Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2667

Regolament (UE) 2023/2667 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009 u (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 u (KE) Nru 694/2003 u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-proċedura tal-viża

PE/41/2023/REV/1

ĠU L, 2023/2667, 7.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2667/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2667/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2667

7.12.2023

REGOLAMENT (UE) 2023/2667 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Novembru 2023

li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009 u (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 u (KE) Nru 694/2003 u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-proċedura tal-viża

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 77(2), il-punt (a), u l-Artikolu 79(2), il-punt (a), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-politika komuni dwar il-viżi tal-Unjoni kienet parti integrali mill-istabbiliment ta’ żona mingħajr fruntieri interni. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2018 bit-titolu “Nadattaw il-politika komuni dwar il-viżi għal sfidi ġodda” indirizzat il-kunċett ta’ “viżi elettroniċi” u ħabbret studju tal-fattibbiltà dwar il-proċeduri tal-viża diġitali u l-intenzjoni li jiġu vvalutati l-għażliet u jiġu promossi proġetti pilota biex titħejja t-triq għal proposti futuri. Meta rrevedew il-Kodiċi dwar il-Viżi (3) fl-2019, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw b’mod espliċitu l-għan li fil-futur tiġi żviluppata soluzzjoni komuni li tippermetti li l-applikazzjonijiet għal viża ta’ Schengen jiġu ppreżentati online, biex b’hekk isir użu sħiħ mill-iżviluppi legali u teknoloġiċi reċenti.

(2)

Dan ir-Regolament huwa konformi mal-politika tal-Unjoni li tinkoraġġixxi l-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-deċennju diġitali”. Sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) fl-2010 u l-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) fl-2011 skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-kuntest li fih topera l-politika dwar il-viżi nbidel b’mod konsiderevoli. Barra minn hekk, żviluppi teknoloġiċi sinifikanti jipprovdu opportunitajiet ġodda sabiex il-proċess tal-applikazzjoni għal viżi ta’ Schengen isir aktar faċli u aktar effettiv għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll iktar kosteffettiv għall-Istati Membri.

(3)

Il-pandemija tal-COVID-19, li naqqset ir-ritmu tal-operazzjonijiet tal-viża ta’ Schengen madwar id-dinja, parzjalment minħabba d-diffikultà li jiġu riċevuti applikanti għal viża fil-konsulati u fiċ-Ċentri tal-Applikazzjoni għall-Viża, wasslet lill-Istati Membri biex jitolbu lill-Kummissjoni tħaffef il-ħidma fuq id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri tal-viża.

(4)

Il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil propost mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Settembru 2020 stabbilixxa l-objettiv li l-proċedura tal-viża ssir kompletament diġitalizzata sal-2025, b’viża diġitali u l-kapaċità li jiġu sottomessi applikazzjonijiet għal viża online.

(5)

Filwaqt li l-ipproċessar tal-viża diġà huwa parzjalment diġitalizzat, bl-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet irreġistrati fil-VIS, hemm żewġ passi importanti li għadhom ibbażati fuq il-karta: il-proċess tal-applikazzjoni għal viża u l-ħruġ tal-viża lill-applikant permezz ta’ stiker tal-viża. L-istadji bbażati fuq il-karta joħolqu piż għall-partijiet interessati kollha, b’mod partikolari għall-awtoritajiet tal-Istati Membri li joħorġu l-viżi u għall-applikanti għal viża. L-Istati Membri huma konxji ta’ dak il-piż u xi wħud minnhom diġà implimentaw soluzzjonijiet diġitali sabiex jipprovdu lill-applikanti bi proċedura ta’ applikazzjoni moderna u faċli għall-utenti u biex itejbu l-effiċjenza fl-immaniġġjar tal-applikazzjonijiet għal viża.

(6)

Jenħtieġ li tiġi żviluppata soluzzjoni teknika unika, jiġifieri l-Pjattaforma tal-UE ta’ Applikazzjoni għal Viża (EU VAP), sabiex tippermetti lill-applikanti għal viża japplikaw għal viża online, irrispettivament mill-Istat Membru tad-destinazzjoni. Jenħtieġ li din l-għodda tiddetermina awtomatikament liema Stat Membru huwa kompetenti biex jeżamina applikazzjoni, b’mod partikolari f’każijiet meta l-applikant ikollu l-ħsieb li jżur diversi Stati Membri. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri jkollhom bżonn jivverifikaw biss jekk l-għodda ddeterminatx l-Istat Membru kompetenti korrett.

(7)

Pjattaforma diġitali komuni, komuni għall-Istati Membri kollha, tkun tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-titjib tal-immaġni tal-Unjoni.

(8)

Jenħtieġ li l-EU VAP tipprovdi lill-applikant b’informazzjoni aġġornata u aċċessibbli faċilment u l-kundizzjonijiet tad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri, f’formati li jqisu insuffiċjenzi fil-vista. Jenħtieġ li tipprovdi wkoll għodda ta’ gwida li biha l-applikant jista’ jsib l-informazzjoni kollha meħtieġa rigward ir-rekwiżiti u l-proċeduri tal-viża, bħal, iżda mhux limitata għal, jekk hijiex meħtieġa viża u x’tip ta’ viża; l-ammont tat-tariffa tal-viża; l-Istat Membru kompetenti għall-immaniġġjar tal-applikazzjoni; x’dokumenti ta’ sostenn huma meħtieġa; jekk huwiex meħtieġ appuntament biex jinġabru l-identifikaturi bijometriċi u jekk huwiex possibbli li japplika online mingħajr appuntament. L-EU VAP jenħtieġ li tipprovdi lill-applikant b’dokumenti f’format li jista’ jiġi stampat u tinkludi mekkaniżmu ta’ komunikazzjoni, bħal chatbot, biex iwieġeb il-mistoqsijiet tal-applikanti. Tali chatbot mhuwiex se jikkostitwixxi l-uniku mezz li bih l-applikant jista’ jikseb informazzjoni dwar il-proċedura tal-viża. Jenħtieġ li l-EU VAP tipprovdi wkoll informazzjoni dwar l-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-VIS. Jenħtieġ li l-EU VAP tippermetti komunikazzjoni elettronika sigura bejn l-applikant u l-konsulat kompetenti jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti, jekk ikunu meħtieġa dokumenti addizzjonali jew intervista mal-applikant.

(9)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li s-servizz offrut lill-pubbliku matul il-proċess tal-applikazzjoni għal viża jkun ta’ standard għoli u jsegwi prattika amministrattiva tajba. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-prinċipju ta’ “punt uniku ta’ servizz” jiġi applikat għall-applikanti kollha.

(10)

Jenħtieġ li l-applikanti għal viża jkunu jistgħu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom u jipprovdu d-data meħtieġa fil-formola tal-applikazzjoni, kopja elettronika tad-dokument tal-ivvjaġġar, dokumenti ta’ sostenn u assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar f’format diġitali permezz tal-EU VAP. Sabiex l-applikanti jkunu jistgħu jissejvjaw l-informazzjoni relatata mal-applikazzjoni tagħhom, jenħtieġ li l-EU VAP tkun tista’ taħżen id-data temporanjament u strettament sakemm dan ikun meħtieġ għat-tlestija tal-kompiti rilevanti. Ladarba l-applikant jissottometti l-applikazzjoni online u l-Istati Membri jagħmlu l-verifiki xierqa, il-fajl tal-applikazzjoni jenħtieġ li jiġi ttrasferit għas-sistema nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti u jinħażen hemmhekk. Il-konsulati jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom jikkonsultaw l-informazzjoni maħżuna fil-livell nazzjonali u jdaħħlu biss id-data meħtieġa fil-VIS ċentrali.

(11)

Jenħtieġ li d-dehra personali fil-konsulat jew għand il-fornitur estern tas-servizzi tkun, fil-prinċipju, obbligatorja biss għall-applikanti għall-ewwel darba u għall-applikanti li jkunu kisbu dokument tal-ivvjaġġar ġdid, li jeħtieġ li jiġi vverifikat, u għall-ġbir ta’ identifikaturi bijometriċi. Madankollu, f’każijiet ta’ dubju dwar id-dokument tal-ivvjaġġar, id-dokumenti ta’ sostenn, jew it-tnejn li huma, jew f’każijiet individwali f’post partikolari fejn hemm inċidenza għolja ta’ dokumenti frodulenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu l-possibbiltà li jitolbu lill-applikant jidher personalment.

(12)

Jenħtieġ li l-applikanti ripetuti jkunu jistgħu japplikaw kompletament online fi żmien 59 xahar wara l-applikazzjoni inizjali tagħhom, sakemm japplikaw bl-istess dokument tal-ivvjaġġar. Ladarba jkun għadda dak il-perjodu, jenħtieġ li l-identifikaturi bijometriċi jerġgħu jinġabru, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 810/2009, li jipprevedi li d-data bijometrika għandha, fil-prinċipju, tinġabar kull 59 xahar, li jibdew jgħoddu mid-data tal-ewwel ġbir.

(13)

Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rekwiżit ta’ viża li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jew ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgawdu mid-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra, u li ma jkollhomx karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE, jew ta’ ċittadini tar-Renju Unit li huma benefiċjarji tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (7) (il-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit) b’rabta mal-Istat ospitanti tagħhom, kif definit fil-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit, u li ma jkollhomx dokument ta’ residenza skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit.

(14)

L-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jiċċaqlaq u jirrisjedi liberament fit-territorju tal-Istati Membri, soġġett għal-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattati u bil-miżuri adottati biex jagħtuhom effett. Id-Direttiva 2004/38/KE tistabbilixxi l-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet relatati ma’ dawk id-drittijiet. Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE għandhom id-dritt li mhux biss jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru iżda wkoll li jiksbu viża tad-dħul għal dak il-għan. Jeħtieġ li l-Istati Membri jagħtu lil dawn il-persuni kull faċilità biex jiksbu l-viżi meħtieġa, li għandhom jinħarġu mingħajr ħlas mill-aktar fis possibbli, abbażi ta’ proċedura aċċellerata u b’kunsiderazzjoni xierqa tas-salvagwardji proċedurali li japplikaw għalihom. F’dan l-isfond, tali membri tal-familja jenħtieġ li, b’mod partikolari, jkunu intitolati li jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għal viża, l-applikazzjoni tagħhom għal konferma ta’ viża valida f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid jew l-applikazzjoni tagħhom għal estensjoni tal-viża tagħhom mingħajr ma jużaw l-EU VAP, billi dan jista’ jiffaċilita l-applikazzjoni tagħhom għall-viża. F’każ bħal dan, jenħtieġ li huma jkunu intitolati li jagħżlu li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom personalment fil-konsulat jew għand il-fornituri esterni tas-servizzi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-EU VAP tqis bis-sħiħ id-drittijiet u l-faċilitazzjonijiet mogħtija lill-benefiċjarji tal-acquis dwar il-moviment liberu. L-istess japplika fir-rigward tal-membri tal-familja ta’ ċittadini tar-Renju Unit li huma benefiċjarji tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit b’rabta mal-Istat ospitanti tagħhom, kif definit fil-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit bis-saħħa tal-Artikolu 14(3) ta’ dak il-Ftehim.

(15)

Jenħtieġ li japplikaw dispożizzjonijiet speċjali minħabba raġunijiet umanitarji, f’każijiet individwali ġġustifikati, f’każijiet ta’ force majeure, jew għal Kapijiet tal-Istat jew tal-gvern u membri ta’ gvern nazzjonali b’konjuġi li jakkumpanjawhom, u l-membri tad-delegazzjoni uffiċjali tagħhom meta jiġu mistiedna mill-gvernijiet tal-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal skop uffiċjali, sovrani u membri għolja oħrajn ta’ familja rjali, meta jiġu mistiedna mill-gvernijiet tal-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal skop uffiċjali, u għal viżi li għalihom issir applikazzjoni mal-fruntiera esterna jew li jafu jiġu estiżi għat-territorju tal-Istati Membri.

(16)

Id-dispożizzjonijiet speċjali li japplikaw minħabba raġunijiet umanitarji jistgħu jkopru wkoll it-tipi kollha ta’ kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà diġitali, aċċess limitat għall-Internet jew l-ebda penetrazzjoni tal-Internet, jew kompetenza diġitali limitata. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-persuni b’diżabilità.

(17)

Persuna terza awtorizzata debitament mill-applikant għal viża jew mogħtija s-setgħa bil-liġi biex tirrappreżentah, fejn xieraq, jenħtieġ li tkun tista’ tippreżenta applikazzjoni f’ismu l-applikant tal-viża, dment li l-identità ta’ dik il-persuna terza tkun inkluża fil-formola tal-applikazzjoni.

(18)

Jenħtieġ li kull applikant jissottometti formola tal-applikazzjoni mimlija bl-użu tal-EU VAP. Il-formola tal-applikazzjoni online, li tkun tinkludi dikjarazzjoni tal-awtentiċità, il-kompletezza, il-korrettezza u l-affidabbiltà tad-data ppreżentata u dikjarazzjoni tal-veraċità u l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet li jkunu saru, jenħtieġ li tiġi ffirmata elettronikament billi tiġi magħżula l-kaxxa xierqa fil-formola tal-applikazzjoni. Jenħtieġ li kull applikant jiddikjara wkoll li huwa fehem il-kundizzjonijiet għad-dħul imsemmija fir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u li jista’ jintalab jipprovdi d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti f’kull dħul. Jenħtieġ li l-applikanti jikkonfermaw li huma jaqblu li jirċievu komunikazzjonijiet permezz tal-EU VAP. Għal dak il-għan, jenħtieġ li huma jaċċessaw l-EU VAP fuq bażi regolari. Il-formoli ta’ applikazzjoni għal minorenni jenħtieġ li jiġu sottomessi u ffirmati elettronikament minn persuna li teżerċita awtorità ta’ ġenitur jew kustodja legali permanenti jew temporanja.

(19)

Meta japplikaw għal viża, jenħtieġ li l-applikanti jipprovdu prova ta’ dokumenti ta’ sostenn. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dan jinkludi kemm is-sottomissjoni diġitali kif ukoll dik fiżika tad-dokumenti. Meta titqies il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi ta’ rifjut ta’ viża, indirizz IP immarkat waħdu jew id-duplikazzjoni potenzjali tal-indirizzi IP ma għandux ikun ta’ rilevanza għall-fini tal-eżami tal-applikazzjoni.

(20)

Jenħtieġ li l-ħlas tat-tariffa tal-viża jsir bl-użu ta’ gateway konnessa mal-EU VAP u l-pagamenti jiġu ttrasferiti direttament, fl-intier tagħhom, lill-Istat Membru xieraq. Jenħtieġ li d-data meħtieġa biex jiġi żgurat il-ħlas elettroniku ma tkunx tifforma parti mid-data maħżuna fil-VIS. Meta pagament elettroniku ma jkunx possibbli, it-tariffa tal-viża jenħtieġ li tinġabar mill-konsulati jew mill-fornitur estern tas-servizzi fdat b’dak il-kompitu.

(21)

L-EU VAP jenħtieġ li jkun fiha wkoll għodda għall-appuntamenti, li l-Istati Membri jużaw biex jiġġestixxu l-appuntamenti fil-konsulati tagħhom jew għand il-fornituri esterni tas-servizzi. Filwaqt li l-użu ta’ tali għodda jenħtieġ li jibqa’ fakultattiv, minħabba li jista’ ma jkunx xieraq fil-postijiet kollha u għall-konsulati kollha, madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen biex jiddiskutu jekk jistax jiġi segwit approċċ armonizzat rigward l-użu tal-għodda għall-appuntamenti f’pajjiżi terzi speċifiċi jew f’postijiet speċifiċi.

(22)

Jenħtieġ li l-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen tiddetermina wkoll f’każijiet speċifiċi l-użu ta’ lingwi mhux uffiċjali mitkellma ħafna għat-traduzzjoni tal-formola tal-applikazzjoni. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen tiddiskuti wkoll arranġamenti għat-trasferiment tad-data elettronika għal fornituri esterni tas-servizzi jew li tirrappreżenta lill-Istati Membri fejn skont il-liġijiet nazzjonali pajjiżi terzi jipprojbixxu tali trasferimenti barra mit-territorju tagħhom.

(23)

L-EU VAP jenħtieġ li twettaq verifika minn qabel awtomatizzata tal-ammissibbiltà biex tivverifika jekk l-informazzjoni pprovduta mill-applikant tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà għall-viża mitluba. Jenħtieġ li tinnotifika lill-applikant jekk kwalunkwe informazzjoni hijiex nieqsa u tipprovdi lill-applikant bil-possibbiltà li jikkoreġi l-applikazzjoni.

