This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0127
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/127 of 7 December 2021 supplementing Regulation (EU) 2021/2116 of the European Parliament and of the Council with rules on paying agencies and other bodies, financial management, clearance of accounts, securities and use of euro
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro
C/2021/9119
ĠU L 20, 31/01/2022, p. 95–130
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/07/2023
31.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20/95 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/127
tas-7 ta’ Diċembru 2021
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(1), 23(2), 38(2), 40(3), 41(3), 47(1), 52(1), 54(4), 55(6), 64(3), 76(2), 94(5) u (6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2116 stabbilixxa d-dispożizzjonijiet bażiċi li jikkonċernaw, fost oħrajn, l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta’ koordinazzjoni, l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward tal-intervent pubbliku, il-ġestjoni finanzjarja u l-proċeduri ta’ approvazzjoni, il-garanziji u l-użu tal-euro. Biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-qafas legali l-ġdid, iridu jiġu adottati ċerti regoli biex jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet stipulati minn dak ir-Regolament fl-oqsma kkonċernati. Ir-regoli l-ġodda jenħtieġ li jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (2). |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-aġenziji tal-pagamenti jistgħu jiġu akkreditati mill-Istati Membri biss jekk jikkonformaw ma’ ċerti kriterji minimi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Dawk il-kriterji għandhom ikopru erba’ oqsma ġenerali: l-ambjent intern, l-attivitajiet ta’ kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu ħielsa li jistabbilixxu kriterji ta’ akkreditazzjoni addizzjonali biex iqisu kwalunkwe karatteristika speċifika ta’ aġenzija tal-pagamenti. |
(3) |
F’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, awtorità kompetenti fil-livell ministerjali għandha tkun responsabbli għall-ħruġ, għar-rieżami u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ li l-korpi ta’ koordinazzjoni jiġu akkreditati mill-Istati Membri biss jekk ikunu jikkonformaw ma’ ċerti kriterji minimi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u mill-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li dawk il-kriterji jkopru l-kompiti speċifiċi tal-korp ta’ koordinazzjoni fir-rigward tal-ipproċessar tal-informazzjoni ta’ karattru finanzjarju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/2116. |
(4) |
Il-miżuri tal-intervent pubbliku jistgħu jiġu ffinanzjati biss jekk in-nefqa kkonċernata tiġġarrab mill-aġenziji tal-pagamenti maħtura mill-Istati Membri bħala responsabbli għal ċerti obbligi fir-rigward tal-intervent pubbliku. Madankollu, it-twettiq tal-kompiti, marbut b’mod partikolari mal-amministrazzjoni u mal-verifika tal-miżuri ta’ intervent, bl-eċċezzjoni tal-pagament tal-għajnuna, jista’ jiġi ddelegat f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li diversi aġenziji tal-pagamenti jwettqu dawn il-kompiti. Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li l-ġestjoni ta’ ċerti miżuri ta’ ħżin pubbliku tiġi fdata lil partijiet terzi, kemm jekk ikunu korpi pubbliċi jew privati, taħt ir-responsabbiltà tal-aġenzija tal-pagamenti. Għalhekk huwa xieraq li jiġi speċifikat l-ambitu tar-responsabbiltà tal-aġenziji tal-pagamenti f’dan il-kuntest, li jiġu speċifikati l-obbligi tagħhom u li jiġi ddeterminat taħt liema kundizzjonijiet u skont liema regoli, il-ġestjoni ta’ ċerti miżuri ta’ ħżin pubbliku tista’ tiġi fdata lil partijiet terzi, kemm jekk ikunu korpi pubbliċi jew privati. F’dan il-każ, jenħtieġ li jiġi previst li l-korpi kkonċernati jridu jaġixxu taħt kuntratt fuq il-bażi tal-obbligi ġenerali u l-prinċipji li jenħtieġ li jiġu stabbiliti. |
(5) |
Għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-interventi ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u rregolati taħt is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (SIAK), il-leġiżlazzjoni agrikola tal-Unjoni tinkludi perjodi għall-pagament ta’ għajnuniet lill-benefiċjarji, li jridu jiġu rrispettati mill-Istati Membri. Il-pagamenti li jsiru barra minn dawk il-perjodi għandhom jitqiesu bħala ineliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni. Madankollu, l-analiżi wriet li, f’għadd ta’ każijiet, il-pagamenti tal-għajnuna jsiru tard mill-Istati Membri minħabba verifiki addizzjonali mill-Istati Membri relatati ma’ pretensjonijiet kontenzjużi, appelli u tilwim legali nazzjonali ieħor. Għaldaqstant, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li jiġi stabbilit marġni fiss relatat man-nefqa, li fih ma għandux isir tnaqqis tal-pagamenti għal dawn il-każijiet. Barra minn hekk, ladarba dan il-marġni jinqabeż, sabiex jiġi aġġustat l-impatt finanzjarju bi proporzjon għad-dewmien imġarrab fil-pagament, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tkun tista’ tnaqqas il-pagamenti tal-Unjoni b’mod proporzjonali skont il-perjodu ta’ dewmien irreġistrat fil-pagament. |
(6) |
Il-pagamenti tal-għajnuna qabel l-aktar data bikrija possibbli tal-pagament, kif stabbilit fid-dritt tal-Unjoni, ma jistgħux jiġu ġġustifikati bl-istess raġunament bħall-pagamenti li jsiru wara l-aħħar data possibbli għall-pagament. Għaldaqstant, jenħtieġ li ma jkun previst ebda tnaqqis proporzjonali għal dawk il-pagamenti bikrin. Madankollu, jenħtieġ li tiġi pprovduta eċċezzjoni għall-każijiet fejn il-leġiżlazzjoni agrikola tal-Unjoni tipprevedi l-pagament ta’ avvanz sa ċertu ammont massimu. |
(7) |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti lill-Istati Membri abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa mibgħuta mill-Istati Membri, f’konformità mal-Artikoli 21 u 32 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Madankollu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis id-dħul riċevut mill-aġenziji tal-pagamenti f’isem il-baġit tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jiġu paċuti ċerti tipi ta’ nefqa u dħul effettwati taħt il-FAEG u l-FAERŻ. |
(8) |
Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jekk il-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat sal-bidu tas-sena finanzjarja, il-pagamenti jistgħu jsiru kull xahar għal kull kapitolu sa massimu ta’ parti minn kull tnax tal-approprjazzjonijiet allokati fil-kapitolu rilevanti tal-baġit għas-sena finanzjarja preċedenti. Biex l-approprjazzonijiet disponibbli jiġu allokati b’mod ġust fost l-Istati Membri, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-pagamenti ta’ kull xahar taħt il-FAEG u għall-pagamenti interim taħt il-FAEŻR li f’dan il-każ għandhom ikunu magħmulin bħala perċentwal tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa sottomessi minn kull Stat Membru u għall-bilanċ li ma jintużax f’xahar partikolari sabiex jiġu riallokati fil-pagamenti sussegwenti ta’ kull xahar jew dawk interim. |
(9) |
Jenħtieġ li jiġi previst li l-Kummissjoni, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri kkonċernati, tista’ tiddifferixxi l-kumpens tan-nefqa u d-dħul assenjat għall-pagamenti li jmiss ta’ kull xahar f’każ li jkun hemm sottomissjoni tard tal-informazzjoni meħtieġa jew ikun hemm diskrepanzi li jkunu jeħtieġu li jiġu ċċarati ulterjorament mal-Istat Membru. |
(10) |
Biex jiġi evitat li l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro japplikaw rati tal-kambju differenti fil-kontijiet tad-dħul riċevut jew tal-għajnuna mħallsa lill-benefiċjarji u rreġistrati fil-kont tal-aġenziji tal-pagamenti, f’munita oħra għajr l-euro, minn naħa waħda, u fid-dikjarazzjoni tan-nefqa mfassla mill-aġenzija tal-pagamenti, jew mill-korp ta’ koordinazzjoni akkreditat, min-naħa l-oħra, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali. |
(11) |
Għal każijiet fejn ir-rata tal-kambju għall-avveniment operattiv ma tkunx ġiet stabbilita mid-dritt tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għar-rata tal-kambju li l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, iridu jużaw fid-dikjarazzjoni tan-nefqa tagħhom u għall-fini tal-approvazzjoni finanzjarja u tal-prestazzjoni għad-dħul assenjat li jirriżulta minn konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru. |
(12) |
Fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni, jixraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kriterji għall-ġustifikazzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u l-metodoloġija u l-kriterji għall-applikazzjoni tat-tnaqqis. |
(13) |
Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivverifika li l-Istati Membri jirrispettaw l-obbligu tagħhom li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex tiżgura l-applikazzjoni effiċjenti tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità prevista fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-kriterji u l-metodoloġija għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet. Jenħtieġ li jiġu definiti t-tipi differenti ta’ korrezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 55 u jenħtieġ li jiġu stabbiliti prinċipji dwar kif se jitqiesu ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ biex jiġu ddeterminati l-ammonti ta’ korrezzjonijiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar kif l-irkupri li l-Istati Membri jagħmlu mingħand il-benefiċjarji se jiġu kkreditati lill-FAEG u lill-FAEŻR. |
(14) |
Fir-rigward tar-regoli speċifiċi ta’ eliġibbiltà għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Sottotaqsima 2, tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-appoġġ għall-irtirar bikri kif imsemmi fl-Artikolu 155(2) ta’ dak ir-Regolament, il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jridu jiġu vvalutati skont proċedura ta’ konformità, li tivvaluta l-konformità mal-legalità u mar-regolarità fil-livell tal-benefiċjarju. |
(15) |
Taħt il-mudell ta’ implimentazzjoni ġdid, il-konformità tas-sistemi tal-Istati Membri mar-regoli tal-Unjoni se tiġi vvalutata u f’każijiet ta’ nuqqasijiet serji mas-sistemi ta’ governanza, il-Kummissjoni se tipproponi li teskludi ċerta nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni fi proċedura ta’ konformità. Jenħtieġ li l-valutazzjoni ma testendix għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK nazzjonali u fir-regoli nazzjonali. Peress li l-valutazzjoni hija fil-livell tas-sistemi, jenħtieġ li l-proposta għall-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni tkun ibbażata fuq korrezzjonijiet b’rata fissa. Madankollu, meta ċ-ċirkostanzi speċifiċi jippermettu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu kalkolu dettaljat jew kalkolu estrapolat tar-riskju għall-FAEG jew il-FAEŻR, li għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni fil-proċedura ta’ konformità. |
(16) |
Diversi dispożizzjonijiet fir-regolamenti agrikoli tal-Unjoni jirrikjedu li tingħata garanzija biex jiġi żgurat il-pagament ta’ somma dovuta jekk ma jiġix issodisfat xi obbligu. Għalhekk, biex jiġu evitati kundizzjonijiet kompetittivi mhux ugwali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li japplikaw għal dak ir-rekwiżit. |
(17) |
Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014 jitħassar. Madankollu, l-Artikolu 5a, l-Artikolu 7(3) u (4), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) u (2) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu japplikaw għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u għall-programmi operazzjonali approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), filwaqt li jenħtieġ li l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament jkompli japplika għall-irkupri li għadhom qed isiru, imnedija skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(18) |
Fl-interess tal-implimentazzjoni korretta tar-Regolament (UE) 2021/2116, jixraq li jiġi speċifikat li meta aġenzija tal-pagamenti, akkreditata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, tassumi r-responsabbiltà għal nefqa li qabel ma kinitx responsabbli għaliha, jenħtieġ li din tiġi akkreditata bir-responsabbiltajiet il-ġodda qabel l-1 ta’ Jannar 2023. |
(19) |
Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-Punt 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, il-Kummissjoni tqis li hemm rabta sostantiva bejn is-setgħat mogħtija bir-Regolament (UE) 2021/2116 rigward ir-regoli dwar l-akkreditazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni u l-garanziji tal-aġenziji tal-pagamenti, u li bejniethom hemm interkonnessjoni fil-ġestjoni ta’ kuljum tan-nefqa tal-PAK. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti dawk ir-regoli fl-istess Att Delegat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
Aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn
Artikolu 1
Kundizzjonijiet għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti
1. L-Istati Membri għandhom jakkreditaw bħala aġenziji tal-pagamenti d-dipartimenti jew il-korpi, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu u l-kriterji msemmija fil-paragrafi 2 u 3. L-aġenziji tal-pagamenti li jwettqu l-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa, kif previst fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jipprovdu, fir-rigward tal-pagamenti li jsiru minnhom u fir-rigward tal-komunikazzjoni u ż-żamma tal-informazzjoni, biżżejjed garanziji li:
(a) |
fir-rigward tat-tipi ta’ interventi msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115, in-nefqa taqbel mal-output irrapportat korrispondenti u li tkun saret f’konformità mas-sistemi ta’ governanza applikabbli; |
(b) |
il-pagamenti huma legali u regolari fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 (8), (UE) Nru 229/2013 (9), (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); |
(c) |
jinżammu kontijiet preċiżi u eżawrjenti tal-pagamenti li jkunu saru; |
(d) |
isiru l-verifiki stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; |
(e) |
id-dokumenti mitluba jiġu ppreżentati fi ħdan il-limiti ta’ żmien u fl-għamla stipulata bir-regoli tal-Unjoni; |
(f) |
id-dokumenti jkunu aċċessibbli u jinżammu b’tali mod li jiżgura li jibqgħu sħaħ, validi u leġġibbli maż-żmien, inkluż fir-rigward tad-dokumenti elettroniċi fis-sens tar-regoli tal-Unjoni. |
2. Biex aġenzija tal-pagamenti tiġi akkreditata, għandu jkollha organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta’ kontroll intern li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Anness I fir-rigward ta’:
(a) |
l-ambjent intern; |
(b) |
l-attivitajiet ta’ kontroll; |
(c) |
l-informazzjoni u l-komunikazzjoni; |
(d) |
il-monitoraġġ. |
3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ta’ akkreditazzjoni ulterjuri biex iqisu d-daqs, ir-responsabbiltajiet u karatteristiċi speċifiċi oħrajn tal-aġenzija tal-pagamenti.
