Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0581

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/581 tad-9 ta’ April 2021 dwar l-istampi tas-sitwazzjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR)

    C/2021/2361

    ĠU L 124, 12/04/2021, p. 3–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/581/oj

    12.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 124/3


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/581

    tad-9 ta’ April 2021

    dwar l-istampi tas-sitwazzjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2019/1896 jiddefinixxi l-istampi tas-sitwazzjoni bħala aggregazzjoni ta’ data u informazzjoni ġeoreferenzjati qrib il-ħin reali riċevuta minn awtoritajiet, sensuri u pjattaformi differenti u sorsi oħra, li tiġi trażmessa permezz ta’ kanali ta’ komunikazzjoni u informazzjoni sikuri u li tista’ tiġi pproċessata u murija u kondiviża selettivament ma’ awtoritajiet rilevanti oħra sabiex jinkiseb għarfien tas-sitwazzjoni u tiġi appoġġjata l-kapaċità ta’ reazzjoni ma’, matul jew qrib il-fruntieri esterni u fiż-żona prefruntiera. Din id-definizzjoni, tirrappreżenta żvilupp fil-kunċett kif stabbilit inizjalment fir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jirrifletti approċċ aktar “iċċentrat fuq id-data” li jippermetti lill-utenti jagħżlu l-wiri grafiku u l-interfaċċa tal-utent xierqa skont is-sitwazzjoni operazzjonali u l-ħtiġijiet ta’ kmand u ta’ kontroll tagħhom.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) 2019/1896 jipprevedi l-istabbiliment ta’ stampi tas-sitwazzjoni nazzjonali, stampa tas-sitwazzjoni Ewropea u stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi li għandhom jinħolqu permezz tal-ġbir, l-evalwazzjoni, il-kollazzjoni, l-analiżi, l-interpretazzjoni, il-ġenerazzjoni, il-viżwalizzazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni. L-istampi tas-sitwazzjoni għandhom jikkonsistu minn tliet livelli ta’ informazzjoni separati, jiġifieri, livell tal-avvenimenti, livell operazzjonali u livell tal-analiżi.

    (3)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dettalji ta’ kull livell ta’ informazzjoni tal-istampi tas-sitwazzjoni u r-regoli għall-istabbiliment ta’ stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi. Jeħtieġ ukoll li jiġi speċifikat it-tip ta’ informazzjoni li trid tiġi pprovduta u l-proċessi li jirregolaw l-għoti ta’ tali informazzjoni kif ukoll il-mekkaniżmi biex jiġi żgurat il-kontroll tal-kwalità. Sabiex jiġi żgurat approċċ ikkoordinat li jsaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni, jenħtieġ li r-rapportar fis-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (“EUROSUR”) jiġi speċifikat u standardizzat.

    (4)

    Sabiex jiġi żgurat li s-saff tal-avvenimenti tal-istampi tas-sitwazzjoni jkun komprensiv u dettaljat biżżejjed, jenħtieġ li ċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u, meta jkun applikabbli, l-Aġenzija għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (“l-Aġenzija”) u ċ-ċentri internazzjonali ta’ koordinazzjoni, jipprovdu rapporti f’waqthom dwar avvenimenti li x’aktarx ikollhom impatt fuq il-fruntiera esterna.

    (5)

    Ir-rapportar tal-avvenimenti permezz ta’ indikaturi u bħala rapporti ta’ avveniment uniku huwa kumplimentari. L-indikaturi jgħinu jivvalutaw l-evoluzzjoni ġenerali f’sezzjoni tal-fruntiera u jikkontribwixxu għal sensibilizzazzjoni aħjar tas-sitwazzjoni filwaqt li r-rapporti ta’ avveniment uniku huma marbuta ma’ risposta f’waqtha għal avveniment partikolari.

    (6)

    Ir-rapporti ta’ avvenimenti uniċi jistgħu jirrikjedu li tittieħed azzjoni urġenti. Għalhekk, irid ikun possibbli li avvenimenti uniċi jiġu rrapportati f’waqthom sabiex tkun tista’ ssir risposta f’waqtha għal avvenimenti bħal dawn. Jenħtieġ li rapport inizjali jintbagħat malli jiġi identifikat l-avveniment u dan jenħtieġ li jintwera fl-istampi tas-sitwazzjoni korrispondenti. Sabiex jiġi evitat dewmien li jista’ jdgħajjef il-kapaċità għal reazzjoni rapida, jenħtieġ li l-proċess ta’ validazzjoni jippermetti li jintbagħat rapport b’validazzjoni parzjali.

    (7)

    Fl-istess ħin, il-ħruġ ta’ rapporti f’ċirkostanzi bħal dawn jista’ jwassal għal allarmi foloz. Jenħtieġ li l-oriġinatur u s-sid tal-istampa tas-sitwazzjoni jivvalutaw u jindikaw il-livell ta’ fiduċja fir-rapporti u fl-avvenimenti murija fl-istampa tas-sitwazzjoni. Jenħtieġ li l-ewwel rapport jiġi kkompletat b’rapporti ta’ segwitu oħra, hekk kif tkun disponibbli informazzjoni supplimentari.

    (8)

    Ir-rapportar ta’ avvenimenti relatati mal-frodi tad-dokumenti u l-kriminalità fl-EUROSUR se jikkomplementa l-obbligi ta’ rapportar previsti fir-Regolament (UE) 2020/493 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) bħala parti mis-sistema tad-Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO).

    (9)

    Jenħtieġ li r-rapportar ta’ avvenimenti uniċi li jinvolvu l-moviment transfruntier tal-merkanzija u t-traffikar illeċitu assoċjat skont dan ir-Regolament ma jaffettwax l-obbligi, ir-restrizzjonijiet jew il-kompetenzi ta’ rapportar eżistenti li jikkonċernaw iż-żona doganali kif ukoll ir-rapportar ta’ kontroll sistematiku, b’mod partikolari taħt is-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 (“ICS2”) skont l-Artikolu 186 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4), jew il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar ir-riskju taħt is-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Riskji Doganali (“CRMS”) skont l-Artikolu 86 tal-istess Regolament u s-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (“CIS”) stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (5). Jenħtieġ ukoll li ma jiddupplikax il-mekkaniżmi ta’ rapportar stabbiliti mwettqa mill-Istati Membri b’rabta ma’ kwistjonijiet doganali u ta’ prestazzjoni doganali. Meta tkun disponibbli, l-informazzjoni rilevanti tista’ tinkiseb minn sorsi eżistenti tal-Kummissjoni.

    (10)

    Fir-rigward tal-livell operazzjonali tal-istampi tas-sitwazzjoni, sabiex tiġi żgurata ħarsa ġenerali komprensiva biżżejjed, jenħtieġ li s-sid tal-istampi tas-sitwazzjoni jirċievi rapportar dwar l-assi proprji tal-Istati Membri, rapporti dwar il-pjanijiet operazzjonali, kif ukoll rapporti dwar l-informazzjoni ambjentali inkluż, b’mod partikolari, informazzjoni meteoroloġika u oċeanografika. Fil-każ meta l-livell tal-impatt f’sezzjonijiet tal-fruntiera jkun għoli jew kritiku, il-ħtieġa għall-koordinazzjoni titlob rapportar dettaljat tal-pjanijiet operazzjonali biex tiġi antiċipata aħjar ir-risposta tal-awtoritajiet differenti involuti.

    (11)

    Jenħtieġ li r-rapportar operazzjonali li għandu jitwettaq fil-qafas ta’ operazzjoni konġunta fil-fruntieri jew intervent rapidu fil-fruntieri jiġi deskritt fil-pjanijiet operazzjonali ta’ kull operazzjoni konġunta fil-fruntieri jew ta’ intervent rapidu fil-fruntieri.

    (12)

    Fir-rigward tal-livell tal-analiżi tal-istampi tas-sitwazzjoni, jenħtieġ li s-sid tal-istampi tas-sitwazzjoni jistabbilixxi l-livell tal-analiżi abbażi ta’ rapporti tal-analiżi tar-riskju. Dawn ir-rapporti għandhom l-għan li jtejbu l-fehim tal-avvenimenti fil-fruntiera esterna li jistgħu jiffaċilitaw it-tbassir tat-tendenzi, l-ippjanar u t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ kontroll fil-fruntieri kif ukoll l-analiżi strateġika tar-riskju. Jenħtieġ li l-metodoloġiji relatati mar-rapportar tal-analiżi tar-riskju, u l-attribuzzjoni tal-livelli ta’ fiduċja, ikunu bbażati fuq il-mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju (CIRAM).

    (13)

    Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni filwaqt li tiġi ppreservata s-sigurtà, jenħtieġ li l-Aġenzija tintegra u tiżviluppa d-diversi networks u għodod ta’ analiżi tar-riskju tagħha fil-qafas tal-EUROSUR, bħan-Network ta’ Analiżi tar-Riskju tal-Frontex (FRAN), in-Network Ewropew għall-Analiżi tar-Riskju tal-Frodi tad-Dokumenti (EDF-RAN) jew in-Network għall-Analiżi tar-Riskju tal-Komunità tal-Intelligenza Marittima (MIC-RAN).

    (14)

    Jenħtieġ li r-rapportar fl-EUROSUR iqis l-ispeċifiċità ta’ ċerti attivitajiet ta’ kontroll fil-fruntieri bħas-sorveljanza fil-fruntieri tas-sorveljanza tal-ajru jew ta’ dik marittima iżda wkoll l-ispeċifiċità ta’ ċerti avvenimenti relatati bħal movimenti sekondarji jew inċidenti ta’ Tiftix u Salvataġġ. Ir-rapportar ta’ tali informazzjoni jikkontribwixxi għall-istabbiliment tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea, inkluż l-analiżi tar-riskju u l-attribuzzjoni tal-livelli tal-impatt. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rapportar dwar l-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ tal-migranti, kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar, jikkontribwixxi biex jiżgura l-protezzjoni u jsalva l-ħajjiet tal-migranti.

    (15)

    Jenħtieġ li s-sid tal-istampa tas-sitwazzjoni jiġġestixxi l-istampa tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li jipprovdi fehim ċar tas-sitwazzjoni f’kull sezzjoni tal-fruntiera esterna u għal kull qasam ta’ responsabbiltà, u jiffaċilita l-analiżi tar-riskju u l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni fil-livell xieraq.

    (16)

    Meta jistabbilixxu stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi ma’ partijiet terzi għall-EUROSUR, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Aġenzija jikkonformaw ma’ u jippromwovu l-istandards tekniċi u operazzjonali għall-iskambju ta’ informazzjoni żviluppati mill-Aġenzija.

    (17)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-responsabbiltajiet operazzjonali għar-rapportar u għaż-żamma tal-istampi tas-sitwazzjoni fir-rigward tar-responsabbiltajiet tekniċi għall-operazzjoni u ż-żamma tad-diversi sistemi u networks tekniċi li jappoġġjaw l-ipproċessar tal-informazzjoni fl-EUROSUR.

    (18)

    Sabiex jiġi żgurat li r-responsabbiltajiet operazzjonali għall-implimentazzjoni teknika tal-EUROSUR jiġu ddefiniti f’biżżejjed dettall, jeħtieġ li jiġu identifikati l-komponenti tekniċi tal-EUROSUR. Sabiex jiġi ġestit l-ammont sinifikanti ta’ informazzjoni pproċessata u biex jitnaqqas l-ammont ta’ xogħol tal-operaturi, jenħtieġ li l-iskambju ta’ informazzjoni fl-EUROSUR ikun awtomatizzat. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Aġenzija jiżviluppaw interfaċċi tekniċi biex irawmu interkonnessjonijiet bejn magna u oħra u jużaw għodod ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet biex jassistu lill-operaturi tal-EUROSUR fil-kompiti tagħhom.

    (19)

    Meta tiddefinixxi l-format ta’ rapporti relatati mal-bastimenti ta’ interess bħala parti mill-istandards tekniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni, jenħtieġ li l-Aġenzija, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, tagħmel użu mill-formats miftiehma internazzjonalment li jidderivaw mil-leġiżlazzjoni internazzjonali rilevanti l-ewwel nett mal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, id-Dritt konswetudinarju tal-Baħar u l-istrumenti dderivati b’mod partikolari mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) kif ukoll il-varjazzjonijiet tagħhom fl-ordni legali domestika tal-Istati tal-bandiera.

    (20)

    Meta tiddefinixxi l-format ta’ rapporti relatati mal-inġenji tal-ajru ta’ interess bħala parti mill-istandards tekniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni, jenħtieġ li l-Aġenzija, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, tfittex li tuża l-formats miftiehma internazzjonalment bħal dawk iddefiniti mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

    (21)

    Is-sigurtà tad-data fl-EUROSUR għandha l-għan li tiżgura l-awtentiċità, id-disponibbiltà, l-integrità, il-kunfidenzjalità u n-nonripudju tar-rapporti u ta’ kwalunkwe data u informazzjoni oħra pproċessati fl-EUROSUR.

    (22)

    Is-sigurtà tad-data tal-komponenti tekniċi tal-EUROSUR tikkorrispondi għall-kapaċità tal-komponenti tekniċi li jidentifikaw u jirreżistu, f’livell partikolari ta’ fiduċja, kwalunkwe azzjoni li tikkomprometti s-sigurtà tad-data u l-informazzjoni pproċessati, jew is-servizzi relatati offruti minn, jew aċċessibbli permezz ta’ dawk in-networks u s-sistemi ta’ informazzjoni.

    (23)

    Is-sigurtà tad-data tal-EUROSUR hija responsabbiltà kollettiva tal-Istati Membri u tal-Aġenzija.

    (24)

    It-theddid għaċ-ċibersigurtà qed jevolvi kontinwament u issa qed isir dejjem aktar u aktar affordabbli għan-networks kriminali u terroristiċi. Jenħtieġ li l-EUROSUR tiżgura protezzjoni adegwata u omoġenja kontra t-theddid ċibernetiku kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali. L-EUROSUR hija qafas għall-iskambju ta’ informazzjoni li jkopri livelli differenti ta’ klassifikazzjoni. Filwaqt li jimplimentaw il-komponenti tekniċi tal-EUROSUR, jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti u l-Aġenzija jiżguraw li kwalunkwe utent ikollu aċċess xieraq għall-informazzjoni rilevanti li tikkorrispondi għal-livell tal-akkreditament tiegħu u l-ħtieġa ta’ tagħrif tiegħu.

    (25)

    Meta tuża n-Network ta’ Komunikazzjoni sa “Confidential EU”, jenħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi soluzzjoni interim għal dawk il-komponenti nazzjonali li jkunu għadhom akkreditati biss sal-livell “RESTREINT UE/EU RESTRICTED” jew sa livelli ta’ klassifikazzjoni nazzjonali ekwivalenti.

    (26)

    Bħala parti mir-regoli dwar is-sigurtà tad-data tal-EUROSUR u sabiex jiġi żgurat proċess ta’ akkreditament xieraq, dan ir-Regolament jistabbilixxi Bord ta’ Akkreditament tas-Sigurtà konġunt (“il-Bord ta’ Akkreditament”), fl-Aġenzija. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (6), tali Bord huwa meħtieġ fil-każ tal-EUROSUR minħabba li l-EUROSUR hija magħmula minn diversi sistemi interkonnessi li jinvolvu diversi partijiet.

    (27)

    Il-Bord ta’ Akkreditament huwa korp tekniku indipendenti li ma jaffettwax il-funzjonijiet tal-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija.