(24)

L-EU VAP jenħtieġ li twettaq verifika minn qabel awtomatizzata tal-kompetenza biex tiddetermina minn qabel l-Istat Membru kompetenti abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant. Madankollu, l-applikant jenħtieġ li jkun jista’ jindika li l-applikazzjoni tiegħu tiġi pproċessata minn Stat Membru ieħor abbażi tal-għan ewlieni tas-soġġorn. Il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat jenħtieġ li mbagħad jivverifikaw jekk humiex kompetenti biex jeżaminaw l-applikazzjoni.

(25)

Fejn il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru jsibu li huma kompetenti biex jeżaminaw l-applikazzjoni, jenħtieġ li huma jaċċettawha u li d-data tiġi importata fis-sistema nazzjonali mill-ħażna temporanja kif stabbilita mir-Regolament VIS u titħassar minn dik il-ħażna temporanja bl-eċċezzjoni tad-data ta’ kuntatt.

(26)

Jenħtieġ li l-arkitettura tal-EU VAP tiżgura l-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, ir-rispett tal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data u li, meta tkun operazzjonali, l-EU VAP tiġi implimentata b’mod li josserva d-drittijiet ta’ aċċess skont il-liġi eżistenti rilevanti, kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni.

(27)

Sabiex id-data personali mdaħħla fl-EU VAP tkun tal-kwalità minima meħtieġa, proċedura speċifika biex tiġi vverifikata l-kwalità tagħha hija meħtieġa. Approċċ uniformi għall-verifika tal-kwalità huwa importanti mhux biss biex jiġi żgurat livell ugwali ta’ kwalità tad-data fl-Istati Membri kollha, iżda wkoll biex jiġi żgurat li l-applikanti jirċievu l-istess trattament irrispettivament mill-awtorità kompetenti li jindirizzaw.

(28)

Jeħtieġ li jiġu ċċarati r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti fl-ipproċessar tad-data miġbura mill-applikanti u d-detenturi tal-viża. L-Istati Membri se jkunu l-utenti finali tad-data li se tinġabar mill-EU VAP u se jieħdu d-deċiżjoni finali abbażi tad-data pprovduta mill-applikanti u d-detenturi tal-viża. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kontrolluri konġunti għall-ipproċessar tad-data personali fil-ħażna temporanja f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Kull Stat Membru jenħtieġ li jaħtar awtorità kompetenti li jenħtieġ li tkun kontrollur. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw dawk l-awtoritajiet lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), u lil Stati Membri oħra. L-eu-LISA jenħtieġ li topera u tipprovdi soluzzjonijiet tekniċi għall-EU VAP u jenħtieġ li tipproċessa d-data sottomessa mill-applikanti għal viża f’isem l-Istati Membri li joħorġu l-viżi ta’ Schengen. Għalhekk, l-eu-LISA jenħtieġ li tkun proċessur kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (12), tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(29)

Meta jkun hemm informazzjoni ġdida dwar l-applikazzjoni jew il-viża, l-applikant jenħtieġ li jiġi infurmat permezz ta’ messaġġ elettroniku. Id-deċiżjoni meħuda mill-Istat Membru kompetenti, f’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 810/2009 u (KE) Nru 767/2008, li tindika jekk il-viża tkunx maħruġa, irrifjutata, ikkonfermata għal dokument tal-ivvjaġġar ġdid, estiża, annullata jew irrevokata, jenħtieġ li tkun disponibbli għall-applikant permezz ta’ servizz ta’ kont sigur fl-EU VAP. L-aċċess għall-kont sigur fl-EU VAP jenħtieġ li jkun protett b’mezzi tekniċi, pereżempju permezz ta’ awtentikazzjoni b’diversi fatturi.

(30)

Prinċipju stabbilit sew fil-ġurisprudenza huwa li l-ebda dritt ma għandu jiġi ppreġudikat b’konsegwenza tal-iskadenza ta’ limitu ta’ żmien jekk il-parti kkonċernata tagħti prova tal-eżistenza ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jew ta’ force majeure. Għalhekk, id-drittijiet tal-applikanti ma għandhomx jiġu ppreġudikati fejn ma jkunx possibbli li jintuża l-kont sigur għal raġunijiet tekniċi, dment li l-applikant ikkonċernat jagħti prova tal-eżistenza ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jew ta’ force majeure.

(31)

Sabiex jitnaqqsu r-riskji għas-sigurtà relatati mal-użu ħażin tal-istikers tal-viża kontrafatti u misruqa, jenħtieġ li tinħareġ viża f’format diġitali u mhux aktar bħala stiker tal-viża mwaħħla mad-dokument tal-ivvjaġġar.

(32)

Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà massima u tiġi evitata kontrafazzjoni jew falsifikazzjoni, jenħtieġ li n-notifika ta’ viża diġitali tkun fil-forma ta’ barcode 2D, li tkun iffirmata b’mod kriptografiku mill-Awtorità Nazzjonali taċ-Ċertifikazzjoni tal-Firem (‘Country Signing Certificate Authority’ — CSCA) tal-Istat Membru emittenti. Għalhekk, fil-każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tal-VIS, il-kontrolli jistgħu jitwettqu abbażi ta’ dak il-barcode 2D.

(33)

Fejn id-dokument tal-ivvjaġġar tad-detentur tal-viża jintilef, jinsteraq, ikun skada jew invalidat u l-viża tkun għadha valida, id-detentur tal-viża jenħtieġ li jkun jista’ japplika permezz tal-EU VAP għal konferma tal-viża valida f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid, dment li d-dokument tal-ivvjaġġar ġdid ikun tal-istess tip u maħruġ mill-istess pajjiż bħad-dokument tal-ivvjaġġar mitluf, misruq, skadut jew invalidat. Jenħtieġ li d-detentur tal-viża jidher personalment quddiem il-konsulat jew għand il-fornitur estern tas-servizzi biex jippreżenta d-dokument tal-ivvjaġġar ġdid sabiex jivverifika l-awtentiċità ta’ dak id-dokument tal-ivvjaġġar.

(34)

Jenħtieġ li d-data maħżuna fl-EU VAP tiġi ssalvagwardjata bl-użu ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni li jsaħħu l-privatezza.

(35)

Jenħtieġ li l-fornituri esterni tas-servizzi jkollhom aċċess għall-EU VAP biss biex jirkupraw u jirrevedu applikazzjonijiet; jivverifikaw data maħżuna temporanjament, bħal pereżempju, skenn ta’ dokument tal-ivvjaġġar; jiċċekkjaw u jtellgħu d-data personali rilevanti miċ-ċippa tad-dokument tal-ivvjaġġar; jiġbru u jtellgħu identifikaturi bijometriċi; jagħmlu verifiki tal-kwalità tad-dokumenti ta’ sostenn imtellgħin; jikkonfermaw li applikazzjoni ġiet rieżaminata u b’hekk jagħmluha disponibbli għall-konsulat għal ipproċessar ulterjuri. Jenħtieġ li l-fornituri esterni tas-servizzi ma jkollhomx aċċess għad-data maħżuna fil-VIS.

(36)

Jeħtieġ li tiġi ddeterminata d-data minn meta jibdew l-operazzjonijiet, inklużi tal-viża diġitali u l-EU VAP. Jenħtieġ li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni, li matulu jenħtieġ li jkun possibbli għal Stat Membru li jiddeċiedi li ma jagħmilx użu mill-EU VAP. Dak il-perjodu ta’ tranżizzjoni jenħtieġ li jkun ta’ 7 snin mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-eu-LISA li jixtieq jingħaqad mal-EU VAP qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jużax l-EU VAP, jenħtieġ li d-detenturi tal-viża xorta jkunu jistgħu jivverifikaw il-viżi diġitali billi jużaw is-servizz web tal-EU VAP.

(37)

Jenħtieġ li l-eu-LISA tiżgura kapaċitajiet u funzjonalitajiet suffiċjenti tal-EU VAP sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jingħaqdu mal-EU VAP matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. L-iżvilupp tal-EU VAP mill-eu-LISA jenħtieġ li jqis l-użu futur tal-EU VAP mill-Istati Membri li għadhom ma bdewx japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ. L-EU VAP jenħtieġ li tiġi stabbilita sabiex tippermetti lil dawk l-Istati Membri jikkollegaw mal-EU VAP u jużawha mingħajr xkiel hekk kif tkun ġiet adottata deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jew l-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-eu-LISA tqis, b’mod partikolari, il-kapaċità ta’ ħżin tal-EU VAP u l-interkonnessjoni tal-EU VAP mas-sistemi nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-viża. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jkunu involuti bis-sħiħ fl-iżvilupp tal-EU VAP mill-bidu nett bl-istess mod bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.

(38)

Stat Membru li ma japplikax l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ jista’ jitlob lill-eu-LISA tintroduċi links għall-proċedura ta’ applikazzjoni nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat permezz tal-inklużjoni ta’ Lokalizzatur Uniformi tar-Riżorsi (URL) fl-EU VAP.

(39)

L-EU VAP jenħtieġ li tinkludi funzjonalità għall-applikanti u għal entitajiet oħra, bħal dawk li jħaddmu jew universitajiet jew awtoritajiet lokali, biex jivverifikaw il-viżi diġitali.

(40)

Sabiex tkun tista’ tiġi applikata d-Deċiżjoni Nru 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), il-Bulgarija, Ċipru u r-Rumanija jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-qari biss ta’ viżi diġitali maħżuna fil-VIS.

(41)

L-eu-LISA jenħtieġ li tkun responsabbli għall-iżvilupp tekniku u t-tmexxija operattiva tal-EU VAP u l-komponenti tagħha, bħala parti mill-VIS.

(42)

Jenħtieġ li l-arkitettura tal-EU VAP terġa’ tuża kemm jista’ jkun is-sistemi eżistenti u li ġejjin li jiffurmaw parti mill-qafas il-ġdid għall-interoperabbiltà u, b’mod partikolari, is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u s-Sistema ta’ Dħul u Ħruġ (EES), filwaqt li tirrispetta l-limitazzjonijiet attwali tat-teknoloġija u l-investimenti magħmula diġà mill-Istati Membri fis-sistemi nazzjonali tagħhom stess.

(43)

L-iżvilupp tal-EU VAP mill-eu-LISA u tal-interkonnessjoni tagħha mas-sistemi nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-viża u l-operazzjoni, inkluża l-manutenzjoni, mill-eu-LISA, tal-EU VAP jenħtieġ li jiġi ffinanzjat taħt il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fir-rigward tal-adattamenti meħtieġa mill-Istati Membri għas-sistemi nazzjonali eżistenti ta’ informazzjoni dwar il-viża, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi biex jiffinanzjaw din il-kategorija ta’ spejjeż.

(44)

Jenħtieġ li l-verifika tal-viżi diġitali fil-fruntiera tkun tiddependi fuq l-arkitettura tas-sistema tal-UE eżistenti u li ġejja għall-ġestjoni tal-fruntieri u li tkun tikkonsisti fl-informazzjoni tad-detentur tal-viża maħżuna fil-VIS. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tiġi vverifikata permezz ta’ data bijometrika mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

(45)

Il-format għall-viżi għal soġġorn qasir, kif stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 (13), jintuża wkoll għal viżi għal soġġorn twil. Għalhekk, il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (14) jenħtieġ li tiġi emendata biex tippermetti li l-viżi għal soġġorn twil jinħarġu wkoll f’format diġitali.

(46)

Id-Dokumenti ta’ Tranżitu Faċilitat (FTD) u d-Dokumenti ta’ Tranżitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) huma dokumenti ekwivalenti għal viżi ta’ tranżitu li jawtorizzaw lid-detentur jidħol sabiex jgħaddi mit-territorji tal-Istati Membri f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen dwar il-qsim tal-fruntieri esterni. FTD u FRTD jinħarġu f’formati uniformi u l-proċedura tal-applikazzjoni hija bbażata fuq il-karta. Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi tad-diġitalizzazzjoni, jenħtieġ li r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 (15) u (KE) Nru 694/2003 (16) jiġu emendati biex jippermettu applikazzjonijiet diġitali u l-ħruġ f’format diġitali ta’ FTD u FRTD.

(47)

Sabiex jiġu emendati ċerti aspetti tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex tistabbilixxi l-kontenut tal-formoli tal-applikazzjoni simplifikati għall-konferma ta’ viżi validi f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid u għall-estensjonijiet tal-viżi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (17). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(48)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards minimi għall-verifika tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u għall-ipproċessar tad-data taċ-ċipep, u biex tadotta regoli għall-mili tal-kampijiet tad-data tal-viżi diġitali. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).

(49)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni teknika tal-funzjonalitajiet tal-EU VAP, biex tadotta mudelli ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza f’każ li jkun teknikament impossibbli li tiġi aċċessata d-data fil-fruntieri esterni, u biex tispeċifika r-responsabbiltajiet u r-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri bħala kontrolluri konġunti għall-ipproċessar ta’ data personali fl-EU VAP, ir-relazzjoni bejn il-kontrolluri konġunti u l-proċessur, u r-responsabbiltajiet tal-proċessur f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(50)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri, l-istabbiliment tal-EU VAP u l-introduzzjoni ta’ viża diġitali jibnu fuq inizjattivi oħrajn li jimmiraw, minn naħa, li jissimplifikaw u jarmonizzaw il-proċeduri fil-kuntest tal-politika komuni dwar il-viżi u, min-naħa l-oħra, li jallinjaw l-ivvjaġġar, ir-rekwiżiti tad-dħul u l-verifiki fil-fruntieri fiż-Żona Schengen mal-era diġitali l-ġdida, l-emendi tal-leġiżlazzjoni relatata ma jistgħux jinkisbu jekk l-Istati Membri jieħdu azzjoni waħedhom iżda jistgħu pjuttost jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni u, bħala parti mill-acquis ta’ Schengen, l-Unjoni tista’ għalhekk tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(51)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE u tat-Tieni Parti tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit.

(52)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-introduzzjoni tal-EU VAP u ta’ viża diġitali se tirrispetta bis-sħiħ id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, ir-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, id-drittijiet tat-tfal, u l-protezzjoni ta’ persuni vulnerabbli. Is-salvagwardji kollha dwar id-drittijiet fundamentali inklużi fir-Regolament (KE) Nru 767/2008 se jibqgħu applikabbli bis-sħiħ fil-kuntest tal-EU VAP u tal-viża diġitali, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tat-tfal. L-EU VAP se jkollha tqis ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) sabiex tiżgura aċċess faċli għall-persuni b’diżabilità. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil persuni b’litteriżmu diġitali limitat u bi problemi relatati mal-aċċess għall-Internet.

(53)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament, jekk tkunx se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(54)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (20); għalhekk, l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(55)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (21), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (22).

(56)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (23) li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (24).

(57)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (25) li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (26).

(58)

Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija u r-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew inkella li huwa relatat miegħu, rispettivament, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005.

(59)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fil-21 ta’ Ġunju 2022 (27),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 810/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(2), jiżdied il-punt li ġej:

“(c)

id-drittijiet ta’ residenza li jitgawdew fl-Istat ospitanti, kif definit fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (*1) (“Il-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit”), minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tar-Renju Unit li huma benefiċjarji tal-Ftehim.

(*1)  Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).”;"

(2)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.

‘viża diġitali’ tfisser viża maħruġa f’format diġitali f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 (*2);

(*2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1).”;"

(b)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“10a.

‘formola tal-applikazzjoni’ tfisser il-formola tal-applikazzjoni armonizzata stabbilita fl-Anness I, disponibbli jew online permezz tal-Pjattaforma tal-UE ta’ Applikazzjoni għal Viża (EU VAP), stabbilita f’konformità mar-Regolament VIS jew fuq karta;”;

(c)

il-punt (13) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“13.

‘iffirmat elettronikament’ tfisser il-konferma ta’ ftehim online fl-EU VAP permezz tal-immarkar ta’ kaxxa xierqa fuq il-formola tal-applikazzjoni;”;

(d)

jiżdied il-punt li ġej:

“14.

