This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1372
Commission Implementing Decision (EU) 2019/1372 of 19 August 2019 implementing Directive 2007/2/EC of the European Parliament and of the Council as regards monitoring and reporting (notified under document C(2019) 6026) (Text with EEA relevance.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1372 tad-19 ta' Awwissu 2019 li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar (notifikata bid-dokument C(2019) 6026) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1372 tad-19 ta' Awwissu 2019 li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar (notifikata bid-dokument C(2019) 6026) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/6026
ĠU L 220, , pp. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
23.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/1 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1372
tad-19 ta' Awwissu 2019
li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar
(notifikata bid-dokument C(2019) 6026)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2007/2/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni u l-użu tal-infrastrutturi tagħhom għall-informazzjoni ġeografika u biex jirrappurtaw dwar numru ta' kwistjonijiet relatati ma' dan. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/442/KE (2) li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' dak il-monitoraġġ u rappurtar. L-esperjenza mill-eżerċizzji ta' rappurtar preċedenti u l-konklużjonijiet ta' evalwazzjonijiet riċenti (l-evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva 2007/2/KE (3), il-Kontroll tal-Idoneità dwar ir-rappurtar u l-monitoraġġ tal-politika dwar l-ambjent tal-UE (4)) urew il-ħtieġa li l-monitoraġġ u r-rappurtar jiġu ssimplifikati u organizzati aħjar, li jiġi appoġġjat paragun aħjar tal-progress tal-implimentazzjoni bejn Stat Membru u ieħor u li tingħata stampa tall-livell nazzjonali u tal-UE kollha filwaqt li jitnaqqas il-piż ta' monitoraġġ u rappurtar amministrattiv. L-informazzjoni aġġornata jenħtieġ li tinġabar b'mod aktar faċli, komparabbli u anqas ta' piż għall-atturi ta' rappurtar kollha. Barra minn hekk, in-numru kbir ta' indikaturi kien qed jagħmilha iebsa biex jinftiehem sew il-progress li kien qed isir fl-implimentazzjoni. Kien hemm wisq indikaturi u mhux neċessarjament kienu dawk korretti. Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/442/KE jenħtieġ li tiġi sostitwita. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-monitoraġġ ikun ibbażat fuq sett ta' indikaturi kkalkulati abbażi tal-ġbir ta' data mill-awtoritajiet pubbliċi. Dawn l-indikaturi jkejlu l-progress tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE fl-Istati Membri u se jintużaw biex jevalwaw is-suċċess tad-Direttiva mal-objettivi tagħha. Għalhekk, l-indikaturi stabbiliti f'dan l-att intgħażlu skont il-loġika ta' intervent ġeneriku tad-Direttiva 2007/2/KE u jindirizzaw ir-rekwiżiti sabiex tiġi identifikata d-data ġeografika meħtieġa (l-Artikolu 3), sabiex tiġi ddokumentata d-data ġeografika identifikata permezz tal-metadata (l-Artikolu 4), sabiex jiġi żgurat li d-data spazjali ddokumentata tkun aċċessibbli onlajn permezz tas-servizzi tan-netwerk li jippermettu l-iskoperta, il-viżjoni u d-download tagħha (l-Artikoli 6 u 7), u sabiex id-data ġeografika tiġi organizzata f'mudelli tad-data interoperabbli b'vokabularju komuni (l-Artikolu 5). |
|
(3) |
Sabiex jiġi minimizzat il-piż tal-monitoraġġ, jenħtieġ li l-indikaturi jiġu kkalkulati abbażi tal-metadata għal settijiet ta' data ġeografika u servizzi ta' data ġeografika li jkunu nħolqu u ġew ippubblikati diġà mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2007/2/KE sabiex l-Istati Membri ma jkunux obbligati jikkalkulaw l-indikaturi manwalment u jipprovdu lista tas-settijiet ta' data ġeografika u tas-servizzi ta' data ġeografika li jikkorrispondu mat-temi elenkati fl-Annessi I, II u III tad-Direttiva 2007/2/KE kull sena kif previst fid-Deċiżjoni 2009/442/KE. Hija biss il-metadata li tiġi ppubblikata mill-Istati Membri li tittieħed inkonsiderazzjoni meta jiġu kkalkulati l-indikaturi għall-monitoraġġ. Metadata li ma tkunx ġiet ippubblikata ma tkunx tista' tiġi identifikata u ma tkunx ta' kontribut għall-infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika, u b'hekk titħalla barra meta jiġu kkalkulati l-indikaturi għall-monitoraġġ. |
|
(4) |
Sabiex jiġi minimizzat il-piż tar-rappurtar, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw biss dawk l-aspetti tal-infrastruttura tal-informazzjoni ġeografika tagħhom li jkunu nbidlu mis-sottomissjoni tal-aktar rapport riċenti tagħhom skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2007/2/KE. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti u komparabbli għall-monitoraġġ u r-rappurtar mal-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-Istati Membri tal-anqas jimmonitorjaw subsett komuni ta' settijiet ta' data ġeografika u jirrappurtaw dwar id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-interoperabbiltà tagħhom. Jenħtieġ li dan is-subsett komuni jkun is-settijiet ta' data ġeografika li l-Istati Membri diġà jużaw għall-finijiet ta' rappurtar skont dawk il-partijiet tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE identifikati fir-Rapport tal-Kummissjoni (5)“Azzjonijiet għas-Simplifikazzjoni tar-Rappurtar Ambjentali” wara Kontroll tal-Idoneità komprensiv tar-rappurtar u tal-monitoraġġ tal-politika ambjentali tal-UE (6). |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi tal-Istati Membri biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni u l-użu tal-infrastrutturi tagħhom għall-informazzjoni ġeografika u biex jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar dak il-monitoraġġ kif stabbilit fl-Artikolu 21(1) u (2) tad-Direttiva 2007/2/KE.