Artikolu 2
Kundizzjonijiet għall-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ koordinazzjoni
1. Meta tkun akkreditata aktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda, f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istat Membru kkonċernat għandu jakkredita bħala korpi ta’ koordinazzjoni, dipartimenti jew korpi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 u l-kriterji msemmija fil-paragrafi 3 u 4. Dak l-Istat Membru għandu, b’att formali fil-livell ministerjali, jiddeċiedi dwar l-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni wara li jkun issodisfa ruħu li l-arranġamenti amministrattivi ta’ dak il-korp jiggarantixxu li huwa kapaċi jwettaq il-kompiti msemmija f’dak l-Artikolu.
2. Sabiex ikun akkreditat, il-korp ta’ koordinazzjoni għandu jiżgura li:
(a) |
id-dikjarazzjonijiet lill-Kummissjoni huma bbażati fuq informazzjoni minn sorsi awtorizzati kif xieraq; |
(b) |
ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115 huwa kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u t-trażmissjoni tiegħu hija akkumpanjata minn dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li tkopri l-kompilazzjoni tar-rapport kollu; |
(c) |
id-dikjarazzjonijiet lill-Kummissjoni huma awtorizzati kif xieraq qabel it-trażmissjoni; |
(d) |
ikun jeżisti rekord tal-awditjar xieraq li jappoġġa l-informazzjoni trażmessa lill-Kummissjoni; |
(e) |
rekord tal-informazzjoni riċevuta u trażmessa tkun maħżuna b’mod sikur f’format kompjuterizzat. |
3. Sabiex korp ta’ koordinazzjoni jiġi akkreditat, għandu jkollu organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta’ kontroll intern fir-rigward tal-kompilazzjoni tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità kompetenti fir-rigward tal-proċeduri involuti, u speċjalment il-kriterji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni kif stabbiliti fl-Anness II.
4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ta’ akkreditazzjoni ulterjuri biex jitqiesu d-daqs, ir-responsabbiltajiet u karatteristiċi speċifiċi oħrajn tal-korp ta’ koordinazzjoni.
Artikolu 3
Obbligi tal-aġenzija tal-pagamenti fir-rigward tal-intervent pubbliku
1. L-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jamministraw u jiżguraw il-kontroll tal-operazzjonijiet relatati mal-miżuri ta’ intervent relatati mal-ħżin pubbliku li huma responsabbli għalih, skont it-termini stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament u, fejn xieraq, fil-leġiżlazzjoni agrikola settorjali, b’mod partikolari abbażi tar-rati minimi ta’ verifika stabbiliti f’dak l-Anness.
L-aġenziji tal-pagamenti jistgħu jiddelegaw is-setgħat tagħhom fir-rigward tal-miżuri ta’ intervent pubbliku lill-aġenziji tal-intervent li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni stabbiliti fil-punt 1.D tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew jaġixxu permezz ta’ aġenziji tal-pagamenti oħrajn.
2. L-aġenziji tal-pagamenti jew l-aġenziji tal-intervent jistgħu, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ġenerali tagħhom relatata mal-ħżin pubbliku:
(a) |
jafdaw il-ġestjoni ta’ ċerti miżuri ta’ ħżin pubbliku lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaħżnu prodotti agrikoli mixtrija (“maħżniera”); |
(b) |
jaħtru lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi biex iwettqu ċerti kompiti speċifiċi stabbiliti permezz tal-leġiżlazzjoni agrikola settorjali. |
Jekk l-aġenziji tal-pagamenti jafdaw il-ġestjoni f’idejn il-maħżniera kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, din il-ġestjoni għandha titwettaq skont kuntratti tal-ħżin abbażi tal-obbligi u l-prinċipji ġenerali stipulati fl-Anness IV.
3. L-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward tal-ħżin pubbliku għandhom ikunu, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:
(a) |
li jżommu kontijiet tal-ħażniet u kontijiet finanzjarji għal kull prodott kopert minn miżura ta’ intervent li tinvolvi ħżin pubbliku, abbażi tal-operazzjonijiet li huma jwettqu mill-1 ta’ Ottubru ta’ sena waħda sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara, b’dan il-perjodu ssir referenza għalih bħala “s-sena kontabilistika”; |
(b) |
li jżommu lista aġġornata tal-maħżniera li magħhom ikunu kkonkludew il-kuntratti ta’ ħżin pubbliku. Din il-lista għandu jkun fiha referenzi li jippermettu l-identifikazzjoni eżatta tal-punti tal-ħżin kollha, il-kapaċità tagħhom, l-għadd ta’ warehouses, imħażen imkessħa u sajlos, kif ukoll il-pjanti u d-dijagrammi tagħhom; |
(c) |
li jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni, il-kuntratti standard użati għall-ħżin pubbliku, ir-regoli stabbiliti għax-xiri ta’ prodotti, il-ħażna u t-tneħħija tal-prodotti mill-imħażen tal-maħżniera, u r-regoli applikabbli għall-obbligazzjonijiet tal-maħżniera; |
(d) |
li jżommu kontijiet tal-ħażniet ċċentralizzati u kompjuterizzati tal-ħażniet kollha, li jkopru l-postijiet kollha tal-ħżin, il-prodotti kollha u l-kwantitajiet u l-kwalitajiet tal-prodotti differenti kollha, u jispeċifikaw f’kull każ il-piż (nett u gross, meta applikabbli) jew il-volum; |
(e) |
li jwettqu l-operazzjonijiet kollha relatati mal-ħżin, mal-konservazzjoni, mat-trasport jew mat-trasferiment ta’ prodotti ta’ intervent f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tax-xerrejja, tal-aġenziji tal-pagamenti l-oħrajn involuti f’operazzjoni u ta’ kull persuna oħra li taġixxi skont l-istruzzjonijiet f’dan ir-rigward; |
(f) |
li jwettqu verifiki, fuq il-postijiet fejn jinżammu l-ħażniet ta’ intervent, matul is-sena kollha, f’intervalli irregolari u mingħajr twissija minn qabel. Madankollu, sakemm l-iskop tal-kontroll ma jiġix ipperikolat, jista’ jingħata avviż minn qabel, iżda għandu jkun strettament limitat għall-perjodu ta’ żmien minimu neċessarju. Dan l-avviż ma għandux jaqbeż l-24 siegħa, għajr f’każijiet debitament iġġustifikati; |
(g) |
li jsir inventarju annwali f’konformità mal-Artikolu 4. |
Meta, fi Stat Membru, il-ġestjoni tal-kontijiet ta’ ħżin pubbliku għal prodott wieħed jew iżjed titwettaq minn iżjed minn aġenzija tal-pagamenti waħda, il-kontijiet tal-ħażniet u l-kontijiet finanzjarji msemmija fil-punti (a) u (d) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu kkonsolidati fil-livell ta’ Stat Membru qabel l-informazzjoni korrispondenti tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.
4. L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiżguraw li:
(a) |
il-prodotti koperti mill-miżuri ta’ intervent tal-Unjoni jinżammu b’mod xieraq billi tiġi vverifikata l-kwalità tal-prodotti maħżuna mill-inqas darba fis-sena; |
(b) |
l-integrità tal-ħażniet ta’ intervent. |
5. L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih:
(a) |
b’każijiet fejn l-estensjoni tal-perjodu tal-ħżin ta’ prodott x’aktarx tirriżulta fid-deterjorament tiegħu; |
(b) |
b’telf kwantitattiv jew deterjorament tal-prodott minħabba diżastri naturali. |
Meta jkunu applikabbli s-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni xierqa:
(a) |
fir-rigward tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(b) |
fir-rigward tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 102(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116. |
6. L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu responsabbli għal kull konsegwenza finanzjarja ta’ konservazzjoni ħażina tal-prodotti koperti mill-miżuri ta’ intervent tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw minn metodi ta’ ħżin mhux xierqa. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rikors kontra l-maħżniera, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu responsabbli finanzjarjament għan-nuqqas ta’ konformità mal-impenji jew mal-obbligi tagħhom.
7. L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jagħmlu disponibbli b’mod permanenti, il-kontijiet tal-ħżin pubbliku kif ukoll id-dokumenti, il-kuntratti u l-fajls kollha li tħejjew jew li ġew riċevuti fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ intervent, għall-aġenti tal-Kummissjoni jew għal persuni maħturin mill-Kummissjoni, f’forma elettronika jew fil-bini tal-aġenziji tal-pagamenti.
Artikolu 4
Inventarju
1. Matul kull sena kontabilistika, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom iħejju inventarju għal kull prodott, li kien is-suġġett ta’ intervent tal-Unjoni.
Dawn għandhom iqabblu r-riżultati tal-inventarju mad-data tal-kontabbiltà. Kwalunkwe differenza li tinstab fil-kwantitajiet, u l-ammonti li jirriżultaw mid-differenzi misjuba fil-kwalità matul il-verifiki, għandhom jiġu ġustifikati f’konformità mar-regoli adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kwantitajiet neqsin li jirriżultaw minn operazzjonijiet normali ta’ ħżin għandhom ikunu ugwali għad-differenza bejn il-ħażniet teoretiċi li jidhru fl-inventarju tal-kontijiet, minn naħa waħda, u l-ħażniet fiżiċi reali stabbiliti abbażi tal-inventarju previst fil-paragrafu 1 jew il-ħażniet li jifdal fil-kotba wara li jiġu eżawriti l-ħażniet fiżiċi ta’ maħżen, min-naħa l-oħra, u għandhom ikunu soġġetti għal-limiti ta’ tolleranza stabbiliti fl-Anness V.
KAPITOLU II
Ġestjoni Finanzjarja
Artikolu 5
Nuqqas ta’ konformità mal-aħħar skadenza tal-pagament
1. Il-pagamenti li jsiru lil benefiċjarju wara l-aħħar data possibbli tal-pagament jistgħu jitqiesu eliġibbli skont iċ-ċirkostanzi u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6.
2. Meta n-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) skont l-Artikolu 5(2) jew in-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont l-Artikolu 6 għall-interventi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 issir wara l-iskadenza stabbilita mid-dritt tal-Unjoni tkun daqs il-limitu ta’ 5 % jew inqas tan-nefqa mwettqa qabel l-iskadenzi għall-FAEG u għall-FAEŻR rispettivament, ma għandu jsir l-ebda tnaqqis tal-pagamenti ta’ kull xahar jew dawk interim.
Meta n-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR li ssir wara l-iskadenzi stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni tkun ogħla mil-limitu ta’ 5 % għall-FAEG u għall-FAEŻR rispettivament, in-nefqa ulterjuri kollha li ssir tard għandha titnaqqas f’konformità mar-regoli li ġejjin:
(a) |
għan-nefqa tal-FAEG:
|
(b) |
għan-nefqa tal-FAEŻR:
|
3. B’deroga mill-paragrafu 2, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
meta għan-nefqa tal-interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti jew għan-nefqa tal-FAEŻR, il-livell limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ma jkunx intuża b’mod sħiħ għall-pagamenti li jkunu saru fir-rigward tas-sena kalendarja N sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru tas-sena N + 1 għall-FAEG, u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 1 għall-FAEŻR, u li jifdal mil-limitu jkun jaqbeż it-2 %, dak li jifdal għandu jitnaqqas għal 2 %; |
(b) |
matul sena finanzjarja N+1, il-pagamenti għal interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti, għajr il-pagamenti previsti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013, fir-rigward tas-snin kalendarji N-1 jew qabel, li jsiru wara l-iskadenza tal-pagament, għandhom ikunu eliġibbli biss għal finanzjament mill-FAEG jekk l-ammont totali ta’ interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti li jsiru fis-sena finanzjarja N+1, fejn applikabbli kkoreġut għall-ammonti qabel l-aġġustament previst fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116, ma jaqbiżx il-limitu massimu stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward tas-sena kalendarja N, f’konformità mal-Artikolu 87(1) ta’ dak ir-Regolament; |
(c) |
in-nefqa li taqbeż il-limiti msemmija fil-punti (a) jew (b) għandha titnaqqas b’100 %. |
L-ammonti tar-rimborżi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 ma għandhomx jitqiesu biex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, ta’ dan il-paragrafu hijiex issodisfata.
4. Meta jkun hemm kundizzjonijiet ta’ ġestjoni eċċezzjonali għal ċerti interventi u miżuri, jew meta jiġu ppreżentati raġunijiet iġġustifikati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tapplika stadji progressivi differenti minn dawk stipulati fil-paragrafi 2 u 3, u/jew tapplika tnaqqis inferjuri jew ma tapplika l-ebda tnaqqis.
Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għan-nefqa li taqbeż il-limitu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3.
5. Il-verifiki dwar il-konformità mal-iskadenza tal-pagament għandhom isiru darba kull sena finanzjarja fir-rigward tan-nefqa li tkun saret sal-15 ta’ Ottubru.
Kwalunkwe skadenza tal-pagament li ma tiġix rispettata għandha titqies sa mhux aktar tard mid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
6. It-tnaqqis imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jiġi applikat mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni sussegwenti dwar l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-proċedura ta’ konformità, imsemmija fl-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 6
Nuqqas ta’ konformità mal-aktar data bikrija tal-pagament
Fir-rigward tan-nefqa tal-FAEG, jekk l-Istati Membri jitħallew iħallsu avvanzi sa ċertu ammont massimu qabel l-aktar data bikrija tal-pagament stabbilita mid-dritt tal-Unjoni, din in-nefqa għandha titqies bħala nefqa eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni. Kwalunkwe nefqa mħallsa ’l fuq minn dan l-ammont massimu għandha tkun ineliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni għajr f’każijiet debitament iġġustifikati fejn ikun hemm kundizzjonijiet eċċezzjonali ta’ ġestjoni għal ċerti interventi jew miżuri jew fejn l-Istati Membri jipprovdu raġunijiet iġġustifikati. F’tali każijiet, in-nefqa mħallsa ’l fuq mill-ammont massimu għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni soġġett għal tnaqqis ta’ 10 %.