‘messaġġ elettroniku’ tfisser komunikazzjoni mibgħuta b’mezzi elettroniċi li tinnotifika lir-riċevitur li informazzjoni ġdida hija disponibbli fil-kont sigur tiegħu.”;

(3)

l-Artikolu 3(5) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pussess ta’ permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jew minn Stat Membru li għadu ma bediex japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu fil-pussess ta’ wieħed mill-permessi ta’ residenza validi elenkati fl-Anness V maħruġa mill-Andorra, il-Kanada, il-Ġappun, San Marino, ir-Renju Unit jew l-Istati Uniti tal-Amerka li jiggarantixxu r-riammissjoni mhux kondizzjonata tad-detentur, jew li huma fil-pussess ta’ permess ta’ residenza validu għal wieħed jew aktar mill-pajjiżi u territorji extra-Ewropej tar-Renju tan-Netherlands (Aruba, Curaçao, Sint Maarten, Bonaire, Sint Eustatius u Saba);”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

il-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), il-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b), u l-membri tal-familja ta’ ċittadini tar-Renju Unit li huma benefiċjarji tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit imsemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (c);”;

(4)

fl-Artikolu 8, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4a.   L-arranġamenti ta’ rappreżentanza bilaterali għandhom jintwerew fl-EU VAP.”

;

(5)

l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“1a.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 33 u 35, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-EU VAP.

1b.   B’deroga mill-paragrafu 1a, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kategoriji ta’ persuni li ġejjin jippreżentaw applikazzjoni mingħajr ma jużaw l-EU VAP:

(a)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal raġunijiet umanitarji;

(b)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’każijiet individwali ġustifikati jew f’każijiet ta’ force majeure;

(c)

kapijiet tal-Istat jew tal-gvern u membri ta’ gvern nazzjonali akkumpanjati mill-konjuġi tagħhom, u l-membri tad-delegazzjoni uffiċjali tagħhom meta jiġu mistiedna mill-gvernijiet tal-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal skop uffiċjali, sovrani u membri għolja oħrajn ta’ familja rjali, meta jiġu mistiedna mill-gvernijiet tal-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal skop uffiċjali.”

;

(b)

fil-paragrafu 4, jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

minn persuna oħra, jekk applikabbli, debitament awtorizzata mill-applikant, meta tiġi ppreżentata permezz tal-EU VAP.”;

(6)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Meta jippreżentaw applikazzjoni, l-applikanti għandhom, fejn meħtieġ f’konformità mal-Artikolu 13, jidhru personalment biex jipprovdu l-identifikaturi bijometriċi tagħhom.

L-applikanti għandhom jidhru wkoll personalment għall-verifika tad-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom f’konformità mal-Artikolu 12.”

;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“1a.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 1b, f’każijiet ta’ dubju li jikkonċernaw id-dokument tal-ivvjaġġar, id-dokumenti ta’ sostenn, jew it-tnejn li huma, jew f’każijiet individwali f’post partikolari fejn ikun hemm inċidenza għolja ta’ dokumenti frodulenti, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu, abbażi ta’ valutazzjoni preliminari tal-applikazzjoni, li l-applikant jidher personalment biex jippreżenta dak id-dokument tal-ivvjaġġar jew biex jipprovdi dokumenti ta’ sostenn, jew it-tnejn li huma.

1b.   Il-konsulati għandhom, fi ħdan il-Kooperazzjoni lokali ta’ Schengen, jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1a, sabiex iqisu ċ-ċirkostanzi lokali.”

;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Meta jippreżenta l-applikazzjoni, l-applikant għandu:

(a)

jissottometti l-formola tal-applikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11;

(b)

jipprovdi prova li għandu d-dokument tal-ivvjaġġar f’konformità mal-Artikolu 12;

(c)

jippermetti li l-immaġni ta’ wiċċu tittieħed fuq il-post f’konformità mal-Artikolu 13 jew, fejn japplikaw l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(7a), jippreżenta ritratt f’konformità mal-istandards stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1683/95;

(d)

jippermetti l-ġbir tal-marki tas-swaba’ tiegħu f’konformità mal-Artikolu 13, fejn applikabbli;

(e)

iħallas it-tariffa tal-viża f’konformità mal-Artikolu 16;

(f)

jipprovdi prova tad-dokumenti ta’ sostenn f’konformità mal-Artikolu 14;

(g)

fejn applikabbli, jipprovdi prova tal-pussess ta’ assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida f’konformità mal-Artikolu 15.”

;

(7)

l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-formola tal-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata u ffirmata elettronikament. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1b), l-applikanti jistgħu jissottomettu formola tal-applikazzjoni mimlija b’mod manwali jew elettroniku, li għandha tkun iffirmata b’mod manwali.

Il-persuni inklużi fid-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant għandhom jissottomettu formola tal-applikazzjoni separata. Il-minorenni għandhom jissottomettu formola tal-applikazzjoni ffirmata minn persuna li teżerċita l-awtorità ta’ ġenitur jew kustodja legali permanenti jew temporanja.”

;

(b)

il-paragrafi 1a u 1b huma mħassra;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1c.   Kull applikant għandu jissottometti formola ta’ applikazzjoni kompluta li tkun tinkludi dikjarazzjoni tal-awtentiċità, il-kompletezza, il-korrettezza u l-affidabbiltà tad-data ppreżentata u dikjarazzjoni tal-veraċità u l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet li jkunu saru. Kull applikant għandu jiddikjara wkoll li huwa fehem il-kundizzjonijiet tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u li jista’ jintalab jipprovdi d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti f’kull dħul.”

;

(d)

il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“4.   Jekk il-formola tal-applikazzjoni ma tkunx disponibbli fil-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż ospitanti, traduzzjoni tagħha f’dik/dawk il-lingwa/i u, fejn applikabbli, fi kwalunkwe lingwa mhux uffiċjali mitkellma ħafna tal-pajjiż ospitanti għandha tkun disponibbli separatament għall-applikanti.

5.   F’konformità mal-Artikolu 48(1a), il-punt (c) u fejn għadha ma teżistix traduzzjoni komuni fil-lingwi rilevanti, il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen għandha tiżgura traduzzjoni komuni tal-formola tal-applikazzjoni fil-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż ospitanti u, fejn il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen tqis li hija meħtieġa, fi kwalunkwe lingwa mhux uffiċjali mitkellma ħafna tal-pajjiż ospitanti.”

;

(8)

l-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Dokument tal-ivvjaġġar

1.   L-applikant għandu jipprovdi prova li huwa għandu dokument tal-ivvjaġġar validu li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

il-validità tiegħu għandha testendi mill-inqas tliet xhur wara d-data maħsuba tat-tluq mit-territorju tal-Istati Membri jew, fil-każ ta’ diversi żjarat, wara l-aħħar data maħsuba tat-tluq mit-territorju tal-Istati Membri. Madankollu, f’każ ġustifikat ta’ emerġenza, dan l-obbligu jista’ jiġi rrinunzjat;

(b)

huwa għandu jkun inħareġ fl-10 snin preċedenti.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(1a), l-applikant għandu jkun meħtieġ jippreżenta d-dokument tal-ivvjaġġar personalment biss f’każ tal-ewwel applikazzjoni b’dak id-dokument tal-ivvjaġġar, jew jekk l-applikant huwa meħtieġ jipprovdi l-identifikaturi bijometriċi.

3.   Fejn meħtieġ skont il-paragrafu 2, l-awtentiċità, l-integrità u l-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar għandhom jiġu ċċekkjati u vverifikati bl-użu tat-teknoloġija xierqa.

4.   Il-konsulat, l-awtoritajiet ċentrali jew il-fornitur estern tas-servizzi għandu jivverifika li d-dokument tal-ivvjaġġar, li jiġi ppreżentat personalment f’konformità mal-paragrafu 2, ikun jikkorrespondi għall-kopja elettronika tal-paġna tal-bijodata tad-dokument tal-ivvjaġġar mtellgħa mill-applikant.

Jekk il-verifika ssir mill-fornitur estern tas-servizzi, il-fornitur estern tas-servizzi għandu juża l-portal tal-fornitur estern tas-servizzi msemmi fl-Artikolu 7f tar-Regolament VIS.

5.   Fejn il-fornitur estern tas-servizzi jkollu dubji dwar l-identità tal-applikant jew dwar l-awtentiċità, l-integrità jew il-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar ippreżentat, huwa għandu jikkomunika dawk id-dubji lill-konsulat jew lill-awtoritajiet ċentrali u jibgħat id-dokument tal-ivvjaġġar lill-konsulat għal verifika ulterjuri.

6.   Fejn id-dokument tal-ivvjaġġar ippreżentat ikun fih mezz ta’ ħżin (ċippa), il-konsulat, jew l-awtoritajiet ċentrali jew il-fornitur estern tas-servizzi għandhom jaqraw iċ-ċippa u jivverifikaw l-awtentiċità u l-integrità tad-data taċ-ċippa.

Id-data li ġejja għandha tittella’ fl-EU VAP:

(a)

id-data personali rilevanti limitata għad-data inkluża fiż-żona li tinqara minn magna u r-ritratt;

(b)

iċ-ċertifikati elettroniċi;

(c)

il-protokolli tal-kontroll.

7.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tadotta standards minimi fir-rigward tat-teknoloġija, il-metodi u l-proċeduri li għandhom jintużaw meta d-dokumenti tal-ivvjaġġar jiġu ċċekkjati u vverifikati mill-konsulat, mill-awtoritajiet ċentrali jew mill-fornitur estern tas-servizzi sabiex jiġi żgurat li d-dokument tal-ivvjaġġar ipprovdut jew ippreżentat ma jkunx falz, kontrafatt jew iffalsifikat u fir-rigward tat-teknoloġija, il-metodi u l-proċeduri li għandhom jintużaw meta tiġi pproċessata d-data taċ-ċippa skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

8.   Fejn ikun hemm dubji dwar il-kwalità tal-kopja elettronika tad-dokument tal-ivvjaġġar, b’mod partikolari dwar jekk tikkorrispondix mal-oriġinal, il-konsulat kompetenti jew il-fornitur estern tas-servizzi għandu jieħu kopja elettronika ġdida tad-dokument tal-ivvjaġġar u jtellagħha fl-EU VAP.”;

(9)

l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-identifikaturi bijometriċi għandhom jinġabru minn persunal kwalifikat u debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 4(1), (2) u (3). Taħt is-superviżjoni tal-konsulati jew l-awtoritajiet ċentrali, l-identifikaturi bijometriċi jistgħu wkoll jinġabru minn persunal kwalifikat u debitament awtorizzat ta’ fornitur estern tas-servizzi kif imsemmi fl-Artikolu 43. Fejn ikun hemm xi dubju, il-marki tas-swaba’ li jkunu ttieħdu mill-fornitur estern tas-servizzi jistgħu jiġu vverifikati fil-konsulat.”

;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7c.   Meta l-identifikaturi bijometriċi jinġabru minn fornitur estern tas-servizzi f’konformità mal-Artikolu 43, il-gateway tal-fornitur estern tas-servizzi msemmi fl-Artikolu 7f tar-Regolament VIS għandu jintuża sabiex jittellgħu l-identifikaturi bijometriċi msemmija fl-Artikolu 7f(1), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament.”

;

(10)

fl-Artikolu 14, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.   Meta japplika għal viża uniformi, l-applikant għandu jipprovdi dan li ġej:

(a)

prova ta’ dokumenti li jindikaw il-fini tal-vjaġġ;

(b)

prova ta’ dokumenti relatati mal-akkomodazzjoni jew ta’ mezzi suffiċjenti biex tiġi koperta l-akkomodazzjoni tal-applikant;

(c)

prova ta’ dokumenti li jindikaw li l-applikant għandu mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza jew huwa f’pożizzjoni li jikseb tali mezzi b’mod legali, skont l-Artikolu 6 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, kemm għat-tul tas-soġġorn previst kif ukoll għar-ritorn lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ residenza tal-applikant jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih l-applikant ikun żgur li jiġi ammess;

(d)

informazzjoni li tippermetti li ssir valutazzjoni tal-intenzjoni tal-applikant li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel ma tiskadi l-viża li għaliha jkun applika l-applikant.

2.   Meta japplika għal viża għal tranżitu fl-ajruport, l-applikant għandu jipprovdi:

(a)

prova ta’ dokumenti relatati mal-vjaġġ ’il barra lejn id-destinazzjoni finali wara t-tranżitu previst fl-ajruport;

(b)

informazzjoni li tippermetti li ssir valutazzjoni tal-intenzjoni tal-applikant li ma jidħolx fit-territorju tal-Istati Membri.”

;

(11)

fl-Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Barra minn hekk, tali applikanti għandhom jiddikjaraw, fil-formola tal-applikazzjoni, li huma konxji tal-ħtieġa li jkollhom fil-pussess tagħhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar għal soġġorni sussegwenti.”;

(12)

l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   It-tariffa tal-viża għandha tiġi imposta f’euro jew fil-munita nazzjonali tal-pajjiż terz jew fil-munita li hi normalment użata fil-pajjiż terz fejn qiegħda tiġi preżentata l-applikazzjoni u ma għandhiex tkun rimborżabbli ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 18(4) u fl-Artikolu 19(3).

L-għodda ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 7e tar-Regolament VIS għandha tintuża għall-ħlas tat-tariffa tal-viża ħlief meta pagament elettroniku ma jkunx possibbli, f’liema każ it-tariffa tal-viża tista’ tinġabar mill-konsulat jew mill-fornitur estern tas-servizzi fdat b’dan il-kompitu.

Meta t-tariffa tal-viża hija imposta f’munita oħra għajr l-euro, l-ammont għandu jiġi ddeterminat u rivedut regolarment b’applikazzjoni tar-rata tal-kambju ta’ referenza f’euro stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew. L-ammont impost jista’ jiġi aġġustat għall-eqreb ċifra u għandu jiġi żgurat li jiġu imposti tariffi simili skont il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen irrispettivament mill-Istat Membru li hu kompetenti biex jeżamina l-applikazzjoni għal viża.”

;

(b)

il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tirrevedi l-ammont tat-tariffi tal-viża stipulat fil-paragrafi 1, 2 u 2a ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 32a u 33 kull tliet snin, b’kont meħud ta’ kriterji oġġettivi, bħalma huma r-rata tal-inflazzjoni ġenerali fl-Unjoni kollha, kif ippubblikata mill-Eurostat, u l-medja ponderata tas-salarji tal-uffiċjali pubbliċi tal-Istati Membri. Abbażi ta’ dawk il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn xieraq, atti delegati f’konformità mal-Artikolu 51a dwar l-emenda ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-ammont tat-tariffi tal-viża.”

;

(13)

l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Wara n-notifika mill-EU VAP tar-riżultat kkombinat tal-verifiki minn qabel awtomatizzati tal-kompetenza u tal-ammissibbiltà skont l-Artikolu 7d(8) tar-Regolament VIS, il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru nnotifikati mill-EU VAP għandhom jivverifikaw jekk humiex kompetenti biex jeżaminaw l-applikazzjoni u jiddeċiedu dwarha.

4.   Jekk, wara l-verifika msemmija fil-paragrafu 3, il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru nnotifikat mill-EU VAP isibu li ma humiex kompetenti biex jeżaminaw l-applikazzjoni u jiddeċiedu dwarha, huma għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw lill-applikant dwar dak il-fatt permezz tal-kont sigur tal-applikant fl-EU VAP, u jindikaw liema Stat Membru jew konsulat huwa kompetenti. Messaġġ elettroniku awtomatiku għandu jintbagħat lill-applikant mill-EU VAP.

Jekk, fi żmien 15-il jum wara li jintbagħat dak il-messaġġ elettroniku, l-applikant ma jerġax jissottometti l-applikazzjoni lill-Istat Membru jew lill-konsulat kompetenti, id-data tal-applikazzjoni, inkluża d-data bijometrika, jekk applikabbli, għandha titħassar awtomatikament mill-ħażna temporanja skont l-Artikolu 7d tar-Regolament VIS, u t-tariffa tal-viża għandha tiġi rimborżata.

5.   Għal applikazzjonijiet mhux sottomessi permezz tal-EU VAP, il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom jivverifikaw jekk humiex kompetenti biex jeżaminaw u jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni, skont l-Artikoli 5 u 6. Jekk dak il-konsulat jew dawk l-awtoritajiet ċentrali ma jkunux kompetenti, huma għandhom, mingħajr dewmien, jirritornaw il-formola tal-applikazzjoni u kwalunkwe dokument ippreżentat mill-applikant, jirrimborżaw it-tariffa tal-viża, iħassru d-data bijometrika u jindikaw liema Stat Membru jew konsulat huma kompetenti.”

;

(14)

fl-Artikolu 19, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Man-notifika ta’ riżultat pożittiv tal-verifika minn qabel awtomatizzata tal-ammissibbiltà skont l-Artikolu 7d(8) tar-Regolament VIS, il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru nnotifikati mill-EU VAP għandhom iwettqu l-verifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mingħajr dewmien.”