Artikolu 2
Id-dispożizzjonijiet komuni dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar
1. L-indikaturi msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-metadata tas-settijiet ta' data ġeografika u s-servizzi ta' data ġeografika li jiġu ppubblikati mill-Istati Membri permezz tas-servizzi ta' sejbien imsemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 2007/2/KE.
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-riżultati tal-monitoraġġ kollha skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2007/2/KE aċċessibbli għall-pubbliku fuq l-Internet jew jużaw mezzi ta' komunikazzjoni xierqa oħra.
Artikolu 3
Il-monitoraġġ tad-disponibbiltà tad-data u tas-servizzi ġeografiċi
1. L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw biex ikejlu n-numru ta' settijiet ta' data ġeografika u servizzi ta' data ġeografika:
|
(a) |
in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li għalihom teżisti metadata (“DSi1,1”); |
|
(b) |
in-numru ta' servizzi ta' data ġeografika li għalihom teżisti metadata (“DSi1,2”). |
2. L-indikatur li ġej għandu jintuża biex jitkejjel in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li diġà jintużaw mill-Istat Membru għar-rappurtar lill-Kummissjoni skont il-leġiżlazzjoni ambjentali: in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li għalihom il-metadata tinkludi keyword minn reġistru pprovdut mill-Kummissjoni u li jindika li s-sett ta' data ġeografika jintuża għar-rappurtar skont il-leġiżlazzjoni ambjentali (“DSi1,3”).
3. L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw biex ikejlu n-numru tas-settijiet ta' data ġeografika li jkopru t-territorju reġjonali jew nazzjonali rispettivament:
|
(a) |
in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li għalihom il-metadata tinkludi keyword minn reġistru pprovdut mill-Kummissjoni u li jindika li s-sett ta' data ġeografika jkopri territorju reġjonali (“DSi1,4”); |
|
(b) |
in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li għalihom il-metadata tinkludi keyword minn reġistru pprovdut mill-Kummissjoni li jindika li s-sett ta' data ġeografika jkopri t-territorju nazzjonali (“DSi1,5”). |
Artikolu 4
Il-monitoraġġ tal-konformità tal-metadata mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 (7)
L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw biex jitkejjel il-perċentwal ta' metadata għal settijiet ta' data ġeografika u servizzi ta' data ġeografika li jiġu ppubblikati mill-Istati Membri permezz tas-servizzi ta' skoperta msemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE li huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 1205/2008fir-rigward tal-metadata:
|
(a) |
in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li għalihom il-metadata hija konformi mar-Regolament (KE) Nru 1205/2008 immultiplikat b'mija u diviż bin-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li għalihom teżisti l-metadata skont l-indikatur “DSi1,1” (“MDi1,1”); |
|
(b) |
in-numru ta' servizzi ta' data ġeografika li għalihom il-metadata hija konformi mar-Regolament (KE) Nru 1205/2008 immultiplikat b'mija u diviż bin-numru ta' servizzi ta' data ġeografika li għalihom teżisti metadata skont l-indikatur “DSi1,2” (“MDi1,2”). |
Artikolu 5
Il-monitoraġġ tal-konformità tas-settijiet ta' data ġeografika mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 (8) fir-rigward tal-interoperabbiltà
L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw biex jitkejjel il-perċentwal ta' settijiet ta' data ġeografika li jkunu konformi mar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' data ġeografika:
|
(a) |
in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li huma konformi mar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 immultiplikat b'mija u diviż bin-numru ta' settijiet ta' data ġeografika skont l-indikatur “DSi1,1” (“DSi2”); |
|
(b) |
in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li jikkorrispondu mat-temi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2007/2/KE u li huma konformi mar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 immultiplikat b'mija u diviż bin-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li jikkorrispondu mat-temi elenkati f'dak l-Anness (“DSi2,1”); |
|
(c) |
in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li jikkorrispondu mat-temi elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2007/2/KE u li huma konformi mar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 immultiplikat b'mija u diviż bin-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li jikkorrispondu mat-temi elenkati f'dak l-Anness (“DSi2,2”); |