It-tnaqqis korrispondenti għandu jitqies sa mhux aktar tard mid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Artikolu 7
Kumpens mill-aġenziji tal-pagamenti
1. Fid-deċiżjoni tagħha dwar il-pagamenti ta’ kull xahar li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-bilanċ tan-nefqa ddikjarata minn kull Stat Membru fid-dikjarazzjonijiet tiegħu ta’ kull xahar, nieqes id-dħul assenjat li dak l-Istat Membru jkun inkluda fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tiegħu. Din it-tpaċija għandha titqies bħala ekwivalenti għall-ġbir tad-dħul korrispondenti.
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament iġġenerati mid-dħul assenjat għandhom ikunu miftuħin ladarba dan id-dħul ikun ġie assenjat għal-linji baġitarji.
2. Jekk l-ammonti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 ikunu ġew miżmuma qabel il-pagament tal-għajnuna kkonċernat mill-irregolarità jew min-negliġenza, dawn għandhom jitnaqqsu min-nefqa korrispondenti.
3. L-ammonti tal-kontribuzzjonijiet tal-FAEŻR irkuprati mill-benefiċjarji taħt il-Pjan Strateġiku tal-PAK tal-Istat Membru kkonċernat matul kull perjodu ta’ referenza għandhom jitnaqqsu mill-ammont li għandu jitħallas mill-FAEŻR fid-dikjarazzjoni tan-nefqa għal dak il-perjodu.
4. L-ammonti akbar jew iżgħar li jirriżultaw, fejn applikabbli, mill-approvazzjoni finanzjarja annwali jistgħu jerġgħu jintużaw taħt il-FAEŻR u għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu mill-ammont tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR meta titfassal l-ewwel dikjarazzjoni wara d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.
5. Il-finanzjament mill-FAEG għandu jkun ugwali għan-nefqa, ikkalkolat abbażi tal-informazzjoni notifikata mill-aġenzija tal-pagamenti, wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-miżuri ta’ intervent, ivvalidat mis-sistema kompjuterizzata stabbilita mill-Kummissjoni u inkluża mill-aġenzija tal-pagamenti fid-dikjarazzjoni tan-nefqa tagħha.
Artikolu 8
Adozzjoni tardiva tal-baġit tal-Unjoni
1. Jekk il-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat sal-bidu tas-sena baġitarja, il-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament għandhom isiru b’mod proporzjonali għall-approprjazzjonijiet awtorizzati għal kull kapitolu bħala perċentwal tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa riċevuti minn kull Stat Membru, għall-FAEG u għall-FAEŻR rispettivament, u fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Il-Kummissjoni għandha tqis il-bilanċ tal-ammonti mhux rimborżati lill-Istati Membri fid-deċiżjonijiet f’pagamenti sussegwenti.
2. Fir-rigward tal-FAEŻR, jekk il-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat sal-bidu tas-sena baġitarja fir-rigward tal-impenji baġitarji msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-ewwel pagamenti parzjali annwali wara l-adozzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri għandhom jirrispettaw l-ordni ta’ adozzjoni ta’ dawk il-pjanijiet. L-impenji baġitarji għall-pagamenti parzjali annwali sussegwenti għandhom isiru skont l-ordni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri li jkunu eżawrew l-impenji rispettivi. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel impenji annwali parzjali għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri jekk l-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli jkunu limitati. Il-bilanċ li jifdal għal dawk il-pjanijiet għandu jiġi impenjat biss ladarba jsiru disponibbli approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali.
Artikolu 9
Differiment tal-pagamenti ta’ kull xahar
Il-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/2116 lill-Istati Membri jistgħu jiġu differiti meta l-komunikazzjonijiet kif imsemmija fil-punt (c)(i) u (ii) tal-Artikolu 90(1), ta’ dak ir-Regolament jaslu tard jew ikun fihom diskrepanzi li jkunu jeħtieġu verifiki ulterjuri. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati fi żmien xieraq bl-intenzjoni tagħha li tiddifferixxi l-pagamenti.
Artikolu 10
Sospensjoni tal-pagamenti b’rabta mal-approvazzjoni annwali
1. Meta l-Kummissjoni tissospendi l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 40(1) ta’ dak ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-rati ta’ sospensjoni tal-pagamenti li ġejjin:
(a) |
jekk l-Istat Membru ma jissottomettix id-dokumenti msemmija fl-Artikoli 9(3) u 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 sal-1 ta’ Marzu, 1 % tal-ammont totali tal-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 21(3) ta’ dak ir-Regolament; |
(b) |
jekk l-Istat Membru ma jissottomettix id-dokumenti msemmija fl-Artikoli 9(3) u 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 sal-1 ta’ April, 1,5 % tal-ammont totali tal-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 21(3) ta’ dak ir-Regolament. |
2. Is-sospensjoni għandha titneħħa wara s-sottomissjoni tad-dokumenti rilevanti kollha msemmija fl-Artikoli 9(3) u 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Artikolu 11
Sospensjoni tal-pagamenti b’rabta mal-approvazzjoni tal-prestazzjoni
1. Meta l-Kummissjoni tissospendi l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament skont l-Artikolu 40(2) ta’ dak ir-Regolament wara l-approvazzjoni tal-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116, ir-rata ta’ sospensjoni għandha tikkorrispondi għad-differenza bejn ir-rata ta’ tnaqqis applikata skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u 50 punti perċentwali, immultiplikata bi 2. Ir-rata ta’ sospensjoni li għandha tiġi applikata ma għandhiex tkun anqas minn 10 %.
2. Is-sospensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 53 u 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Artikolu 12
Rata tal-kambju applikabbli għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa
1. F’konformità mal-Artikolu 94(4) tar-Regolament (UE) 2021/2116, fir-rigward tal-FAEG, għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tagħhom, l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro għandhom japplikaw l-istess rata tal-kambju bħal dik li jkunu użaw biex jagħmlu pagamenti lill-benefiċjarji jew biex jirċievu dħul, f’konformità mal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni agrikola settorjali.
2. Fir-rigward tal-FAEŻR, għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tagħhom, l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro għandhom japplikaw, għal kull pagament jew operazzjoni ta’ rkupru, ir-rata tal-kambju ta’ qabel tal-aħħar stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel ix-xahar li fih l-operazzjonijiet jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti.
3. Fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni msemmija fl-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-proċedura ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament, l-ewwel rata tal-kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew wara d-data tal-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni tal-approvazzjoni għandha tintuża.
4. F’każijiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, kif ukoll għal operazzjonijiet li għalihom ma jkunx ġie stabbilit avveniment operattiv mid-dritt tal-Unjoni, ir-rata tal-kambju applikabbli għall-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro għandha tkun ir-rata tal-kambju ta’ qabel tal-aħħar stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel ix-xahar li fir-rigward tiegħu tiġi ddikjarata n-nefqa jew jiġi ddikjarat id-dħul assenjat.
KAPITOLU III
Approvazzjoni tal-kontijiet u verifiki oħrajn
Artikolu 13
Kriterji u metodoloġija għall-applikazzjoni tat-tnaqqis fil-qafas tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni
1. Għall-fini tal-adozzjoni tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 dwar l-ammonti li jridu jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta n-nefqa annwali ddikjarata mill-Istat Membru għall-intervent kontra l-output korrispondenti tiegħu kif irrapportat fir-rapport ta’ prestazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, ippreżentat skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 10(1), ta’ dak ir-Regolament, u l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115.
2. Meta n-nefqa ddikjarata ma jkollhiex output korrispondenti għas-sena finanzjarja rilevanti u meta tali devjazzjonijiet fir-rigward tal-outputs u l-ammonti unitarji realizzati ma jkunux ġew spjegati qabel mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 134(5) sa (9) tar-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni jew fejn il-ġustifikazzjonijiet għad-devjazzjonijiet ma jkunux biżżejjed, l-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjonijiet ulterjuri fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti mill-Kummissjoni. Il-ġustifikazzjonijiet għandhom ikopru n-nefqa ddikjarata li ma għandhiex output korrispondenti fis-sena baġitarja rilevanti.
3. Il-ġustifikazzjonijiet li għandhom jiġu pprovduti mill-Istat Membru għandu jkun fihom informazzjoni rilevanti li tispjega d-devjazzjoni fil-livell tal-ammont ta’ unità u l-perjodu kkonċernat. Għandu jkun fihom informazzjoni kwantitattiva, kif ukoll spjegazzjonijiet kwalitattivi, fejn meħtieġ.
L-Istat Membru għandu jipprovdi wkoll spjegazzjonijiet dwar il-firxa u l-effett tal-azzjonijiet korrettivi li jkunu diġà ttieħdu biex tiġi rimedjata d-devjazzjoni u biex jiġi evitat li din terġa’ sseħħ.
Meta l-Istat Membru ma jkunx jista’ jipprovdi ġustifikazzjonijiet għad-devjazzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 2, huwa jista’ jipprovdi ġustifikazzjonijiet għal parti mid-devjazzjonijiet.
4. Meta l-Istat Membru jonqos milli jipprovdi raġunijiet debitament iġġustifikati għad-devjazzjonijiet jew meta dawn jitqiesu insuffiċjenti mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafi 2 u 3, jew ikopri biss parti mid-devjazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammonti rilevanti mill-finanzjament tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri bl-opinjoni tagħha permezz ta’ komunikazzjoni separata.
5. It-tnaqqis imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jiġi applikat mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni sussegwenti dwar l-approvazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Artikolu 14
Kriterji u metodoloġija għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet fil-qafas tal-proċedura ta’ konformità għan-nefqa barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 jew għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u għall-appoġġ għall-irtirar bikri
1. Għall-fini tal-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-ammonti li għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-Kummissjoni għandha tagħmel distinzjoni bejn dawk l-ammonti jew partijiet mill-ammonti identifikati bħala ammonti li ntnefqu indebitament u dawk iddeterminati bl-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet estrapolati jew b’rata fissa.
Sabiex jiġu ddeterminati l-ammonti li jistgħu jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni, meta jinstab li n-nefqa barra l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton jew l-appoġġ għall-irtirar bikri skont it-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Sottotaqsima 2, u l-Artikolu 155(2) ta’ dak ir-Regolament, rispettivament, ma tkunx iġġarrbet f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tuża s-sejbiet tagħha stess u għandha tqis l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri matul il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità mwettqa f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
2. Il-Kummissjoni għandha tibbaża l-esklużjoni fuq l-identifikazzjoni tal-ammonti li ntnefqu indebitament biss jekk dawk l-ammonti jkunu jistgħu jiġu identifikati bi sforz proporzjonat. Meta l-ammonti li ntnefqu indebitament ma jkunux jistgħu jiġu identifikati mill-Kummissjoni bi sforz proporzjonat, l-Istati Membri jistgħu, fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti mill-Kummissjoni matul il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, jissottomettu data dwar il-verifika ta’ dawk l-ammonti abbażi ta’ eżami tal-każijiet individwali kollha potenzjalment affettwati min-nuqqas ta’ konformità. Il-verifika għandha tkopri n-nefqa kollha mġarrba bi ksur tad-dritt applikabbli u titħallas mill-baġit tal-Unjoni. Id-data sottomessa għandha tinkludi l-ammonti individwali kollha li ma humiex eliġibbli minħabba dak in-nuqqas ta’ konformità.
3. Fejn l-ammonti li ntnefqu indebitament ma jkunux jistgħu jiġu identifikati f’konformità mal-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-ammonti li jridu jiġu esklużi billi tapplika korrezzjonijiet estrapolati. Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddetermina l-ammonti rilevanti, l-Istati Membri jistgħu, fil-perjodu taż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni waqt il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, jippreżentaw kalkolu tal-ammont li għandu jiġi eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni billi jestrapolaw permezz tal-istatistika, ir-riżultati tal-verifiki li jitwettqu fuq kampjun rappreżentattiv ta’ dawk il-każijiet. Il-kampjun għandu jittieħed mill-popolazzjoni li għaliha n-nuqqas ta’ konformità identifikat huwa raġonevolment mistenni li jseħħ.
4. Sabiex jitqiesu r-riżultati ppreżentati mill-Istati Membri kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni li:
(a) |
tivvaluta l-metodi użati għall-identifikazzjoni jew għall-estrapolazzjoni, li għandhom jiġu deskritti b’mod ċar mill-Istati Membri; |
(b) |
tivverifika kemm hu rappreżentattiv il-kampjun imsemmi fil-paragrafu 3; |
(c) |
tivverifika l-kontenut u r-riżultati tal-identifikazzjoni jew l-estrapolazzjoni li tkun ingħatat; |
(d) |
tikseb biżżejjed evidenza tal-awditjar u rilevanti dwar id-data sottostanti. |
5. Meta japplikaw il-korrezzjonijiet estrapolati kif previsti fil-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-istatistiki ta’ kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti kif ikkonfermati mill-korp taċ-ċertifikazzjoni, jew il-valutazzjoni ta’ dan il-korp tal-livell ta’ żball fil-kuntest tal-awditjar tiegħu msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2116, diment li:
(a) |
il-Kummissjoni hija sodisfatta bil-ħidma mwettqa mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, kemm f’termini ta’ strateġija tal-awditjar kif ukoll dwar il-kontenut, il-firxa u l-kwalità tax-xogħol tal-awditjar reali; |
(b) |
l-ambitu tax-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni jkun konsistenti mal-ambitu tal-investigazzjoni dwar l-approvazzjoni tal-konformità inkwistjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri jew tal-iskemi; |
(c) |
l-ammont tal-penali li jenħtieġ li jiġu applikati ġie meqjus fil-valutazzjonijiet. |
6. Fejn il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-ammonti li jridu jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 ma jiġux issodisfati jew il-każ ikun wieħed fejn l-ammonti li jridu jiġu esklużi ma jistgħux jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta’ dawk il-paragrafi, il-Kummissjoni għandha tapplika l-korrezzjonijiet xierqa b’rata fissa filwaqt li tqis it-tip u s-serjetà tal-ksur u l-istima tagħha stess tar-riskju ta’ ħsara finanzjarja kkawżata lill-baġit tal-Unjoni.