;

(15)

l-Artikolu 20 huwa mħassar;

(16)

l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-punt (a), huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

li d-dokument tal-ivvjaġġar ipprovdut ma huwiex falz, kontrafatt jew iffalsifikat;”;

(b)

fil-paragrafu 6, il-punt (a), huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

li d-dokument tal-ivvjaġġar ipprovdut ma huwiex falz, kontrafatt jew iffalsifikat;”;

(17)

l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, ir-referenza għall-“punt (a) tal-Artikolu 12” hija sostitwita bir-referenza għall-“Artikolu 12(1), il-punt (a)”;

(b)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sakemm l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6(1), il-punti (a), (c), (d) u (e), tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, il-viżi għal dħul multiplu b’validità twila għandhom jinħarġu għall-perjodi ta’ validità li ġejjin:”;

(c)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2aa.   Il-validità tal-viżi għal dħul multiplu ma għandhiex tkun ristretta mill-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar.”

;

(d)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Hekk kif l-awtorità kompetenti tieħu d-deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ viża u din tkun saret disponibbli fil-kont sigur f’konformità mal-Artikolu 7 g(2) tar-Regolament VIS, l-EU VAP għandha tibgħat messaġġ elettroniku lill-applikant f’konformità mal-Artikolu 7 g(1) ta’ dak ir-Regolament.

Id-deċiżjoni għandha tkun disponibbli għall-applikant fil-kont sigur.

In-notifika tad-deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ viża tista’ ssir permezz ta’ mezzi oħra ta’ notifika mitluba mill-applikant u permessi mill-Istat Membru.

5.   Għal applikazzjonijiet mhux sottomessi permezz tal-EU VAP, il-ħruġ ta’ viża għandu jiġi nnotifikat lill-applikanti mill-awtoritajiet tal-Istat Membru emittenti.”

;

(18)

fl-Artikolu 25, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Il-ħruġ ta’ viża f’format diġitali ma għandux jaffettwa l-kompetenza tal-Istati Membri b’rabta mar-rikonoxximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, inklużi dawk id-dokumenti tal-ivvjaġġar li ma humiex rikonoxxuti minn Stat Membru wieħed jew aktar, iżda mhux mill-Istati Membri kollha.”

;

(19)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 26a

Viżi diġitali

Il-viżi għandhom jinħarġu f’format diġitali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1683/95. Il-viżi diġitali għandhom ikunu rekord fil-VIS u għandu jkollhom numru uniku tal-viża.”;

(20)

l-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Mili tal-kampijiet tad-data tal-viża diġitali

1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta r-regoli għall-mili tal-kampijiet tad-data tal-viża diġitali stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1683/95. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri jistgħu jżidu annotamenti nazzjonali fit-taqsima tal-“kummenti” tal-viża, f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (n), tar-Regolament VIS. Dawk l-annotamenti ma għandhomx jidduplikaw l-annotamenti obbligatorji stabbiliti f’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”;

(21)

l-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Invalidazzjoni ta’ stiker tal-viża mimlija

Jekk jinstab żball fuq stiker tal-viża għal viża li ma tkunx inħarġet f’format diġitali, l-istiker tal-viża għandha tkun invalidata billi jitpinġa salib b’inka li ma titħassarx fuq l-istiker tal-viża u għandha tinħareġ viża diġitali bid-data korretta.”;

(22)

fl-Artikolu 32, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Deċiżjoni dwar ir-rifjut u r-raġunijiet li fuqhom ikun ibbażat, kif stabbilit fl-Anness VI, għandha ssir disponibbli għall-applikant fil-kont sigur. Dik id-deċiżjoni għandha tkun bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni u b’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jżidu dokumenti addizzjonali li jissostanzjaw dik id-deċiżjoni.

Hekk kif l-awtorità kompetenti tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rifjut ta’ viża u din tkun saret disponibbli fil-kont sigur f’konformità mal-Artikolu 7 g(2) tar-Regolament VIS, l-EU VAP għandha tibgħat messaġġ elettroniku lill-applikant f’konformità mal-Artikolu 7 g(1) ta’ dak ir-Regolament. Fejn applikant ikun rappreżentat minn persuna oħra, dak il-messaġġ elettroniku għandu jintbagħat lit-tnejn li huma.

Il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ appell skont il-liġi nazzjonali kontra deċiżjoni dwar rifjut għandu jibda mill-mument li l-applikant jaċċessa d-deċiżjoni fil-kont sigur. Il-limitu ta’ żmien għandu jingħadd skont iż-żona tal-ħin tar-residenza tal-applikant kif indikat fil-formola tal-applikazzjoni.

Id-deċiżjoni għandha titqies li ġiet aċċessata mill-applikant fit-tmien jum wara d-data li fiha ntbagħat il-messaġġ elettroniku li jinforma lill-applikant dwar id-disponibbiltà tad-deċiżjoni fil-kont sigur tal-applikant. Minn dak il-jum id-deċiżjoni għandha tiġi preżunta li ġiet innotifikata lill-applikant.

L-EU VAP għandha tindika d-data tan-notifika attwali jew preżunta tad-deċiżjoni lill-applikant. Fil-każ ta’ notifika preżunta, messaġġ elettroniku awtomatiku għandu jintbagħat lill-applikant mill-EU VAP.

Jekk il-kont sigur ma jkunx jista’ jintuża għal raġunijiet tekniċi, l-applikanti jistgħu jikkuntattjaw lill-konsulat kompetenti jew lill-awtoritajiet ċentrali jew lill-fornitur estern tas-servizzi.

In-notifika tad-deċiżjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu tista’ ssir permezz ta’ mezzi oħra ta’ notifika mitluba mill-applikant u permessi mill-Istat Membru.

Għall-applikazzjonijiet mhux sottomessi permezz tal-EU VAP fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1b) u fl-Artikolu 35, deċiżjoni dwar ir-rifjut u r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata għandhom jiġu nnotifikati lill-applikant permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness VI bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni u b’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.”

;

(23)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 32a

Konferma ta’ viża valida f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid

1.   Id-detenturi tal-viża li d-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom ikun intilef, insteraq, ikun skada, jew ikun ġie invalidat u li l-viża tagħhom tkun għadha valida għandhom japplikaw għall-konferma tal-viża marbuta ma’ dokument tal-ivvjaġġar ġdid, jekk ikunu jixtiequ jkomplu jużaw il-viża. Id-dokument tal-ivvjaġġar ġdid għandu jkun tal-istess tip u maħruġ mill-istess pajjiż bħad-dokument tal-ivvjaġġar mitluf, misruq, skadut jew invalidat. Il-viża għandha tiġi kkonfermata mill-awtorità li tkun ħarġet il-viża jew minn awtorità oħra tal-istess Stat Membru kif ikkomunikata mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża.

2.   Id-detenturi tal-viża kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-konferma tal-viża f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid permezz tal-EU VAP, billi jużaw formola tal-applikazzjoni simplifikata. Huma għandhom jipprovdu d-data li ġejja:

(a)

il-kunjom, il-kunjom mat-twelid, l-isem, id-data u l-post tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità;

(b)

in-numru tal-viża;

(c)

id-data tad-dokument tal-ivvjaġġar mitluf, misruq, skadut jew invalidat;

(d)

id-data tad-dokument tal-ivvjaġġar ġdid;

(e)

kopja elettronika tal-paġna tal-bijodata tad-dokument tal-ivvjaġġar ġdid;

(f)

prova ta’ telf jew serq tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(g)

fejn applikabbli, bidliet fl-identità mill-ħruġ ta’ dik il-viża.

3.   Id-detentur tal-viża għandu jħallas it-tariffa tal-konferma tal-viża ta’ EUR 20.

4.   Id-detentur tal-viża għandu jkun meħtieġ jidher personalment kif ikkomunikat mill-Istat Membru.

5.   Id-dokument tal-ivvjaġġar ġdid għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 12 u għandu jkun verifikat f’konformità ma’ dak l-Artikolu.

6.   Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet rispettivi ta’ konsultazzjoni, il-konsulat kompetenti jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti jistgħu jikkonsultaw il-bażijiet tad-data msemmija fl-Artikolu 9a(3) tar-Regolament VIS meta tintalab konferma tal-viża.

7.   Fejn il-konsulat kompetenti jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti jiddeterminaw li l-viża valida tista’ tiġi kkonfermata f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid, huma għandhom idaħħlu d-data fil-fajl ta’ applikazzjoni fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 12a tar-Regolament VIS.

8.   Hekk kif l-awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni dwar il-konferma ta’ viża f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid u din tkun saret disponibbli fil-kont sigur f’konformità mal-Artikolu 7 g(2) tar-Regolament VIS, l-EU VAP għandha tibgħat messaġġ elettroniku lill-applikant f’konformità mal-Artikolu 7 g(1) ta’ dak ir-Regolament.

Id-deċiżjoni dwar il-konferma ta’ viża f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid għandha ssir disponibbli għad-detentur tal-viża fil-kont sigur. Dik il-konferma għandha tiġi attestata b’numru ta’ konferma.

9.   Fejn il-konsulat kompetenti jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti ma jkunux jistgħu jiddeterminaw jekk il-viża valida tistax tiġi kkonfermata f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid, b’mod partikolari minħabba dubji rigward l-identità tad-detentur tal-viża, huma għandhom jirrifjutaw il-konferma u jirrevokaw il-viża valida, f’konformità mal-Artikolu 34.

10.   Deċiżjoni negattiva rigward il-konferma ta’ viża valida f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid ma għandhiex tipprekludi lid-detentur tal-viża milli jissottometti applikazzjoni għal viża ġdida. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikant li jappella skont l-Artikolu 34(7).”;

(24)

l-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lid-detenturi tal-viża japplikaw għal estensjoni ta’ viża permezz tal-EU VAP billi jużaw formola tal-applikazzjoni simplifikata. F’dawn il-każijiet, id-detenturi tal-viża għandhom jipprovdu dawn li ġejjin:

(a)

data personali

(b)

in-numru tal-viża u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(c)

kopja elettronika tad-dokumenti ta’ sostenn li jagħtu prova ta’ force majeure, raġunijiet umanitarji u/jew raġunijiet personali serji li ma jħalluhomx jitilqu mit-territorju tal-Istati Membri qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ validità tal-viża tagħhom jew tat-tul ta’ żmien tas-soġġorn awtorizzat mill-viża.

Dawk id-detenturi tal-viża għandhom iħallsu t-tariffa ta’ EUR 30 biss f’każ ta’ raġunijiet personali serji msemmija fil-paragrafu 2.”

;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   Hekk kif l-awtorità kompetenti tieħu d-deċiżjoni dwar it-talba għall-estensjoni tal-viża permezz tal-EU VAP u din tkun saret disponibbli fil-kont sigur f’konformità mal-Artikolu 7 g(2) tar-Regolament VIS, l-EU VAP għandha tibgħat messaġġ elettroniku lid-detentur tal-viża skont l-Artikolu 7 g(1) ta’ dak ir-Regolament.

Id-deċiżjoni għandha ssir disponibbli lid-detentur tal-viża fil-kont sigur. L-Istati Membri jistgħu jżidu dokumenti addizzjonali li jissostanzjaw id-deċiżjoni.”

;

(25)

l-Artikolu 34 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“5.   Jekk viża li ma tinħariġx f’format diġitali tiġi annullata jew irrevokata, għandu jitwaħħal fuqha timbru li jiddikjara li hija ‘ANNULLATA’ jew ‘IRREVOKATA’ u l-karatteristika ottikament varjabbli tal-istiker tal-viża, il-karatteristika tas-sigurtà ‘effett ta’ immaġni moħbija’, kif ukoll it-terminu ‘viża’ għandhom jiġu invalidati billi jiġu ingassati.

6.   Deċiżjoni dwar l-annullament jew ir-revoka ta’ viża u r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata għandhom jinħarġu f’format diġitali billi tiddaħħal id-data fil-VIS, f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament VIS.

Id-deċiżjoni dwar annullament jew revoka u r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata, kif stabbilit fl-Anness VI, għandhom isiru disponibbli għad-detentur tal-viża fil-kont sigur. Dik id-deċiżjoni għandha tkun bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni u b’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jżidu dokumenti addizzjonali li jissostanzjaw dik id-deċiżjoni.

Hekk kif l-awtorità kompetenti tieħu d-deċiżjoni dwar ir-rifjut ta’ viża u din tkun saret disponibbli fil-kont sigur f’konformità mal-Artikolu 7 g(2) tar-Regolament VIS, l-EU VAP għandha tibgħat messaġġ elettroniku lid-detentur tal-viża f’konformità mal-Artikolu 7 g(1) ta’ dak ir-Regolament. Fejn detentur tal-viża jkun rappreżentat minn persuna oħra, dak il-messaġġ elettroniku għandu jintbagħat lit-tnejn li huma.

Il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ appell skont il-liġi nazzjonali kontra deċiżjoni għandu jibda mill-mument li d-detentur tal-viża jaċċessa d-deċiżjoni fil-kont sigur. Il-limitu ta’ żmien għandu jingħadd skont iż-żona tal-ħin tar-residenza tad-detentur tal-viża kif indikat fil-formola tal-applikazzjoni.

Id-deċiżjoni għandha titqies li ġiet aċċessata mid-detentur tal-viża fit-tmien jum wara d-data li fiha jkun intbagħat il-messaġġ elettroniku li jinforma lid-detentur tal-viża dwar id-disponibbiltà tad-deċiżjoni fil-kont sigur tad-detentur tal-viża. Minn dak il-jum, id-deċiżjoni għandha tiġi preżunta li ġiet nnotifikata lid-detentur tal-viża.

L-EU VAP għandha tindika d-data tan-notifika attwali jew preżunta tad-deċiżjoni lid-detentur tal-viża. Fil-każ ta’ notifika preżunta, messaġġ elettroniku awtomatiku għandu jintbagħat lid-detentur tal-viża mill-EU VAP.

Jekk il-kont sigur ma jkunx jista’ jintuża għal raġunijiet tekniċi, id-detentur tal-viża jista’ jikkuntattja lill-konsulat kompetenti jew lill-awtoritajiet ċentrali jew lill-fornitur estern tas-servizzi.

In-notifika tad-deċiżjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu tista’ ssir permezz ta’ mezzi oħra mitluba mid-detentur tal-viża u permessi mill-Istat Membru.

Għall-applikazzjonijiet mhux sottomessi permezz tal-EU VAP id-deċiżjoni u r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata għandhom jiġu nnotifikati lid-detentur tal-viża permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness VI bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni u b’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.”

;

(b)

fil-paragrafu 7, it-tielet sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:

“L-Istati Membri għandhom jipprovdu lid-detenturi tal-viża b’informazzjoni rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta’ appell, kif stabbilit fl-Anness VI.”;

(26)

fl-Artikolu 35, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi japplikaw għal viża fil-fruntiera esterna permezz tal-EU VAP. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-applikant bid-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni għal viża billi jagħmluha disponibbli għall-applikant permezz tal-kont sigur tal-applikant fl-EU VAP skont l-Artikolu 7 g(2) tar-Regolament VIS. Hekk kif id-deċiżjoni tkun saret disponibbli fil-kont sigur tal-applikant, l-EU VAP għandha tibgħat messaġġ elettroniku lill-applikant f’konformità mal-Artikolu 7 g(1) tar-Regolament VIS.”

;

(27)

l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(b)

fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:

“Bħala regola ġenerali, il-konsulati jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom iżommu l-arkivji tal-applikazzjonijiet f’format elettroniku.”;

(28)

l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1a.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura kollha tal-viża fil-konsulati, inklużi l-preżentazzjoni u l-immaniġġjar tal-applikazzjonijiet u l-kooperazzjoni prattika mal-fornituri esterni tas-servizzi, tiġi mmonitorjata minn persunal espatrijat biex tiġi żgurata l-integrità tal-istadji kollha tal-proċedura.”

;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3c.   Abbażi ta’ materjali ta’ taħriġ żviluppati mill-eu-LISA jew mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ xieraq lil kull wieħed mill-persunal tagħhom u lill-fornituri esterni tas-servizzi rigward l-EU VAP.”

;

(29)

fl-Artikolu 40(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

jipprovdu t-tagħmir lill-konsulati u lill-awtoritajiet tagħhom responsabbli għall-ħruġ tal-viżi fil-fruntieri bil-materjal meħtieġ għall-ġbir tal-identifikaturi bijometriċi;”;

(30)

l-Artikolu 42 huwa mħassar.

(31)

l-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-konsulati jew l-awtoritajiet ċentrali biss għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet, iwettqu, fejn xieraq, l-intervisti u jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet.”