    (28)

    Fl-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jenħtieġ li d-deċiżjonijiet dwar l-akkreditament tas-sigurtà, wara l-proċess iddefinit fl-istrateġija għall-akkreditament tas-sigurtà, ikunu bbażati fuq deċiżjonijiet lokali dwar l-akkreditament tas-sigurtà meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali rispettivi għall-akkreditament tas-sigurtà tal-Istati Membri.

    (29)

    Sabiex iwettaq l-attivitajiet kollha tiegħu malajr u b’mod effettiv, jenħtieġ li l-Bord ta’ Akkreditament ikun jista’ jistabbilixxi korpi subordinati xierqa li jaġixxu fuq l-istruzzjonijiet tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ li jistabbilixxi Bord biex jassistih fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet tiegħu.

    (30)

    Jenħtieġ li l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà jiġu kkoordinati mal-ħidma tal-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tas-sistemi u ta’ entitajiet rilevanti oħra responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà.

    (31)

    Minħabba n-natura speċifika u l-kumplessità tal-EUROSUR, huwa essenzjali li l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà jitwettqu f’kuntest ta’ responsabbiltà kollettiva għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri, billi jsiru sforzi biex jintlaħaq kunsens u billi jiġu involuti l-partijiet kollha b’interess fis-sigurtà, u għall-monitoraġġ tar-riskju permanenti. Huwa importanti wkoll li l-attivitajiet tekniċi ta’ akkreditament tas-sigurtà jiġu fdati lil professjonisti li huma debitament ikkwalifikati fil-qasam tal-akkreditament ta’ sistemi kumplessi u li għandhom livell adegwat ta’ approvazzjoni tas-sigurtà.

    (32)

    Sabiex jiġi żgurat li l-Bord ta’ Akkreditament ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu, jenħtieġ li jiġi previst ukoll li l-Istati Membri jipprovdu lill-Bord bi kwalunkwe dokumentazzjoni meħtieġa, jagħtu aċċess għal informazzjoni klassifikata fil-qafas tal-EUROSUR u tas-sistemi ta’ appoġġ (inkluż in-Network ta’ Komunikazzjoni) u għal kwalunkwe żona li taqa’ fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom lil persuni debitament awtorizzati, u li jenħtieġ li dawn ikunu responsabbli fil-livell lokali għall-akkreditament tas-sigurtà taż-żoni li jinsabu fit-territorju tagħhom.

    (33)

    Filwaqt li l-aċċess dirett għal sistema nazzjonali huwa prerogattiva unika tal-Istat Membru kkonċernat, il-persunal tal-Aġenzija jista’ jingħata aċċess dirett għas-sistemi nazzjonali fil-qafas tal-EUROSUR biex jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali fil-kompiti tagħhom.

    (34)

    Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet relatati mas-sigurtà tad-data tal-komponenti esterni tal-EUROSUR ikunu parti mid-dispożizzjonijiet relatati mal-EUROSUR fl-arranġamenti tax-xogħol korrispondenti u fil-ftehimiet dwar l-istatus tal-mudell. F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, minħabba li r-Regolament (UE) 2019/817 jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka nnotifikat fil-31 ta’ Ottubru 2019, skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, id-deċiżjoni tagħha li timplimenta r-Regolament (UE) 2019/817 fil-liġi nazzjonali tagħha.

    (35)

    Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li l-Irlanda ma tieħux sehem fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (8); Għalhekk, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

    (36)

    Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (9).

    (37)

    Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (10).

    (38)

    Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (11).

    (39)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

    (a)

    ir-regoli għar-rapportar fl-EUROSUR, inkluż it-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi pprovduta u l-limiti ta’ żmien għar-rapportar;

    (b)

    id-dettalji tal-livelli ta’ informazzjoni tal-istampi tas-sitwazzjoni;

    (c)

    il-modalitajiet għall-istabbiliment ta’ stampi tas-sitwazzjoni speċifiċi;

    (d)

    ir-responsabbiltajiet relatati mar-rapportar, mal-ġestjoni tal-istampi tas-sitwazzjoni u għall-operazzjoni u ż-żamma tad-diversi sistemi u networks tekniċi li jappoġġjaw l-EUROSUR;

    (e)

    ir-regoli dwar is-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data tal-EUROSUR;

    (f)

    mekkaniżmi għall-iżgurar tal-kontroll tal-kwalità.

    Artikolu 2

    Kamp ta’ applikazzjoni

    Dan ir-Regolament japplika għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni għall-finijiet tal-EUROSUR inkluż l-għarfien tas-sitwazzjoni, l-analiżi tar-riskju u għall-appoġġ tal-ippjanar u t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ kontroll fil-fruntieri.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1.

    “avveniment” ifisser sitwazzjoni, li x’aktarx ikollha impatt fuq il-fruntieri esterni jew fir-rigward tal-migrazzjoni, tar-reati transfruntiera, jew tal-protezzjoni u s-salvataġġ tal-ħajjiet tal-migranti, inkluż inċidenti fil-fruntieri, jew li jista’ jaffettwa l-funzjonament tal-EUROSUR, inkluż kwalunkwe wieħed mill-komponenti tekniċi tagħha;

    2.

    “stampa tas-sitwazzjoni” tfisser l-istabbiliment u ż-żamma tal-istampa tas-sitwazzjoni u l-ipproċessar tal-informazzjoni kollha li din ikun fiha;

    3.

    “sid” ifisser l-entità, l-aġenzija jew il-korp li jiġġestixxu l-istampa tas-sitwazzjoni u r-rapporti korrispondenti;

    4.

    “ipproċessar” ifisser kwalunkwe azzjoni mwettqa fuq id-data u l-metadata u l-informazzjoni li jinsabu f’rapport, kemm jekk dawk l-azzjonijiet ikunu awtomatizzati kif ukoll jekk le, inkluż il-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħżin, il-modifika, il-konsultazzjoni, l-użu, it-trażmissjoni, il-pubblikazzjoni, il-kombinazzjoni, it-tħassir, it-tnaqqis fil-grad u l-qrid ta’ din id-data jew metadata;

    5.

    “indikatur” ifisser kejl jew valur li jirreferi għal avvenimenti jew għal kompiti li jiddeskrivu s-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni li jikkontribwixxi għall-għarfien tas-sitwazzjoni u għall-analiżi tar-riskju jew li jappoġġja l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni;

    6.

    “indikatur tekniku”, ifisser kejl jew valur li jirreferi għal avvenimenti jew għal kompiti li jikkontribwixxi għall-għarfien tas-sitwazzjoni u għall-analiżi tar-riskju relatati mal-funzjonament tal-EUROSUR jew li jappoġġja l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni korrispondenti;

    7.

    “Ċentru ta’ Koordinazzjoni ta’ Salvataġġ Marittimu” jfisser unità responsabbli għall-promozzjoni ta’ organizzazzjoni effiċjenti ta’ servizzi ta’ tiftix u salvataġġ u għall-koordinazzjoni tat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ f’reġjun ta’ tiftix u salvataġġ kif imsemmi fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ Marittimu;

    8.

    “titjira esterna” tfisser kwalunkwe titjira ta’ inġenju tal-ajru b’ekwipaġġ jew mingħajru u l-passiġġieri u/jew il-merkanzija tiegħu lejn jew mit-territorji tal-Istati Membri, li mhijiex titjira interna kif iddefinit fil-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

    9.

    “Ċentru Internazzjonali ta’ Koordinazzjoni” jfisser l-istruttura ta’ koordinazzjoni stabbilita għall-koordinazzjoni ta’ operazzjoni konġunta, jew ta’ intervent rapidu fil-fruntieri, fil-fruntieri esterni;

    10.

    “lista ta’ sorveljanza” tfisser lista ta’ entitajiet, assi, imġiba jew profili suspettużi stabbilita abbażi ta’ analiżi tar-riskju, bil-ħsieb li jiġu orjentati l-kapaċitajiet ta’ detezzjoni u analiżi tar-riskju tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u jiġu skattati l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni xierqa;

    11.

    “il-komponenti tekniċi” jfissru s-sistemi u n-networks użati għall-fini tal-EUROSUR, inkluż ir-riżorsi tal-infrastruttura, tal-organizzazzjoni, tal-persunal u tal-informazzjoni meħtieġa biex jappoġġjawha;

    12.

    “faċilitazzjoni” tfisser il-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE (13);

    13.

    “rifjut ta’ dħul” ifisser rifjut ta’ dħul maħruġ lil ċittadin ta’ pajjiż terz fil-fruntieri esterni, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/399, minħabba li ma jkunx issodisfa l-kundizzjonijiet kollha tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6(1) filwaqt li ma jkunx jappartjeni għall-kategoriji ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 6(5) ta’ dak ir-Regolament, u li tkun inħarġitlu formola ta’ rifjut standard skont l-Anness V tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen;

    14.

    “traffikar ta’ bnedmin” ifisser reat imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

    15.

    “akkreditament tas-sigurtà” ifisser l-awtorizzazzjoni u l-approvazzjoni formali mogħtija lil sistema jew network tal-EUROSUR mill-Awtorità ta’ Akkreditament tas-Sigurtà (AAS) rilevanti biex tiġi pproċessata d-data tal-EUROSUR fl-ambjent operazzjonali tagħha, wara l-validazzjoni formali ta’ Pjan tas-Sigurtà u l-implimentazzjoni korretta tiegħu;

    16.

    “status operazzjonali” jfisser il-kapaċità ta’ assi, unità, sistema jew ċentru li jwettaq/twettaq il-funzjoni(jiet) operazzjonali tiegħu/tagħha ikkaratterizzat/i bħala “kompletament operazzjonali”, “funzjonijiet operazzjonali limitati”, jew “mhux disponibbli”;

    17.

    “sottolivell” ifisser livell ta’ informazzjoni taħt il-livell tal-avvenimenti, il-livell operazzjonali jew il-livell tal-analiżi tar-riskju ta’ stampa tas-sitwazzjoni.

    KAPITOLU I

    PRINĊIPJI TA’ RAPPORTAR FL-EUROSUR

    TAQSIMA 1

    Prinċipji Ġenerali

    Artikolu 4

    Rapporti fl-EUROSUR

    1.   Ir-rapporti għandhom jiġu trażmessi bejn żewġ entitajiet, unitajiet, korpi jew aġenziji jew aktar għall-finijiet ta’ kontribut għall-istabbiliment tal-istampi tas-sitwazzjoni differenti, biex jikkontribwixxu għall-analiżi tar-riskju, jew biex jappoġġjaw il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni.

    2.   Ir-rapporti għandhom ikunu magħmulin minn:

    (a)

    data li fiha l-informazzjoni bażika;

    (b)

    metadata li fiha informazzjoni addizzjonali li tikkontribwixxi għall-fehim tas-sett tad-data f’kuntest usa’ u tappoġġja l-ipproċessar tiegħu fl-EUROSUR.

    3.   Ir-rapporti jistgħu jieħdu l-forma ta’:

    (a)

    indikaturi kif imsemmi fl-Artikolu 8;

    (b)

    rapporti ta’ avveniment uniku kif imsemmi fl-Artikolu 9;

    (c)

    rapporti dwar l-assi proprji kif imsemmi fl-Artikolu 10;

    (d)

    rapporti dwar il-pjanijiet operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 11;

    (e)

    rapporti dwar l-informazzjoni ambjentali kif imsemmi fl-Artikolu 12;

    (f)

    rapporti tal-analiżi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 13;

    (g)

    talbiet għal informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14;

    (h)

    listi ta’ sorveljanza kif imsemmi fl-Artikolu 15.

    Artikolu 5

    Rwoli fir-rapportar

    1.   Iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni, l-Aġenzija għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (“l-Aġenzija”) jew l-entitajiet li jiġġestixxu l-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi, imsemmija bħala “l-oriġinaturi tar-rapporti”, għandhom jittrażmettu r-rapporti fl-EUROSUR.

    2.   Is-sid tal-istampi tas-sitwazzjoni, imsemmi bħala s-“sidien”, għandu jkun ir-riċevituri tar-rapport u għandu jkun responsabbli għall-ipproċessar tiegħu f’konformità mar-regoli applikabbli.

    3.   Ir-rapporti fl-EUROSUR jistgħu joriġinaw mis-sorsi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 25(2) u l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2019/1896 jew mis-sorsi proprji tal-Aġenzija.

    Artikolu 6

    Rabtiet

    1.   Meta l-oriġinatur ta’ rapport jistabbilixxi relazzjoni bejn ir-rapporti jew ma’ elementi oħra tal-istampa tas-sitwazzjoni li tista’ tiffaċilita l-fehim tas-sitwazzjoni u l-kuntest ġenerali, dan għandu jorbot dan ir-rapport mal-elementi rilevanti.

    2.   Is-sidien ta’ stampa tas-sitwazzjoni jistgħu jżidu jew jimmodifikaw ir-rabtiet relatati mal-istampa tas-sitwazzjoni li qed jiġġestixxu.

    TAQSIMA 2

    Rapportar ta’ Avveniment

    Artikolu 7

    Rapportar ta’ avvenimenti fl-EUROSUR

    1.   Kull ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li dawn iwettqu kompiti ta’ kontroll fil-fruntieri, jirrapportaw fil-livell tal-avvenimenti tal-istampi tas-sitwazzjoni rilevanti, l-avvenimenti kollha identifikati waqt it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ kontroll tal-fruntieri, it-twettiq ta’ għarfien tas-sitwazzjoni u ta’ analiżi tar-riskju, kif ukoll l-avvenimenti relatati ma’ movimenti sekondarji mhux awtorizzati, meta jkunu disponibbli.

    2.   Meta jwettqu kompiti ta’ kontroll fil-fruntieri, l-Aġenzija u, meta jkun rilevanti, iċ-ċentri internazzjonali ta’ koordinazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu msemmi fil-paragrafu 1.

    3.   L-avvenimenti fl-EUROSUR għandhom jiġu rrapportati bħala indikaturi jew bħala rapporti ta’ avveniment uniku jew it-tnejn.

    Artikolu 8

    Indikaturi dwar avvenimenti fil-fruntieri esterni

    1.   Iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u, meta jkun rilevanti u kif previst fil-pjanijiet operazzjonali, iċ-ċentri internazzjonali ta’ koordinazzjoni, għandhom jirrapportaw l-indikaturi dwar avvenimenti fil-fruntieri esterni lill-Aġenzija kif stabbilit fl-Anness 1 u previst fil-ħinijiet speċifikati f’dak l-Anness.

    2.   Id-data li tikkorrispondi għall-indikaturi tista’ tiġi dderivata minn informazzjoni u statistika disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali inkluż permezz ta’ tiftix ta’ bażijiet tad-data rilevanti tal-Unjoni u sistemi ta’ informazzjoni fuq skala kbira, f’konformità mal-qafas legali applikabbli għal dawk il-bażijiet tad-data u s-sistemi.

    3.   L-indikaturi relatati mal-moviment transfruntier illeċitu ta’ merkanzija u t-traffikar illeċitu assoċjat għandhom jinkisbu f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti filwaqt li debitament jitqiesu obbligi jew restrizzjonijiet oħra ta’ rapportar u r-rwol tal-Kummissjoni.

    4.   Minbarra l-obbligu ta’ rapportar imsemmi fil-paragrafu 1, oriġinatur ta’ rapport jista’ jibgħat rapport speċifiku:

    (a)

    biex iwissi dwar bidla anormali tal-valuri osservati;

    (b)

    biex jinforma dwar modus operandi jew disinn speċifiku li jkun ġie skopert;

    (c)

    fil-każ ta’ sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (b), ir-rapport jista’ jkun marbut ma’ analiżi tar-riskju speċifika.