Il-livell ta’ korrezzjoni b’rata fissa għandu jiġi stabbilit billi jitqies b’mod partikolari t-tip ta’ nuqqas ta’ konformità identifikat. Għal dan il-għan, in-nuqqasijiet ta’ kontroll għandhom ikunu maqsumin bejn dawk li huma relatati ma’ kontrolli ewlenin u dawk relatati ma’ kontrolli anċillari kif jidher hawn taħt:
(a) |
il-kontrolli ewlenin għandhom ikunu l-verifiki amministrattivi u fuq il-post li huma meħtieġa għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tal-għajnuna u l-applikazzjoni rilevanti tat-tnaqqis u l-penali; |
(b) |
il-kontrolli anċillari għandhom ikunu l-operazzjonijiet amministrattivi l-oħrajn kollha meħtieġa għall-ipproċessar korrett tal-pretensjonijiet. |
Jekk, fil-qafas tal-istess proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità, jiġu stabbiliti nuqqasijiet ta’ konformità differenti li individwalment iwasslu għal korrezzjonijiet distinti b’rata fissa, allura għandha tapplika biss l-ogħla korrezzjoni b’rata fissa.
7. Meta tistabbilixxi l-livell ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa, il-Kummissjoni għandha speċifikament tqis waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin li juru gravità ogħla tan-nuqqasijiet, u dan jiżvela riskju akbar ta’ telf għall-baġit tal-Unjoni:
(a) |
kontroll ewlieni wieħed jew aktar ma jiġix applikat jew jiġi applikat b’mod tant dgħajjef jew tant mhux frekwenti li jitqies ineffettiv fid-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tal-pretensjoni jew fil-prevenzjoni tal-irregolaritajiet; |
(b) |
jinstabu tliet nuqqasijiet jew aktar fir-rigward tal-istess sistema ta’ kontroll; |
(c) |
jinstab li l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll mill-Istat Membru mhijiex fis-seħħ jew b’nuqqasijiet serji, u hemm evidenza ta’ irregolarità u ta’ negliġenza mifruxa fil-ġlieda kontra prattiki irregolari jew frodulenti; |
(d) |
nuqqasijiet simili fl-istess settur jiġu identifikati fi Stat Membru f’inkjesta li ssegwi l-inkjesta li fiha jkunu ġew identifikati għall-ewwel darba u kkomunikati lill-Istat Membru, filwaqt li jitqiesu, madankollu, il-miżuri korrettivi jew ta’ kumpens li diġà ttieħdu mill-Istat Membru. |
8. Meta Stat Membru jissottometti ċerti elementi oġġettivi, li ma jwettqux ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, iżda li juru li l-ikbar telf għall-FAEĠ u l-FAEŻR huwa limitat għal somma li tkun inqas minn dik li toħroġ mill-applikazzjoni tar-rata fissa proposta, il-Kummissjoni għandha tuża dik ir-rata fissa l-aktar baxxa biex tiddeċiedi l-ammonti li għandhom jitħallew barra mill-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
9. L-ammonti effettivament irkuprati mill-benefiċjarji u kkreditati lill-FAEG u lill-FAEŻR qabel data rilevanti, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni matul il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, għandhom jitnaqqsu mill-ammont li l-Kummissjoni tiddeċiedi li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
Artikolu 15
Kriterji u metodoloġija għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet fil-qafas tal-proċedura ta’ konformità għan-nefqa barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115
1. Għall-fini tal-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-ammonti li jridu jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni, skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-Kummissjoni għandha tuża s-sejbiet tagħha stess u għandha tqis l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri matul il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità mwettqa f’konformità mal-Artikolu 55(3) ta’ dak ir-Regolament. L-ammont li għandu jiġi eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jikkorrispondi kemm jista’ jkun għat-telf jew għar-riskju finanzjarju reali għall-baġit tal-Unjoni.
2. Meta l-Kummissjoni ssib li n-nefqa ma tkunx saret f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-ammonti li għandhom jiġu esklużi billi tapplika korrezzjonijiet b’rata fissa, filwaqt li jitqiesu n-natura u l-gravità tal-ksur u l-istima tiegħu stess tar-riskju ta’ dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni.
Il-livell ta’ korrezzjoni b’rata fissa għandu jiġi stabbilit billi jitqies b’mod partikolari t-tip ta’ nuqqas serju identifikat. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu l-elementi tas-sistemi ta’ governanza affettwati min-nuqqasijiet serji.
Jekk, fil-qafas tal-istess proċedura ta’ konformità, jiġu stabbiliti nuqqasijiet serji differenti li individwalment iwasslu għal korrezzjonijiet distinti b’rata fissa, allura għandha tapplika biss l-ogħla korrezzjoni b’rata fissa.
3. Meta tistabbilixxi l-livell ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa, il-Kummissjoni għandha speċifikament tqis waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin li juru gravità ogħla tan-nuqqasijiet, u dan jiżvela riskju akbar ta’ telf għall-baġit tal-Unjoni:
(a) |
nuqqasijiet serji f’element wieħed jew aktar tas-sistemi ta’ governanza; |
(b) |
l-applikazzjoni mill-Istat Membru ta’ element tas-sistema ta’ governanza tinstab li hija nieqsa, u hemm evidenza ta’ irregolarità u negliġenza mifruxa fil-ġlieda kontra prattiki irregolari jew frodulenti; |
(c) |
nuqqasijiet simili fl-istess settur jiġu identifikati fi Stat Membru f’inkjesta li ssegwi l-inkjesta li fiha jkunu ġew identifikati għall-ewwel darba u kkomunikati lill-Istat Membru, filwaqt li jitqiesu, madankollu, il-miżuri korrettivi jew ta’ kumpens li diġà ttieħdu mill-Istat Membru. |
4. Meta Stat Membru juri li t-telf massimu għall-FAEĠ u l-FAEŻR huwa limitat għal somma inqas minn dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata fissa proposta, tista’ tiġi applikata r-rata fissa aktar baxxa jew il-valutazzjoni tal-korp ta’ ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’ governanza fil-kuntest tal-awditjar tiegħu msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2116 tista’ tintuża mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-ammonti li għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni waqt il-proċedura tal-konformità msemmija fl-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament.
5. Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu, fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti mill-Kummissjoni matul il-proċedura ta’ konformità, jippreżentaw data dwar il-verifika ta’ dawk l-ammonti abbażi ta’ eżami tal-każijiet individwali kollha potenzjalment affettwati min-nuqqas. Il-verifika għandha tkopri n-nefqa kollha mġarrba bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u titħallas mill-baġit tal-Unjoni. Id-data sottomessa għandha tinkludi l-ammonti kollha, li ma humiex eliġibbli minħabba dak in-nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu valutazzjoni tar-riskju, abbażi ta’ kampjun statistikament validu u rappreżentattiv tal-popolazzjoni affettwata min-nuqqas, diment li l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jikkalkulaw l-ammonti li ntnefqu indebitament bi sforz proporzjonat. Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jikkonferma l-valutazzjoni tal-Istat Membru tan-nuqqas.
6. Sabiex jitqiesu r-riżultati ppreżentati mill-Istati Membri kif imsemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-metodu, il-kontenut u r-riżultati tal-verifika jew tal-estrapolazzjoni sottomessa. Meta l-Kummissjoni tkun sodisfatta bil-metodu, bil-kontenut u bir-riżultati tal-verifika jew bl-estrapolazzjoni sottomessa, għandha tuża r-riżultati sottomessi mill-Istati Membri skont il-paragrafu 5, sabiex tiddetermina l-ammonti li għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
7. L-ammonti effettivament irkuprati mill-benefiċjarji u kkreditati lill-FAEG u lill-FAEŻR qabel data rilevanti, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni matul il-proċedura ta’ konformità, għandhom jitnaqqsu mill-ammont li l-Kummissjoni tiddeċiedi li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
KAPITOLU IV
Garanziji
Artikolu 16
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan il-Kapitolu għandu japplika fil-każijiet kollha fejn il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali tipprevedi garanzija, kemm jekk jintuża t-terminu partikolari “garanzija” kif ukoll jekk le.
Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-garanziji mogħtija biex jiġi żgurat il-pagament tad-dazji fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni msemmija fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).
Artikolu 17
Termini użati f’dan il-Kapitolu
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:
(a) |
“awtorità kompetenti” tfisser parti awtorizzata li taċċetta garanzija jew parti awtorizzata li f’konformità mar-regolament rilevanti, tiddeċiedi jekk garanzija għandhiex tiġi rilaxxata jew ikkonfiskata; |
(b) |
“garanzija komprensiva” hija garanzija li tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti bl-iskop li tiżgura illi jiġi ssodisfat aktar minn obbligu wieħed; |
(c) |
“il-parti rilevanti tas-somma garantita” tfisser il-parti tas-somma garantita li tikkorrispondi għall-kwantità li għaliha jkun inkiser rekwiżit. |
Artikolu 18
Parti responsabbli
Għandha tingħata garanzija mill-parti responsabbli li tħallas is-somma ta’ flus dovuta jew f’isimha, f’każ li xi obbligu ma jiġix issodisfat.
Artikolu 19
Rinunzja tar-rekwiżit ta’ garanzija
1. L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja r-rekwiżit ta’ garanzija meta l-parti responsabbli għas-sodisfar tal-obbligu tkun jew:
(a) |
korp pubbliku responsabbli mit-twettiq tad-dmirijiet ta’ awtorità pubblika; jew |
(b) |
korp privat li jwettaq il-kompiti msemmija fil-punt (a) taħt is-superviżjoni tal-Istat. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għar-rekwiżit ta’ garanzija meta l-valur tas-somma garantita jkun inqas minn EUR 500. F’dak il-każ, il-parti kkonċernata għandha timpenja ruħha bil-miktub li tħallas somma ugwali għall-garanzija rrinunzjata jekk l-obbligu korrispondenti ma jiġix issodisfat.
Fl-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, il-valur tal-garanzija għandu jiġi kkalkolat bħala li jinkludi l-obbligi rilevanti kollha marbuta mal-istess operazzjoni.
Artikolu 20
Kundizzjonijiet li japplikaw għall-garanziji
1. L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li taċċetta jew għandha teħtieġ is-sostituzzjoni ta’ kwalunkwe garanzija li hija tqis mhux adegwata jew mhux sodisfaċenti jew li ma tipprovdix kopertura għal perjodu suffiċjenti.
2. Meta jiġu ddepożitati flus kontanti permezz ta’ trasferiment, dan ma għandux jitqies li jistabbilixxi garanzija sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li għandha l-ammont għad-dispożizzjoni tagħha.
3. Ċekk għal somma li l-pagament tagħha huwa ggarantit minn istituzzjoni finanzjarja rikonoxxuta għal dak l-iskop mill-Istat Membru tal-awtorità kompetenti kkonċernata, għandu jiġi ttrattat bħala depożitu fi flus kontanti. L-awtorità kompetenti ma għandhiex għalfejn tippreżenta tali ċekk għall-pagament sakemm il-perjodu li għalih huwa garantit ikun wasal biex jiskadi.
Minbarra kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, ċekk għandu jikkostitwixxi garanzija biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li għandha l-ammont għad-dispożizzjoni tagħha.
4. Kull imposta minn istituzzjoni finanzjarja għandha tiġġarrab mill-parti li tagħti l-garanzija.
5. Ma għandu jitħallas ebda imgħax lill-parti li tagħti garanzija fil-forma ta’ depożitu fi flus kontanti.
Artikolu 21
Użu tal-euro
1. Il-garanziji għandhom ikunu kostitwiti f’euro.
2. Jekk il-garanzija tiġi aċċettata fi Stat Membru li ma jkunx adotta l-euro, l-ammont tal-garanzija f’euro għandu jiġi kkonvertit fil-munita nazzjonali applikabbli f’konformità mal-Kapitolu V. L-impriża li tikkorrispondi għall-garanzija u kwalunkwe ammont miżmum f’każ ta’ irregolaritajiet jew ksur għandhom jibqgħu fissi f’euro.
Artikolu 22
Il-garanti
1. Il-garanti għandu jkollu r-residenza rreġistrata uffiċjalment jew l-istabbiliment tiegħu fl-Unjoni u, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tingħata l-garanzija. Il-garanti għandu jkun marbut minn garanzija bil-miktub.
2. Il-garanzija bil-miktub mill-anqas għandha tiddikjara:
(a) |
l-obbligu jew, fil-każ ta’ garanzija komprensiva, it-tip(i) ta’ obbligu, li meta jitwettqu, jiġi garantit il-pagament ta’ somma ta’ flus; |
(b) |
l-obbligazzjoni massima ta’ ħlas li l-garanti jaċċetta; |
(c) |
li l-garanti jimpenja ruħu b’mod konġunt u in solidum mal-parti responsabbli biex jiġi sodisfatt l-obbligu ta’ ħlas, fi żmien 30 jum wara talba mill-awtorità kompetenti, kwalunkwe somma, fil-limitu tal-garanzija, li tkun dovuta ladarba garanzija tiġi ddikjarata kkonfiskata. |
3. Fejn tkun diġà ngħatat garanzija komprensiva bil-miktub, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-proċedura li trid tiġi segwita li permezz tagħha, il-garanzija komprensiva kollha jew parti minnha, għandha tiġi allokata għal obbligu partikolari.