;

(b)

fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-membri tal-persunal debitament awtorizzat tal-fornituri esterni tas-servizzi biss jista’ jkollhom aċċess għall-EU VAP permezz tal-gateway tal-fornitur estern tas-servizzi msemmi fl-Artikolu 7f tar-Regolament VIS, u biss biex:

(a)

jivverifikaw id-data mtellgħa mill-applikant;

(b)

itellgħu l-identifikaturi bijometriċi;

(c)

itellgħu kopji tad-dokumenti ta’ sostenn;

(d)

jużaw l-għodda għall-appuntamenti biex jindikaw l-appuntamenti disponibbli.”;

(c)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-ġbir ta’ data u, jekk applikabbli, l-applikazzjonijiet inkluż il-ġbir ta’ identifikaturi bijometriċi u, fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 10(1a), dokumenti ta’ sostenn u dokumenti meħtieġa għall-kontrolli tal-identità, it-trażmissjoni tagħhom lill-konsulat jew lill-awtoritajiet ċentrali fejn dawn ma jkunux irċevew dawk id-dokumenti u dik l-informazzjoni, u t-tlugħ tagħhom fuq l-EU VAP;”;

(ii)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(ca)

il-verifika tad-dokument tal-ivvjaġġar imqabbel mal-kopja elettronika mtellgħa mill-applikant;

(cb)

f’każijiet fejn japplika l-Artikolu 12(2), il-verifika li d-detentur tad-dokument tal-ivvjaġġar jikkorrispondi għall-applikant;”;

(32)

l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fil-każ ta’ kooperazzjoni fost l-Istati Membri u kooperazzjoni ma’ fornitur estern tas-servizzi, l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li d-data tkun kompletament kriptata, kemm jekk tkun trasferita elettronikament kif ukoll fiżikament fuq mezz ta’ ħżin elettroniku.”

;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   L-aċċess li l-fornituri esterni tas-servizzi jista’ jkollhom għall-EU VAP permezz tal-gateway tal-fornitur estern tas-servizzi msemmi fl-Artikolu 7f tar-Regolament VIS għandu jkun protett minn sistema ta’ kriptaġġ sigura għajr dik imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”

;

(33)

L-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (e) tal-paragrafu 1 huwa mħassar;

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-EU VAP għandha tipprovdi lill-pubbliku ġenerali bl-informazzjoni rilevanti kollha b’rabta mal-applikazzjoni għal viża permezz tal-EU VAP, b’mod partikolari l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7a tar-Regolament VIS.”

;

(34)

l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 810/2009 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(35)

l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 huwa mħassar;.

(36)

fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għal San Marino:

“IR-RENJU UNIT:

Permess ta’ Residenza Bijometriku tar-Renju Unit (BRP) (għal ċittadini minn pajjiżi mhux tal-UE).”.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2a huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(fa)

il-Pjattaforma tal-UE ta’ Applikazzjoni għal Viża (EU VAP);”;

(ii)

jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“L-EU VAP għandha tikkondividi u tuża mill-ġdid, kemm ikun teknikament possibbli, il-komponenti tal-hardware u tas-software tas-servizz web tal-EES u tas-sit web tal-ETIAS u l-applikazzjoni għal apparati mobbli.

L-EU VAP għandha tiġi żviluppata b’tali mod li l-Istati Membri li jkunu għadhom ma applikawx l-acquis ta’ Schengen b’mod komplut jikkonnettjaw miegħu mingħajr xkiel u jużaw l-EU VAP mingħajr xkiel hekk kif tittieħed deċiżjoni tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jew l-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005.”;

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“6.   L-EU VAP għandha tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

(a)

sit web pubbliku u applikazzjoni għal apparati mobbli;

(b)

kapaċità ta’ ħażna temporanja;

(c)

servizz ta’ kont sigur;

(d)

għodda ta’ verifika għall-applikanti;

(e)

servizz web għad-detenturi tal-viża;

(f)

servizz ta’ posta elettronika;

(g)

għodda għall-ħlas;

(h)

għodda biex jiġu ġestiti l-appuntamenti (għodda għall-appuntamenti);

(i)

gateway ta’ fornitur estern tas-servizzi;

(j)

modulu ta’ konfigurazzjoni għall-eu-LISA, l-awtoritajiet ċentrali u l-konsulati;

(k)

software li jiġġenera u jaqra barcode 2D kriptat;

(l)

servizz web sigur li jippermetti li l-komponenti tal-EU VAP jikkomunikaw;

(m)

funzjoni ta’ helpdesk li għandha tiġi ġestita mill-eu-LISA;

(n)

kopja li tinqara biss tal-bażi tad-data tal-VIS.;

(o)

funzjonalità li tippermetti lill-applikant jistampa d-dokumenti;

(p)

chatbot;

(q)

infrastruttura ta’ komunikazzjoni sigura għall-Istati Membri biex ikollhom aċċess għall-EU VAP.

7.   Stat Membru li għadu ma bediex japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod komplut jista’ jitlob lill-eu-LISA tintroduċi links għall-proċedura ta’ applikazzjoni nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat permezz tal-inklużjoni ta’ Lokalizzatur Uniformi tar-Riżorsi (URL) fis-sit web imsemmi fil-paragrafu 6, il-punt (a).”

;

(2)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

“viża diġitali” tfisser il-viża maħruġa f’format diġitali msemmija fl-Artikolu 26a tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1683/95;”;

(b)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“24.

“kopja li tinqara biss tal-bażi tad-data tal-VIS” tfisser subsett ta’ data tal-VIS rilevanti għall-fini ta’ dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tad-data bijometrika;

25.

“chatbot” tfisser software li jissimula konverżazzjoni umana permezz ta’ interazzjoni b’test jew vuċi.”;

(3)

jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:

“KAPITOLU Ia

PJATTAFORMA TAL-UE TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL VIŻA (EU VAP)

Artikolu 7a

Informazzjoni disponibbli fuq l-EU VAP

1.   L-EU VAP għandha tipprovdi informazzjoni ġenerali lill-pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jipprovdu l-informazzjoni, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-EU VAP għandha turi l-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399.

3.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli biex tippubblika u taġġorna l-informazzjoni pubblika ġenerali li ġejja fuq l-EU VAP, malli tirċievi l-informazzjoni li ġejja mingħand il-Kummissjoni jew l-Istati Membri:

(a)

ir-rekwiżiti tal-viża, inklużi l-listi tal-viża, il-ftehimiet dwar l-eżenzjoni mill-viża, eżenzjonijiet għal passaporti diplomatiċi u ta’ servizz, u każijiet ta’ sospensjoni possibbli ta’ vjaġġar mingħajr viża, skont l-Artikoli 3, 4, 5, 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) u l-Annessi I u II ta’ dak ir-Regolament; kif ukoll informazzjoni skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, li jipprovdi d-dritt għall-moviment liberu ekwivalenti għal dak taċ-ċittadini tal-Unjoni, u l-Ftehim dwar il-ħruġ tal-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (*5) (il-‘Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit’);

(b)

l-ammont tat-tariffi tal-viża kif imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 u l-ammont tat-tariffi mnaqqsa jew ogħla kif applikabbli, bħal:

(i)

fil-każ ta’ ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-viża, jew miżura relatata mar-riammissjoni li tirriżulta mill-Artikolu 25a ta’ dak ir-Regolament;

(ii)

fejn tapplika d-Direttiva 2004/38/KE;

(iii)

fil-każ ta’ ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, li jipprovdi d-dritt għall-moviment liberu ekwivalenti għal dak taċ-ċittadini tal-Unjoni, u

(iv)

fejn japplika l-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit;

(c)

fejn applikabbli, listi armonizzati ta’ dokumenti ta’ sostenn, adottati f’konformità mal-Artikolu 14(5a) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

(d)

fejn applikabbli, ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar, f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

Fejn Stat Membru jipprovdi l-informazzjoni, l-eu-LISA għandha tikkonfigura l-EU VAP mal-konferma ta’ din l-informazzjoni mill-Kummissjoni.

4.   L-awtoritajiet ċentrali għandhom ikunu responsabbli biex idaħħlu l-elementi li ġejjin fl-EU VAP:

(a)

il-postijiet tal-konsulati u l-kompetenza territorjali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

(b)

il-ftehimiet jew l-arranġamenti ta’ rappreżentanza msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

(c)

l-użu ta’ fornituri esterni tas-servizzi u l-postijiet tagħhom imsemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

(d)

id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, kif ukoll dawk applikabbli skont id-Direttiva 2004/38/KE u l-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit;

(e)

l-eżenzjonijiet fakultattivi mill-viża msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1806;

(f)

l-eżenzjonijiet fakultattivi mit-tariffi tal-viża msemmija fl-Artikolu 16(5) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

5.   Il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti għandhom ikunu responsabbli biex idaħħlu l-elementi li ġejjin fl-EU VAP:

(a)

id-drittijiet ta’ aċċess tal-fornituri esterni tas-servizzi, inkluż għall-għodda għall-appuntamenti;

(b)

l-appuntamenti disponibbli fl-għodda għall-appuntamenti u d-dettalji ta’ kuntatt tal-konsulati u tal-fornituri esterni tas-servizzi.

6.   L-EU VAP għandha tinkludi chatbot. Iċ-chatbot għandu jitfassal biex jiddjaloga mal-utenti tiegħu billi jipprovdi tweġibiet dwar il-proċedura ta’ applikazzjoni għal viża, id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti u d-detenturi tal-viża, il-kundizzjonijiet tad-dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, id-dettalji ta’ kuntatt, u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 7b

Formola tal-applikazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(1b) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, kull applikant għandu jissottometti applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament, billi juża l-EU VAP.

2.   L-EU VAP għandha tipprovdi l-informazzjoni lil kull applikant kif imsemmi fl-Artikoli 37 u 38.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7c, jekk applikabbli, l-applikant għandu jipprovdi d-data fil-formola tal-applikazzjoni kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

Din id-data kollha għandha tiġi rreġistrata u maħżuna fil-kapaċità ta’ ħażna temporanja f’konformità mal-perjodi taż-żamma tad-data stabbiliti fl-Artikolu 7d.

4.   L-EU VAP għandu jkun fiha servizz ta’ kont sigur. Is-servizz ta’ kont sigur għandu jippermetti lill-applikant iżomm id-data pprovduta għal applikazzjonijiet sussegwenti, iżda biss jekk l-applikant jagħti l-kunsens liberu u espliċitu tiegħu għal tali ħżin, skont it-tifsira tal-Artikolu 4, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2016/679.

Is-servizz ta’ kont sigur għandu jippermetti lill-applikant jissottometti l-applikazzjoni f’diversi stadji.

5.   Il-karattri alfabetiċi fid-data pprovduta mill-applikant f’konformità mal-paragrafu 3 għandhom ikunu karattri tal-alfabett Latin.

6.   Mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, l-EU VAP għandha tiġbor l-indirizz IP minn fejn ġiet sottomessa tl-applikazzjoni u żżidu mad-data tal-fajl tal-applikazzjoni.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 48a biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi formoli tal-applikazzjoni simplifikati fl-EU VAP li għandhom jintużaw fil-proċeduri għall-konferma ta’ viżi validi f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid skont l-Artikolu 32a tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 jew għall-estensjoni ta’ viżi skont l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament, rispettivament, fejn dawk il-proċeduri jitwettqu bl-użu tal-EU VAP.

Artikolu 7c

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu tal-EU VAP

1.   Ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak taċ-ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra, jista’ jippreżenta applikazzjoni għal viża mingħajr ma juża l-EU VAP u għandu jkun intitolat li jippreżenta l-applikazzjoni personalment fil-konsulat jew fil-bini tal-fornituri esterni tas-servizzi, skont l-għażla ta’ dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz.

2.   Fejn ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra, japplika għal viża billi juża l-EU VAP, il-proċess tal-applikazzjoni għandu jitwettaq f’konformità mad-Direttiva 2004/38/KE jew ma’ ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tiegħu, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra, li jipprovdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni.

3.   B’mod partikolari, l-EU VAP għandha tiġi ddisinjata b’tali mod li tiżgura li japplikaw ir-regoli speċifiċi li ġejjin:

(a)

it-tariffa tal-viża għandha tiġi rrinunzjata;

(b)

fil-formola tal-applikazzjoni għal viża, l-applikant ma għandux ikun meħtieġ jipprovdi d-data personali li ġejja:

(i)

l-impjieg attwali;

(ii)

min iħaddem u l-indirizz u n-numru tat-telefon ta’ min iħaddem; jew għall-istudenti, l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment edukattiv;

(iii)

il-kunjom u l-isem tal-persuna jew persuni li qed jistiednu fl-Istat(i) Membru/i, jekk mhux applikabbli, l-isem tal-lukanda/i jew l-akkomodazzjoni temporanja waħda jew ħafna fl-Istat(i) Membru/i;

(iv)

l-isem u l-indirizz tal-kumpanija/organizzazzjoni li qed tistieden;

(v)

il-mezzi ta’ kif trid tiġi koperta l-ispiża tal-ivvjaġġar u tal-għajxien matul is-soġġorn tal-applikant;

(c)

l-applikant għandu jkun jista’ jissottometti dokumenti li jistabbilixxu li huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak taċ-ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra; l-applikant ma għandux jintalab jissottometti d-dokumenti ta’ sostenn kif imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 u lanqas ma għandu jintalab prova tal-pussess ta’ assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida f’konformità mal-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament;

(d)

b’deroga mill-Artikolu 7d(7), il-verifika minn qabel awtomatizzata tal-ammissibbiltà għandha tivverifika biss jekk:

(i)

jimtlewx l-oqsma kollha meħtieġa tal-formola tal-applikazzjoni;

(ii)

tiġix ipprovduta prova li l-persuna għandha passaport validu skont id-Direttiva 2004/38/KE jew bi ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, li jipprovdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak taċ-ċittadini tal-Unjoni,

(iii)

tkunx inġabret id-data bijometrika tal-applikant, jekk applikabbli;

(e)

fejn tinħareġ viża, fin-notifika stipulata fl-Artikolu 7 g, l-applikant għandu jirċievi tfakkira li l-membru tal-familja ta’ ċittadin li jeżerċita d-dritt ta’ moviment liberu li jkun fil-pussess ta’ viża jkollu biss id-dritt li jidħol jekk dak il-membru tal-familja jkun akkumpanjat minn ċittadin tal-Unjoni, jew ċittadin ieħor ta’ pajjiż terz li jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, jew jingħaqad miegħu.

4.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll fejn ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra, ikun jeħtieġ estensjoni tal-viża jew konferma tal-viża f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid. It-tariffa għall-estensjoni tal-viża u t-tariffa għall-konferma tal-viża għandhom jiġu rrinunzjati.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta’ ċittadini tar-Renju Unit li huma benefiċjarji tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit, kif definit f’dak il-Ftehim, fl-Istat ospitanti li għalih issir l-applikazzjoni għal viża.

Artikolu 7d

Proċess ta’ applikazzjoni bl-użu tal-EU VAP

1.   Mas-sottomissjoni tal-formola tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 7b, l-EU VAP għandha tiddetermina t-tip ta’ viża li tkun saret applikazzjoni għaliha, u twettaq verifika minn qabel awtomatizzata tal-kompetenza biex tiddetermina minn qabel l-Istat Membru kompetenti abbażi tan-numru ta’ ġranet għas-soġġorn maħsub tal-applikant u l-Istat Membru tal-ewwel dħul, ipprovduti mill-applikant. Madankollu, l-applikant jista’ jindika li l-applikazzjoni tiegħu tiġi pproċessata minn Stat Membru ieħor skont l-għan ewlieni tas-soġġorn. Dan ma għandux jipprekludi l-verifika manwali tal-kompetenza mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

L-EU VAP għandha tippermetti lill-applikanti jindikaw jekk humiex legalment preżenti, iżda mhux residenti f’ġuriżdizzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

2.   L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jużaw l-EU VAP biex jippreżentaw kopja elettronika tad-dokument tal-ivvjaġġar f’format diġitali, kif ukoll dokumenti ta’ prova u prova tal-assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar f’format diġitali, kif applikabbli, skont ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 jew id-Direttiva 2004/38/KE jew ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra, li jipprovdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak taċ-ċittadini tal-Unjoni.

3.   Fejn applikabbli, l-applikant għandu jkun jista’ juża l-għodda għall-ħlas sigura msemmija fl-Artikolu 7e biex iħallas it-tariffa tal-viża permezz tal-EU VAP.