    5.   Meta l-Aġenzija tikseb kwalunkwe wieħed mill-indikaturi msemmija fil-paragrafu 1 mill-assi ta’ sorveljanza tagħha stess jew permezz tal-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, u tal-organizzazzjoni jew il-kooperazzjoni internazzjonali tal-Aġenzija ma’ pajjiżi terzi, din għandha tirrapporta l-indikaturi fl-Istampa tas-Sitwazzjoni Ewropea u għandha tinforma liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni b’dan. F’dan il-każ u għal dawn l-indikaturi, l-obbligu ta’ rapportar tal-Artikolu 7(1) ma għandux japplika.

    Artikolu 9

    Rapporti ta’ avvenimenti uniċi

    1.   Iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u, meta jkun rilevanti u kif previst fil-pjanijiet operazzjonali, iċ-ċentri internazzjonali ta’ koordinazzjoni, għandhom jirrapportaw l-avvenimenti uniċi lill-Aġenzija.

    2.   L-avvenimenti uniċi għandhom jiġu rrapportati fl-EUROSUR kull meta:

    (a)

    tkun meħtieġa reazzjoni f’waqtha għall-avveniment uniku;

    (b)

    l-avveniment speċifiku jkollu impatt fuq il-fruntieri esterni li jkun għoli jew għoli ħafna; jew

    (c)

    l-avveniment ikun elenkat fl-Anness 2.

    3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness 2, l-oriġinatur tar-rapport għandu jibgħat l-ewwel rapport dwar l-avveniment mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun saret taf b’avveniment li seħħ jew li x’aktarx iseħħ.

    4.   L-oriġinatur tar-rapport għandu jressaq rapporti addizzjonali kif xieraq għall-fini li jikkomplementa jew jaġġorna rapport ta’ avveniment uniku. Dawn għandhom ikunu marbuta mar-rapport inizjali ta’ avveniment uniku u mal-avveniment irrapportat fl-istampa tas-sitwazzjoni.

    5.   Ir-rapporti mħejjija skont dan l-Artikolu għandu jkun fihom deskrizzjoni tar-risposta tal-awtoritajiet għall-avvenimenti rrapportati, inkluż kwalunkwe azzjoni meħuda jew ippjanata li tkun se tittieħed.

    6.   Mingħajr preġudizzju għall-ewwel risposta operazzjonali, is-sid tar-rapport u l-oriġinatur tar-rapport jistgħu jitolbu aktar informazzjoni u analiżi tar-riskju kif previst fl-Artikolu 14, sabiex:

    (a)

    jimlew l-informazzjoni li tikkorrispondi għall-avveniment;

    (b)

    iżidu l-livell ta’ kunfidenza msemmi fl-Artikolu 16;

    (c)

    jaġġornaw il-livell tal-impatt attribwit;

    (d)

    jaġġornaw is-sitwazzjoni relatata mal-avveniment.

    7.   Abbażi tar-rapporti riċevuti, is-sid tal-istampa tas-sitwazzjoni jista’ jagħlaq l-avveniment meta jitqies li:

    (a)

    l-avveniment suspettat ma jkunx seħħ;

    (b)

    l-impatt stmat tal-avveniment ma jkunx jiġġustifika r-rapportar;

    (c)

    is-sitwazzjoni deskritta fl-avveniment tkun intemmet.

    F’każ li jingħalaq avveniment, l-avveniment u d-diversi rapporti marbuta miegħu għandhom jinħażnu u għandhom jibqgħu aċċessibbli fl-istampa tas-sitwazzjoni għal finijiet ta’ analiżi tar-riskju.

    8.   Meta l-Aġenzija tikseb biżżejjed informazzjoni dwar l-avvenimenti uniċi mill-assi ta’ sorveljanza tagħha stess jew permezz tal-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, u organizzazzjonijiet internazzjonali jew il-kooperazzjoni tal-Aġenzija ma’ pajjiżi terzi, din għandha tirrapporta din l-informazzjoni fl-Istampa tas-Sitwazzjoni Ewropea u għandha tinforma liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni b’dan. F’dan il-każ, l-obbligu ta’ rapportar tal-paragrafu 1 ma għandux japplika.

    9.   L-Aġenzija għandha tinkludi jew taġġorna dawn l-avvenimenti kif xieraq fl-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.

    TAQSIMA 3

    Rapportar Operazzjonali

    Artikolu 10

    Rapporti dwar l-assi proprji

    1.   Kull ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni u meta jkun applikabbli ċ-ċentru internazzjonali ta’ koordinazzjoni rilevanti u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-unitajiet tagħhom li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet ta’ kontroll fil-fruntieri jirrapportaw dwar l-assi proprji fl-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.

    2.   Ir-rapporti dwar l-assi proprji fl-EUROSUR għandhom jinkludu:

    (a)

    l-istatus operazzjonali taċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni inkluż il-kapaċità tagħhom li jwettqu l-kompiti elenkati fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2019/1896 u, meta jkun rilevanti, l-istatus operazzjonali taċ-ċentri internazzjonali ta’ koordinazzjoni. Kwalunkwe bidla sinifikanti fl-istatus operazzjonali taċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandha tiġi rrapportata lill-Aġenzija f’ħin reali;

    (b)

    il-pożizzjoni u l-istatus operazzjonali taċ-ċentri ta’ kmand u ta’ kontroll użati għall-operazzjonijiet ta’ kontroll fil-fruntieri;

    (c)

    l-oqsma ta’ responsabbiltà għas-sorveljanza fil-fruntieri u għall-kontrolli fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera;

    (d)

    it-tip u d-distribuzzjoni tal-unitajiet ta’ kontroll fil-fruntieri u l-istatus tagħhom.

    Artikolu 11

    Rapporti dwar il-pjanijiet operazzjonali

    1.   Kull ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jiżgura li l-unitajiet li jipparteċipaw fl-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-fruntieri jirrapportaw il-pjanijiet operazzjonali tagħhom fl-istampi tas-sitwazzjoni nazzjonali.

    2.   Iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni, u, meta jkun rilevanti, iċ-ċentri internazzjonali ta’ koordinazzjoni, għandhom jirrapportaw il-pjanijiet operazzjonali fl-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea meta l-livelli tal-impatt fis-sezzjonijiet tal-fruntieri jkunu għoljin jew kritiċi jew fil-każ ta’ operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri/interventi rapidi fil-fruntieri.

    3.   Ir-rapporti dwar il-pjanijiet operazzjonali għandu jkun fihom:

    (a)

    deskrizzjoni tas-sitwazzjoni;

    (b)

    l-għan operazzjonali u d-durata antiċipata tal-operazzjoni;

    (c)

    iż-żona ġeografika fejn tkun se sseħħ l-operazzjoni;

    (d)

    deskrizzjoni tal-kompiti, ir-responsabbiltajiet u l-istruzzjonijiet speċjali għat-timijiet u l-unitajiet li jipparteċipaw, bil-modus operandi u l-objettivi tal-istazzjonament;

    (e)

    il-kompożizzjoni tal-persunal stazzjonat inkluż l-għadd ta’ persunal stazzjonat u l-profili tagħhom;

    (f)

    il-pjanijiet ta’ kmand u ta’ kontroll, inkluż l-istatus operazzjonali taċ-ċentri ta’ kmand u ta’ kontroll, il-funzjoni mwettqa u s-sistemi u l-għodod ta’ komunikazzjoni korrispondenti;

    (g)

    it-tagħmir tekniku li jkun se jintuża, inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi bħall-kundizzjonijiet għall-użu, l-ekwipaġġ meħtieġ, it-trasport u loġistika oħra;

    (h)

    l-iskeda tal-għassa ta’ sorveljanza fil-fruntieri, inkluż iż-żona tal-għassa u l-għadd ta’ assi impenjati;

    (i)

    proċeduri dettaljati dwar ir-rapportar tal-avvenimenti.

    Artikolu 12

    Rapporti dwar l-informazzjoni ambjentali

    1.   L-awtoritajiet, is-servizzi, l-aġenziji u l-programmi rilevanti fil-livell nazzjonali u dak tal-UE jistgħu jirrapportaw l-informazzjoni ambjentali fil-livell operazzjonali tal-istampi tas-sitwazzjoni rilevanti.

    2.   Ir-rapportar dwar l-informazzjoni ambjentali fl-EUROSUR jista’ jkun fih:

    (a)

    immaġnijiet f’ħin reali pprovduti minn kameras bil-vidjo, sistemi tar-radar u apparat ta’ detezzjoni ieħor;

    (b)

    osservazzjonijiet meteoroloġiċi u previżjonijiet tat-temp;

    (c)

    servizzi ta’ informazzjoni oċeanografika u mudelli ta’ deriva;

    (d)

    prodotti ġeospazjali;

    (e)

    stampi operazzjonali oħra, li jistgħu jgħinu biex tinftiehem is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni jew biex tiġi mmonitorjata operazzjoni speċifika fil-fruntieri.

    TAQSIMA 4

    Rapportar ta’ analiżi tar-riskju

    Artikolu 13

    Rapporti relatati mal-analiżi tar-riskju

    1.   Iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni, l-Aġenzija u, meta jkun rilevanti, iċ-ċentri internazzjonali ta’ koordinazzjoni, għandhom jiżguraw l-għoti ta’ rapporti tal-analiżi tar-riskju bl-għan li jiġu aġġornati l-livelli tal-analiżi tal-istampi tas-sitwazzjoni.

    2.   Ir-rapporti tal-analiżi tar-riskju għandhom jinkludu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: prodotti analitiċi bħal noti ta’ tgħarrif, rapporti analitiċi, analiżi ta’ pajjiżi terzi u profili tar-riskju, u rapporti speċifiċi ta’ osservazzjoni tad-dinja li jużaw sistemi ta’ informazzjoni ġeospazjali.

    3.   Ir-rapporti tal-analiżi tar-riskju għandhom jintużaw għal:

    (a)

    l-iffaċilitar tal-fehim tal-avvenimenti u tal-inċidenti fil-fruntieri esterni u, meta jkun disponibbli, ir-relazzjoni tagħhom ma’ movimenti sekondarji mhux awtorizzati u l-analiżi u t-tbassir ta’ tendenzi relatati;

    (b)

    l-iffaċilitar tal-ippjanar u t-twettiq immirat ta’ operazzjonijiet ta’ kontroll fil-fruntieri;

    (c)

    l-analiżi strateġika tar-riskju.

    Artikolu 14

    Talba għal informazzjoni

    1.   Meta jkun hemm ħtieġa li jinkisbu aktar rapporti dwar avveniment speċifiku, jew li tiġi aġġornata l-istampa tas-sitwazzjoni, iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni, l-Aġenzija jew l-entitajiet li jiġġestixxu l-istampi tas-sitwazzjoni speċifiċi, jistgħu jibagħtu talba għal informazzjoni lil sors wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 25(2) u 26(2) tar-Regolament (UE) 2019/1896.

    2.   Talba għal informazzjoni magħmula skont il-paragrafu 1, tista’ tkun soġġetta għal livell ta’ klassifikazzjoni jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra tal-politika tad-data.

    3.   Ir-rapporti tal-analiżi tar-riskju b’risposta għal talba għal informazzjoni għandhom ikunu marbuta mat-talba oriġinali għal informazzjoni.

    4.   Il-prinċipju tal-kunsens tal-oriġinatur għandu japplika kemm għat-talbiet għal informazzjoni kif ukoll għar-rapporti li jkunu saru b’risposta għalihom.

    Artikolu 15

    Listi ta’ Sorveljanza

    1.   L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm listi ta’ Sorveljanza għall-finijiet tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ detezzjoni u ta’ analiżi tar-riskju tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u tagħti bidu għal kapaċitajiet ta’ reazzjoni xierqa.

    2.   Il-listi ta’ sorveljanza għandhom ikunu magħmulin minn:

    (a)

    entitajiet, assi, imġiba jew profili, li, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, ikunu ssuspettati li jkunu marbuta mal-immigrazzjoni illegali u ma’ kriminalità transfruntiera, jew li jistgħu jipperikolaw is-sikurezza tal-ħajja tal-migranti;

    (b)

    reazzjoni ssuġġerita f’każ ta’ detezzjoni, inkluż ir-restrizzjonijiet tal-politika tad-data applikabbli għar-rapporti.

    3.   Il-listi ta’ sorveljanza jistgħu jinkludu:

    (a)

    bastimenti ssuspettati;

    (b)

    inġenji tal-ajru ssuspettati;

    (c)

    ajruporti ta’ oriġini ssuspettati, u postijiet oħra magħrufa jew issuspettati li jkunu postijiet ta’ oriġini ta’ titjiriet esterni;

    (d)

    portijiet ta’ oriġini ssuspettati, ankraġġi, rmiġġ ta’ stennija u postijiet oħra magħrufa jew issuspettati li jkunu postijiet ta’ oriġini tat-traffiku marittimu;

    (e)

    operaturi ssuspettati.

    TAQSIMA 5

    Dispożizzjonijiet komuni għal-“livell tal-avvenimenti” u l-“livell tal-analiżi tar-riskju”

    Artikolu 16

    Livelli ta’ kunfidenza

    1.   L-oriġinatur ta’ rapport ta’ avveniment jew ta’ rapport ta’ analiżi tar-riskju għandu jivvaluta l-livell ta’ fiduċja fl-informazzjoni rrapportata bħala parti mill-metadata li tifforma parti mir-rapport.

    2.   Il-livell ta’ fiduċja għandu jiġi vvalutat abbażi tal-kriterji li ġejjin:

    (a)

    il-kredibbiltà tal-informazzjoni rrapportata;

    (b)

    l-affidabbiltà tas-sors;

    (c)

    l-istatus tal-validazzjoni tar-rapport.

    3.   Is-sid għandu jqis il-livell ta’ fiduċja assoċjat mar-rapport biex jaġġorna l-istampa tas-sitwazzjoni debitament.

    Artikolu 17

    Attribuzzjoni ta’ livelli tal-impatt

    1.   L-oriġinatur ta’ rapport ta’ avveniment jew ta’ rapport ta’ analiżi tar-riskju għandu jivvaluta l-livell tal-impatt tal-informazzjoni rrapportata bħala parti mill-metadata li tifforma parti mir-rapport.

    2.   Il-livell tal-impatt għandu jirrifletti l-impatt ġenerali tal-informazzjoni rrapportata fuq:

    (a)

    id-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali;

    (b)

    id-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati transfruntiera;

    (c)

    il-protezzjoni tal-ħajjiet tal-migranti u s-salvataġġ tagħhom.

    3.   L-oriġinaturi ta’ rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jattribwixxu livell tal-impatt għal kull rapport ta’ avveniment u analiżi tar-riskju.

    4.   Meta rapport ikun relatat ma’ avveniment diġà rrapportat fl-istampa tas-sitwazzjoni, l-oriġinatur għandu jorbot ir-rapport ma’ dak l-avveniment.

    5.   Is-sidien għandhom jattribwixxu livell tal-impatt għall-avvenimenti jew jimmodifikawhom abbażi tar-rapporti riċevuti u tal-analiżi tar-riskju tagħhom stess.

    Taqsima 6

    Rapportar fil-kuntest ta’ attivitajiet speċifiċi ta’ Kontroll fil-Fruntieri

    Artikolu 18

    Rapportar relatat ma’ movimenti sekondarji mhux awtorizzati

    Meta din l-informazzjoni tkun disponibbli, l-Istati Membri għandhom:

    (a)

    juru l-analiżi relatata mal-moviment sekondarju mhux awtorizzat fit-territorju tagħhom f’sottolivell speċifiku tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali. Dan is-sottolivell speċifiku għandu jiġi kondiviż mal-Aġenzija;

    (b)

    jirrapportaw avvenimenti uniċi relatati ma’ movimenti sekondarji mhux awtorizzati kif previst fl-Artikolu 9, f’konformità mal-proċeduri nazzjonali tagħhom;

    (c)

    jirrapportaw indikaturi speċifiċi relatati ma’ movimenti sekondarji mhux awtorizzati.