Artikolu 23
Applikazzjoni ta’ force majeure
Kwalunkwe persuna responsabbli għal obbligu kopert minn garanzija li tiddikjara li n-nuqqas ta’ rispett tal-obbligu huwa dovut għal force majeure għandha turi, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-force majeure tapplika. Jekk l-awtorità kompetenti tirrikonoxxi każ ta’ force majeure, l-obbligu jiġi kkanċellat għall-iskop uniku tar-rilaxx tal-garanzija.
Artikolu 24
Konfiska tal-garanziji
1. L-obbligu msemmi fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 huwa r-rekwiżit li titwettaq jew ma titwettaqx azzjoni li hija bażika għall-finijiet tar-Regolament li jimponiha.
2. Jekk obbligu ma jitwettaqx u ma jkun ingħata l-ebda limitu ta’ żmien għat-twettiq, malli l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li dan ma twettaqx, il-garanzija għandha tiġi kkonfiskata.
3. Jekk it-twettiq ta’ obbligu jkun soġġett għal ċertu limitu ta’ żmien, u t-twettiq ikun seħħ biss barra dak il-limitu ta’ żmien, il-garanzija għandha tiġi kkonfiskata.
F’każ bħal dan, il-garanzija għandha tiġi kkonfiskata għal 10 % minnufih u għandu jiġi applikat ukoll perċentwal addizzjonali fuq il-bilanċ li jifdal għal:
(a) |
2 % għal kull jum kalendarju li jaqbeż il-limitu ta’ żmien, jekk l-obbligu jkun jikkonċerna l-importazzjoni ta’ prodotti f’pajjiż terz; |
(b) |
5 % għal kull jum kalendarju li jaqbeż il-limitu ta’ żmien, jekk l-obbligu jkun jikkonċerna t-tluq ta’ prodotti mit-territorju doganali tal-Unjoni. |
4. Jekk obbligu jitwettaq fil-ħin, u l-preżentazzjoni tal-prova ta’ twettiq tkun soġġetta għal limitu ta’ żmien fiss, il-garanzija li tkopri dak l-obbligu għandha titnaqqas għal kull jum kalendarju li jaqbeż dak il-limitu ta’ żmien skont il-formula 0,2/limitu ta’ żmien fil-jiem stabbiliti u filwaqt li jitqies l-Artikolu 27.
Jekk il-prova msemmija fl-ewwel subparagrafu tikkonsisti fis-sottomissjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni użata jew skaduta, il-garanzija li għandha tintilef għandha tkun ta’ 15 % jekk dik il-prova tiġi sottomessa wara l-limitu ta’ żmien fiss imsemmi fl-ewwel subparagrafu iżda mhux aktar tard mis-730 jum kalendarju wara d-data ta’ skadenza tal-liċenzja. Wara dawk is-730 jum kalendarju, il-garanzija li jkun fadal għandha tiġi ċeduta kollha kemm hi.
5. L-ammont ta’ garanzija li għandu jintilef għandu jiġi aġġustat għall-ewwel ammont l-aktar baxx f’somma sħiħa ta’ euro jew fil-munita nazzjonali applikabbli.
Artikolu 25
Rilaxx tal-garanziji
1. Ladarba l-prova kif stabbilita mir-regoli speċifiċi tal-Unjoni, li obbligu jkun twettaq, jew il-garanzija tkun ġiet ikkonfiskata parzjalment f’konformità mal-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament, il-garanzija, jew fejn applikabbli, il-bqija tal-garanzija għandha tiġi rilaxxata mingħajr dewmien.
2. Fuq talba, garanzija għandha tiġi rilaxxata parzjalment meta l-evidenza rilevanti tkun ġiet ipprovduta b’rabta ma’ parti minn kwantità ta’ prodott, sakemm dik il-parti ma tkunx inqas minn kwalunkwe kwantità minima speċifikata fir-regolament li jeħtieġ il-garanzija, jew, fin-nuqqas ta’ din, kif speċifikat mill-Istat Membru.
3. Fejn ma jkun stabbilit l-ebda perjodu ta’ żmien għall-produzzjoni tal-evidenza meħtieġa biex tiġi rilaxxata somma garantita, dan il-perjodu għandu jkun ta’ 365 jum kalendarju mil-limitu taż-żmien speċifikat għall-ħarsien tal-obbligu li għalih tkun iddepożitata l-garanzija. Meta ma jiġi speċifikat l-ebda limitu ta’ żmien biex jiġi rrispettat l-obbligu li għalih tkun ġiet iddepożitata l-garanzija, il-perjodu biex tifforma l-evidenza meħtieġa għar-rilaxx ta’ somma garantita għandu jkun ta’ 365 jum kalendarju mid-data li fiha jkunu twettqu l-obbligi kollha.
Il-perjodu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandux jaqbeż l-1 095 jum kalendarju minn meta l-garanzija tkun ġiet assenjata għal obbligu partikolari.
Artikolu 26
Limiti stabbiliti
1. Is-somma totali li tintilef bi dritt ma għandhiex taqbeż il-100 % tal-parti rilevanti tas-somma garantita.
2. L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja l-konfiska ta’ ammont anqas minn EUR 100, sakemm dispożizzjonijiet nazzjonali simili għal każijiet komparabbli jkunu stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva.
Artikolu 27
Kamp ta’ applikazzjoni
Din it-Taqsima għandha tapplika f’każijiet fejn regoli speċifiċi tal-Unjoni, minbarra regoli dwar l-interventi settorjali, jipprevedu li somma tista’ tiġi avvanzata qabel ma jkun ġie ssodisfat l-obbligu stabbilit biex tinkiseb kwalunkwe għajnuna jew vantaġġ.
Artikolu 28
Rilaxx tal-garanziji
1. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata:
(a) |
jew meta jkun ġie stabbilit intitolament finali għas-somma mogħtija bħala avvanz; |
(b) |
jew meta s-somma mogħtija, flimkien ma’ kwalunkwe żieda prevista fir-regoli speċifiċi tal-Unjoni, tkun tħallset lura. |
2. Ladarba l-iskadenza għall-prova tal-intitolament finali għas-somma mogħtija tkun għaddiet mingħajr il-produzzjoni ta’ evidenza ta’ intitolament, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament issegwi l-proċedura għaċ-ċediment tal-garanzija.
Madankollu, fejn regoli speċifiċi tal-Unjoni jipprovdu hekk, wara dik id-data, xorta tista’ tiġi prodotta evidenza kontra ripagament parzjali tal-garanzija.
KAPITOLU V
Użu tal-euro
Artikolu 29
Kummerċ ma’ pajjiżi terzi
1. Għall-ammonti relatati mal-importazzjonijiet u għat-taxxi fuq l-esportazzjoni, stabbiliti f’euro bid-dritt tal-Unjoni relatati mal-politika agrikola komuni u applikabbli mill-Istati Membri fil-munita nazzjonali, ir-rata ta’ konverżjoni għandha tkun speċifikament ugwali għar-rata applikabbli skont l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
2. Għal prezzijiet u għall-ammonti espressi f’euro fil-leġiżlazzjoni agrikola tal-Unjoni dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali.
3. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur standard tal-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex, sabiex jiġi ddeterminat il-prezz tad-dħul, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għall-prezzijiet rappreżentattivi użati biex jiġi kkalkolat dak il-valur standard u l-ammont tat-tnaqqis, għandu jkun il-jum li għalih jirreferu l-prezzijiet rappreżentattivi.
Artikolu 30
Tipi speċifiċi ta’ għajnuna
1. Għall-għajnuna mogħtija skont il-kwantità ta’ prodott kummerċjalizzat jew prodott li għandu jintuża b’mod speċifiku, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 32 u 33, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel operazzjoni li tiggarantixxi, wara li l-prodotti jittieħdu mill-operatur ikkonċernat, l-użu xieraq tal-prodotti inkwistjoni u jinvolvi l-għoti tal-għajnuna.
2. Għall-għajnuna għall-ħżin privat, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel jum tal-perjodu li fir-rigward tiegħu tingħata l-għajnuna relatata mal-istess kuntratt.
3. Għal għajnuna għajr dik imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u fl-Artikoli 32 u 33, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.
Artikolu 31
Settur tal-inbid
1. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel jum tas-sena finanzjarja li fiha jingħata l-appoġġ għal dan li ġej:
(a) |
ristrutturar u konverżjoni tal-vinji msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(b) |
assistenza temporanja u degressiva biex tkopri l-kostijiet amministrattivi tal-istabbiliment ta’ fondi mutwi msemmija fil-punt (1) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115; |
(c) |
assigurazzjoni tal-ħsad kontra telf ta’ introjtu li jirriżulta minn avvenimenti klimatiċi avversi assimilati ma’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, ħsarat ikkawżati mill-annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet tal-pesti msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
2. Għall-operazzjonijiet ta’ ħsad bikri msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-jum li fih isseħħ l-operazzjoni ta’ ħsad bikri.
3. Għad-distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid imwettqa f’konformità mar-restrizzjonijiet stabbiliti fil-Parti II, it-Taqsima D, tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, imsemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-ewwel jum tas-sena finanzjarja li fiha jiġi kkonsenjat il-prodott sekondarju.
4. Għall-investimenti msemmija fil-punti (b), (e) u (m) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha tittieħed id-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna.
5. Għat-tipi ta’ interventi msemmija fil-punti (f), (h), (i), (j) u (k) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115 l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun ir-rata tal-kambju tal-aħħar nieqes waħda stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel ix-xahar li fir-rigward tiegħu tiġi ddikjarata n-nefqa jew jiġi ddikjarat id-dħul assenjat.
Artikolu 32
Ammonti u pagamenti tal-għajnuna relatati mal-implimentazzjoni tal-iskema tal-iskejjel
Għall-għajnuna mogħtija għall-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel imsemmija fil-Parti II, it-Titolu I, il-Kapitolu II tat-Taqsima I, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Jannar ta’ qabel is-sena skolastika kkonċernata.
Artikolu 33
Appoġġ ta’ karattru strutturali jew ambjentali
Għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali mħallas f’konformità mat-Titolu III, il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2115, kif ukoll għall-pagamenti relatati ma’ miżuri approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha tittieħed id-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna.
Madankollu, meta, skont ir-regoli tal-Unjoni, il-pagament tal-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu jkun mifrux fuq diversi snin, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għal kull wieħed mill-pagamenti parzjali annwali għandu jkun l-1 ta’ Jannar tas-sena li għaliha jitħallas il-pagament parzjali inkwistjoni.
Artikolu 34
Ammonti u prezzijiet oħrajn
Għal prezzijiet jew ammonti minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 30 sa 33, jew ammonti relatati ma’ dawk il-prezzijiet, espressi f’euro fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jew espressi f’euro permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-jum li fih iseħħ wieħed mill-atti legali li ġejjin:
(a) |
għax-xiri, meta tkun waslet l-offerta valida; |
(b) |
għall-bejgħ, meta tkun waslet l-offerta valida; |
(c) |
għall-irtirar ta’ prodotti fil-jum li fih iseħħ l-irtirar; |
(d) |
għall-operazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ ħsad u ta’ ħsad bikri, il-jum li fih isseħħ l-operazzjoni ta’ nuqqas ta’ ħsad u ta’ ħsad bikri; |
(e) |
għall-kostijiet tat-trasport, tal-ipproċessar jew tal-ħżin pubbliku u għall-ammonti allokati għall-istudji bħala parti minn proċedura tal-offerti, l-aħħar jum għas-sottomissjoni tal-offerti; |
(f) |
għar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet, tal-ammonti jew tal-offerti fis-suq, il-jum li fih jiġi rreġistrat il-prezz, l-ammont jew l-offerta; |
(g) |
għal penali relatati ma’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni agrikola, id-data tal-att tal-awtorità kompetenti li tistabbilixxi l-fatti. |
Artikolu 35
Pagamenti ta’ avvanzi
Għall-avvanzi, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-avveniment operattiv applikabbli għall-prezz jew għall-ammont li għalih huwa relatat l-avvanz, fejn dan l-avveniment ikun seħħ saż-żmien meta jitħallas l-avvanz, jew, f’każijiet oħra, id-data tal-iffissar f’euro tal-avvanz jew, fin-nuqqas ta’ dan, id-data tal-pagament tal-avvanz. L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jiġi applikat għall-avvanzi mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni għall-prezz jew l-ammont kollu inkwistjoni tal-avveniment operattiv għal dak il-prezz jew l-ammont.
Artikolu 36
Garanziji
Għall-garanziji, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun id-data li fiha tiġi ppreżentata l-garanzija.
Madankollu, għandhom japplikaw l-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a) |
għall-garanziji relatati mal-avvanzi, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun l-avveniment operattiv kif definit għall-ammont tal-avvanz, fejn dak l-avveniment ikun seħħ sal-mument li titħallas il-garanzija; |
(b) |
għall-garanziji relatati mas-sottomissjoni tal-offerti, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun il-jum li fih tiġi sottomessa l-offerta; |
(c) |
għal-garanziji relatati mal-prestazzjoni tal-offerti, l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun id-data tal-għeluq tal-istedina għall-offerti. |
Artikolu 37
Stabbiliment tar-rata tal-kambju
Meta avveniment operattiv jiġi stabbilit skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għandha tkun l-aktar rata riċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih iseħħ l-avveniment operattiv.
Madankollu, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għandha tkun:
(a) |
għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 29(2) ta’ dan ir-Regolament li fihom l-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju huwa l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali, ir-rata msemmija fl-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; |
(b) |
għan-nefqa ta’ intervent imġarrba fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku, ir-rata li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 (12). |
Artikolu 38
Skrutinju tat-tranżazzjonijiet
L-ammonti f’euro li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jiġu kkonvertiti, fejn xieraq, f’muniti nazzjonali billi tiġi applikata r-rata tal-kambju li topera fl-ewwel data ta’ xogħol tas-sena meta jibda l-perjodu ta’ skrutinju u kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
KAPITOLU VI
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali
Artikolu 39
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Meta aġenzija tal-pagamenti, akkreditata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, tassumi r-responsabbiltà għal nefqa li ma kinitx responsabbli qabel għaliha, din għandha tiġi akkreditata bir-responsabbiltajiet il-ġodda qabel l-1 ta’ Jannar 2023.