4.   L-EU VAP għandha tkun tista’ tiċċekkja l-kopja li tinqara biss tal-bażi tad-data tal-VIS biex tivverifika jekk l-identifikaturi bijometriċi tal-applikant itteħdux fl-aħħar 59 xahar u jekk l-applikant kienx diġà applika bl-istess dokument tal-ivvjaġġar:

Fejn l-identifikaturi bijometriċi tal-applikant ikunu ttieħdu fl-aħħar 59 xahar u l-applikant ikun diġà applika bl-istess dokument tal-ivvjaġġar, l-EU VAP għandha tinforma lil dak l-applikant li ma hija meħtieġa l-ebda żjara fil-konsulat jew għand fornitur estern tas-servizzi biex jippreżenta l-applikazzjoni.

Fejn l-identifikaturi bijometriċi tal-applikant ma jkunux ittieħdu fl-aħħar 59 xahar jew fejn l-applikant ma jkunx diġà applika bl-istess dokument tal-ivvjaġġar, l-EU VAP għandha tinforma lil dak l-applikant dwar il-ħtieġa li jżur il-konsulat jew lill-fornitur estern tas-servizzi, kif meħtieġ, biex jippreżenta l-applikazzjoni.

5.   Jekk tkun meħtieġa żjara fil-konsulat jew għand il-fornitur estern tas-servizzi skont ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li juża l-għodda għall-appuntamenti msemmija fl-Artikolu 7e għal dak l-iskop.

6.   L-applikant għandu jissottometti l-applikazzjoni, inkluża d-dikjarazzjoni tal-awtentiċità, il-kompletezza, il-korrettezza u l-affidabbiltà tad-data.

7.   Wara li l-applikant jissottometti l-applikazzjoni permezz tal-EU VAP, l-EU VAP għandha twettaq verifika minn qabel awtomatizzata tal-ammissibbiltà.

Il-verifika minn qabel awtomatizzata tal-ammissibbiltà għandha tivverifika jekk:

(a)

l-applikazzjoni tkunx ġiet ippreżentata fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, jekk applikabbli;

(b)

jimtlewx l-oqsma kollha meħtieġa tal-formola tal-applikazzjoni;

(c)

tiġix ipprovduta prova li l-persuna għandha dokument tal-ivvjaġġar f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

(d)

tkunx inġabret id-data bijometrika tal-applikant, jekk applikabbli;

(e)

tkunx inġabret it-tariffa tal-viża, jekk applikabbli.

8.   Jekk l-applikazzjoni tkun ammissibbli skont il-verifika minn qabel awtomatizzata tal-ammissibbiltà, l-EU VAP għandha tibgħat notifika lill-konsulat jew lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat bir-riżultat ikkombinat tal-verifiki minn qabel awtomatizzati tal-kompetenza u tal-ammissibbiltà.

Jekk l-applikazzjoni ma tkunx ammissibbli, skont il-verifika minn qabel awtomatizzata tal-ammissibbiltà, l-EU VAP għandha tinforma lill-applikant dwar liema parti mill-fajl tal-applikazzjoni hija nieqsa.

L-EU VAP għandha tiġi ddisinjata b’tali mod li tiżgura li l-Artikolu 19(4), tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 ikun jista’ japplika, sabiex tippermetti li l-applikazzjonijiet jitqiesu ammissibbli.

9.   Wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat għandhom iwettqu verifika manwali tal-kompetenza, f’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, u sussegwentement, jekk tkun meħtieġa, verifika manwali tal-ammissibbiltà f’konformità mal-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament.

10.   Jekk il-konsulat kompetenti jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti jaċċettaw l-applikazzjoni sottomessa permezz tal-EU VAP, id-data għandha tiġi ttrasferita lis-sistema nazzjonali minn ħażna temporanja. Id-data għandha titħassar minnufih minn ħażna temporanja, bl-eċċezzjoni tad-data ta’ kuntatt marbuta mas-servizz ta’ kont sigur.

11.   Jekk, wara l-verifika, il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali notifikati tal-Istat Membru jsibu li mhumiex kompetenti u l-applikazzjoni ma tiġix sottomessa mill-ġdid lill-konsulat kompetenti jew lill-awtoritajiet ċentrali, għandu japplika l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

12.   Il-konsulat kompetenti jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti jistgħu jużaw is-servizz ta’ kont sigur biex jikkomunikaw mal-applikanti.

13.   Fir-rigward tad-data trasferita lill-Istat Membru msemmija fil-paragrafi 10 u 11 ta’ dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti li għandha tiġi kkunsidrata bħala kontrollur tad-data għall-finijiet tal-Artikolu 4, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2016/679 u li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar tad-data minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 7e

Għodda għall-ħlas u għodda għall-appuntamenti

1.   Għandha tintuża għodda sigura għall-ħlas biex titħallas it-tariffa tal-viża lill-Istat Membru kompetenti permezz tal-EU VAP.

2.   L-għodda għall-appuntamenti tista’ tintuża mill-Istati Membri jew mill-fornituri esterni tas-servizzi.

Fejn tintuża l-għodda għall-appuntamenti, l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment tal-ħatriet disponibbli.

Artikolu 7f

Gateway tal-fornitur estern tas-servizzi

1.   Il-fornituri esterni tas-servizzi għandu jkollhom aċċess għall-EU VAP billi jużaw il-gateway tal-fornitur estern tas-servizzi biss biex:

(a)

jivverifikaw u jwettqu kontrolli tal-kwalità u verifiki minn qabel fuq id-data mtellgħa fil-kapaċità ta’ ħażna temporanja, b’mod partikolari l-kopja elettronika tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(b)

itellgħu l-identifikaturi bijometriċi u jivverifikaw jekk l-identifikaturi bijometriċi humiex diġà disponibbli;

(c)

itellgħu dokumenti ta’ sostenn, jekk ikun meħtieġ;

(d)

jużaw l-għodda għall-appuntamenti biex jindikaw l-appuntamenti disponibbli, jekk applikabbli;

(e)

jibagħtu l-applikazzjoni lill-konsulat jew lill-awtoritajiet ċentrali għal aktar ipproċessar.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skema ta’ awtentikazzjoni, riżervata esklussivament għall-fornituri esterni tas-servizzi, sabiex jippermetti lill-membri tal-persunal awtorizzati debitament ikollhom aċċess għall-gateway għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu. Meta tiġi stabbilita l-iskema ta’ awtentikazzjoni, għandhom jitqiesu l-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku.

3.   Il-fornituri esterni tas-servizzi ma għandux ikollhom aċċess għall-VIS.

Artikolu 7g

Notifika tad-deċiżjonijiet

1.   Ladarba l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni dwar applikazzjoni jew dwar viża maħruġa u tkun għamlet tali deċiżjoni disponibbli fil-kont sigur f’konformità mal-paragrafu 2, l-EU VAP għandha tibgħat messaġġ elettroniku lill-applikant jew lid-detentur tal-viża, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 810/2009.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikanti u lid-detenturi tal-viża bid-deċiżjonijiet meħuda skont il-punti (a), (b) u (c) billi jagħmlu dawk id-deċiżjonijiet disponibbli fil-kontijiet siguri rispettivi tal-applikanti u tad-detenturi tal-viża. Tali notifika għandha tinkludi d-data li ġejja:

(a)

għal viża maħruġa, ikkonfermata jew estiża: id-data li tinsab fil-viża diġitali f’konformità mal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1683/95 u mar-regoli għall-mili tal-kampijiet tad-data tal-viża diġitali stabbiliti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

(b)

għaċ-ċaħda ta’ viża: id-data elenkata fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 u fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament;

(c)

għal viża annullata jew irrevokata: id-data elenkata fl-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 u fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7h

Għodda ta’ verifika

1.   L-għodda ta’ verifika għandha tippermetti lill-applikanti u lid-detenturi tal-viża jivverifikaw dan li ġej:

(a)

l-istatus tal-applikazzjoni tagħhom;

(b)

l-istatus u l-validità tal-viża tagħhom.

2.   L-għodda ta’ verifika għandha tkun ibbażata fuq is-servizz ta’ kont sigur imsemmi fl-Artikolu 7b(4).

3.   L-EU VAP għandha toffri funzjonalità ta’ servizz web għall-applikanti u entitajiet oħra, bħal dawk li jħaddmu jew universitajiet jew awtoritajiet lokali, biex jivverifikaw il-viża diġitali mingħajr is-servizz ta’ kont sigur.

Artikolu 7i

Spejjeż tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni tal-EU VAP

1.   L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-EU VAP għandhom jinkludu l-ispejjeż li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż relatati mal-iżvilupp mill-eu-LISA tal-EU VAP u tal-interkonnessjoni tagħha mas-sistemi nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-viża, taħt kontroll u monitoraġġ stretti tal-ispejjeż,

(b)

l-ispejjeż relatati mal-operazzjoni, inkluż il-manutenzjoni tal-EU VAP, mill-eu-LISA,

(c)

l-ispejjeż relatati mal-adattamenti meħtieġa mill-Istati Membri għas-sistemi nazzjonali eżistenti ta’ informazzjoni dwar il-viża.

2.   L-ispejjeż skont il-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-Istati Membri jistgħu jużaw l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, li huwa parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6) biex jiffinanzjaw l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), f’konformità mar-regoli ta’ eliġibbiltà u r-rati ta’ kofinanzjament stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1148.

Artikolu 7j

Responsabbiltajiet tal-protezzjoni tad-data

1.   Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti bħala kontrollur tad-data f’konformità ma’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawk l-awtoritajiet lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA u lill-Istati Membri l-oħra.

L-awtoritajiet kompetenti kollha nnominati mill-Istati Membri għandhom ikunu kontrolluri konġunti f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2016/679 għall-finijiet tal-ipproċessar ta’ data personali fl-EU VAP.

2.   L-eu-LISA għandha tkun proċessur f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2016/679 għall-finijiet tal-ipproċessar ta’ data personali fl-EU VAP. L-eu-LISA għandha tiżgura li l-EU VAP tiġi operata f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 39)."

(*4)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77)."

(*5)  Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7)."

(*6)  Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 48).”;"

(4)

fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (4), għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(o)

jekk applikabbli, il-fatt li l-applikant japplika bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tar-Renju Unit li huwa benefiċjarju tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit fl-Istat ospitanti, kif definit fil-Ftehim, li għalih issir l-applikazzjoni għall-viża;

(p)

l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefon ċellulari;

(q)

l-indirizz IP minn fejn ġiet sottomessa l-formola tal-applikazzjoni;

(r)

fil-każ ta’ applikazzjoni mimlija minn persuna debitament awtorizzata għajr l-applikant fl-EU VAP: l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz postali u n-numru tat-telefon ta’ dik il-persuna, jekk disponibbli.”;

(b)

il-punt (7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.

kopja elettronika tal-paġna tad-data bijografika tad-dokument tal-ivvjaġġar u, jekk applikabbli, id-data mtella’ f’konformità mal-Artikolu 12(6), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.”;

(5)

fl-Artikolu 9b, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta’ ċittadini tar-Renju Unit li huma benefiċjarji tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit fl-Istat ospitanti, kif definit fil-Ftehim, li għalih issir l-applikazzjoni għal viża.”

;

(6)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(db)

jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-viża nħarġet b’validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25(1)(a), tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;”;

(b)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

in-numru tal-viża;”;

(c)

jitħassru l-punti (j) u (k);

(d)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(m)

jekk applikabbli, l-istatus tal-persuna li jindika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tar-Renju Unit li huwa benefiċjarju tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit fl-Istat ospitanti, kif definit fil-Ftehim, li għalih issir l-applikazzjoni għal viża;

(n)

l-entrati nazzjonali fit-taqsima “kummenti”.”;

(7)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 12a

Data li għandha tiżdied biex tiġi kkonfermata viża

1.   Fejn tkun ittieħdet deċiżjoni biex tiġi kkonfermata viża, l-awtorità tal-viża li tkun ħadet id-deċiżjoni għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:

(a)

informazzjoni dwar l-istatus;

(b)

l-awtorità li kkonfermat il-viża;

(c)

il-post u d-data tad-deċiżjoni;

(d)

data ġdida tad-dokument tal-ivvjaġġar, inkluż in-numru, il-pajjiż u l-awtorità tal-ħruġ, id-data tal-ħruġ, id-data tal-iskadenza;

(e)

in-numru tal-konferma;

(f)

kopja elettronika tal-paġna tad-data bijografika tad-dokument tal-ivvjaġġar ġdid u, jekk applikabbli, id-data mtella’ f’konformità mal-Artikolu 12(6), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

2.   Fejn tkun ittieħdet deċiżjoni biex tiġi kkonfermata viża, l-EU VAP għandha tirkupra u tesporta minnufih mill-VIS lejn l-EES id-data elenkata fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226.”;

(8)

fl-Artikolu 14(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

in-numru tal-viża estiża;”;

(9)

fl-Artikolu 15(2), il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

in-numru tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza u d-data tal-ħruġ ta’ kwalunkwe viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza preċedenti;”;

(10)

l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b), huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

in-numru tal-istiker tal-viża jew in-numru tal-viża;”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn titnieda tfittxija fl-EES skont l-Artikolu 23(2) jew (4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti tal-fruntiera tista’ tfittex fil-VIS mingħajr ma tagħmel użu mill-interoperabbiltà mal-EES, fejn ċirkostanzi speċifiċi jirrikjedu dan, b’mod partikolari, fejn ikun teknikament impossibbli, fuq bażi temporanja, li tikkonsulta d-data tal-EES jew fil-każ ta’ ħsara fl-EES.”

;

(11)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 18e

Proċeduri ta’ riżerva fil-każ ta’ impossibbiltà teknika li tiġi aċċessata data fil-fruntieri esterni

1.   Fejn ikun teknikament impossibbli li tipproċedi bil-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 minħabba ħsara fi kwalunkwe parti tal-VIS, l-eu-LISA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tal-fruntieri tal-Istati Membri.

2.   Fejn ikun teknikament impossibbli li titwettaq it-tfittxija msemmija fl-Artikolu 18 minħabba ħsara fl-infrastruttura tal-fruntiera nazzjonali fi Stat Membru, l-awtoritajiet tal-fruntieri ta’ dak l-Istat Membru għandhom jinnotifikaw lill-eu-LISA. L-eu-LISA għandha mbagħad tinforma lill-Kummissjoni.

3.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom isegwu l-pjanijiet ta’ kontinġenza nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza nazzjonali tagħhom billi jużaw il-mudell tal-pjanijiet ta’ kontinġenza msemmi fl-Artikolu 45(2), il-punt (o), bħala bażi, li għandhom jiġu adattati kif meħtieġ fil-livell nazzjonali. Il-pjan ta’ kontinġenza nazzjonali jista’ jawtorizza lill-awtoritajiet tal-fruntieri biex jidderogaw temporanjament mill-obbligu li jikkonsultaw il-VIS kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/399.”;

(12)

fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għall-iskop uniku li tiġi vverifikata l-identità tad-detentur tal-viża, l-awtentiċità tal-viża jew jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri humiex issodisfati, l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu verifiki fit-territorju tal-Istati Membri dwar jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri humiex issodisfati, għandu jkollhom aċċess biex ifittxu bin-numru tal-viża flimkien mal-verifika tal-marki tas-swaba’ tad-detentur tal-viża, jew in-numru tal-viża.

Fejn l-identità tad-detentur tal-viża ma tkunx tista’ tiġi vverifikata bil-marki tas-swaba’, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu wkoll il-verifika bl-immaġni tal-wiċċ.”

;

(13)

fl-Artikolu 20(2), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe viża maħruġa, miċħuda, ikkonfermata, annullata, irrevokata jew estiża msemmija fl-Artikoli 10 sa 14.”;

(14)

fl-Artikolu 21(2), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe viża maħruġa, ikkonfermata, annullata, irrevokata jew estiża msemmija fl-Artikoli 10, 12a, 13 u 14;”;

(15)

fl-Artikolu 22(2), il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe viża maħruġa, miċħuda, ikkonfermata, annullata, irrevokata jew estiża msemmija fl-Artikoli 10, 12, 12a, 13 u 14;”;

(16)

fl-Artikolu 22c, jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

l-entrati nazzjonali fit-taqsima “kummenti”.”;

(17)

fl-Artikolu 22f(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

in-numru tal-viża;”;

(18)

fl-Artikolu 22o, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

in-numru tal-viża jew in-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza u d-data tal-iskadenza tal-validità tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza, kif applikabbli;”;

(b)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(f)

l-indirizz IP minn fejn ġiet sottomessa l-applikazzjoni;

(g)

l-indirizz tal-posta elettronika użat għall-applikazzjoni.”;

(19)

fl-Artikolu 22r, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

in-numru tal-viża jew in-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza u d-data tal-iskadenza tal-validità tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza, kif applikabbli;”;

(b)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(f)

l-indirizz IP minn fejn ġiet sottomessa l-applikazzjoni;

(g)

l-indirizz tal-posta elettronika użat għall-applikazzjoni;”;

(20)

fl-Artikolu 26, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“11.   L-infrastrutturi li jappoġġaw l-EU VAP imsemmija fl-Artikolu 2a għandhom jiġu ospitati f’siti tekniċi tal-eu-LISA. Dawk l-infrastrutturi għandhom jitqassmu ġeografikament biex jipprovdu l-funzjonalitajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà, il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data.