    Artikolu 19

    Rapportar relatat mas-sorveljanza fil-fruntieri marittimi

    1.   Kull ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jiżgura li l-unitajiet li jipparteċipaw fis-sorveljanza fil-fruntieri marittimi jirrapportaw dwar bastimenti:

    (a)

    issuspettati li qed iġorru persuni li jkunu qed jevitaw jew li beħsiebhom jevitaw il-kontrolli fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera, meta tali ċirkomvenzjoni tkun relatata mal-migrazzjoni illegali;

    (b)

    issuspettati li jkunu involuti f’attività ta’ kuntrabandu bil-baħar jew f’attivitajiet oħra relatati ma’ reati transfruntiera;

    (c)

    f’każijiet meta l-ħajjiet tal-migranti jistgħu jkunu f’riskju;

    (d)

    li jkunu fil-listi ta’ sorveljanza jew li jkunu soġġetti għal talbiet għal informazzjoni. Fil-każ ta’ rapporti relatati mal-punt (d), ir-rapportar għandu jqis ir-restrizzjonijiet tal-politika tad-data previsti fl-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(2)(b).

    2.   L-unità parteċipanti għandha tittrażmetti l-informazzjoni liċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni tagħha stess u, fil-każ ta’ operazzjoni konġunta jew ta’ intervent rapidu fil-fruntieri, liċ-ċentru internazzjonali ta’ koordinazzjoni korrispondenti f’konformità mal-pjan tal-operazzjoni.

    3.   Iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u, meta jkun rilevanti, iċ-ċentri internazzjonali ta’ koordinazzjoni għandhom jaġġornaw l-istampi tas-sitwazzjoni rispettivi tagħhom u jirrapportaw din l-informazzjoni lill-Aġenzija bil-ħsieb li jaġġornaw l-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.

    Artikolu 20

    Avvenimenti relatati mat-Tiftix u s-Salvataġġ fuq il-baħar

    1.   Waqt li jwettqu sorveljanza fil-fruntieri marittimi, l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jagħtu assistenza lil kwalunkwe bastiment jew persuna f’diffikultà fuq il-baħar, f’konformità mal-obbligu tagħhom skont il-liġi marittima internazzjonali għandhom iqisu u jittrażmettu l-informazzjoni u l-osservazzjonijiet rilevanti kollha relatati ma’ inċident potenzjali ta’ Tiftix u Salvataġġ liċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni ta’ Salvataġġ Marittimu responsabbli rispettiv u jinformaw liċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni tagħhom bil-ħsieb li jaġġornaw dak l-avveniment fl-istampi tas-sitwazzjoni rilevanti.

    2.   Jekk l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistabbilixxu b’mod ċar li l-inċident ta’ Tiftix u Salvataġġ ma jkunx relatat mal-protezzjoni u s-salvataġġ tal-ħajja tal-migranti jew ma’ reat transfruntier, dawn jistgħu jiddeċiedu li ma jinfurmax liċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni.

    3.   Waqt li twettaq operazzjonijiet ta’ sorveljanza fil-fruntieri marittimi u skont ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), l-Aġenzija għandha tkun soġġetta għall-istess obbligu bħal dak imsemmi fil-paragrafu 1.

    4.   Matul operazzjoni ta’ Tiftix u Salvataġġ, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni kompetenti għandu jaġġorna l-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali u jirrapporta din l-informazzjoni lill-Aġenzija bil-ħsieb li jaġġorna l-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.

    5.   L-istampi tas-sitwazzjoni għandhom jiġu aġġornati regolarment:

    (a)

    biex jiġi appoġġjat l-ippjanar u t-twettiq tal-fażi operazzjonali li jmiss ladarba tiġi konkluża l-operazzjoni ta’ Tiftix u Salvataġġ;

    (b)

    biex jiġu vvalutati l-livelli tal-impatt attribwiti għall-inċident korrispondenti u għas-sezzjoni ġenerali tal-fruntiera marittima;

    (c)

    biex jiġu aġġornati l-indikaturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 8.

    6.   Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni kompetenti għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar it-terminazzjoni ta’ operazzjoni ta’ Tiftix u Salvataġġ sa mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li l-operazzjoni tiġi tterminata.

    Artikolu 21

    Rapportar relatat mas-sorveljanza fil-fruntieri tal-ajru

    1.   Kull ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jiżgura li l-aġenziji u l-korpi nazzjonali involuti fis-sorveljanza fil-fruntieri tal-ajru jirrapportaw dwar titjiriet esterni:

    (a)

    issuspettati li qed iġorru persuni li jkunu qed jevitaw jew li beħsiebhom jevitaw il-kontrolli fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera, jekk l-inċident ikun relatat mal-migrazzjoni illegali;

    (b)

    issuspettati li jkunu involuti fil-kuntrabandu bl-ajru jew f’reati transfruntiera oħra;

    (c)

    meta l-ħajjiet tal-migranti jistgħu jkunu f’riskju;

    (d)

    li jkunu fil-listi ta’ sorveljanza jew li jkunu soġġetti għal talbiet għal informazzjoni. Fil-każ ta’ rapporti relatati mal-punt (d), ir-rapportar għandu jqis ir-restrizzjonijiet tal-politika tad-data previsti fl-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(2)(b).

    2.   L-aġenziji u l-korpi nazzjonali involuti fis-sorveljanza fil-fruntieri tal-ajru għandhom jittrażmettu dik l-informazzjoni liċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni tagħhom stess jew, fil-każ ta’ operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri, liċ-ċentru internazzjonali ta’ koordinazzjoni korrispondenti f’konformità mal-pjan operazzjonali.

    3.   Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni jew iċ-ċentru internazzjonali ta’ koordinazzjoni għandhom jaġġornaw l-istampi tas-sitwazzjoni rispettivi tagħhom u jirrapportaw din l-informazzjoni lill-Aġenzija bil-ħsieb li jaġġornaw l-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea.

    Taqsima 7

    Rapportar tal-kontroll tal-kwalità fl-EUROSUR

    Artikolu 22

    Rapportar tal-kwalità tad- data fl-EUROSUR

    Sabiex timmonitorja l-kwalità tad-data fl-EUROSUR, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm l-indikaturi li ġejjin:

    (a)

    l-għadd u l-frekwenza tar-rapporti riċevuti skont is-sezzjoni tal-fruntiera u skont il-punti ta’ qsim tal-fruntiera;

    (b)

    il-puntwalità tar-rapportar;

    (c)

    il-kompletezza u l-konsistenza tar-rapporti.

    Artikolu 23

    Rapportar tal-kwalità tas-servizz fl-EUROSUR

    1.   Fil-monitoraġġ tal-funzjonament tekniku u operazzjonali tal-EUROSUR, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2019/1896, l-Aġenzija, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, tista’ tistabbilixxi indikaturi tekniċi u r-rekwiżiti għar-rapportar ta’ avveniment uniku, biex timmonitorja l-istatus operazzjonali u l-kwalità tas-servizz offrut mid-diversi sistemi u networks tal-Istati Membri u tal-Aġenzija konnessi ma’ u li jifformaw parti mill-komponent tekniku tal-EUROSUR kif iddefinit fl-Artikolu 27.

    2.   L-indikaturi għandhom jintużaw:

    (a)

    biex jiġi mmonitorjat l-istatus tad-diversi komponenti tekniċi tal-EUROSUR f’ħin reali;

    (b)

    biex jiġu appoġġjati l-identifikazzjoni u r-rispons għall-inċidenti u l-fallimenti identifikati fil-funzjonament tal-EUROSUR;

    (c)

    biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data tal-EUROSUR.

    3.   L-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jirrapportaw dwar kwalunkwe inċident uniku li jaffettwa l-komponenti tekniċi tal-EUROSUR jew is-sigurtà tad-data tal-EUROSUR.

    KAPITOLU II

    Stampi tas-sitwazzjoni

    Artikolu 24

    Struttura tal-istampi tas-sitwazzjoni

    1.   Il-livelli tal-avvenimenti u tal-analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea għandu jkun fihom sottolivell dwar il-movimenti sekondarji mhux awtorizzati. Meta jkun disponibbli, il-livelli tal-avvenimenti u tal-analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali u tal-istampa tas-sitwazzjoni speċifika għandu jkun fihom ukoll sottolivelli dwar il-movimenti sekondarji mhux awtorizzati, għall-fini tal-fehim tat-tendenzi, tal-volum u tar-rotot migratorji.

    2.   Il-livell operazzjonali tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea għandu jkun fih sottolivelli dwar il-funzjonament tekniku tal-EUROSUR. Dawn is-sottolivelli għandhom jiddeskrivu:

    (a)

    l-istatus operazzjonali taċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u taċ-ċentri internazzjonali ta’ koordinazzjoni;

    (b)

    l-elementi tekniċi ewlenin li jikkontribwixxu għall-funzjonament tal-EUROSUR u l-istatus tagħhom;

    (c)

    il-kwalità tad-data u l-kwalità tas-servizz fl-EUROSUR;

    (d)

    l-inċidenti u l-avvenimenti li jaffettwaw il-funzjonament tekniku tal-EUROSUR;

    (e)

    l-inċidenti tas-sigurtà tad-data.

    3.   L-istampa tas-sitwazzjoni għandha tinkludi sottolivelli speċifiċi oħra ta’ informazzjoni sabiex tiffaċilita l-wiri ta’ informazzjoni lill-utenti.

    4.   Kull stampa tas-sitwazzjoni għandha tiġi stabbilita f’dokument li jispeċifika l-livell u s-sottolivelli u l-politika tad-data applikabbli.

    Artikolu 25

    Ġestjoni tal-istampi tas-sitwazzjoni

    Is-sid tal-istampa tas-sitwazzjoni għandu:

    (a)

    jipproċessa r-rapporti riċevuti;

    (b)

    jistabbilixxi u jżomm il-livell tal-avvenimenti tal-istampa tas-sitwazzjoni, jiġġenera u jaġġorna l-avvenimenti fil-livell tal-avvenimenti tal-istampa tas-sitwazzjoni u jattribwixxi l-livelli tal-impatt u l-livelli ta’ fiduċja korrispondenti;

    (c)

    jistabbilixxi u jżomm il-livell operazzjonali tal-istampa tas-sitwazzjoni abbażi tar-rapporti dwar l-assi proprji u tar-rapporti dwar il-pjanijiet operazzjonali;

    (d)

    jistabbilixxi u jżomm il-livell tal-analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni abbażi tar-rapporti tal-analiżi tar-riskju u jattribwixxi l-livelli tal-impatt u l-livelli ta’ fiduċja korrispondenti;

    (e)

    jistabbilixxi u jżomm ir-rabtiet bejn l-elementi differenti tal-istampa tas-sitwazzjoni filwaqt li jqis ir-rabtiet fir-rapporti;

    (f)

    jiġġestixxi l-aċċess tal-utenti għall-istampa tas-sitwazzjoni u jikkontribwixxi għas-sigurtà tad-data tal-EUROSUR;

    (g)

    jittrażmetti r-rapporti rilevanti u l-informazzjoni meħtieġa lis-sidien ta’ stampi tas-sitwazzjoni oħra, f’konformità mal-Kapitolu I;

    (h)

    jarkivja u jħassar l-informazzjoni rilevanti f’konformità mal-politika tad-data applikabbli.

    Artikolu 26

    Regoli għall-istabbiliment u l-kondiviżjoni ta’ stampa tas-sitwazzjoni speċifika

    1.   Meta jistabbilixxu stampa tas-sitwazzjoni speċifika f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2019/1896, l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jiżguraw allinjament ma’:

    (a)

    il-prinċipji tar-rapportar stabbiliti fil-Kapitolu I;

    (b)

    ir-rekwiżiti dwar l-istruttura u l-ġestjoni tal-istampi tas-sitwazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 24 u l-Artikolu 25;

    (c)

    id-dispożizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-Kapitolu III.

    2.   Ir-regoli għall-istabbiliment u l-kondiviżjoni ta’ stampa tas-sitwazzjoni speċifika għandu jkun fihom:

    (a)

    il-kontenut u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istampa tas-sitwazzjoni speċifika, inkluż:

    i.

    l-iskop tal-istampa tas-sitwazzjoni speċifika,

    ii.

    il-livelli u s-sottolivelli ta’ informazzjoni,

    iii.

    it-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi rrapportata fl-istampa tas-sitwazzjoni speċifika, inkluż rapporti tal-avvenimenti, rapporti operazzjonali u rapporti tal-analiżi tar-riskju;

    (b)

    il-governanza tal-istampa tas-sitwazzjoni speċifika, inkluż:

    i.

    is-sid,

    ii.

    il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji li jistgħu jkunu oriġinaturi tar-rapporti,

    iii.

    ir-regoli għar-rapportar,

    iv.

    dispożizzjonijiet relatati mas-sigurtà tad-data, inkluż l-aċċess tal-utenti;

    (c)

    ir-regoli għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-utenti l-oħra tal-EUROSUR, inkluż:

    i.

    il-mekkaniżmi għall-iskambju ta’ informazzjoni ma’ stampi tas-sitwazzjoni nazzjonali u Ewropej u l-mekkaniżmi biex jiġi żgurat il-kunsens tal-oriġinatur,

    ii.

    ir-regoli għall-forniment ta’ Servizzi ta’ Fużjoni tal-EUROSUR imsemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2019/1896 u l-proċeduri korrispondenti,

    iii.

    aspetti oħra relatati mal-funzjonament tekniku tal-EUROSUR, inkluż l-interkonnessjoni tal-komponent estern li jappoġġja l-istabbiliment tal-istampa tas-sitwazzjoni speċifika mal-komponenti nazzjonali jew Ewropej rilevanti tal-EUROSUR.

    KAPITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    TAQSIMA 1

    Entitajiet responsabbli għall-aspetti tekniċi

    Artikolu 27

    Komponenti tekniċi tal-EUROSUR

    1.   Il-komponenti tekniċi tal-EUROSUR għandhom jinkludu komponenti nazzjonali u komponent Ewropew.

    2.   Kull komponent nazzjonali għandu jkun magħmul mis-sistemi u min-networks nazzjonali użati mill-Istati Membri għall-istabbiliment tal-istampi tas-sitwazzjoni, ir-rapportar, l-għarfien tas-sitwazzjoni, l-analiżi tar-riskju, u għall-appoġġ tal-ippjanar u t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ kontroll fil-fruntieri, inkluż ir-riżorsi tal-infrastruttura, tal-organizzazzjoni, tal-persunal u tal-informazzjoni meħtieġa biex jappoġġjawh. L-interkonnessjonijiet fost u bejn il-komponenti fi Stat Membru kif ukoll bejn l-Istati Membri għandhom ikunu parti mill-komponenti nazzjonali.

    3.   Il-komponent Ewropew għandu jikkumplimenta l-komponenti nazzjonali. Huwa għandu jinkludi l-interkonnessjoni mal-komponenti nazzjonali. Għandu jinkludi fih in-Network ta’ Komunikazzjoni u s-sistemi u n-networks użati mill-Aġenzija għall-istabbiliment tal-istampi tas-sitwazzjoni, ir-rapportar, l-għarfien tas-sitwazzjoni, l-analiżi tar-riskju, u għall-appoġġ tal-ippjanar u t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ kontroll fil-fruntieri.