Artikolu 40
Tħassir
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 907/2014 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu:
(a) |
L-Artikolu 5a, l-Artikolu 7(3) u (4), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) u (2) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tal-FAEŻR fir-rigward tan-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji u l-pagamenti magħmula mill-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ żvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u fir-rigward tal-FAEG għall-programmi operazzjonali approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(b) |
L-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament għandu jkompli japplika għal irkupri kontinwi mnedija skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. |
Artikolu 41
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu, l-Artikolu 39, għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255 28.8.2014, p. 18).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(12) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infiq b’intervent pubbliku (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 1).
ANNESS I
kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-aġenziji tal-pagament imsemmija fl-Artikolu 1(2)
1. AMBJENT INTERN
(A) Struttura organizzazzjonali
L-istruttura organizzazzjonali tal-aġenzija tal-pagamenti għandha tippermettilha twettaq il-funzjonijiet ewlenin li ġejjin fir-rigward tan-nefqa tal-FAEG u tal-FAEŻR:
(i) |
awtorizzazzjoni u kontroll tal-pagamenti biex jiġi stabbilit li l-ammont li għandu jitħallas lil benefiċjarju jkun f’konformità mar-regoli tal-Unjoni, li għandhom jinkludu, b’mod partikolari, verifiki amministrattivi u fuq il-post; |
(ii) |
eżekuzzjoni tal-pagamenti tal-ammont awtorizzat lill-benefiċjarji (jew iċ-ċessjonarji tagħhom) jew, fil-każ ta’ żvilupp rurali, il-parti ta’ kofinanzjament mill-Unjoni; |
(iii) |
kontabbiltà biex jiġu rreġistrati l-pagamenti kollha fil-kontijiet separati tal-aġenzija tal-pagamenti għan-nefqa tal-FAEG u tal-FAEŻR, fil-forma ta’ sistema tal-informazzjoni, u t-tħejjija ta’ sommarji perjodiċi tan-nefqa, inkluż id-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar (għall-FAEG), trimestrali (għall-FAEŻR), u annwali lill-Kummissjoni. Il-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti għandhom jirreġistraw ukoll l-assi ffinanzjati mill-FAEG u mill-FAEŻR, b’mod partikolari rigward il-ħażniet ta’ intervent, l-avvanzi mhux approvati, il-garanziji u d-debituri. |
(iv) |
fir-rigward tat-tipi ta’ interventi msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115, l-istruttura organizzazzjonali tal-aġenzija tal-pagamenti għandha tiżgura wkoll l-eżekuzzjoni tar-rapportar tal-prestazzjoni dwar l-indikaturi tal-output għall-finijiet tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u r-rapportar tal-prestazzjoni dwar l-indikaturi tar-riżultati għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni pluriennali msemmi fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li juri li hemm konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/2116. |
L-istruttura organizzazzjonali tal-aġenzija tal-pagamenti għandha tipprevedi l-assenjazzjoni ċara ta’ awtorità u ta’ responsabbiltà fil-livelli operattivi kollha kif ukoll is-separazzjoni tal-funzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-ewwel paragrafu, li r-responsabbiltajiet tagħhom għandhom jiġu definiti f’organigramma li tinkludi l-linji ta’ rapportar. Din għandha tinkludi s-servizzi tekniċi u s-servizz tal-awditjar intern imsemmijin fil-punt 4.
(B) Standard tar-riżorsi umani
L-aġenzija tal-pagamenti għandha turi impenn għall-integrità u għall-valuri etiċi. Il-livelli tal-ġestjoni kollha għandhom jirrispettaw l-integrità u l-valuri etiċi fl-istruzzjonijiet, fl-azzjonijiet u fl-imġiba tagħhom. L-integrità u l-valuri etiċi għandhom jiġu stabbiliti fi standards ta’ kondotta u mifhuma fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni, kif ukoll minn fornituri ta’ servizzi esternalizzati u benefiċjarji. Il-proċessi għandhom ikunu fis-seħħ biex jiġi vvalutat jekk l-individwi u l-entitajiet humiex allinjati mal-istandards tal-kondotta u biex id-devjazzjonijiet jiġu indirizzati fil-ħin. L-aġenzija tal-pagamenti għandha turi wkoll impenn biex tattira, tiżviluppa, u żżomm individwi kompetenti f’allinjament mal-objettivi tagħha.
B’mod partikolari, l-aġenzija għandha tiżgura li:
(i) |
jiġu allokati riżorsi umani adegwati biex jitwettqu l-operazzjonijiet u l-eżistenza ta’ ħiliet tekniċi xierqa kif meħtieġ f’livelli operazzjonali differenti; |
(ii) |
id-diviżjoni tad-dmirijiet tkun tali li l-ebda uffiċjal ma jkollu responsabbiltà għal aktar minn waħda mir-responsabbiltajiet għall-awtorizzazzjoni, il-ħlas jew il-kontabbiltà ta’ somom imposti lill-FAEG jew lill-FAEŻR, u li l-ebda uffiċjal ma jwettaq xi wieħed minn dawk il-kompiti mingħajr superviżjoni; |
(iii) |
ir-responsabbiltajiet ta’ kull uffiċjal jiġu definiti bil-miktub fid-deskrizzjoni tal-impjieg, inkluż l-iffissar ta’ limiti finanzjarji għall-awtorità tiegħu/tagħha. Dawn tal-aħħar jistgħu jiġu definiti fis-sistema; |
(iv) |
it-taħriġ tal-istaff ikun adegwat fil-livelli operattivi kollha, inkluż fejn jidħol l-għarfien dwar il-frodi, u jkun hemm politika biex il-persunal f’pożizzjonijiet sensittivi jinbidel regolarment, jew alternattivament ikun hemm superviżjoni akbar; |
(v) |
jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi evitat u identifikat riskju possibbli ta’ kunflitt ta’ interess skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tal-aġenzija tal-pagamenti fir-rigward ta’ persuni b’influwenza u b’pożizzjonijiet sensittivi ġewwa u barra l-aġenzija tal-pagamenti. Fejn ikun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess, għandu jkun hemm fis-seħħ miżuri biex jiġi żgurat li dak l-Artikolu jiġi applikat. |
(C) Valutazzjoni tar-riskju
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tiżgura:
(i) |
l-identifikazzjoni tal-objettivi tal-aġenzija tal-pagamenti biex tippermetti l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji relatati ma’ dawk l-objettivi; |
(ii) |
l-identifikazzjoni tar-riskji, inkluż l-irregolaritajiet jew il-frodi potenzjali, għall-kisba tal-objettivi tagħha u l-analiżi ta’ dawk ir-riskji bħala bażi għad-determinazzjoni ta’ kif għandu jiġi ġestit ir-riskju; |
(iii) |
fir-rigward tar-riskju ta’ frodi potenzjali, strateġija kontra l-frodi, li għandha tinkludi miżuri kontra l-frodi u kwalunkwe attività illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjoni tal-frodi; kif ukoll miżuri ta’ riparazzjoni u ta’ deterrenza b’sanzjonijiet proporzjonati u dissważivi; |
(iv) |
l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni u għall-mitigazzjoni tar-riskji; |
(v) |
l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-bidliet li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sistema ta’ kontroll intern; |
(vi) |
ir-rieżami regolari tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-miżuri stabbiliti għall-prevenzjoni jew għall-mitigazzjoni tar-riskji identifikati. |
(D) Delega
(D.1) |
Jekk l-aġenzija tal-pagamenti tiddelega xi wieħed mill-kompiti tagħha lil korp ieħor, f’konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(D.2) |
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (D.1)(i), (ii), (iii) u (v) għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-każijiet fejn il-funzjonijiet tal-aġenzija tal-pagamenti jitwettqu minn korp ieħor bħala parti mill-kompiti regolari tiegħu abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
2. ATTIVITAJIET TA’ KONTROLL
(A) Proċeduri għall-awtorizzazzjoni tal-pretensjonijiet
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tadotta proċeduri biex tikkonforma mar-regoli li ġejjin:
(i) |
l-aġenzija tal-pagamenti għandha tistabbilixxi proċeduri dettaljati dwar kif għandha tirċievi, tirreġistra u tipproċessa l-pretensjonijiet, inkluż deskrizzjoni tad-dokumenti kollha u tas-sistema ta’ informazzjoni li għandha tintuża; |
(ii) |
kull uffiċjal responsabbli għall-awtorizzazzjoni għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha lista ta’ kontroll dettaljata tal-verifiki li għandhom jitwettqu, u fid-dokumenti ta’ sostenn tal-pretensjoni għandu jiċċertifika li dawk il-verifiki twettqu. Dik l-attestazzjoni tista’ ssir b’mezzi elettroniċi. Għandu jkun hemm evidenza ta’ rieżami sistematiku tax-xogħol imwettaq minn membru għoli tal-persunal, ibbażat pereżempju fuq kampjun, sistema jew pjan; |
(iii) |
pretensjoni għandha tkun awtorizzata għall-pagament biss wara li jkunu saru biżżejjed verifiki biex tiġi żgurata konformità mar-regoli tal-Unjoni. |
(iv) |
il-verifiki għandhom jinkludu dawk meħtieġa mir-regolament rilevanti li jirregola l-miżura speċifika li taħtha tintalab l-għajnuna, u dawk meħtieġa skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/2116 pprevenuti u identifikati l-frodi u l-irregolaritajiet b’attenzjoni partikolari għar-riskji mġarrba. Għall-FAEŻR, għandu jkun hemm ukoll proċeduri biex jiġi vverifikat li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna, inkluż l-għoti tal-kuntratti, ikunu ġew irrispettati u li r-regoli kollha tal-Unjoni applikabbli, inkluż dawk stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, ikunu ġew issodisfati; |
(v) |
il-ġestjoni tal-aġenzija tal-pagamenti għandha, f’livell xieraq, tiġi infurmata fuq bażi regolari u fil-ħin, bir-riżultati tal-verifiki amministrattivi u fuq il-post imwettqa, sabiex qabel titħallas il-pretensjoni, tkun dejjem tista’ titqies is-suffiċjenza ta’ dawk il-kontrolli; |
(vi) |
ix-xogħol imwettaq għandu jiġi dettaljat f’rapport li jakkumpanja kull pretensjoni, lott ta’ pretensjonijiet jew, jekk xieraq, f’rapport li jkopri sena ta’ kummerċjalizzazzjoni waħda. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn attestazzjoni tal-eliġibbiltà tal-pretensjonijiet approvati u tan-natura, tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-limiti tax-xogħol imwettaq. Dan jista’ jsir b’mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, għall-FAEŻR għandu jkun hemm assigurazzjoni li l-kriterji għall-għoti tal-għajnuna, inkluż l-għoti tal-kuntratti, ikunu ġew irrispettati u li r-regoli kollha tal-Unjoni applikabbli, inkluż dawk stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, ikunu ġew issodisfati. Jekk kwalunkwe verifika fiżika jew amministrattiva ma tkunx eżawrjenti, iżda titwettaq fuq kampjun ta’ pretensjonijiet, il-pretensjonijiet magħżula għandhom jiġu identifikati, il-metodu ta’ kampjunar għandu jiġi deskritt u għandu jsir rapport fuq ir-riżultati tal-ispezzjonijiet kollha u l-miżuri meħuda fir-rigward tad-diskrepanzi u l-irregolaritajiet. Id-dokumenti ta’ sostenn (f’forma stampata jew elettronika) għandhom ikunu biżżejjed biex jipprovdu assigurazzjoni li l-verifiki meħtieġa dwar l-eliġibbiltà tal-pretensjonijiet awtorizzati jkunu twettqu kollha; |
(vii) |
meta d-dokumenti (f’forma stampata jew elettronika) relatati mal-pretensjonijiet awtorizzati u l-kontrolli mwettqa jinżammu minn korpi oħra, kemm dawk il-korpi kif ukoll l-aġenzija tal-pagamenti għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw li dawk id-dokumenti jew ir-rekords elettroniċi tad-data jinżammu u jkunu disponibbli għall-aġenzija tal-pagamenti. |
(B) Proċeduri għall-pagament
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tadotta l-proċeduri meħtieġa biex tiżgura li l-pagamenti jsiru biss lil kontijiet bankarji li jappartjenu lill-benefiċjarji jew liċ-ċessjonarji tagħhom. Il-pagament għandu jsir mill-bank tal-aġenzija tal-pagamenti, jew, kif xieraq, minn uffiċċju tal-pagamenti tal-gvern, fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data tal-imposta lill-FAEG jew lill-FAEŻR. Għandhom jiġu adottati proċeduri biex jiġi żgurat li l-pagamenti kollha li għalihom ma jiġux eżegwiti t-trasferimenti, ma jiġux iddikjarati lill-FAEG jew lill-FAEŻR għar-rimborż. Jekk tali pagamenti jkunu diġà ġew iddikjarati lill-FAEG u lill-FAEŻR, jenħtieġ li dawn jiġu kkreditati mill-ġdid lill-dawk il-Fondi permezz tad-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar/trimestrali li jmiss jew l-aktar tard, fil-kontijiet annwali. Ma għandu jsir l-ebda pagament bi flus kontanti. L-approvazzjoni tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u/jew tas-superviżur tiegħu/tagħha tista’ ssir b’mezzi elettroniċi, diment li jiġi żgurat livell xieraq ta’ sigurtà fuq dawk il-mezzi, u l-identità tal-firmatarju tiddaħħal fir-rekords elettroniċi.