|
(d) |
in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li jikkorrispondu mat-temi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2007/2/KE u li huma konformi mar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 immultiplikat b'mija u diviż bin-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li jikkorrispondu mat-temi elenkati f'dak l-Anness (“DSi2,3”). |
Artikolu 6
Il-monitoraġġ tal-aċċessibbiltà tas-settijiet ta' data ġeografika permezz tas-servizzi ta' viżjoni u ta' download
L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw biex jitkejjel il-perċentwal ta' settijiet ta' data ġeografika li huma aċċessibbli permezz tas-servizzi ta' viżjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE u permezz tas-servizzi ta' download imsemmija fil-punt (c) ta' dik id-dispożizzjoni:
|
(a) |
in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li għalihom jeżistu servizzi ta' viżjoni u download immultiplikat b'mija u diviż bin-numru ta' settijiet ta' data ġeografika skont l-indikatur DSi1,1(“NSi2”). |
|
(b) |
in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li għalihom jeżisti servizz ta' viżjoni mmultiplikat b'mija u diviż bin-numru ta' settijiet ta' data ġeografika skont l-indikatur DSi1,1 (“NSi2,1”); |
|
(c) |
in-numru ta' settijiet ta' data ġeografika li għalihom jeżisti servizz ta' download immultiplikat b'mija u diviż bin-numru totali ta' settijiet ta' data ġeografika skont l-indikatur DSi1,1 (“NSi2,2”). |
Artikolu 7
Il-monitoraġġ tal-konformità tas-servizzi ta' netwerk mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 (9)
L-indikaturi li ġejjin għandhom jintużaw biex jitkejjel il-perċentwal tas-servizzi ta' netwerk imsemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/2/KE li huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward tas-Servizzi ta' Netwerk:
|
(a) |
in-numru ta' servizzi ta' netwerk li huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 976/2009 immultiplikat b'mija u diviż bin-numru totali ta' servizzi ta' netwerk (“NSi4”); |
|
(b) |
in-numru ta' servizzi ta' sejbien li huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 976/2009 immultiplikat b'mija u diviż bin-numru totali ta' servizzi ta' sejbien (“NSi4,1”); |
|
(c) |
in-numru ta' servizzi ta' viżjoni li huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 976/2009 immultiplikat b'mija u diviż bin-numru totali ta' servizzi ta' viżjoni (“NSi4,2”); |
|
(d) |
in-numru ta' servizzi ta' download li huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 976/2009 immultiplikat b'mija u diviż bin-numru totali ta' servizzi ta' download (“NSi4,3”); |
|
(e) |
in-numru ta' servizzi ta' trasformazzjoni li huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 976/2009 immultiplikat b'mija u diviż bin-numru totali ta' servizzi ta' trasformazzjoni (“NSi4,4”); |
Artikolu 8
Il-pubblikazzjoni tar-riżultati ta' monitoraġġ
Ir-riżultati tal-monitoraġġ meħtieġa mill-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena fir-rigward tal-istatus tal-implimentazzjoni tal-infrastruttura għall-informazzjoni ġeografika fil-15 ta' Diċembru tas-sena preċedenti. Ir-riżultati għandhom jiġu aġġornati tal-anqas kull sena.
Artikolu 9
L-aġġornament ta' rapporti ta' sommarju
L-Istati Membri għandhom jipprovdu deskrizzjonijiet ta' sommarju aġġornati tal-punti msemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Kummissjoni. Dawk id-deskrizzjonijiet ta' sommarju fejn seħħew bidliet mis-sottomissjoni preċedenti biss għandhom jiġu aġġornati.
Artikolu 10
Revoka
Id-Deċiżjoni 2009/442/KE hija mħassra.
Artikolu 11
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Awwissu 2019.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/442/KE tal-5 ta' Ġunju 2009 li timplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ u mar-rappurtar (ĠU L 148, 11.6.2009, p. 18).
(3) SWD(2016) 273 final
(4) COM(2017) 312 final u SWD(2017) 230
(5) COM (2017) 312 final
(6) SWD (2017) 230 final; il-lista kompluta tidher fl-Anness 1 tiegħu (it-Taqsima 8.1 tad-dokument).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1205/2008 tat-3 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metadata (ĠU L 326, 4.12.2008, p. 12).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta' Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' data u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta' Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta' Netwerk (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 9).