mil-linja dorsali tan-nofs, imkejla b’mod parallel mal-linja tal-qsim tal-karkassa,

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.

PARTI IV

Autofom III

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat “AutoFom III”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’16-il transducer ultrasoniku ta’ 2 MHz (Carometec A/S) b’distanza operattiva ta’ 25 mm bejniethom. Id-data ultrasonika għandha tikkonsisti f’kejl tal-ħxuna tax-xaħam dorsali, tal-ħxuna tal-muskolu u tal-parametri marbuta magħhom. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu kkonvertiti fi stimi tal-perċentwal ta’ laħam dgħif bl-użu ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Y = 59,9912 – 0,3658 × X1 - 0,3841 × X2 + 0,0605 × X3 + 0,0602 × X4

Meta:

Y

=

il-perċentwal stmat ta’ laħam dgħif,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam dorsali (mingħajr ġilda) fil-pożizzjoni MFT2,

X2

=

il-ħxuna tax-xaħam dorsali (mingħajr ġilda) fil-pożizzjoni MFT1,

X3

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari fil-pożizzjoni MFT2,

X4

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari fil-pożizzjoni MFT1.

MFT tirreferi għall-pożizzjoni tal-ħxuna minima tax-xaħam (mingħajr ġilda). MFT1 tirreferi għall-ħxuna minima tax-xaħam fil-karkassa kollha u MFT2 tirreferi għall-ħxuna minima tax-xaħam fiż-żona lumbari l-aktar qrib il-parti t’isfel tal-apparat.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.

PARTI V

Autofom IV

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat “AutoFom IV”.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’16-il transducer ultrasoniku ta’ 2 MHz (Carometec A/S) b’distanza operattiva ta’ 25 mm bejniethom. Id-data ultrasonika għandha tikkonsisti f’kejl tal-ħxuna tax-xaħam dorsali, tal-ħxuna tal-muskolu u tal-parametri marbuta magħhom. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu kkonvertiti fi stimi tal-perċentwal ta’ laħam dgħif bl-użu ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Y = 56,3590 – 0,7618 × X1 + 0,0326 × X2 + 0,0685 × X3 + 0,0551 × X4 + 0,3868 × X5

Meta:

Y

=

il-perċentwal stmat ta’ laħam dgħif,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam dorsali (mingħajr ġilda) imkejla 70 mm mis-sinsla fil-pożizzjoni MFT2,

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari fil-pożizzjoni MFT2,

X3

=

il-ħxuna massima tal-muskolu lumbari tal-karkassa sħiħa,

X4

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari fil-pożizzjoni MFT1,

X5

=

il-ħxuna tax-xaħam dorsali (mingħajr ġilda) fil-pożizzjoni MFT2.

MFT tirreferi għall-pożizzjoni tal-ħxuna minima tax-xaħam (mingħajr ġilda). MFT1 tirreferi għall-ħxuna minima tax-xaħam fil-karkassa kollha u MFT2 tirreferi għall-ħxuna minima tax-xaħam fiż-żona lumbari l-aktar qrib il-parti t’isfel tal-apparat.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.

PARTI VI

Fat-O-Meater II (FOM II)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat imsejjaħ “Fat-O-Meater II (FOM II)”.

2.

L-apparat huwa verżjoni ġdida tas-sistema tal-kejl FAT-O-Meater. Il-FOM II jikkonsisti f’sonda ottika b’sikkina, f’apparat għall-kejl tal-ħxuna bi ħxuna tal-kejl ta’ 125 mm u fi skeda għall-ġbir u l-analiżi tad-data — kompjuter Carometec Touch Panel i15 (Ingress Protection IP69K). Ir-riżultati tal-kejl jiġu kkonvertiti f’kontenut stmat ta’ laħam dgħif permezz ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Y = 60,3281 – 0,6493 × X1 + 0,1529 × X2

Meta:

Y

=

il-perċentwal stmat ta’ laħam dgħif,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam dorsali mkejla bejn it-tielet sar-raba’ kustilja mill-pożizzjoni tal-aħħar kustilja, 70 mm mil-linja tan-nofs dorsali perpendikulari mal-muskolu lumbari,

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari mkejla bejn it-tielet sar-raba’ kustilja mill-pożizzjoni tal-aħħar kustilja, 70 mm mil-linja tan-nofs dorsali perpendikulari mal-muskolu.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.

PARTI VII

Manual method (ZP)

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-“manual method (ZP)” bil-kejl bir-riga.

2.

Dan il-metodu jista’ jiġi implimentat bl-użu ta’ riga, bil-gradazzjoni li tiġi ddeterminata abbażi tal-ekwazzjoni ta’ previżjoni. Huwa bbażat fuq il-kejl manwali tal-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma tal-ħxuna tax-xaħam dorsali u tal-ħxuna tal-muskolu.

3.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Y = 62,4306 – 0,6264 × X1 + 0,0911 × X2

Meta:

Y

=

il-perċentwal stmat ta’ laħam dgħif,

X1

=

il-ħxuna minima tax-xaħam viżibbli fuq il-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma f’mm, li tkopri l-M. gluteus medius,

X2

=

il-ħxuna tal-muskolu lumbari, f’mm, fuq il-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, imkejla fuq l-iqsar konnessjoni bejn it-tarf ta’ quddiem (tal-kranju) tal-M. gluteus medius u t-tarf ta’ fuq (dorsali) tal-kanal vertebrali.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.