    Artikolu 28

    Responsabbiltajiet tekniċi tal-Aġenzija

    L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-komponent Ewropew, li għandu jinkludi:

    (a)

    id-definizzjoni ta’ standards tekniċi għall-interkonnessjoni ta’ networks, sistemi, applikazzjonijiet u tagħmir tal-komponenti nazzjonali u esterni ma’ dawk tal-komponent Ewropew;

    (b)

    il-proċess ta’ ċertifikazzjoni tan-networks, tas-sistemi, tal-applikazzjonijiet u tat-tagħmir bil-ħsieb li dawn jiġu konnessi mal-EUROSUR, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet responsabbli;

    (c)

    il-ġestjoni tas-servizz tas-sistemi u tan-networks użati mill-Aġenzija għall-istabbiliment tal-istampi tas-sitwazzjoni, ir-rapportar, l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-analiżi tar-riskju u għall-appoġġ tal-ippjanar u t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ kontroll fil-fruntieri;

    (d)

    ir-rapportar tal-operazzjoni, is-servizz ta’ kwalità u l-aspetti tal-ġestjoni tas-servizz tas-sistemi u tan-networks imsemmija fil-punt (c), kif previst fl-Artikolu 23;

    (e)

    is-sigurtà tad-data tal-komponent Ewropew.

    Artikolu 29

    Responsabbiltajiet tekniċi tal-Istati Membri

    1.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal:

    (a)

    il-ġestjoni tal-komponent nazzjonali tiegħu, inkluż il-ġestjoni tas-servizzi, l-iżgurar tal-koordinazzjoni tal-konnessjoni tas-sistemi u n-networks nazzjonali użati għall-istabbiliment tal-istampi tas-sitwazzjoni, ir-rapportar, l-għarfien tas-sitwazzjoni, l-analiżi tar-riskju u għall-appoġġ tal-ippjanar u t-twettiq tal-operazzjonijiet ta’ kontroll fil-fruntieri;

    (b)

    ir-rapportar tal-operazzjoni u l-kwalità tas-servizz u l-aspetti tal-ġestjoni tas-servizz tas-sistemi u n-networks imsemmija fil-punt (a), kif previst fl-Artikolu 23;

    (c)

    il-konformità mal-istandards tekniċi stabbiliti mill-Aġenzija;

    (d)

    is-sigurtà tad-data tal-komponent nazzjonali.

    2.   Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu:

    (a)

    jappoġġja l-koordinazzjoni, l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-komponent nazzjonali;

    (b)

    jikkontribwixxi għall-monitoraġġ regolari tal-kwalità tas-servizz u tal-kwalità tad-data, u jirrapportah lill-Aġenzija;

    (c)

    jiżgura r-rapportar operazzjonali dwar is-sistemi u n-networks tal-komponent Ewropew.

    Artikolu 30

    Komponenti esterni

    1.   Komponent estern tal-EUROSUR għandu jkun magħmul mis-sistemi u n-networks, inkluż ir-riżorsi tal-infrastruttura, tal-organizzazzjoni, tal-persunal u tal-informazzjoni meħtieġa biex jappoġġjawh, li mhumiex parti mill-EUROSUR u li:

    (a)

    jiskambjaw id-data u l-informazzjoni mal-EUROSUR;

    (b)

    jappoġġjaw l-istabbiliment ta’ stampa tas-sitwazzjoni speċifika.

    2.   L-interkonnessjoni ta’ komponent estern mal-EUROSUR tappartjeni għall-komponent estern. Dan għandu jiġi speċifikat fir-regoli li jistabbilixxu l-istampa tas-sitwazzjoni speċifika rilevanti.

    TAQSIMA 2

    Regoli dwar is-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data għall-EUROSUR

    Artikolu 31

    Prinċipji ġenerali tas-sigurtà tad- data tal-EUROSUR

    1.   Is-sigurtà tad-data tal-EUROSUR għandha tinkludi l-attivitajiet ta’ ġestjoni u dawk tekniċi meħtieġa biex tikseb livell xieraq ta’ protezzjoni għat-trattament tad-data u l-informazzjoni tal-EUROSUR, tlaħħaq mal-ambjent ta’ theddid li qed jevolvi u tippermetti lid-diversi korpi u aġenziji nazzjonali involuti fl-EUROSUR u fl-Aġenzija jissodisfaw il-missjoni tagħhom. Is-sigurtà tad-data tal-EUROSUR għandha tinkludi l-assigurazzjoni tal-informazzjoni, is-sigurtà fiżika, is-sigurtà personali u s-sigurtà industrijali.

    2.   Is-sigurtà tad-data tal-EUROSUR għandha tinkludi:

    (a)

    il-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà, inkluż il-kontrolli u l-pjanijiet tas-sigurtà, u l-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, iż-żamma, it-titjib, ir-rapportar, l-għarfien u t-taħriġ assoċjati;

    (b)

    il-kontinwità tan-negozju u l-irkupru mid-diżastri, inkluż il-valutazzjoni tal-impatt, il-kontrolli u l-pjanijiet ta’ kontinwità u rkupru, u l-evalwazzjoni, iż-żamma, it-titjib, ir-rapportar, l-għarfien u t-taħriġ tal-monitoraġġ assoċjati;

    (c)

    ir-rispons għal inċidenti ta’ sigurtà u r-rispons kooperattiv bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri għal inċidenti ta’ sigurtà;

    (d)

    l-akkreditament tas-sigurtà;

    (e)

    il-kontroll tal-aċċess tal-utent;

    (f)

    l-aspetti relatati mas-sigurtà tad-data tal-ippjanar ta’ operazzjonijiet fil-fruntieri u tal-ippjanar ta’ sistemi ta’ informazzjoni;

    (g)

    l-aspetti tas-sigurtà tal-interkonnessjonijiet tal-komponenti;

    (h)

    it-trattament ta’ informazzjoni klassifikata għall-fini tal-EUROSUR.

    Artikolu 32

    Governanza tas-sigurtà tad- data tal-EUROSUR

    1.   L-Aġenzija għandha tiżgura s-sigurtà ġenerali tal-EUROSUR, filwaqt li debitament tqis il-ħtieġa għas-sorveljanza u l-integrazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà f’kull komponent tal-EUROSUR.

    2.   L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għas-sigurtà tad-data tal-komponent Ewropew.

    3.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tad-data tal-komponent nazzjonali tiegħu.

    4.   L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-allinjament tal-kontrolli, tal-proċessi u tal-pjanijiet, sabiex is-sigurtà tad-data tal-EUROSUR tkun assigurata b’mod orizzontali u effettiv, abbażi ta’ proċess globali ta’ ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà.

    5.   Ir-responsabbiltajiet għas-sigurtà tad-data tal-komponent estern għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet, fl-arranġamenti u fil-pjanijiet operazzjonali li jistabbilixxu l-istampa tas-sitwazzjoni speċifika, kif previst fl-Artikolu 26.

    6.   L-Aġenzija għandha tadotta l-istandards li jistabbilixxu r-rekwiżiti funzjonali tas-sigurtà u r-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tas-sigurtà għall-kontroll tal-aċċess għal, u t-trattament ta’, teknoloġiji li jipprovdu sigurtà lill-EUROSUR.

    7.   Kull Stat Membru u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonformaw mal-istandards imsemmija fil-paragrafu 6, li r-raġunament adegwat għall-issodisfar tar-rekwiżiti u għall-kontroll tar-riskji jiġi ddokumentat u li kwalunkwe rekwiżit ieħor relatat mas-sigurtà tas-sistemi jiġi ssodisfat, filwaqt li jitqies bis-sħiħ il-parir tal-esperti.

    8.   Kull Stat Membru u l-Aġenzija għandhom jirrapportaw fl-EUROSUR kwalunkwe inċident ta’ sigurtà li jaffettwa s-sigurtà tad-data tal-EUROSUR bħala parti mir-rapportar dwar il-kwalità tad-data u l-kwalità tas-servizz.

    9.   Kull meta s-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha tista’ tiġi affettwata mill-operazzjoni tal-EUROSUR:

    (a)

    l-Aġenzija għandha tinforma minnufih liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni rilevanti;

    (b)

    id-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija jista’ jiddeċiedi li jieħu kwalunkwe miżura xierqa biex jirrimedja s-sitwazzjoni, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-iskonnessjoni ta’ ċerti sistemi u networks mill-komponent Ewropew tal-EUROSUR.

    Artikolu 33

    Applikazzjoni tar-regoli ta’ sigurtà fl-EUROSUR

    1.   Meta jittrattaw id-data u l-informazzjoni tal-EUROSUR, kull Stat Membru u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-kontrolli, il-proċessi u l-pjanijiet tas-sigurtà jkunu fis-seħħ, u jiżguraw livell ta’ protezzjoni li għandu mill-inqas ikun ekwivalenti għal dak garantit mir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (16).

    2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar l-adozzjoni ta’ regoli nazzjonali tas-sigurtà rilevanti għall-EUROSUR kif imsemmi fil-paragrafu 1.

    3.   Persuni fiżiċi residenti f’pajjiżi terzi u entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jittrattaw data tal-EUROSUR biss meta jkunu soġġetti, f’dawk il-pajjiżi, għal regoli ta’ sigurtà li jiżguraw livell ta’ protezzjoni mill-inqas ekwivalenti għal dak garantit mir-regoli ekwivalenti dwar is-sigurtà tal-Kummissjoni.

    4.   L-ekwivalenza tar-regoli ta’ sigurtà applikati f’pajjiż terz tista’ tiġi rikonoxxuta fi ftehim ma’ dak il-pajjiż.

    5.   Bħala parti mill-implimentazzjoni tal-komponent Ewropew tal-EUROSUR, l-Aġenzija għandha tappoġġja l-iskambju korrispondenti tar-rapporti tal-EUROSUR u l-interkonnessjoni tal-komponenti nazzjonali kemm fil-livell mhux klassifikat kif ukoll fil-livell klassifikat.

    Artikolu 34

    Prinċipji tal-akkreditament tas-sigurtà fl-EUROSUR

    L-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà għandhom jitwettqu skont il-prinċipji li ġejjin:

    (a)

    l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tal-akkreditament tas-sigurtà għandhom isiru f’kuntest ta’ responsabbiltà kollettiva għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

    (b)

    għandhom isiru sforzi biex id-deċiżjonijiet jittieħdu b’kunsens u biex il-partijiet rilevanti kollha b’interess fi kwistjonijiet tas-sigurtà jkunu involuti;

    (c)

    il-kompiti għandhom jitwettqu fir-rigward tar-regoli ta’ sigurtà u tal-istandards ta’ akkreditament rilevanti applikabbli għall-Aġenzija, għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-Kummissjoni;

    (d)

    proċess ta’ monitoraġġ permanenti għandu jiżgura li r-riskji għas-sigurtà jkunu magħrufa, il-miżuri ta’ sigurtà jiġu ddefiniti biex inaqqsu dawn ir-riskji għal livell aċċettabbli f’konformità mal-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti fir-regoli ta’ sigurtà applikabbli u li dawn il-miżuri jiġu applikati f’konformità mal-kunċett tad-difiża profonda. L-effettività ta’ tali miżuri għandha tiġi evalwata kontinwament;

    (e)

    id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditament tas-sigurtà għandhom, wara l-proċess iddefinit fl-istrateġija għall-akkreditament tas-sigurtà, ikunu bbażati fuq deċiżjonijiet lokali dwar l-akkreditament tas-sigurtà meħuda mill-Awtoritajiet ta’ Akkreditament tas-Sigurtà (AAS) nazzjonali rispettivi tal-Istati Membri;

    (f)

    l-attivitajiet tekniċi ta’ akkreditament tas-sigurtà għandhom jiġu fdati lil professjonisti li huma debitament ikkwalifikati fil-qasam tal-akkreditament ta’ sistemi kumplessi, li għandhom livell xieraq ta’ approvazzjoni tas-sigurtà, u li għandhom jaġixxu b’mod oġġettiv;

    (g)

    id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditament tas-sigurtà għandhom jittieħdu b’mod indipendenti mill-Aġenzija u mill-entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-komponenti nazzjonali tal-EUROSUR. L-awtorità għall-akkreditament tas-sigurtà tad-data għall-EUROSUR għandha tkun, fi ħdan l-Aġenzija, korp awtonomu li jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’mod indipendenti;

    (h)

    l-attivitajiet ta’ akkreditament tas-sigurtà għandhom jitwettqu filwaqt li jiġi rrikonċiljat ir-rekwiżit għall-indipendenza mal-ħtieġa għal koordinazzjoni adegwata bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà fl-Istati Membri.

    Artikolu 35

    Bord ta’ Akkreditament tas-Sigurtà tal-EUROSUR

    1.   Bord ta’ Akkreditament tas-Sigurtà tal-EUROSUR (“il-Bord ta’ Akkreditament”) huwa stabbilit fi ħdan l-Aġenzija.

    2.   Bħala awtorità ta’ akkreditament tas-sigurtà, il-Bord ta’ Akkreditament għandu, fir-rigward tal-akkreditament tas-sigurtà għall-EUROSUR, ikun responsabbli għal:

    (a)

    id-definizzjoni u l-approvazzjoni ta’ strateġija ta’ akkreditament tas-sigurtà għall-EUROSUR inkluż il-komponent Ewropew;

    (b)

    l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Bord ta’ Akkreditament dwar l-akkreditament tal-komponenti nazzjonali tagħhom, sabiex jiġi żgurat li l-Bord ta’ Akkreditament ikun jista’ jieħu deċiżjonijiet rilevanti dwar l-interkonnessjoni;

    (c)

    it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-akkreditament tas-sigurtà għall-komponent Ewropew, filwaqt li jitqies il-parir mogħti mill-entitajiet nazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet ta’ sigurtà u fir-riskji għas-sigurtà ġenerali;

    (d)

    l-approvazzjoni ta’ dokumentazzjoni rilevanti relatata mal-akkreditament tas-sigurtà;

    (e)

    l-għoti ta’ pariri, fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tiegħu, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta’ proċeduri operattivi ta’ sigurtà (SecOps), u l-għoti ta’ dikjarazzjoni bil-pożizzjoni finali tiegħu;

    (f)

    l-eżaminazzjoni u l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà f’kooperazzjoni mal-Aġenzija, mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni biex jiddefinixxi miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju;

    (g)

    il-verifika tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sigurtà fir-rigward tal-akkreditament tas-sigurtà tal-komponent Ewropew billi jwettaq jew jisponsorja valutazzjonijiet, spezzjonijiet jew rieżamijiet tas-sigurtà;

    (h)

    l-approvazzjoni tal-għażla ta’ prodotti u miżuri approvati u ta’ prodotti kriptografiċi approvati użati biex jipprovdu sigurtà għall-komponent Ewropew tal-EUROSUR u għall-interkonnessjoni;

    (i)

    l-approvazzjoni jew, meta jkun rilevanti, flimkien mal-entità rilevanti kompetenti fi kwistjonijiet ta’ sigurtà, il-parteċipazzjoni fl-approvazzjoni konġunta ta’:

    i.

    l-interkonnessjoni tal-komponent Ewropew mal-komponenti nazzjonali,

    ii.

    l-interkonnessjoni tal-komponenti esterni mal-EUROSUR;

    (j)

    il-qbil mal-Istat Membru rilevanti dwar il-proċeduri relatati mal-kontroll tal-aċċess;

    (k)

    abbażi tar-rapporti dwar ir-riskju għas-sigurtà, l-informazzjoni lill-Aġenzija dwar il-valutazzjoni tar-riskju tagħha u l-għoti ta’ pariri lill-Aġenzija dwar l-għażliet ta’ trattament tar-riskju għas-sigurtà residwu għal deċiżjoni partikolari dwar l-akkreditament tas-sigurtà;

    (l)

    it-twettiq tal-konsultazzjonijiet li jkunu meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu.