L-eu-LISA għandha tiżgura li meta l-Istati Membri li ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen b’mod komplut jibdew jużaw l-EU VAP, li huwa previst fl-Artikolu 2a, dan l-użu jrid jitqies fl-iżvilupp tal-EU VAP. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-kapaċità ta’ ħżin tal-EU VAP u l-interfaċċa mas-sistema nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-viża.

12.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tekniku tal-EU VAP imsemmi fl-Artikolu 2a. L-eu-LISA għandha tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-EU VAP. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA, dment li l-Kummissjoni tkun ikkomunikat opinjoni favorevoli dwar dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

13.   L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta l-EU VAP malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2023/2667 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7) u l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’:

(a)

l-atti ta’ implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 45(2), il-punti (g) sa (r) ta’ dan ir-Regolament; u

(b)

l-atti delegati previsti fl-Artikolu 7b(7) ta’ dan ir-Regolament.

14.   L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-EU VAP.

It-tmexxija operattiva tal-EU VAP għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha neċessarji biex l-EU VAP tiffunzjona 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dan għandha tikkonsisti, b’mod partikolari, mix-xogħol ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li l-EU VAP tiffunzjona f’livell sodisfaċenti ta’ kwalità operattiva.

Il-Grupp Konsultattiv tal-VIS imsemmi fl-Artikolu 49a ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 27(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) għandu jipprovdi lill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA b’għarfien espert relatat mal-EU VAP.

Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tal-EU VAP, għandu jiġi stabbilit Bord tat-Tmexxija tal-Programm li jkun magħmul minn massimu ta’ għaxar membri. Għandu jkun magħmul minn seba’ membri maħtura mill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA minn fost il-membri tiegħu jew il-membri supplenti, il-President tal-Grupp Konsultattiv tal-VIS, membru li jirrappreżenta l-eu-LISA maħtur mid-Direttur Eżekuttiv tagħha u membru wieħed maħtur mill-Kummissjoni.

Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jiltaqa’ regolarment u tal-inqas darba kull tliet xhur. Għandu jiżgura l-ġestjoni adegwata tal-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tal-EU VAP u jiżgura konsistenza bejn il-proġetti ċentrali u nazzjonali tal-EU VAP.

Kull xahar il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jippreżenta rapporti bil-miktub lill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA dwar il-progress tal-proġett. Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm ma għandu jkollu l-ebda setgħa li jieħu deċiżjonijiet u lanqas xi mandat biex jirrappreżenta l-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA.

Il-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm li b’mod partikolari għandhom jinkludu regoli dwar:

(a)

il-presidenza;

(b)

il-postijiet tal-laqgħat;

(c)

it-tħejjija tal-laqgħat;

(d)

l-ammissjoni ta’ esperti fil-laqgħat;

(e)

il-pjanijiet ta’ komunikazzjoni li jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni kompluta lill-membri mhux parteċipanti tal-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA.

Il-Presidenza tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandha tkun f’idejn Stat Membru li jkun marbut b’mod komplut skont il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġiżlattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operazzjoni u l-użu tas-sistemi kollha tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-eu-LISA.

L-ispejjeż kollha tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandhom jitħallsu mill-eu-LISA u l-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-eu-LISA għandu japplika mutatis mutandis. L-eu-LISA għandha tipprovdi segretarjat lill-Bord tat-Tmexxija tal-Programm.

(*7)  Ir-Regolament (UE) 2023/2667 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009 u (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 u (KE) Nru 694/2003 u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-proċedura tal-viża (ĠU L, 2023/2667, 7.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2667/oj)."

(*8)  Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).”;"

(21)

fl-Artikolu 45(2), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(g)

għall-istabbiliment tar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-format tad-data personali msemmija fl-Artikolu 7b(3) u 7b(6) li għandha tiddaħħal fil-formola tal-applikazzjoni online, f’konformità mal-Artikolu 7b, kif ukoll il-parametri u l-verifiki li għandhom jiġu implimentati sabiex tiġi żgurata l-kompletezza tal-applikazzjoni u l-koerenza ta’ dik id-data;

(h)

għall-istabbiliment tar-rekwiżiti tekniċi li jikkonċernaw il-format tad-dokumenti ta’ sostenn, l-assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar u l-kopja tad-dokument tal-ivvjaġġar f’format diġitali li għandhom jiġu pprovduti permezz tal-EU VAP, f’konformità mal-Artikoli 7c u 7d;

(i)

għall-istabbiliment tar-rekwiżiti tas-servizz ta’ kont sigur, inklużi l-arranġamenti għall-aċċess u l-awtentikazzjoni, il-perjodu ta’ żamma għad-data maħżuna fih u għal applikazzjonijiet mhux kompluti jew applikazzjonijiet li ma jgħaddux mill-verifika tal-kompetenza u tal-ammissibbiltà, f’konformità mal-Artikolu 7b;

(j)

għall-istabbiliment tar-rekwiżiti li jikkonċernaw l-għodda għall-ħlas, inklużi l-proċeduri ta’ rimborż għall-applikanti, f’konformità mal-Artikolu 7e;

(k)

għall-istabbiliment tar-rekwiżiti li jikkonċernaw l-għodda għall-appuntamenti msemmija fl-Artikolu 7e(2), inkluża l-proċedura għall-konferma tal-appuntamenti, u l-link għall-għodod tal-appuntamenti eżistenti jew informazzjoni dwar appuntamenti mingħajr prenotazzjoni li għandhom jiġu kkonfigurati mill-konsulati jew mill-fornituri esterni tas-servizzi, f’konformità mal-Artikolu 7e, kif ukoll l-arranġamenti tekniċi li jiżguraw li kwalunkwe membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak taċ-ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra, jew ta’ ċittadini tar-Renju Unit li huma benefiċjarji tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit fl-Istat ospitanti, kif definit fil-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit, li għalih issir l-applikazzjoni għal viża, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn proċedura aċċellerata;

(l)

għall-istabbiliment tal-iskema ta’ awtentikazzjoni għall-membri tal-persunal tal-fornituri esterni tas-servizzi li jużaw il-gateway tal-fornituri esterni tas-servizzi, f’konformità mal-Artikolu 7f;

(m)

għall-istabbiliment ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi tan-notifiki, inklużi dettalji dwar il-format tagħhom u l-verżjonijiet li jistgħu jiġu stampati, f’konformità mal-Artikolu 7 g;

(n)

għall-istabbiliment ta’ regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għall-operazzjoni tas-servizz web u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà applikabbli għas-servizz web, f’konformità mal-Artikolu 7h, inkluż identifikaturi uniċi għall-applikanti;

(o)

għall-istabbiliment ta’ mudelli ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza rigward il-proċeduri ta’ riżerva għal każijiet ta’ impossibbiltà teknika ta’ aċċess għad-data fil-fruntieri esterni msemmija l-Artikolu 18e(1) u (2), inklużi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet tal-fruntieri, f’konformità mal-Artikolu 18e;

(p)

għall-istabbiliment tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-funzjonalitajiet taċ-chatbot ospitat mill-EU VAP f’konformità mal-Artikolu 7a(6);

(q)

għall-ispeċifikazzjoni tar-responsabbiltajiet u r-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri bħala kontrolluri konġunti għall-ipproċessar ta’ data personali fl-EU VAP;

(r)

għall-ispeċifikazzjoni tar-relazzjoni bejn il-kontrolluri konġunti u l-proċessur, u r-responsabbiltajiet tal-proċessur.”;

(22)

fl-Artikolu 48a(2), (3) u (6), ir-referenzi għal “l-Artikolu 9, l-Artikolu 9h(2), l-Artikolu 9j(2) u l-Artikolu 22b(18)” huma sostitwiti b’referenzi għal “l-Artikolu 7b(7), l-Artikolu 9, l-Artikolu 9h(2), l-Artikolu 9j(2) u l-Artikolu 22b(18)”;

(23)

l-Artikolu 50 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.   Wara d-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-EU VAP imsemmija fl-Artikolu 2a(1), il-punt (fa), ir-rapport dwar il-funzjonament tekniku tal-VIS imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandu jinkludi wkoll il-funzjonament tekniku tal-EU VAP.”

;

(b)

il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“6.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 3, 4, 5 u 8 lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni.

7.   L-eu-LISA għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni sabiex tipproduċi l-evalwazzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafi 5 u 8.”

;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   Tliet snin wara d-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-EU VAP imsemmija fl-Artikolu 2a(1), il-punt (fa), ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-operazzjoni tal-EU VAP. Dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 u ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbażi tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti, fejn meħtieġ, proposti leġiżlattivi xierqa.”

.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 694/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 694/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Id-Dokumenti ta’ Tranżitu Faċilitat bil-Ferroviji (FTD) maħruġa mill-Istati Membri kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 693/2003 għandhom jinħarġu fil-format diġitali msemmi fir-Regolament (KE) Nru 1683/95 u għandu jkollhom il-kampijiet tad-data stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Huma għandu jkollhom l-istess valur bħal viżi b’validità territorjali limitata għall-fini ta’ tranżitu. Barra minn hekk, il-format diġitali għandu jindika b’mod ċar li d-dokument maħruġ huwa FTD.

2.   Id-Dokumenti ta’ Tranżitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) maħruġa mill-Istati Membri kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 693/2003 għandhom jinħarġu fil-format diġitali msemmi fir-Regolament (KE) Nru 1683/95 u jkollhom il-kampijiet tad-data stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Huma għandu jkollhom l-istess valur bħal viżi b’validità territorjali limitata għall-fini ta’ tranżitu. Barra minn hekk, il-format diġitali għandu jindika b’mod ċar li d-dokument maħruġ huwa FRTD.”;

(2)

fl-Artikolu 2(1), it-test introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Speċifikazzjonijiet tekniċi ulterjuri għall-format diġitali għal FTD u FRTD, inklużi dawk relatati ma’ dan li ġej, għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2):”;

(3)

fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

standards u metodi tekniċi għal:

(i)

kodifikazzjoni tal-informazzjoni li tinsab fl-FTD diġitali u l-FRTD diġitali fil-forma ta’ barcode 2D;

(ii)

immaġni tal-wiċċ;

(b)

speċifikazzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-verżjoni li tista’ tiġi stampata tal-FTD diġitali u tal-FRTD diġitali;”;

(4)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami li għandha tiġi applikata kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament flimkien mad-dispożizzjoni tranżitorja fl-Artikolu 13(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9) li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu sigrieti u ma jiġux ippubblikati. F’dak il-każ dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu disponibbli biss għal persuni debitament awtorizzati minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni.

(*9)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;"

(5)

l-Artikolu 3 huwa mħassar;

(6)

fl-Artikolu 5, it-tieni sentenza hija mħassra;

(7)

fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri li jkunu ddeċidew li jagħmlu dan għandhom joħorġu l-format diġitali għall-FTD u l-FRTD kif imsemmi fl-Artikolu 1 sa mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 2.”;

(8)

l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 694/2003 huma sostitwiti permezz tat-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Emenda għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen

L-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen huwa emendat kif ġej:

(1)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-viżi għal soġġorni ta’ aktar minn 90 jum (viżi għal soġġorn twil) għandhom ikunu viżi nazzjonali maħruġa minn wieħed mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tiegħu jew id-dritt tal-Unjoni. Tali viżi għandhom jinħarġu f’format diġitali f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 (*10), bit-tip ta’ viża li jkun indikat bl-ittra ‘D’.

Viżi għal soġġorn twil maħruġa f’format diġitali għandhom jimtlew f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jistabbilixxi r-regoli għall-mili tal-kampijiet tad-data tal-viża, adottati f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11).

(*10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1)."

(*11)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).”;"

(2)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti għandhom jikkomunikaw il-viżi għal soġġorn twil maħruġa f’format diġitali lill-applikanti b’mezzi elettroniċi.”

.

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 693/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 693/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-FTD/FRTD għandu jinħareġ f’format diġitali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 694/2003.”

;

(2)

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-applikazzjoni għal FTD għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet konsulari ta’ Stat Membru li jkun ikkomunika d-deċiżjoni tiegħu li joħroġ l-FTD/FRTD f’konformità mal-Artikolu 12.”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   L-applikazzjoni għal FTD/FRTD għandha titwettaq bl-użu ta’ għodda ta’ applikazzjoni online. L-għodda ta’ applikazzjoni online għandha tinkludi d-data msemmija fil-paragrafi 3 u 4.”

;

(3)

fl-Artikolu 6, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Ma għandha tinħareġ l-ebda FTD/FRTD għal dokument tal-ivvjaġġar li jkun skada.

3.   Il-perjodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar li għalih jinħareġ l-FTD/FRTD għandu jkun itwal minn dak tal-FTD/FRTD.

4.   Ma għandu jinħareġ l-ebda FTD/FRTD għal dokument tal-ivvjaġġar, jekk dak id-dokument tal-ivvjaġġar ma jkunx validu għal xi wieħed mill-Istati Membri. Jekk dokument tal-ivvjaġġar ikun validu biss għal Stat Membru wieħed jew għal għadd ta’ Stati Membri, l-FTD/FRTD għandu jkun limitat għall-Istat Membru jew l-Istati Membri inkwistjoni.”

.

Artikolu 6

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28)

Ir-Regolament (UE) 2017/2226 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 16(2), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

fejn applikabbli, in-numru tal-viża għal soġġorn qasir, inkluż il-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru emittenti, it-tip ta’ viża għal soġġorn qasir, id-data tat-tmiem tad-durata massima tas-soġġorn kif awtorizzata mill-viża għal soġġorn qasir, li għandha tiġi aġġornata ma’ kull dħul, u d-data ta’ skadenza tal-validità tal-viża għal soġġorn qasir;”;

(2)

l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Data li għandha tiżdied meta awtorizzazzjoni għal soġġorn qasir tiġi revokata, annullata jew estiża u meta viża valida tkun ikkonfermata f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid”;

(b)

fil-paragrafu 1, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

fejn applikabbli, in-numru l-ġdid tal-viża, inkluż il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti;”;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Fejn tkun ittieħdet deċiżjoni biex tiġi kkonfermata viża valida f’dokument tal-ivvjaġġar ġdid, l-awtorità tal-viża li tkun ħadet id-deċiżjoni għandha tirkupra minnufih id-data prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mill-VIS u timportaha direttament fl-EES f’konformità mal-Artikolu 12a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”

;

(3)

fl-Artikolu 24(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

in-numru tal-viża għal soġġorn qasir, inkluż il-kodiċi bi tliet ittri tal-Istat Membru emittenti msemmi fl-Artikolu 16(2), il-punt (d);”;

(4)

fl-Artikolu 32(5), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

in-numru tal-viża u d-data tal-iskadenza tal-validità tal-viża;”.

Artikolu 7

Bidu tal-operazzjonijiet tal-EU VAP

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi d-data li fiha jibdew l-operazzjonijiet tal-EU VAP skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 kif emendat b’dan ir-Regolament. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi adottata mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Kummissjoni tkun ivverifikat li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2), il-punti (g) sa (r), tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7b(7) ta’ dak ir-Regolament ġew adottati;

(b)

l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b’suċċess ta’ testijiet komprensivi li jridu jitwettqu mill-eu-LISA f’kooperazzjoni mal-Istati Membri;

(c)

l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali, inkluż il-fatt li jeżistu biżżejjed kapaċità u funzjonalitajiet tal-EU VAP u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni.

2.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jinħarġu viżi f’format diġitali skont l-Artikolu 26a tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma jagħmilx użu mill-EU VAP għal perjodu sa 7 snin mid-data msemmija fil-paragrafu 1 u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni rigward id-deċiżjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-notifika mill-Istat Membru f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 7 snin imsemmi fl-ewwel subparagrafu, id-detenturi tal-viża għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw il-validità u l-informazzjoni fil-viżi diġitali billi jużaw is-servizz web tal-EU VAP imsemmi fl-Artikolu 7h tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, jekk l-Istat Membru li jkun qed jipproċessa l-applikazzjoni għall-viża tagħhom jiddeċiedi li ma jużax l-EU VAP.