PARTI VIII

CSB Image-Meater 2.0

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat “CSB Image-Meater 2.0”.

2.

Is-CSB Image-Meater 2.0 jikkonsisti f’vidjokamera, f’kompjuter mgħammar b’kard għall-analiżi tal-immaġni, fi skrin, printer, f’mekkaniżmu għall-kmand, f’mekkaniżmu għat-trigger u f’interfaċċi. Il-ħames varjabbli tal-Image-Meater huma kollha mkejla fil-linja tal-qsim tal-parti tal-perżuta (madwar l-M. gluteus medius). Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu kkonvertiti fi stimi tal-perċentwal ta’ laħam dgħif bl-użu ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Y = 56,4264 + 0,1417 × X1 – 0,4331 × X2 – 0,3504 × X3 + 0,9952 × X4

Meta:

X1

=

il-ħxuna f’mm tal-M. gluteus medius fit-tarf ta’ quddiem (tal-kranju),

X2

=

il-ħxuna medja f’mm tax-xaħam dorsali fuq M. gluteus medius,

X3

=

il-ħxuna medja f’mm tax-xaħam dorsali fuq il-korpi vertebrali a, b, c, u d,

X4

=

il-ħxuna medja f’mm tas-saff estern tax-xaħam dorali fuq il-korpi vertebrali a, b, c, u d.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.

PARTI IX

EstiMeat Expert

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat “EstiMeat Expert”.

2.

L-apparat EstiMeat Expert jikkonsisti f’kamera tal-fond li taqbad immaġnijiet 3D tal-karkassi f’datapoint cloud, u kompjuter mgħammar b’software, ibbażat fuq mudell newrali, biex jipproċessa d-datapoint cloud. L-immaġnijiet miksuba jiġu pproċessati mis-software u l-output huwa vettur li fih bosta eluf ta’ karatteristiċi.

3.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Y = 58,8209 + X1619 × 0,1035 + X2201 × 0,0311 + X2234 × 0,3665 + X2293 × 0,1774 + X2313 × -0,3141 + X2363 × -0,0715 + X2377 × -0,5151 + X2425 × 0,0360 + X2457 × 0,0245 + X2499 × 0,1272 + X2517 × -0,3138 + X2592 × -0,0177 + X2641 × 0,0853 + X2643 × 0,0915 + X2711 × 0,2308 + X2805 × 0,0598 + X2897 × 0,0727 + X3088 × 0,1598 + X3225 × 0,0305 + X3317 × 0,1003 + X3449 × 0,0572 + X3481 × -0,0646 + X3486 × 0,0147 + X3497 × -0,3797 + X3573 × 0,0357 + X3643 × 0,1213 + X3779 × 0,1753 + X3788 × -0,0265 + X3829 × 0,0559 + X3878 × -0,1215 + X4377 × 0,0896 + X4411 × -0,0141 + X4473 × 0,0210 + X4597 × 0,0413 + X4612 × -0,1083 + X4633 × 0,1482

Meta s-sekwenza X1619 sa X4633 huma l-karatteristiċi miksuba kif deskritt fil-punt 2 u magħżula abbażi ta’ analiżi statistika mwettqa matul il-prova tal-awtorizzazzjoni.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.

PARTI X

EstiMeat Pro

1.

Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat “EstiMeat Pro”.

2.

L-apparat EstiMeat Pro jikkonsisti f’kamera tal-fond li taqbad immaġnijiet 3D tal-karkassi f’data point cloud, u kompjuter mgħammar b’software, ibbażat fuq mudell newrali, biex jipproċessa d-data point cloud. L-immaġnijiet miksuba jiġu pproċessati mis-software u l-output huwa vettur li fih bosta eluf ta’ karatteristiċi.

3.

Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

Y = 58,7239 + X1035 × 0,4758 + X1083 × -0,3372 + X1228 × 0,2446 + X1312 × 0,8333 + X1358 × -0,0403 + X1484 × 0,0297 + X2059 × -0,1927 + X2131 × 0,9101 + X2169 × -0,2740 + X2201 × -0,6023 + X2293 × 0,7966 + X2315 × -0,3573 + X2336 × 0,7383 + X2425 × -0,0186 + X2549 × -0,4582 + X2974 × 1,4175 + X3083 × -0,5134 + X3131 × -0,3641 + X3193 × -0,3497 + X3201 × 0,3780 + X3225 × -0,0341 + X3317 × 0,3329 + X3339 × -0,4669 + X3360 × 0,6139 + X3387 × -0,3666 + X3409 × -0,1408 + X3481 × -0,0379 + X3486 × 0,2139 + X3497 × -0,4410 + X3532 × -0,6743 + X3573 × 0,2748 + X4291 × 0,4108 + X4341 × -0,4624 + X4363 × 0,7046 + X4433 × 0,4170 + X4473 × 0,2388 + X4532 × -0,0327 + X4597 × 0,2930

Meta s-sekwenza X1035 sa X4597 huma l-karatteristiċi miksuba kif deskritt fil-punt 2 u magħżula abbażi ta’ analiżi statistika mwettqa matul il-prova tal-awtorizzazzjoni.

Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 60 u 120 kg.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1434/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top