    3.   Fl-istrateġija ta’ akkreditament tas-sigurtà msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, il-Bord ta’ Akkreditament għandu jistabbilixxi dan li ġej:

    (a)

    il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet meħtieġa għat-twettiq u ż-żamma tal-akkreditament tal-komponent Ewropew tal-EUROSUR, u l-interkonnessjoni potenzjali tagħhom ma’ komponenti oħra;

    (b)

    proċess ta’ akkreditament tas-sigurtà għall-komponent Ewropew b’livell ta’ dettall proporzjonat mal-livell meħtieġ ta’ assigurazzjoni u li jiddikjara b’mod ċar il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni;

    (c)

    ir-rwol tal-partijiet ikkonċernati rilevanti involuti fil-proċess ta’ akkreditament;

    (d)

    skeda ta’ akkreditament konformi mal-użu tal-istandards tal-EUROSUR, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-infrastruttura, tal-forniment tas-servizzi u tal-evoluzzjoni;

    (e)

    il-prinċipji tal-akkreditament tas-sigurtà tal-komponenti nazzjonali li għandhom jitwettqu mill-entitajiet nazzjonali tal-Istati Membri kompetenti fi kwistjonijiet ta’ sigurtà;

    (f)

    id-dispożizzjonijiet relatati mas-sigurtà tad-data tal-komponenti esterni tal-EUROSUR.

    4.   Il-Bord ta’ Akkreditament għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod indipendenti meta jittratta l-fajls, iwettaq verifiki tas-sigurtà tas-sistema, iħejji deċiżjonijiet u jorganizza l-laqgħat tiegħu.

    Artikolu 36

    Funzjonament tal-Bord ta’ Akkreditament tas-Sigurtà

    1.   Il-Bord ta’ Akkreditament għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni.

    2.   L-uffiċjal tas-sigurtà tal-Aġenzija għandu jkun segretarju maħtur tal-Bord ta’ Akkreditament.

    3.   Il-Bord ta’ Akkreditament għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu u jaħtar il-President tiegħu.

    4.   Jekk ma jkun hemm l-ebda kunsens, il-Bord ta’ Akkreditament għandu jirrikorri għal votazzjoni b’maġġoranza.

    5.   Il-Bord ta’ Akkreditament jista’ jistabbilixxi sottolivelli biex jinvestiga kwistjonijiet tekniċi.

    6.   Il-Bord ta’ Akkreditament għandu jżomm lill-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija u lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija u lill-Kummissjoni infurmati bi kwalunkwe deċiżjoni tiegħu.

    Artikolu 37

    Rwol tal-Istati Membri u tal-Aġenzija fir-rigward tal-Bord ta’ Akkreditament

    L-Istati Membri u d-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija għandhom:

    (a)

    jittrażmettu lill-Bord ta’ Akkreditament l-informazzjoni kollha li dawn iqisu rilevanti għall-finijiet tal-akkreditament tas-sigurtà;

    (b)

    jippermettu lil persuni debitament awtorizzati maħtura mill-Bord ta’ Akkreditament li jkollhom aċċess għal kwalunkwe informazzjoni klassifikata u għal kwalunkwe żona/sit relatat/a mas-sigurtà tas-sistemi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħhom, u mingħajr ebda diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, inkluż għall-finijiet ta’ verifiki u testijiet tas-sigurtà kif deċiż mill-Bord ta’ Akkreditament;

    (c)

    ikunu responsabbli għall-akkreditament tal-komponenti tagħhom tal-EUROSUR, u jirrapportaw, għal dan il-għan, lill-Bord ta’ Akkreditament.

    Artikolu 38

    Aċċess tal-utent

    1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35, l-entità responsabbli għal komponent tal-EUROSUR għandha tiġġestixxi l-aċċess tal-utent għan-networks u l-applikazzjoni tas-sistemi tagħha.

    2.   F’każ li membru tal-persunal nazzjonali jingħata aċċess dirett għal sistema jew għal applikazzjoni tal-Aġenzija użata għall-finijiet tal-EUROSUR, l-Aġenzija għandha tikkoordina d-drittijiet ta’ aċċess maċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni rilevanti.

    3.   F’każ li, membru tal-persunal tal-Aġenzija jingħata aċċess dirett għal sistema jew applikazzjoni nazzjonali użata għall-fini tal-EUROSUR, l-Istat Membru responsabbli għandu jikkoordina d-drittijiet ta’ aċċess mad-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija.

    Artikolu 39

    Sigurtà tad- data tal-komponenti esterni tal-EUROSUR

    1.   Il-komponenti esterni jistgħu jiġu konnessi mal-EUROSUR biss jekk is-sigurtà tad-data tagħhom tkun ekwivalenti għas-sigurtà tad-data tal-EUROSUR.

    2.   Ir-regoli għall-istabbiliment u l-kondiviżjoni ta’ stampa tas-sitwazzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 26 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet għas-sigurtà tad-data, li jispeċifikaw it-tip ta’ informazzjoni li tista’ tiġi skambjata u l-livell ta’ klassifikazzjoni.

    3.   Kwalunkwe interkonnessjoni ta’ komponent estern mal-EUROSUR għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bord ta’ Akkreditament.

    Artikolu 40

    Regoli dwar il-Protezzjoni tad- data għall-EUROSUR

    1.   Għalkemm id-data pproċessata mill-EUROSUR tista’ b’mod eċċezzjonali tinkludi informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi identifikabbli b’mod indirett, tali data ma għandhiex tiġi pproċessata fil-qafas tal-EUROSUR biex jiġu identifikati dawn il-persuni fiżiċi.

    2.   Meta l-ipproċessar ta’ informazzjoni fl-EUROSUR b’mod eċċezzjonali jkun jeħtieġ l-ipproċessar ta’ data personali għajr in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vapuri u tal-inġenji tal-ajru, din id-data personali għandha titħassar malli jintlaħaq l-għan li għalih tkun inġabret.

    Artikolu 41

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ April 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2020/493 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2020 dwar is-sistema tad-Dokumenti Foloz u Awtentiċi Online (FADO) u li jħassar l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/700/ĠAI (ĠU L 107, 6.4.2020, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

    (7)  Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

    (8)  Id-Deciżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba ta' l-Irlanda biex tiehu sehem f'xi disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

    (9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

    (10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-Acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

    (11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/KE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

    (12)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

    (13)  Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta' dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati 2002/90/KE (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17).

    (14)  Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

    (15)  Ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 93).

    (16)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).


    ANNESS 1

    Lista ta’ indikaturi

    1.   INDIKATUR DWAR IĊ-ĊAĦDIET TA’ DĦUL

    Fil-ħmistax-il jum ta’ kull xahar kull ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta n-numru ta’ ċaħdiet ta’ dħul matul l-aħħar xahar, għal kull punt ta’ qsim tal-fruntiera.

    Dan l-indikatur għandu jinqasam fis-sottoindikaturi li ġejjin:

    (a)

    in-nazzjonalità taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati;

    (b)

    il-pajjiż tal-oriġini;

    (c)

    l-aħħar pajjiż tal-imbarkazzjoni (għall-portijiet u l-ajruporti, mingħajr ma jingħadd it-tranżitu);

    (d)

    il-grupp tal-età;

    (e)

    il-ġeneru;

    (f)

    tqassim tar-raġunijiet għar-rifjut skont l-Anness V, il-parti B tar-Regolament (UE) 2016/399;

    (g)

    ir-raġunijiet għar-rifjut, ir-revoka jew l-annullament ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar tal-ETIAS;

    (h)

    l-għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ ċaħda ta’ dħul maħruġa għall-istess persuni bl-istess identità;

    (i)

    l-għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ ċaħda ta’ dħul maħruġa għall-istess persuni bl-użu ta’ identitajiet multipli;

    2.   INDIKATUR DWAR IS-SOĠĠORNI ILLEGALI

    Fil-ħmistax-il jum ta’ kull xahar, kull ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew skoperti mill-awtoritajiet nazzjonali filwaqt li ma jkunux jissodisfaw, jew ma jkunux għadhom jissodisfaw, il-kundizzjonijiet għas-soġġorn jew ir-residenza fl-Istat Membru matul l-aħħar xahar, kemm jekk ikunu instabu ’l ġewwa fit-territorju kif ukoll jekk ikunu nstabu waqt li kienu qed jippruvaw joħorġu mit-territorju.

    Dan l-indikatur għandu jinqasam fis-sottoindikaturi li ġejjin:

    (a)

    in-nazzjonalità taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati;

    (b)

    il-grupp tal-età;

    (c)

    il-ġeneru;

    (d)

    in-numru ta’ minorenni mhux akkumpanjati;

    (e)

    ir-raġuni (eż. viża skaduta, permess ta’ residenza skadut eċċ.);

    (f)

    it-tip ta’ kontroll meta jiġi identifikat (kontroll tal-fruntieri, kontroll intern tal-pulizija, operazzjonijiet ta’ prevenzjoni tal-kriminalità, kontroll tat-traffiku;

    (g)

    iż-żoni ewlenin tal-identifikazzjoni.

    Meta din l-informazzjoni tkun disponibbli, kull ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta l-indikaturi korrispondenti relatati ma’ moviment sekondarju mhux awtorizzat.

    3.   INDIKATUR DWAR IL-FLUSSI

    1.

    Fil-ħmistax-il jum ta’ kull xahar kull ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta n-numru ta’ passiġġieri matul l-aħħar xahar, għal kull punt ta’ qsim tal-fruntiera.

    Meta din l-informazzjoni tkun disponibbli, dan l-indikatur għandu jinqasam fis-sottoindikaturi li ġejjin:

    (a)

    in-nazzjonalità;

    (b)

    id-destinazzjoni: id-dħul jew il-ħruġ miż-żona Schengen.

    2.

    Fil-ħmistax-il jum ta’ kull xahar, kull ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta:

    (a)

    għal kull punt ta’ qsim tal-fruntiera fuq l-art, in-numru ta’ vetturi;

    (b)

    għal kull punt ta’ qsim tal-fruntiera marittima (portijiet), l-għadd ta’ bastimenti;

    (c)

    għal kull punt ta’ qsim tal-fruntiera tal-ajru (ajruporti), l-għadd ta’ titjiriet esterni.

    Meta din l-informazzjoni tkun disponibbli, dawn l-indikaturi għandhom jinqasmu skont id-destinazzjoni: id-dħul jew il-ħruġ miż-żona Schengen.

    4.   INDIKATURI DWAR IL-KUNTRABANDU TA’ MERKANZIJA

    4.1.   Droga

    Il-qabdiet tad-droga għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:

    (1)

    Kannabis

    (2)

    Eroina

    (3)

    Opjojdi oħrajn

    (4)

    Kokaina

    (5)

    Stimulanti tat-tip amfetamina (inklużi l-amfetamina u l-metamfetamina)

    (6)

    MDMA (ecstasy)

    (7)

    Sustanzi psikoattivi ġodda

    (8)

    Drogi illeċiti oħra.

    Fil-ħmistax-il jum ta’ kull xahar, għal kull sezzjoni tal-fruntiera, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta għall-aħħar xahar:

    (a)

    il-kwantità globali maqbuda għal kull kategorija;

    (b)

    in-numru ta’ sekwestri għal kull kategorija;

    (c)

    it-tqassim skont l-oriġini jekk stabbilita;

    (d)

    it-tqassim skont il-provenjenza jekk stabbilita;

    (e)

    it-tqassim skont id-destinazzjoni (dħul jew ħruġ ta’ Schengen jew mhux magħruf) u skont il-kategorija;

    (f)

    it-tqassim skont it-tip ta’ attività ta’ kontroll fuq il-fruntiera (sorveljanza fuq il-fruntiera jew verifika fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera) u għal kull kategorija;

    (g)

    l-awtorità nazzjonali li skopriet id-drogi;

    (h)

    l-għadd totali ta’ awturi li nqabdu;

    (i)

    il-valur tas-sustanzi maqbuda.

    4.2.   Traffikar ta’ vetturi

    It-traffikar ta’ vetturi għandu jinqasam fil-kategoriji li ġejjin:

    (1)

    Karozzi tal-passiġġieri misruqin

    (2)

    Vannijiet misruqin

    (3)

    Trakkijiet misruqin

    (4)

    Makkinarju tal-kostruzzjoni u agrikolu misruq

    (5)

    Vetturi oħrajn misruqin

    (6)

    Partijiet tal-vetturi misruqin

    (7)

    Dokumenti ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi ffalsifikati.

    Fil-ħmistax-il jum ta’ kull xahar, għal kull sezzjoni tal-fruntiera, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta:

    (a)

    in-numru ta’ sekwestri għal kull kategorija;

    (b)

    il-kwantità globali maqbuda għal kull kategorija;

    (c)

    it-tqassim skont l-oriġini jekk stabbilita;

    (d)

    it-tqassim skont id-destinazzjoni (dħul jew ħruġ ta’ Schengen jew mhux magħruf) u skont il-kategorija;

    (e)

    it-tqassim skont it-tip ta’ attività ta’ kontroll fuq il-fruntiera (sorveljanza fuq il-fruntiera jew verifika fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera) għal kull kategorija;

    (f)

    l-għadd totali ta’ awturi li nqabdu.

    4.3.   Armi u splussivi

    L-indikaturi dwar l-armi u l-isplussivi għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:

    (1)

    Armi tan-nar (1)

    L-armi tan-nar jistgħu jinqasmu fis-sottokategoriji li ġejjin kif disponibbli:

    (a)

    Pistola tal-idejn: rivolver

    (b)

    Pistola tal-idejn: pistola

    (c)

    Arma tan-nar twila: azzarin

    (d)

    Arma tan-nar twila: senter

    (e)

    Arma tan-nar twila: mitraljatriċi/100 % awtomatika

    (f)

    Arma tan-nar twila: oħrajn

    (g)

    Arma tan-nar kbira (ta’ kontra t-tankijiet, lanċatur tar-rokits, bus, eċċ.).

    (2)

    Komponenti essenzjali tal-armi tan-nar

    (3)

    Armi mhux letali: armi tal-allarm u tas-sinjal (mhux konvertibbli f’armi tan-nar)

    (4)

    Armi mhux letali: armi airsoft

    (5)

    Armi mhux letali: armi tan-nar deattivati;

    (6)

    Splussivi

    (7)

    Munizzjon

    (8)

    Armi oħrajn.

    Fil-ħmistax-il jum ta’ kull xahar, għal kull sezzjoni tal-fruntiera, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta:

    (a)

    in-numru ta’ sekwestri għal kull kategorija;

    (b)

    il-kwantità globali maqbuda għal kull kategorija;

    (c)

    it-tqassim skont l-oriġini jekk stabbilita;

    (d)

    it-tqassim skont id-destinazzjoni (dħul jew ħruġ ta’ Schengen jew mhux magħruf) u skont il-kategorija;

    (e)

    it-tqassim skont it-tip ta’ attività ta’ kontroll fuq il-fruntiera (sorveljanza fuq il-fruntiera jew verifika fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera) għal kull kategorija;

    (f)

    it-tqassim skont il-mod tat-trasport:

    (1)

    Kontejner marittimu

    (2)

    Trakk jew vettura kummerċjali

    (3)

    Karozzi tal-passiġġieri

    (4)

    Xarabank jew kowċ

    (5)

    Ferrovija

    (6)

    Avjazzjoni kummerċjali

    (7)

    Avjazzjoni ġenerali

    (8)

    Merkanzija u pakketti postali

    (9)

    Bil-mixi;

    (g)

    awtoritajiet nazzjonali li skoprew l-armi u/jew l-isplussivi;

    (h)

    l-għadd totali ta’ awturi li nqabdu.