(C) Proċeduri għall-kontabbiltà
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tadotta l-proċeduri li ġejjin:
(i) |
il-proċeduri kontabilistiċi għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar (għall-FAEG), trimestrali (għall-FAEŻR) u annwali jkunu kompluti, akkurati u fil-ħin, u li kwalunkwe żball jew ommissjoni jiġu identifikati u kkoreġuti, b’mod partikolari permezz ta’ verifiki u rikonċiljazzjonijiet imwettqa f’intervalli regolari. |
(ii) |
il-kontabbiltà għall-intervent f’forma ta’ ħżin għandha tiżgura li l-kwantitajiet u l-kostijiet assoċjati jiġu pproċessati u rreġistrati fil-pront għal kull lott identifikabbli u fil-kont korrett f’kull stadju mill-aċċettazzjoni ta’ offerta għar-rimi fiżiku tal-prodott, f’konformità mar-regolamenti applikabbli, u għandha tiżgura li l-kwantità u n-natura tal-ħażniet f’kull post, ikunu jistgħu jiġu ddeterminati fi kwalunkwe ħin. |
(D) Proċeduri għar-rapportar tal-prestazzjoni
Fir-rigward tat-tipi ta’ interventi msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115, l-aġenzija tal-pagamenti għandha tiżgura li jkun hemm fis-seħħ sistema ta’ informazzjoni biex tiġbor, tirreġistra u taħżen f’forma kompjuterizzata data dwar kull pretensjoni u operazzjoni. Barra minn hekk, is-sistema għandha tipprovdi diżaggregazzjoni tad-data dwar l-indikaturi rilevanti kollha tal-output għal kull intervent biex tiggarantixxi li r-rapportar annwali tal-prestazzjoni juri li n-nefqa tkun saret f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/2116, kif ukoll id-data għall-indikaturi tar-riżultat, inkluż il-miri u l-istadji importanti.
(E) Proċeduri għall-avvanzi u l-garanziji
Għandhom jiġu adottati proċeduri biex jiġi żgurat li:
(i) |
il-pagamenti tal-avvanzi għandhom jiġu identifikati b’mod separat fir-rekords tal-kontabbiltà jew fir-rekords sussidjarji; |
(ii) |
il-garanziji jinkisbu biss minn istituzzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Kapitolu IV ta’ dan ir-Regolament u li huma approvati mill-awtoritajiet xierqa u li jibqgħu validi sakemm jiġu approvati jew mitluba, fuq sempliċi talba tal-aġenzija tal-pagamenti. |
(iii) |
l-avvanzi jiġu approvati fil-limiti ta’ żmien stipulati u dawk li misshom diġà ġew approvati għandhom jiġu identifikati fil-pront u l-garanziji għandhom jiġu invokati fil-pront. |
(F) Proċeduri għad-djun
Il-kriterji kollha previsti fit-taqsimiet (A) sa (E) għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għal imposti, garanziji kkonfiskati, pagamenti rimborżati, dħul assenjat eċċ. li l-aġenzija tal-pagamenti hija meħtieġa tiġbor f’isem il-FAEG u l-FAEŻR.
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tistabbilixxi sistema għar-rikonoxximent tal-ammonti kollha dovuti u għar-reġistrazzjoni fi ktieb tad-debituri wieħed tad-djun kollha bħal dawn qabel ir-riċevuta tagħhom. Il-ktieb tad-debituri għandu jiġi spezzjonat f’intervalli regolari u għandha tittieħed azzjoni biex jinġabru djun li jkunu arretrati.
(G) Rekord tal-awditjar
L-informazzjoni dwar id-dokument ta’ sostenn tal-awtorizzazzjoni, tal-kontabbiltà u tal-pagament tal-pretensjonijiet, tar-rapportar tal-prestazzjoni u tal-immaniġġjar tal-avvanzi, tal-garanziji u tad-djun għandha tkun disponibbli fl-aġenzija tal-pagamenti biex jiġi żgurat f’kull ħin rekord tal-awditjar dettaljat biżżejjed.
3. INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI
(A) Komunikazzjoni
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tadotta l-proċeduri meħtieġa biex tiżgura li kull bidla fir-regolamenti tal-Unjoni, u b’mod partikolari r-rati tal-għajnuna applikabbli, jiġu rreġistrati u l-istruzzjonijiet, il-bażijiet tad-data u l-listi ta’ kontroll jiġu aġġornati kmieni biżżejjed.
(B) Sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni
Is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni għandha tiġi ċċertifikata f’konformità mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandards 27001: Sistemi ta’ ġestjoni tas-Sigurtà tal-informazzjoni – Rekwiżiti (ISO).
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lill-Istati Membri jiċċertifikaw is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni tagħhom f’konformità ma’ standards aċċettati oħrajn jekk dawk l-istandards jiggarantixxu livell ta’ sigurtà li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak previst mill-ISO 27001.
L-ewwel u t-tieni paragrafi ma għandhomx japplikaw għall-aġenziji tal-pagamenti responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll ta’ nefqa annwali li ma tkunx ogħla minn EUR 400 miljun, jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun informa lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li japplika wieħed mill-istandards li ġejjin minflok:
— |
Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandards 27002: Il-kodiċi ta’ prattika għall-kontrolli tas-Sigurtà tal-Informazzjoni (ISO); |
— |
Bundesamt für Sicherheit in der Informationstechnik: IT-Grundschutzhandbuch/Il-Manwal ta’ protezzjoni tal-linja bażi tal-IT (BSI); |
— |
Assoċjazzjoni tal-Awditjar u l-Kontroll tas-Sistemi tal-Informazzjoni: Objettivi ta’ kontroll għall-Informazzjoni u t-Teknoloġija relatata (COBIT). |
4. MONITORAĠĠ
(A) Monitoraġġ kontinwu permezz ta’ attivitajiet ta’ kontroll intern
L-attivitajiet ta’ kontroll intern għandhom ikopru mill-inqas l-oqsma li ġejjin:
(i) |
il-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi u tal-korpi ddelegati responsabbli mit-twettiq tal-kontrolli u ta’ funzjonijiet oħrajn biex tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa tar-regolamenti, tal-linji gwida u tal-proċeduri; |
(ii) |
l-introduzzjoni ta’ bidliet fis-sistemi sabiex is-sistemi ta’ kontroll jittejbu b’mod ġenerali; |
(iii) |
ir-rieżami tal-pretensjonijiet u tat-talbiet sottomessi lill-aġenzija tal-pagamenti kif ukoll ta’ kull informazzjoni oħra li tqajjem suspett ta’ xi irregolaritajiet; |
(iv) |
proċeduri ta’ monitoraġġ għall-prevenzjoni u għall-identifikazzjoni ta’ frodi u irregolarità b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawk l-oqsma tan-nefqa tal-PAK taħt il-kompetenza tal-aġenzija tal-pagamenti li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ frodi jew ta’ irregolaritajiet serji oħra. |
Il-monitoraġġ kontinwu għandu jkun mibni fl-attivitajiet operatorji normali u rikorrenti tal-aġenzija tal-pagamenti. Fil-livelli kollha, l-operazzjonijiet ta’ kuljum u l-attivitajiet ta’ kontrolli tal-aġenzija għandhom jiġu mmonitorjati fuq bażi kontinwa biex jiġi żgurat rekord tal-awditjar dettaljat biżżejjed.
(B) Evalwazzjonijiet separati permezz ta’ servizz tal-awditjar intern
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tadotta proċeduri biex tikkonforma mar-regoli li ġejjin:
(i) |
is-servizz tal-awditjar intern għandu jkun indipendenti mid-dipartiment l-oħra tal-aġenzija tal-pagamenti u għandu jirrapporta direttament lid-direttur tal-aġenzija tal-pagamenti. |
(ii) |
is-servizz tal-awditjar intern għandu jivverifika li l-proċeduri adottati mill-aġenzija jkunu adegwati biex jiżguraw li l-konformità mar-regoli tal-Unjoni tiġi vverifikata u li l-kontijiet ikunu akkurati, kompluti u fil-ħin. Il-verifiki jistgħu jkunu limitati għal miżuri magħżula u għal kampjuni ta’ tranżazzjonijiet dment li pjan tal-awditjar jiżgura li l-oqsma sinifikanti kollha, inkluż id-dipartimenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni, ikunu koperti matul perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin; |
(iii) |
ix-xogħol tas-servizz tal-awditjar intern għandu jitwettaq f’konformità ma’ standards aċċettati f’livell internazzjonali, għandu jiġi rreġistrat fid-dokumentazzjoni tal-awditjar u għandu jwassal għal rapporti u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-maniġment superjuri tal-aġenzija. |
ANNESS II
Kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-korpi ta’ koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(3) fir-rigward tal-kumpilazzjoni tar-Rapport Annwali dwar il-Prestazzjoni
1. INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI
(A) Komunikazzjoni
Il-korp ta’ koordinazzjoni għandu jadotta l-proċeduri meħtieġa biex jiżgura li kull bidla fir-regolamenti tal-Unjoni tiġi rreġistrata u li l-istruzzjonijiet u l-bażijiet tad-data jiġu aġġornati fi żmien xieraq.
(B) Sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni
Is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni għandha tiġi ċċertifikata f’konformità mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandards 27001: Sistemi ta’ ġestjoni tas-Sigurtà tal-informazzjoni – Rekwiżiti (ISO).
Diment li tkun awtorizzata mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jiċċertifikaw is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni f’konformità ma’ standards aċċettati oħrajn jekk dawk l-istandards jiggarantixxu livell ta’ sigurtà li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak previst mill-ISO 27001. Meta aġenzija tal-pagamenti taġixxi bħala korp ta’ koordinazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni tagħha tissodisfa din il-kundizzjoni.
ANNESS III
Obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 3(1)
I. OBBLIGI TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI
A. Verifiki
1. Frekwenza u rappreżentanza
Kull punt tal-ħżin għandu jiġi spezzjonat mill-inqas darba fis-sena f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-parti II, biex b’mod partikolari jiġu aċċertati:
(a) |
il-proċedura għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar il-ħżin pubbliku; |
(b) |
jekk id-data kontabilistika miżmuma fuq il-post mill-maħżnier taqbilx mal-informazzjoni mibgħuta lill-aġenzija tal-pagamenti; |
(c) |
preżenza fiżika għandha tiġi stabbilita permezz ta’ spezzjoni fiżika rappreżentattiva biżżejjed, li tkopri mill-inqas il-perċentwali stabbiliti fil-parti II u li tagħmilha possibbli li jiġi konkluż li l-kwantitajiet kollha elenkati fil-kontijiet tal-ħażniet huma fil-fatt preżenti. |
(d) |
verifiki fuq il-kwalità għandhom jinkludu kontrolli viżwali, tax-xamm u/jew organolettiċi u, jekk ikun hemm xi dubji, analiżijiet fil-fond. |
2. Verifiki addizzjonali
Jekk matul l-ispezzjoni fiżika tinstab anomalija, għandu jiġi spezzjonat perċentwal ulterjuri tal-kwantitajiet fl-intervent f’forma ta’ ħżin billi jintuża l-istess metodu. Jekk ikun meħtieġ, l-ispezzjoni tista’ testendi għall-użin tal-prodotti kollha fil-lott jew fil-maħżen li jkun qiegħed jiġi spezzjonat.
B. Rapporti tal-ispezzjoni
1. |
Il-korp ta’ spezzjoni intern tal-aġenzija tal-pagamenti jew tal-korp awtorizzat minn din tal-aħħar għandu jfassal rapport dwar kull wieħed mill-verifiki jew mill-ispezzjonijiet fiżiċi mwettqa. |
2. |
Ir-rapport għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
3. |
Ir-rapporti għandhom jintbagħtu minnufih lill-kap tad-dipartiment responsabbli għaż-żamma tal-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti.
Immedjatament wara l-wasla tar-rapport, il-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti għandhom jiġu kkoreġuti fid-dawl tad-diskrepanzi u tad-differenzi identifikati. |
4. |
Ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-persunal tal-Kummissjoni u għall-persuni awtorizzati mill-Kummissjoni. |
5. |
Għandu jitfassal dokument sommarju mill-aġenzija tal-pagamenti li jelenka:
|
II. PROĊEDURA TA’ SPEZZJONI FIŻIKA SKONT IS-SETTUR TAL-PAK GĦALL-VERIFIKI PREVISTI FIL-PARTI I
A. Butir
1. |
Il-kampjun tal-lottijiet li għandhom jiġu vverifikati għandu jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-kwantità totali fil-ħżin pubbliku. Il-lottijiet li għandhom jiġu kkontrollati għandhom jintgħażlu qabel iż-żjara fil-maħżen abbażi tad-data kontabilistika tal-aġenzija tal-pagamenti, iżda l-maħżnier ma għandux jiġi infurmat. |
2. |
Il-preżenza tal-lottijiet magħżula u l-kompożizzjoni tagħhom għandhom jiġu vverifikati fuq il-post permezz ta’:
|
3. |
Deskrizzjoni tal-lottijiet spezzjonati fiżikament u ta’ kwalunkwe nuqqas osservat għandha tiġi inkluża fir-rapport ta’ spezzjoni. |
B. Trab tal-ħalib xkumat
1. |
Il-kampjun tal-lottijiet li għandhom jiġu vverifikati għandu jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-kwantità fil-ħżin pubbliku. Il-lottijiet li għandhom jiġu kkontrollati għandhom jintgħażlu qabel iż-żjara fil-maħżen abbażi tad-data kontabilistika tal-aġenzija tal-pagamenti, iżda l-maħżnier ma għandux jiġi infurmat. |
2. |
Il-preżenza tal-lottijiet magħżula u l-kompożizzjoni tagħhom għandhom jiġu vverifikati fuq il-post permezz ta’:
|
3. |
Deskrizzjoni tal-lottijiet spezzjonati fiżikament u ta’ kwalunkwe nuqqas osservat għandha tiġi inkluża fir-rapport ta’ spezzjoni. |
C. Ċereali u ross
1. Proċedura ta’ spezzjoni fiżika
L-ispezzjoni għandha titwettaq kif ġej:
(a) |
L-għażla ta’ bins jew kmamar tal-ħżin li għandhom jiġu vverifikati, li jirrappreżentaw mill-inqas 5 % tal-kwantità totali ta’ ċereali jew ross fil-ħżin pubbliku. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq ir-rekords tal-ħażna tal-aġenzija tal-pagamenti, iżda l-maħżnier ma għandux jiġi infurmat. |
(b) |
Spezzjoni fiżika:
|
2. Proċedura meta jinstabu d-diskrepanzi
Hija permessa xi tolleranza meta jiġi vverifikat il-volum.