4.   Stat Membru jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-eu-LISA li jixtieq jagħmel użu mill-EU VAP qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-paragrafu 3.

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-Istat Membru għandu jagħmel użu mill-EU VAP. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Sal-1 ta’ Diċembru 2026 u kull sena minn hemm ’il quddiem sa meta tittieħed id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż imġarrba u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jkollu impatt fuq l-ispejjeż totali.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data stabbilita mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 7(1).

3.   B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 1, il-punti (1), (3), (15), (30), (34), (35) u (36) għandu japplika mit-28 ta’ Ġunju 2024. Fl-Artikolu 2, il-punti (21) u (22) għandhom japplikaw mis-27 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu, it-22 ta’ Novembru 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

P. NAVARRO RÍOS


(1)   ĠU C 75, 28.2.2023, p. 150.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2023 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2023.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1155 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 25).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal soġġorn qasir, viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(6)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(7)  Il-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(12)  Id-Deċiżjoni Nru 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta’ ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE (ĠU L 157, 27.5.2014, p. 23).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi (ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1).

(14)  Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 tal-14 ta’ April 2003 li jistabbilixxi Dokument speċifiku ta’ Tranżitu Faċilitat (FTD), Dokument ta’ Tranżitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) u jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Ktieb tal-Istruzzjonijiet Komuni (ĠU L 99, 17.4.2003, p. 8).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 694/2003 tal-14 ta’ April 2003 dwar il-formati uniformi tad-Dokumenti dwar it-Tranżitu Faċilitat (FTD) u tad-Dokumenti dwar it-Tranżitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) previsti fir-Regolament (KE) Nru 693/2003 (ĠU L 99, 17.4.2003, p. 15).

(17)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(19)  Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(21)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(22)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(23)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(25)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(26)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(27)   ĠU C 277, 19.7.2022, p. 7.

(28)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

Formola tal-applikazzjoni armonizzata

Applikazzjoni għal Viża ta’ Schengen

Din il-formola tal-applikazzjoni hija bla ħlas

Image 1
 (1)

Membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE, taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera jew ċittadini tar-Renju Unit li jkunu benefiċjarji tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit ma għandhomx jimlew il-partijiet Nru 21, 22, 30, 31 u 32 (immarkati b’*).

Il-partijiet 1-3 għandhom jimtlew f’konformità mad-data fid-dokument tal-ivvjaġġar.

1.

Kunjom (Isem il-familja):

Għal użu uffiċjali biss

Data tal-applikazzjoni:

Numru tal-applikazzjoni:

2.

Kunjom mat-twelid (kunjom(ijiet) il-familja preċedenti):

3.

Isem/ismijiet (Isem/ismijiet mogħti(ja)):

4.

Data tat-twelid (jum-xahar-sena):

5.

Post tat-twelid:

6.

Pajjiż tat-twelid:

7.

Nazzjonalità attwali:

Nazzjonalità mat-twelid, jekk ikunu differenti:

Nazzjonalitajiet oħrajn:

Applikazzjoni ppreżentata lil:

Ambaxxata/konsulat

Fornitur ta’ servizz

Intermedjarju kummerċjali

8.

Sess:

Raġel

Mara

Ieħor

9.

Stat ċivili:

☐Ġuvni/Xebba ☐ Miżżewweġ/Miżżewġa ☐ Sħubija Reġistrata ☐ Separat/a ☐ Divorzjat/a ☐ Armel/Armla ☐ Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika):

Fruntiera (Isem):

Oħra:

10.

Awtorità tal-ġenituri (fil-każ ta’ minorenni)/kustodju legali (il-kunjom, l-isem, l-indirizz, jekk differenti minn dawk tal-applikant, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika u n-nazzjonalità):

Fajl ġestit minn:

11.

Numru tal-identità nazzjonali, fejn applikabbli:

Dokumenti ta’ sostenn:

Dokument tal-ivvjaġġjar

Mezzi ta’ sussistenza

Stedina

12.

Tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar:

☐Passaport ordinarju ☐ Passaport diplomatiku ☐ Passaport tas-servizz ☐ Passaport uffiċjali ☐ Passaport speċjali

☐Dokument tal-ivvjaġġar ieħor (jekk jogħġbok speċifika):

13.

Numru tad-dokument tal-ivvjaġġar:

14.

Data tal-ħruġ:

15.

Validu sa:

16.

Maħruġ fi (pajjiż):

TMI

Mezzi ta’ trasport

Oħrajn:

Deċiżjoni dwar viża:

Miċħuda

Maħruġa:

A

C

LTV

Valida:

Minn:

Sa:

17.

Data personali tal-membru tal-familja li huwa ċittadin tal-UE, taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera jew ċittadin tar-Renju Unit li jkun benefiċjarju tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit, jekk applikabbli

Kunjom (Isem il-familja):

Isem/ismijiet (Isem/ismijiet mogħti(ja)):

Data tat-twelid (jum-xahar-sena):

Nazzjonalità:

Numru tad-dokument tal-ivvjaġġar jew tal-karta tal-identità:

18.

Ir-relazzjoni familjari ma’ ċittadin tal-UE, taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera jew ċittadin tar-Renju Unit li jkun benefiċjarju tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit, jekk applikabbli:

☐ konjuġi ☐ wild ☐ neputi/ja ☐ axxendent dipendenti

☐ sħubija reġistrata ☐ oħrajn:

19.

Indirizz tad-dar u indirizz tal-posta elettronika tal-applikant:

Nru tat-telefon:

20.

Residenza f’pajjiż ieħor għajr il-pajjiż tan-nazzjonalità attwali:

Le

Iva. Permess ta’ residenza jew ekwivalenti … Nru … Validu sa…

*21.

Impjieg attwali:

Għadd ta’ daħliet:

☐ 1 ☐ 2 ☐ Multipli

Għadd ta’ jiem:

*22.

Min iħaddem u l-indirizz u n-numru tat-telefon ta’ min iħaddem. Għall-istudenti, l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment edukattiv:

23.

Skop(ijiet) tal-vjaġġ:

☐ Turiżmu ☐ Negozju ☐ Żjara lill-familja jew lill-ħbieb ☐ Kulturali ☐ Sports ☐ Żjara Uffiċjali ☐ Raġunijiet mediċi ☐ Studju ☐ Tranżitu fl-ajruport ☐ Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika):

24.

Informazzjoni addizzjonali dwar l-iskop tas-soġġorn:

25.

L-Istat Membru tad-destinazzjoni ewlenija (u Stati Membri oħrajn tad-destinazzjoni, jekk applikabbli):

26.

L-Istat Membru tal-ewwel dħul:

27.

Għadd ta’ daħliet mitluba:

☐Dħul wieħed ☐ Żewġ daħliet ☐ Dħul multiplu

Data maħsuba tal-wasla tal-ewwel soġġorn maħsub fiż-żona Schengen: Data maħsuba tat-tluq miż-żona Schengen wara l-ewwel soġġorn maħsub:

28.

Marki tas-swaba’ miġbura qabel għall-fini ta’ applikazzjoni għal viża ta’ Schengen: ☐ Le ☐ Iva.

Id-data, jekk tkun magħrufa … Numru tal-viża, jekk ikun magħruf …

 

29.

Permess tad-dħul għall-pajjiż tad-destinazzjoni finali, fejn applikabbli:

Maħruġ minn … Validu minn … sa …

*30.

Kunjom u isem il-persuna/i li qed tistieden/jistiednu fl-Istat(i) Membru/i. Jekk mhux applikabbli, l-isem tal-lukanda/i jew ta’ akkomodazzjoni(jiet) temporanja/i fl-Istat(i) Membru/i:

L-indirizz u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna/i li qed tistieden/jistiednu/il-lukanda/i/l-akkomodazzjoni(jiet) temporanja/i:

Nru tat-telefon:

*31.

L-isem u l-indirizz tal-kumpanija/organizzazzjoni li qed tistieden:

 

Kunjom, isem, indirizz, Nru tat-telefon, u indirizz tal-posta elettronika tal-persuna ta’ kuntatt fil-kumpanija/fl-organizzazzjoni:

Nru tat-telefon tal-kumpanija/organizzazzjoni:

*32.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien matul is-soġġorn tal-applikant hija koperta:

☐ mill-applikant

Mezzi ta’ appoġġ:

Flus kontanti

Ċekkijiet tal-vjaġġaturi

Karta tal-kreditu

Akkomodazzjoni mħallsa minn qabel

Trasport imħallas minn qabel

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika):

minn sponsor (ospitant, kumpanija, organizzazzjoni), jekk jogħġbok speċifika:

…☐

imsemmi fil-parti 30 jew 31

…☐

oħrajn (jekk jogħġbok speċifika):

Mezzi ta’ appoġġ:

Flus kontanti

Akkomodazzjoni pprovduta

L-ispejjeż kollha koperti matul is-soġġorn

Trasport imħallas minn qabel

Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika):

33.

Kunjom u isem il-persuna li timla l-formola tal-applikazzjoni, jekk differenti mill-applikant:

 

L-indirizz u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna li timla l-formola tal-applikazzjoni:

Nru tat-telefon:

 

Jien konxju li t-tariffa tal-viża ma tingħatax lura jekk il-viża tiġi miċħuda.

Applikabbli f’każ li tinħareġ viża bi dħul multiplu:

Jien konxju mill-ħtieġa li jkolli assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata għall-ewwel soġġorn tiegħi u għal kwalunkwe żjara sussegwenti fit-territorju tal-Istati Membri.

Jien konxju u nagħti l-kunsens tiegħi għal dan li ġej: il-ġbir tad-data meħtieġa minn din il-formola tal-applikazzjoni u t-teħid tar-ritratt tiegħi u, jekk applikabbli, it-teħid tal-marki tas-swaba’, huma obbligatorji għall-eżami tal-applikazzjoni; u kwalunkwe data personali li tikkonċernani li tidher fil-formola tal-applikazzjoni, kif ukoll il-marki tas-swaba’ tiegħi u r-ritratt tiegħi, jintbagħtu lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u jiġu pproċessati minn dawk l-awtoritajiet, bl-iskop li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħi.

Din id-data kif ukoll id-data li tikkonċerna d-deċiżjoni meħuda fl-applikazzjoni tiegħi jew deċiżjoni dwar jekk viża li tkun inħarġet għandhiex tiġi annullata, revokata jew estiża se jiddaħħlu, u jinħażnu fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għal perjodu massimu ta’ ħames snin, li matulu jkunu aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-viża u l-awtoritajiet kompetenti mit-twettiq ta’ verifiki tal-viżi fuq il-fruntieri esterni u fl-Istati Membri, għall-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-ażil fl-Istati Membri bil-għan li jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għal dħul, soġġorn u residenza legali fit-territorju tal-Istati Membri ntlaħqux, biex jiġu identifikati persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet, biex tiġi eżaminata applikazzjoni għall-ażil u biex tiġi determinata r-responsabbiltà għal tali eżami. F’ċerti kundizzjonijiet, id-data se tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u għall-Europol għall-fini ta’ prevenzjoni, detezzjoni u investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħrajn. L-awtorità tal-Istat Membru responsabbli mill-ipproċessar tad-data hija: [(…)].

Jiena konxju li għandi d-dritt li nkun mgħarraf, fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, dwar id-data li tirrigwardani u li hija rreġistrata fil-VIS u dwar l-Istat Membru li ttrażmetta d-data, u li nitlob li data li tirrigwardani li ma tkunx eżatta, tiġi kkoreġuta u li d-data li tirrigwardani li tkun ġiet ipproċessata illegalment titħassar. Fuq talba espressa tiegħi, l-awtorità li teżamina l-applikazzjoni tiegħi se tgħarrafni bil-mod li bih nista’ neżerċita d-dritt tiegħi biex nivverifika d-data personali li tikkonċernani u nagħmel mezz biex nikkorreġiha jew inħassarha, inkluż ir-rimedji relatati skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtorità superviżorja nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru [dettalji ta’ kuntatt: …] se tisma’ pretensjonijiet rigward il-protezzjoni ta’ data personali.

Niddikjara li sa fejn naf jien id-dettalji kollha mogħtija minni huma korretti u kompluti. Jiena konxju li kwalunkwe dikjarazzjoni falza se twassal biex l-applikazzjoni tiegħi tiġi miċħuda jew biex viża li tkun diġà nħarġet tiġi annullata u tista’ wkoll tagħmilni suġġett għal prosekuzzjoni skont il-liġi tal-Istat Membru li jittratta l-applikazzjoni.

Nimpenja ruħi li nitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel ma tiskadi l-viża, jekk tingħatali. Ġejt mgħarraf li l-pussess ta’ viża huwa biss wieħed mill-prerekwiżiti għad-dħul fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri. Is-sempliċi fatt li ngħatatli viża ma jfissirx li jiena se nkun intitolat għal kumpens jekk nonqos milli nikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/399 (il-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen) u għalhekk niġi miċħud id-dħul. Il-prerekwiżiti għad-dħul jerġgħu jiġu vverifikati mad-dħul fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri.

Post u data:

Firma tal-applikant:

(firma tal-persuna bis-setgħa tal-ġenituri/il-kustodju legali, jekk applikabbli):

”.

(1)  M’hi meħtieġa ebda logo għan-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera.


ANNESS II

L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 694/2003 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“ANNESS I

DOKUMENT DIĠITALI TA’ TRANŻITU FAĊILITAT (FTD)

L-FTD diġitali għandu jkun fih l-oqsma tad-data li ġejjin:

Stat Membru emittenti;

isem u kunjom;

kunjom mat-twelid;

data tat-twelid;

pajjiż u post tat-twelid;

is-sess;

nazzjonalità;

nazzjonalità mat-twelid;

tip u numru tad-dokument tal-ivvjaġġar;

awtorità emittenti tad-dokument tal-ivvjaġġar;

data tal-ħruġ u tal-iskadenza tad-dokument tal-ivvjaġġar;

l-awtorità li ħarġet l-FTD diġitali, inkluż il-post fejn tinsab, u jekk dik l-awtorità ħarġitux f’isem Stat Membru ieħor;

post u data tad-deċiżjoni li jinħareġ l-FTD diġitali;

numru tal-FTD diġitali;

it-territorju li fih id-detentur tal-FTD diġitali huwa intitolat li jivvjaġġa;

id-dati tal-bidu u tal-iskadenza tal-perjodu ta’ validità tal-FTD diġitali;

l-għadd ta’ daħliet awtorizzati bl-FTD diġitali fit-territorju li għalih l-FTD huwa validu;

id-durata tat-tranżitu kif awtorizzat mill-FTD diġitali;

rimarki tal-awtorità emittenti biex tindika kwalunkwe informazzjoni oħra, li hija kkunsidrata neċessarja, sakemm hija tikkonforma mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

l-immaġni tal-wiċċ tad-detentur tal-FTD diġitali.

ANNESS II

DOKUMENT DIĠITALI TA’ TRANŻITU FAĊILITAT BIL-FERROVIJI (FRTD)

L-FRTD diġitali għandu jkun fih l-oqsma tad-data li ġejjin:

Stat Membru emittenti;

isem u kunjom;

kunjom mat-twelid;

data tat-twelid;

pajjiż u post tat-twelid;

is-sess;

nazzjonalità;

nazzjonalità mat-twelid;

tip u numru tad-dokument tal-ivvjaġġar;

awtorità emittenti tad-dokument tal-ivvjaġġar;

data tal-ħruġ u tal-iskadenza tad-dokument tal-ivvjaġġar;

data u ħin tat-tluq tal-ferrovija (l-ewwel dħul);

data u ħin tat-tluq tal-ferrovija (it-tieni dħul);

l-awtorità li ħarġet l-FRTD diġitali, inkluż il-post fejn tinsab, u jekk dik l-awtorità ħarġitux f’isem Stat Membru ieħor;

post u data tad-deċiżjoni li jinħareġ l-FRTD diġitali;

numru tal-FRTD diġitali;

it-territorju li fih id-detentur tal-FRTD diġitali huwa intitolat li jivvjaġġa;

id-dati tal-bidu u tal-iskadenza tal-perjodu ta’ validità tal-FRTD diġitali;

id-durata tat-tranżitu kif awtorizzat mill-FRTD diġitali;

rimarki tal-awtorità emittenti biex tindika kwalunkwe informazzjoni oħra, li hija kkunsidrata neċessarja, sakemm hija tikkonforma mal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament;

l-immaġni tal-wiċċ tad-detentur tal-FRTD diġitali.

”.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2667/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top