    4.4.   Merkanzija oħra

    L-indikaturi dwar merkanzija oħra jistgħu jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:

    (1)

    Tabakk

    (2)

    Sigaretti

    (3)

    Alkoħol

    (4)

    Prodotti tal-enerġija (fjuwils)

    (5)

    Traffikar illeċitu ta’ oġġetti kulturali

    (6)

    Merkanzija oħra.

    Fil-ħmistax-il jum ta’ kull xahar, għal kull sezzjoni tal-fruntiera, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta:

    (a)

    in-numru ta’ sekwestri għal kull kategorija;

    (b)

    il-kwantità globali maqbuda għal kull kategorija;

    (c)

    it-tqassim skont l-oriġini u skont il-kategorija jekk stabbiliti;

    (d)

    it-tqassim skont il-provenjenza jekk stabbilita;

    (e)

    it-tqassim skont id-destinazzjoni (dħul jew ħruġ ta’ Schengen jew mhux magħruf) skont il-kategorija;

    (f)

    it-tqassim skont it-tip ta’ attività ta’ kontroll fuq il-fruntiera u skont il-kategorija (kontroll fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera, sorveljanza fuq il-fruntiera);

    (g)

    l-awtorità nazzjonali li skopriet il-merkanzija;

    (h)

    l-għadd totali ta’ awturi li nqabdu;

    (i)

    il-valur tal-merkanzija maqbuda.

    5.   INDIKATUR DWAR REATI TRANSFRUNTIERI OĦRA

    Ir-reati transfruntieri l-oħra għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:

    (1)

    Ħtif ta’ minorenni

    (2)

    Attakki, theddid għall-persunal tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (awtoritajiet nazzjonali jew il-persunal tal-Aġenzija)

    (3)

    Ħtif ta’ mezzi tat-trasport

    (4)

    Oħrajn.

    Fil-ħmistax-il jum ta’ kull xahar, għal kull sezzjoni tal-fruntiera, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta:

    (a)

    in-numru ta’ każijiet għal kull kategorija;

    (b)

    it-tqassim skont it-tip ta’ attività ta’ kontroll fuq il-fruntiera (kontroll fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera, sorveljanza fuq il-fruntiera) u skont il-kategorija;

    (c)

    l-awtoritajiet nazzjonali li skoprew il-każ;

    (d)

    l-għadd totali ta’ awturi li nqabdu.

    6.   INDIKATURI OĦRA DERIVATI MIR-RAPPURTAR TA’ AVVENIMENTI UNIĊI

    Fil-ħmistax-il jum ta’ kull xahar, għal kull sezzjoni tal-fruntiera, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi indikaturi ta’ kull xahar.

    Dawn l-indikaturi għandhom ikopru:

    (1)

    qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri abbażi tar-rapporti ta’ avvenimenti uniċi msemmija fil-paragrafu 1 tal-Anness 2;

    (2)

    avvenimenti ta’ tfittxija u salvataġġ, ibbażati fuq ir-rapporti ta’ avvenimenti uniċi msemmija fil-paragrafu 8 tal-Anness 2;

    (3)

    il-faċilitazzjoni u t-traffikar tal-bnedmin, abbażi tar-rapporti ta’ avvenimenti uniċi msemmija fil-paragrafu 2 tal-Anness 2;

    (4)

    frodi tad-dokumenti abbażi tar-rapporti ta’ avvenimenti uniċi msemmija fil-paragrafu 4 tal-Anness 2.

    L-Aġenzija tista’ tistabbilixxi indikaturi oħra bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli, li jitqiesu rilevanti għall-analiżi tar-riskju jew għall-għarfien tas-sitwazzjoni.


    (1)  Inklużi armi tas-salut u akustiċi, kif ukoll armi tal-allarm u tas-sinjal konvertibbli.


    ANNESS 2

    Każijiet ta’ rappurtar ta’ avvenimenti uniċi u informazzjoni korrispondenti

    Ir-rappurtar ta’ avvenimenti uniċi fl-EUROSUR jikkonsisti fil-kollegament ta’ blokok differenti ta’ informazzjoni, elenkati hawn taħt, li jgħinu biex jiddeskrivu s-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni tal-UE.

    L-ewwel rapport għandu jkun fih is-sett ta’ informazzjoni miġbura biex tiskatta l-ewwel reazzjoni. Abbażi ta’ dan l-ewwel rapport, id-diversi partijiet għall-EUROSUR għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkomplementaw din l-informazzjoni kif previst f’dan l-anness.

    1.   RAPPURTAR TA’ AVVENIMENTI UNIĊI TA’ QSIM MHUX AWTORIZZAT TAL-FRUNTIERA, JEW SUSPETT LI JSIR TENTATTIV TA’ QSIM MHUX AWTORIZZAT TAL-FRUNTIERI

    Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta kwalunkwe avveniment relatat mal-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri. Ir-rapport dwar il-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri jista’ jkun marbut mal-faċilitazzjoni jew it-traffikar tal-bnedmin kif previst fil-paragrafu 2 u mal-avveniment ta’ tfittxija u salvataġġ f’konformità mal-paragrafu 8.

    L-ewwel rapport dwar l-avveniment għandu jintbagħat mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jinqabad l-avveniment.

    L-oriġinaturi u s-sidien għandhom jagħmlu ħilithom biex jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja kif disponibbli.

    1.1.   Tip ta’ avveniment

    (a)

    tentattiv ta’ qsim illegali jew qsim illegali reali tal-fruntieri;

    (b)

    qsim bil-miftuħ jew klandestin.

    1.2.   Ċirkostanzi tal-avveniment

    (a)

    il-ħin u l-pożizzjoni;

    (b)

    id-destinazzjoni (dħul jew ħruġ ta’ Schengen jew mhux magħruf);

    (c)

    l-aħħar pajjiż tal-imbarkazzjoni (applikabbli biss mad-dħul għall-portijiet u l-ajruporti tat-taqsimiet tal-fruntieri marittimi u tal-ajru);

    (d)

    il-pajjiż tad-destinazzjoni;

    (e)

    l-iskop tal-qsim illegali tal-fruntieri;

    (f)

    iċ-ċirkostanzi tal-iskoperta:

    (1)

    waqt verifika fil-punt tal-qsim tal-fruntiera,

    (2)

    waqt operazzjoni ta’ sorveljanza tal-fruntiera,

    (3)

    oħrajn (moviment sekondarju, żona prefruntiera);

    (g)

    tentattivi biex wieħed jinħeba mill-kontroll fuq il-fruntiera;

    (h)

    mezzi tat-trasport:

    (1)

    Titjira (rapport dwar it-titjira għandu jkun konness mar-rapport kif previst fil-paragrafu 7)

    (2)

    Bastiment (rapport dwar il-bastiment għandu jkun ikkollegat mar-rapport kif previst fil-paragrafu 1, jew mal-każ ta’ tfittxija u salvataġġ kif previst fil-paragrafu 6)

    (3)

    Kontejner

    (4)

    Trakk jew vettura kummerċjali

    (5)

    Karozzi tal-passiġġieri

    (6)

    Xarabank jew kowċ

    (7)

    Ferrovija

    (8)

    Bil-mixi.

    1.3.   Il-persuni involuti

    (a)

    l-għadd totali ta’ persuni involuti;

    (b)

    l-għadd ta’ minorenni;

    (c)

    l-għadd ta’ persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali;

    (d)

    tqassim skont in-nazzjonalitajiet (preżunti/ikkonfermati), iċ-ċittadinanzi;

    (e)

    il-gruppi tal-età.

    2.   RAPPURTAR TA’ AVVENIMENTI UNIĊI TA’ FAĊILITAZZJONI JEW TRAFFIKAR TAL-BNEDMIN, JEW SUSPETT TA’ TENTATTIV TA’ FAĊILITAZZJONI JEW TRAFFIKAR TAL-BNEDMIN

    Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta kwalunkwe każ ta’ faċilitazzjoni, jew suspett ta’ tentattiv ta’ faċilitazzjoni, u ta’ traffikar, jew suspett ta’ tentattiv ta’ traffikar tal-bnedmin.

    L-ewwel rapport dwar l-avveniment għandu jintbagħat mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jinqabad l-avveniment.

    L-avveniment jista’ jkun marbut ma’ avveniment relatat ma’ qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera.

    L-oriġinaturi u s-sidien għandhom jagħmlu ħilithom biex jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja, kif disponibbli:

    2.1.   It-tip ta’ avveniment

    (a)

    faċilitazzjoni, traffikar tal-bnedmin;

    (b)

    stadju (suspett, tentattiv, twettiq).

    2.2.   Ċirkostanzi tal-avveniment

    (a)

    il-ħin u l-post;

    (b)

    id-destinazzjoni (dħul jew ħruġ ta’ Schengen jew mhux magħruf);

    (c)

    iċ-ċirkostanzi tal-iskoperta:

    (1)

    waqt verifika fil-punt tal-qsim tal-fruntiera,

    (2)

    waqt operazzjoni ta’ sorveljanza tal-fruntiera,

    (3)

    oħrajn (moviment sekondarju, żona prefruntiera);

    (d)

    mezzi tat-trasport:

    (1)

    Titjira (rapport dwar it-titjira għandu jkun konness mar-rapport kif previst fil-paragrafu 7)

    (2)

    Bastiment (rapport dwar il-bastiment għandu jkun ikkollegat mar-rapport kif previst fil-paragrafu 1, jew mal-każ ta’ tfittxija u salvataġġ kif previst fil-paragrafu 6)

    (3)

    Kontejner

    (4)

    Trakk jew vettura kummerċjali

    (5)

    Karozza tal-passiġġieri

    (6)

    Xarabank jew kowċ

    (7)

    Ferrovija

    (8)

    Bil-mixi.

    2.3.   Awturi tar-reati

    (a)

    l-għadd totali ta’ persuni involuti;

    (b)

    il-gruppi tal-età:

    (c)

    tqassim skont in-nazzjonalitajiet (preżunti/ikkonfermati), u l-pajjiżi tal-oriġini;

    (d)

    il-forma ta’ sfruttament (sesswali, tax-xogħol, oħrajn).

    2.4.   Vittmi (jekk l-avveniment ma jkunx relatat ma’ qsim tal-fruntiera mhux awtorizzat)

    (a)

    l-għadd totali ta’ vittmi;

    (b)

    l-għadd ta’ minorenni;

    (c)

    l-għadd ta’ minorenni mhux akkumpanjati u l-għadd ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali;

    (d)

    it-tqassim tal-vittmi skont il-pajjiż ta’ tranżitu;

    (e)

    it-tqassim skont in-nazzjonalitajiet (preżunti/ikkonfermati), u l-pajjiżi tal-oriġini.

    2.5.   Motivazzjoni u modus operandi

    (a)

    modus operandi;

    (b)

    l-iskop tal-faċilitazzjoni jew l-isfruttament immirat fil-każ tat-traffikar tal-bnedmin.

    3.   RAPPURTAR TA’ AVVENIMENTI UNIĊI TA’ TRAFFIKAR, JEW SUSPETT TA’ TENTATTIV TA’ TRAFFIKAR TA’ MERKANZIJA

    Minbarra l-indikaturi msemmija fil-paragrafu 4 tal-Anness 1, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta avvenimenti uniċi ta’ traffikar, jew suspett ta’ tentattiv ta’ traffikar ta’ merkanzija fil-każijiet li ġejjin:

    (1)

    L-ammonti ssekwestrati jkunu ogħla mil-limiti definiti fl-Anness 3;

    (2)

    It-traffikar, jew is-suspett li jiġi ppruvat it-traffikar, ikun marbut ma’ attività terroristika potenzjali jew ikun jista’ jkun ta’ theddida għas-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha;

    (3)

    It-traffikar, jew is-suspett li jiġi ppruvat it-traffikar ikun jinvolvi reazzjoni minn Stati Membri oħra u l-Aġenzija jew ikollu impatt fuq il-miżuri ta’ kontroll tal-fruntieri;

    (4)

    It-traffikar, jew is-suspett ta’ tentattiv ta’ traffikar ta’ merkanzija jkun marbut ma’ modus operandi speċifiku. F’dak il-każ ir-rapporti għandhom ikunu kkollegati mar-rapport ta’ analiżi tar-riskju li jiddeskrivih;

    (5)

    Is-sekwestru ta’ merkanzija jkun anormali, u jista’ jindika mudell kriminali ġdid.

    L-oriġinaturi u s-sidien għandhom jagħmlu ħilithom biex jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja kif disponibbli.

    3.1.   It-tip ta’ avveniment

    Meta jiddeskrivi t-tip ta’ avvenimenti, l-oriġinatur għandu juża l-kategoriji u s-subkategoriji tal-paragrafu 4 tal-Anness 1 u l-unitajiet imsemmija fl-Anness 3 kif xieraq.

    3.2.   Ċirkostanzi tal-avveniment

    (a)

    il-ħin u l-pożizzjoni;

    (b)

    id-destinazzjoni (dħul jew ħruġ ta’ Schengen jew mhux magħruf);

    (c)

    iċ-ċirkostanzi tal-iskoperta:

    (1)

    waqt verifika fil-punt tal-qsim tal-fruntiera,

    (2)

    waqt operazzjoni ta’ sorveljanza tal-fruntiera,

    (3)

    oħrajn (moviment sekondarju, żona prefruntiera);

    (d)

    mezzi tat-trasport:

    (1)

    Titjira (rapport dwar it-titjira għandu jkun konness mar-rapport kif previst fil-paragrafu 7)

    (2)

    Bastiment (rapport dwar il-bastiment għandu jkun ikkollegat mar-rapport kif previst fil-paragrafu 1, jew mal-każ ta’ tfittxija u salvataġġ kif previst fil-paragrafu 6)

    (3)

    Kontejner

    (4)

    Trakk jew vettura kummerċjali

    (5)

    Karozzi tal-passiġġieri

    (6)

    Xarabank jew kowċ

    (7)

    Ferrovija

    (8)

    Bil-mixi

    (9)

    Merkanzija u pakketti postali;

    (e)

    modus operandi jew modus operandi suspettat inkluż:

    (1)

    it-tip ta’ ħabi;

    (2)

    id-dettalji tal-ħabi.

    3.3.   It-tip ta’ merkanzija

    (a)

    kategorija u subkategorija skont l-anness 1, il-paragrafu 4;

    (b)

    ammont (stmat/sekwestrat);

    (c)

    valur stmat.

    3.4.   Il-persuni involuti

    (a)

    l-għadd totali ta’ persuni involuti;

    (b)

    ir-rwol tal-persuna;

    (c)

    l-għadd ta’ minorenni;

    (d)

    tqassim skont in-nazzjonalitajiet (preżunti/ikkonfermati).

    4.   RAPPURTAR TA’ AVVENIMENTI UNIĊI TA’ FRODI TAD-DOKUMENTI

    Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta kwalunkwe avveniment uniku relatat ma’ frodi tad-dokumenti jew kriminalità tad-dokumenti osservat matul operazzjoni ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

    L-ewwel rapport dwar l-avveniment għandu jintbagħat mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jinqabad l-avveniment.