Ir-regoli stabbiliti fl-Anness IV, it-taqsima II għandhom għalhekk japplikaw meta l-piż tal-prodotti maħżuna kif irreġistrati matul l-ispezzjoni fiżika jkun differenti mill-piż tal-ktieb b’5 % jew aktar għaċ-ċereali u għar-ross fil-każ ta’ ħżin f’sajlos jew f’ħażna fuq l-art.
Meta ċ-ċereali jew ir-ross jinħażnu f’magazzin, il-kwantitajiet li jintiżnu mad-dħul fil-ħżin jistgħu jiġu rreġistrati minflok dawk li jirriżultaw minn valutazzjoni tal-volum jekk din tal-aħħar ma tipprovdix grad adegwat ta’ preċiżjoni u sakemm id-differenza bejn iż-żewġ ċifri ma tkunx waħda eċċessiva.
L-aġenzija tal-pagamenti għandha tagħmel użu minn din l-għażla meta tkun iġġustifikata miċ-ċirkostanzi, fuq bażi ta’ każ b’każ u fuq ir-responsabbiltà tagħha stess. Hija għandha tindika li għamlet dan fir-rapport ta’ spezzjoni tagħha, abbażi tal-mudell indikattiv li ġej:
ĊEREALI — SPEZZJONI TAL-ĦAŻNA
Prodott: |
Maħżnier: Maħżen, sajlo: Numru tal-kompartiment: |
Data: |
Lott |
Kwantità ddikjarata fil-kontijiet tal-ħażniet |
(a) Ħażniet fis-sajlo
Nru tal-Kompartiment |
Volum iddikjarat fl-ispeċifikazzjoni m3(A) |
Volum liberu rreġistrat m3 (B) |
Volum taċ-ċereali maħżuna m3 (A-B) |
Gravità speċifika rreġistrata kg/hl = 100 |
Piż taċ-ċereali jew tar-ross |
|
|
|
|
|
|
Total (a): …
(b) Ħażniet maħżunin fuq l-art
|
Nru tal-Maħżen |
Nru tal-Maħżen |
Nru tal-Maħżen |
|||
Żona koperta … Għoli … |
… |
… |
… |
… |
… |
… |
m2 |
… |
m2 |
… |
m2 |
… |
|
… |
m3 |
… |
m3 |
… |
m3 |
|
… |
… |
… |
… |
… |
|
|
… m |
|
… m |
|
… m |
|
|
Korrezzjonijiet … |
… m3 |
… m3 |
… m3 |
|||
Volum … |
… m3 |
… m3 |
… m3 |
|||
Gravità speċifika … |
… kg/hl |
… kg/hl |
… kg/hl |
|||
Piż totali |
… tunnellati |
… tunnellati |
… tunnellati |
Totali (b): …
Piż totali fil-maħżen: …
Differenza mill-piż tal-ktieb: …
F’%: …
…, [data]
… (Timbru u firma)
Spettur tal-aġenzija tal-pagamenti:
D. Ċanga u Vitella
1. |
Il-kampjun tal-lottijiet li għandhom jiġu vverifikati għandu jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-kwantità totali fil-ħżin pubbliku. Il-lottijiet li għandhom jiġu kkontrollati għandhom jintgħażlu qabel iż-żjara fil-maħżen abbażi tad-data kontabilistika tal-aġenzija tal-pagamenti, iżda l-maħżnier ma għandux jiġi infurmat. |
2. |
Verifika fuq il-post tal-preżenza tal-lottijiet magħżula u tal-kompożizzjoni tagħhom. Il-verifika għandha tkun tinkludi:
|
3. |
Deskrizzjoni tal-lottijiet spezzjonati fiżikament u ta’ kwalunkwe nuqqas osservat għandha tiġi inkluża fir-rapport ta’ spezzjoni. |
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 tal-18 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 15).
ANNESS IV
Obbligi u prinċipji ġenerali relatati mar-responsabbiltajiet tad-depożitanti, li jridu jiġu inklużi fil-kuntratti tal-ħżin bejn l-aġenziji tal-ħlas u d-depożitanti msemmija fl-Artikolu 3(2)
I. Obbligi Ġenerali għall-Maħżniera
Il-maħżniera għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-prodotti koperti mill-miżuri ta’ intervent tal-Unjoni jiġu kkonservati kif xieraq. Huma għandhom iġarrbu l-konsegwenzi finanzjarji ta’ kwalunkwe nuqqas milli jagħmlu dan.
Għandu jkun hemm disponibbli pjanta tal-magazzin u l-kejl għal kull sajlo jew kamra tal-maħżen f’kull punt tal-ħżin.
Iċ-ċereali jew ir-ross għandhom jinħażnu b’tali mod li l-volum tagħhom ikun jista’ jiġi vverifikat.
II. KWALITÀ TAL-PRODOTTI
Meta l-kwalità tal-prodotti ta’ intervent fil-ħżin tiddeterjora bħala riżultat ta’ kundizzjonijiet ħżiena ta’ ħżin jew mhux xierqa, it-telf għandu jiġġarrab mill-maħżnier u jiddaħħal fil-kontijiet tal-ħżin pubbliku bħala telf li jirriżulta mid-deterjorament tal-prodott minħabba l-kundizzjonijiet tal-ħżin.
III. KWANTITAJIET NIEQSA
1. |
Il-maħżnier għandu jkun responsabbli għad-diskrepanzi kollha bejn il-kwantitajiet maħżunin u d-dettalji mogħtija fid-dikjarazzjonijiet tal-ħażna mibgħuta lill-aġenzija tal-pagamenti. |
2. |
Meta l-kwantitajiet neqsin jaqbżu dawk permessi taħt il-limitu/i ta’ tolleranza rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 4, Anness III, il-parti II, it-taqsima C, il-punt 2 u l-Anness V, jew skont il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali, l-ammont kollu għandu jiġi impost lill-maħżnier bħala telf mhux identifikabbli. Il-maħżniera li jikkontestaw il-kwantitajiet neqsin jistgħu jeħtieġu li l-prodott jintiżen jew jitkejjel, f’liema każ għandhom iġarrbu l-ispejjeż tal-operazzjoni sakemm ma jinstabx li l-kwantitajiet iddikjarati huma fil-fatt preżenti jew id-differenza ma taqbiżx il-limitu/i ta’ tolleranza rilevanti, f’liema każ, l-ispejjeż tal-użin jew tal-kejl għandhom jiġu imposti fuq l-aġenzija tal-pagamenti.
Il-limiti ta’ tolleranza stabbiliti fl-Anness III, il-parti II, it-taqsima C, il-punt 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi l-oħrajn imsemmija fl-ewwel subparagrafu. |
IV. DOKUMENTI TA’ SOSTENN, DIKJARAZZJONIJIET TA’ KULL XAHAR U DAWK ANNWALI
1. Dokumenti ta’ sostenn u dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar
(a) |
Id-dokumenti relatati mad-dħul, mal-ħżin u mat-tneħħija ta’ prodotti użati biex jitfasslu l-kontijiet annwali jridu jkunu fil-pussess tal-maħżnier u għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
Dawn id-dokumenti għandhom jippermettu identifikazzjoni preċiża tal-kwantitajiet maħżunin fi kwalunkwe ħin, u għandhom iqisu x-xiri u l-bejgħ li jkunu ġew miftiehma iżda li għalihom, l-entrati jew it-tneħħija korrispondenti tal-istokk ikunu għadhom ma seħħewx.
(b) |
Id-dokumenti relatati mad-dħul, mal-ħżin u mat-tneħħija tal-prodotti għandhom jintbagħtu mill-maħżnier lill-aġenzija tal-pagamenti mill-inqas darba fix-xahar, b’appoġġ ta’ dikjarazzjoni sommarja ta’ kull xahar dwar il-ħażna. Dawn iridu jkunu fil-pussess tal-aġenzija tal-pagamenti qabel l-għaxar jum tax-xahar ta’ wara dak li għalih tkun relatata d-dikjarazzjoni tal-ħażna. |
(c) |
Mudell tad-dikjarazzjoni tal-ħażniet ta’ kull xahar fil-qosor (mudell indikattiv) huwa stabbilit hawn taħt. Dan għandu jkun disponibbli għall-maħżnier f’forma elettronika mill-aġenziji tal-pagamenti. Dikjarazzjoni tal-ħażna ta’ kull xahar
|
(Timbru u firma)
Post u data:
Isem:
2. Dikjarazzjoni annwali
(a) |
Il-maħżnier għandu jħejji dikjarazzjoni annwali tal-ħażniet abbażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar deskritti fil-punt 1. Din għandha tintbagħat lill-aġenzija tal-pagamenti mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru wara l-għeluq tas-sena kontabilistika. |
(b) |
Id-dikjarazzjoni annwali tal-ħażniet għandha tagħti sommarju tal-kwantitajiet fil-maħżen, diżaggregat skont il-prodott u l-post tal-ħżin, u għal kull prodott għandha tagħti l-kwantitajiet fil-maħżen, in-numri tal-lott (ħlief fil-każ taċ-ċereali), is-sena tad-dħul tagħhom fil-ħżin u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe irregolarità identifikata. |
(c) |
Mudell tad-dikjarazzjoni annwali tal-ħażna fil-qosor (mudell indikattiv) huwa stabbilit hawn taħt. |
Dan għandu jkun disponibbli għall-maħżnier f’forma elettronika mill-aġenziji tal-pagamenti.
Dikjarazzjoni annwali tal-ħażna
Prodotti: |
Maħżnier: Maħżen: Nru: Indirizz: |
Sena: |
|
Lott |
Deskrizzjoni |
Kwantità u/jew piż imniżżel fil-ktieb |
Kummenti |
|
|
|
|
(Timbru u firma)
Post u data:
Isem:
V. KONTIJIET TAL-ĦAŻNIET KOMPJUTERIZZATI U DISPONIBBILTÀ TAL-INFORMAZZJONI
Il-kuntratti ta’ ħżin pubbliku konklużi bejn l-aġenzija tal-pagamenti u l-maħżnier għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li jagħmluha possibbli li tiġi garantita l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Għandhom jitolbu dan li ġej:
(a) |
iż-żamma ta’ kontijiet ta’ ħażniet ta’ intervent kompjuterizzati; |
(b) |
disponibbiltà diretta u immedjata ta’ inventarju permanenti; |
(c) |
id-disponibbiltà f’kull ħin tad-dokumenti kollha relatati mad-dħul, il-ħżin u t-tneħħija tal-ħażniet kif ukoll id-dokumenti u r-rekords kontabilistiċi mfassla f’konformità ma’ dan ir-Regolament u miżmuma mill-maħżnier; |
(d) |
aċċess permanenti għal dawk id-dokumenti mill-persunal tal-aġenzija tal-pagamenti u mill-Kummissjoni, kif ukoll kwalunkwe persuna debitament awtorizzata minnhom. |
VI. FORMA U KONTENUT TAD-DOKUMENTI MIBGĦUTA LILL-AĠENZIJA TAL-PAGAMENTI
Il-forma u l-kontenut tad-dokumenti msemmija fit-taqsima IV għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
VII. ŻAMMA TAD-DOKUMENTI
Id-dokumenti ta’ sostenn relatati mal-operazzjonijiet kollha ta’ ħżin pubbliku għandhom jinżammu mill-maħżnier għall-perjodu sħiħ meħtieġ skont ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għall-proċeduri tal-approvazzjoni tal-kontijiet, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti.
ANNESS V
Limiti ta’ tolleranza msemmija fl-Artikolu 4(2)
1. |
Għall-kwantità li jirriżulta minn operazzjonijiet normali ta’ ħżin imwettqa f’konformità mar-regoli huma b’dan stabbiliti għal kull prodott agrikolu li huwa s-suġġett ta’ miżura ta’ ħżin pubbliku, kif ġej:
|
2. |
Il-perċentwal għat-telf permissibbli matul il-dissussar taċ-ċanga għandu jkun ta’ 32. Dan il-perċentwal għandu japplika għall-kwantitajiet kollha mingħajr għadam matul is-sena kontabilistika. |
3. |
Il-limiti ta’ tolleranza msemmija fil-punt 1 għandhom jiġu ffissati bħala perċentwal tal-piż reali, mingħajr imballaġġ, tal-kwantitajiet li jkunu qed jinħażnu u li jkunu ttieħdu matul is-sena kontabilistika inkwistjoni, flimkien mal-kwantitajiet maħżunin fil-bidu ta’ dik is-sena. Dawn it-tolleranzi għandhom japplikaw matul l-ispezzjonijiet fiżiċi tal-ħażna. Għandhom jiġu kkalkolati, għal kull prodott, abbażi tal-kwantitajiet kollha maħżuna minn aġenzija tal-pagamenti. Il-piż reali mad-dħul u mat-tneħħija għandu jkun il-piż irreġistrat nieqes il-piż standard tal-imballaġġ, kif stabbilit fil-kundizzjonijiet tad-dħul jew, fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda kundizzjoni bħal din, nieqes il-piż medju tal-imballaġġ użat mill-aġenzija tal-pagamenti. |
4. |
It-tolleranza ma għandhiex tkopri t-telf f’termini tal-għadd ta’ pakketti jew l-għadd ta’ biċċiet irreġistrati. |
5. |
It-telf li jirriżulta minn serq jew minn telf identifikabbli ieħor ma għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tal-limiti ta’ tolleranza previsti fil-punti 1 u 2. |