    L-avveniment jista’ jkun marbut ma’ avveniment relatat mal-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, il-faċilitazzjoni jew it-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar ta’ merkanzija, forom oħra ta’ kriminalità transfruntiera.

    L-oriġinaturi u s-sidien jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja kif disponibbli.

    4.1.   Tip ta’ frodi tad-dokumenti

    4.2.   Ċirkostanzi tal-avveniment

    (a)

    il-ħin u l-pożizzjoni;

    (b)

    id-destinazzjoni (dħul jew ħruġ ta’ Schengen jew mhux magħruf);

    (c)

    iċ-ċirkostanzi tal-iskoperta:

    (1)

    waqt verifika fil-punt tal-qsim tal-fruntiera,

    (2)

    waqt operazzjoni ta’ sorveljanza tal-fruntiera,

    (3)

    oħrajn (moviment sekondarju, żona prefruntiera);

    4.3.   Informazzjoni dwar il-persuna

    (a)

    in-nazzjonalità ddikjarata tal-persuna;

    (b)

    il-ġeneru;

    (c)

    il-gruppi tal-età.

    4.4.   Informazzjoni dwar id-dokument

    (a)

    it-tip u s-sottotip ta’ dokument (passaport, karta tal-identità, permess ta’ residenza, viża, timbru tal-fruntiera, oħrajn);

    (b)

    in-nazzjonalità tad-dokument;

    (c)

    l-użu tad-dokument (ippreżentat, moħbi, n.a.);

    (d)

    il-punt ta’ qsim tal-fruntiera tal-imbarkazzjoni;

    (e)

    il-punt ta’ qsim tal-fruntiera tat-tranżitu;

    (f)

    il-punt ta’ qsim tal-fruntiera tad-destinazzjoni;

    (g)

    ċippa;

    (h)

    timbru fuq il-fruntiera.

    5.   RAPPURTAR TA’ AVVENIMENTI UNIĊI DWAR FOROM OĦRA TA’ REATI TRANSFRUNTIERA

    Minbarra l-indikaturi msemmija fil-paragrafu 7 tal-Anness 1, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta avvenimenti uniċi relatati ma’ reati oħra fil-każijiet li ġejjin:

    (1)

    Ir-reat transfruntier, jew is-suspett li wieħed jipprova jwettaq reat transfruntier jew il-hit fil-bażi tad-data jew fis-sistema tal-IT fuq skala kbira ikun marbut ma’ attività terroristika potenzjali jew jista’ jkun ta’ theddida għas-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha;

    (2)

    Ir-reat transfruntier, jew is-suspett li jiġi ppruvat ir-reat transfruntier jew il-hit fil-bażi tad-data jew fis-sistema tal-IT fuq skala kbira jkun jinvolvi reazzjoni minn Stati Membri oħra u l-Aġenzija jew ikollu impatt fuq il-miżuri ta’ kontroll tal-fruntieri;

    (3)

    Ir-reat transfruntier, jew is-suspett ta’ tentattiv ta’ reat transfruntier ikun marbut ma’ modus operandi speċifiku. F’dak il-każ ir-rapporti għandu ikunu kkollegati mar-rapport ta’ analiżi tar-riskju li jiddeskrivih.

    L-oriġinaturi u s-sidien għandhom jagħmlu ħilithom biex jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja, kif disponibbli:

    5.1.   It-tip ta’ avveniment

    Meta jiddeskrivi t-tip ta’ avvenimenti l-oriġinatur għandu juża l-kategoriji u s-subkategoriji tal-Anness 1, il-paragrafu 7.

    5.2.   Ċirkostanzi tal-avveniment

    (a)

    il-ħin u l-pożizzjoni;

    (b)

    id-destinazzjoni (dħul jew ħruġ ta’ Schengen jew mhux magħruf);

    (c)

    iċ-ċirkostanzi tal-iskoperta:

    (1)

    waqt verifika fil-punt tal-qsim tal-fruntiera,

    (2)

    waqt operazzjoni ta’ sorveljanza tal-fruntiera,

    (3)

    oħrajn (moviment sekondarju, żona prefruntiera);

    (d)

    mezzi tat-trasport:

    (1)

    Titjira (rapport dwar it-titjira għandu jkun konness mar-rapport kif previst fil-paragrafu 7)

    (2)

    Bastiment (rapport dwar il-bastiment għandu jkun ikkollegat mar-rapport kif previst fil-paragrafu 1, jew mal-każ ta’ tfittxija u salvataġġ kif previst fil-paragrafu 6)

    (3)

    Kontejner

    (4)

    Trakk jew vettura kummerċjali

    (5)

    Karozzi tal-passiġġieri

    (6)

    Xarabank jew kowċ

    (7)

    Ferrovija

    (8)

    Bil-mixi

    (9)

    Merkanzija u pakketti postali.

    5.3.   Il-persuni involuti

    (a)

    l-għadd totali ta’ persuni involuti;

    (b)

    ir-rwol tal-persuna;

    (c)

    l-għadd ta’ minorenni;

    (d)

    tqassim skont in-nazzjonalitajiet (preżunti/ikkonfermati).

    6.   RAPPURTAR TA’ AVVENIMENTI UNIĊI TA’ BASTIMENTI TA’ INTERESS

    L-informazzjoni relatata mal-bastimenti ta’ interess għandha tiġi rrappurtata:

    (1)

    jekk il-bastiment osservat ikun fuq il-lista ta’ sorveljanza ta’ bastimenti suspettati, f’dak il-każ ir-rappurtar għandu jkun ikkollegat mal-lista ta’ sorveljanza korrispondenti;

    (2)

    jekk il-bastiment ikun involut f’avveniment elenkat f’dan l-anness, f’dak il-każ ir-rapport għandu jiġi kkollegat mal-avveniment korrispondenti;

    (3)

    jekk il-bastiment jitqies suspettat mill-oriġinatur - f’dak il-każ ir-rappurtar għandu jiġi kkollegat ma’ rapport ta’ analiżi tar-riskju.

    L-ewwel rapport dwar il-bastiment għandu jintbagħat mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-ewwel detezzjoni.

    L-oriġinaturi u s-sidien għandhom jagħmlu ħilithom biex jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja, kif disponibbli:

    6.1.   Il-pożizzjoni u l-istatus tal-bastiment

    L-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment ta’ interess tinkludi:

    (a)

    il-ħin tal-kejl, il-pożizzjoni u r-raġġ tal-inċertezza, id-direzzjoni u l-veloċità jekk l-assi jkun miexi;

    (b)

    l-istatus tal-bastiment (magni mitfija, detezzjoni ta’ duħħan, ankrat eċċ.);

    (c)

    is-sors tal-kejl jew tad-detezzjoni (radar, sistema ta’ pożizzjonament, eċċ.);

    (d)

    il-pożizzjonijiet magħrufa preċedenti tal-bastiment qabel l-avveniment.

    L-oriġinaturi li jistgħu jiksbu informazzjoni dwar il-bastiment għandhom ifittxu li jaġġornaw il-pożizzjoni tiegħu bl-użu tas-sorsi ta’ informazzjoni li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom kmieni kemm jista’ jkun.

    L-informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment ta’ interess fuq il-baħar, ladarba jiġi osservat, għandha tiġi aġġornata mill-inqas kull siegħa.

    6.2.   It-tip ta’ bastiment

    L-informazzjoni dwar it-tip ta’ bastiment għandha tgħin biex tiddiskrimina

    (a)

    bejn vapur tal-passiġġieri, dgħajsa bil-qlugħ, jott bil-mutur, bastiment tas-sajd, vapur tal-kontejners, bastimenti tal-merkanzija bl-ingrossa, tanker taż-żejt, vapur tal-merkanzija ġenerali, inġenji tal-baħar ta’ veloċità għolja, unità mobbli tat-tħaffir lil hinn mill-kosta, vapur bi skop speċjali;

    (b)

    bejn l-użu tal-vapur: jew xogħol kummerċjali jew divertiment.

    6.3.   Identifikaturi tal-vapur

    L-informazzjoni dwar l-identifikaturi tal-vapur tinkludi:

    (a)

    il-bandiera;

    (b)

    isem il-vapur;

    (c)

    In-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), in-numru tal-Identità tas-Servizz Mobbli Marittimu (MMSI) u identifikaturi viżwali u tar-radju oħrajn użati għall-kuntatt u l-karatterizzazzjoni tal-bastimenti.

    6.4.   Passiġġieri u merkanzija

    L-informazzjoni dwar il-passiġġieri u l-merkanzija tinkludi:

    (a)

    l-għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ;

    (b)

    it-tqassim skont in-nazzjonalità tal-membri tal-ekwipaġġ;

    (c)

    l-għadd ta’ passiġġieri;

    (d)

    it-tqassim skont in-nazzjonalità tal-passiġġieri;

    (e)

    it-tip u l-ammont/piż tal-merkanzija.

    7.   RAPPURTAR TA’ AVVENIMENTI UNIĊI DWAR TITJIRIET ESTERNI TA’ INTERESS

    L-informazzjoni relatata mat-titjiriet ta’ interess għandha tiġi rrappurtata:

    (1)

    jekk it-titjira osservata tkun fuq il-lista ta’ sorveljanza ta’ titjiriet suspettużi, f’dak il-każ ir-rappurtar għandu jkun ikkollegat mal-lista ta’ sorveljanza korrispondenti;

    (2)

    jekk it-titjira tkun involuta f’avveniment elenkat f’dan l-anness, f’dak il-każ ir-rapport għandu jkun ikkollegat mal-avveniment korrispondenti;

    (3)

    jekk it-titjira tal-inġenju titqies suspettuża mill-oriġinatur; f’dak il-każ ir-rappurtar għandu jkun ikkollegat ma’ rapport ta’ analiżi tar-riskju.

    L-ewwel rapport dwar it-titjira għandu jintbagħat mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-ewwel detezzjoni.

    L-oriġinaturi u s-sidien għandhom jagħmlu ħilithom biex jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja kif disponibbli.

    7.1.   Il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru ta’ interess

    L-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tat-titjira ta’ interess tinkludi:

    (a)

    il-ħin tal-kejl;

    (b)

    il-pożizzjoni inkluża l-altitudni u l-volum tal-inċertezza;

    (c)

    id-direzzjoni u l-ħeffa;

    (d)

    is-sors tal-kejl jew tad-detezzjoni (radar, sistema ta’ pożizzjonament, eċċ.).

    L-oriġinaturi li jistgħu jiksbu informazzjoni dwar l-inġenju tal-ajru għandhom ifittxu li jaġġornaw il-pożizzjoni tiegħu bl-użu tas-sorsi ta’ informazzjoni li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom.

    L-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru ta’ interess fit-titjira għandha tiġi aġġornata kważi fil-ħin reali.

    7.2.   It-tip tal-inġenju tal-ajru ta’ interess

    L-informazzjoni dwar it-tip tal-inġenju tal-ajru għandha tgħin biex tiddistingwi bejn ġwienaħ fissi jew rotatorji, ġett jew skrun, pilotaġġ minn abbord jew mill-bogħod, u jekk disponibbli tista’ tinforma dwar il-mudell eżatt.

    7.3.   Identifikaturi tal-inġenji tal-ajru

    L-informazzjoni dwar l-identifikaturi tal-inġenju tal-ajru tinkludi l-identifikaturi viżivi u tar-radju differenti użati biex jiġi kkuntattjat u kkaratterizzat l-inġenju tal-ajru.

    7.4.   Informazzjoni dwar it-titjira

    L-informazzjoni dwar it-titjira tinkludi:

    (a)

    it-tip ta’ titjira (kummerċjali, privata, tal-gvern eċċ.);

    (b)

    l-identifikatur tat-titjira, inklużi l-identifikaturi tat-titjiriet kummerċjali;

    (c)

    il-post tat-tluq;

    (d)

    id-destinazzjoni;

    (e)

    ir-referenza għall-pjan tat-titjira.

    7.5.   Passiġġieri u merkanzija

    L-informazzjoni dwar il-passiġġieri u l-merkanzija tinkludi:

    (a)

    l-għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ;

    (b)

    tqassim skont in-nazzjonalità tal-membri tal-ekwipaġġ;

    (c)

    l-għadd ta’ passiġġieri;

    (d)

    tqassim skont in-nazzjonalità tal-passiġġieri;

    (e)

    it-tip ta’ merkanzija.

    8.   RAPPORTAR TA’ AVVENIMENTI UNIĊI DWAR AVVENIMENTI TA’ TFITTXIJA U SALVATAĠĠ

    Iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta kwalunkwe avveniment relatat mat-tfittxija u s-salvataġġ f’konformità mal-Artikolu 21.

    Ir-rappurtar relatat ma’ avveniment possibbli ta’ tfittxija u salvataġġ għandu jkopri t-tul tal-avveniment mill-ewwel detezzjoni tal-bastiment ta’ interess jew mit-twissija riċevuta fir-rigward ta’ persuni f’diffikultà fuq il-baħar sat-tlestija tal-avveniment tal-qsim tal-fruntiera u t-terminazzjoni tal-każ relatat ta’ tfittxija u salvataġġ.

    L-oriġinaturi u s-sidien għandhom jagħmlu ħilithom biex jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja kif disponibbli.

    8.1.   Rabtiet mar-rappurtar dwar il-bastiment f’diffikultà f’konformità mal-paragrafu 6

    Ir-rapport jista’ jkun marbut ukoll ma’ bastimenti oħra ta’ interess involuti fil-każ ta’ tfittxija u salvataġġ bħal vapuri omm.

    8.2.   Rappurtar dwar l-istatus tal-każ ta’ tfittxija u salvataġġ inkluż

    (a)

    il-fażi ta’ tfittxija u salvataġġ (inċertezza, twissija, periklu, operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ għaddejja, operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ konkluża);

    (b)

    iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tas-Salvataġġ Marittimu kompetenti;

    (c)

    il-post previst ta’ sikurezza jew il-post ta’ sikurezza, meta titlesta l-operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ.

    8.3.   Rabtiet mar-rappurtar tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 kif xieraq


    ANNESS 3

    Livelli limitu għar-rappurtar ta’ avvenimenti uniċi tal-merkanzija

    1.   DROGI ILLEĊITI

    (1)

    Kannabis: 10 kg

    (2)

    Eroina: 500 gramma

    (3)

    Opjojdi oħra (eż. morfina, opju, eċċ.): 500 gramma

    (4)

    Kokaina: 10 kg

    (5)

    Stimulanti tat-tip amfetamina (inklużi l-amfetamina u l-metamfetamina): 100 gramma

    (6)

    MDMA (ecstasy): 5000 pillola

    (7)

    Sustanzi psikoattivi ġodda: 500 pillola jew 100 gramma

    (8)

    Drogi illeċiti oħra.

    2.   ARMI U SPLUSSIVI

    (1)

    Armi tan-nar jew partijiet ta’ armi: 15-il unità

    (2)

    Splussivi: 3 kg

    (3)

    Munizzjon 10 000 biċċa.

    3.   MERKANZIJA OĦRA

    (1)

    Tabakk mhux maħdum: 500 kg

    (2)

    Sigaretti: miljun unità

    (3)

    Alkoħol: 5 000 litru ta’ alkoħol pur

    (4)

    Prodotti tal-enerġija (fjuwils): 10 000 litru

    (5)

    Traffikar illeċitu ta’ oġġetti kulturali: valur stmat ogħla minn EUR 1 miljun.


    Top