This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0217
Council Decision (EU) 2019/217 of 28 January 2019 on the conclusion of the agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and the Kingdom of Morocco on the amendment of Protocols 1 and 4 to the Euro-Mediterranean Agreement establishing an association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Kingdom of Morocco, of the other part
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/217 tat-28 ta' Jannar 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/217 tat-28 ta' Jannar 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra
ST/10593/2018/INIT
ĠU L 34, 06/02/2019, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/217/oj
6.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/217
tat-28 ta' Jannar 2019
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(i) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (2) (“Ftehim ta' Assoċjazzjoni”), daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2000. |
(2) |
Sa mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, l-Unjoni kompliet issaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali tagħha mar-Renju tal-Marokk u tatu status avvanzat. |
(3) |
L-Unjoni ma għandhiex preġudizzju dwar l-eżitu tal-proċess politiku dwar l-istatus finali tas-Saħara tal-Punent li qed isir taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti u hi tenniet ripetutament l-impenn tagħha fis-soluzzjoni tat-tilwima fis-Saħara tal-Punent, li attwalment huwa inkluż min-Nazzjonijiet Uniti fil-lista tat-territorji mhux awtonomi, u li fil-preżent huwa amministrat fil-parti l-kbira mir-Renju tal-Marokk. Hija tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-mibgħut speċjali tiegħu biex jgħinu lill-partijiet jaslu għal soluzzjoni politika ġusta, dejjiema u reċiprokament aċċettabbli, li tkun tipprevedi l-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent fil-kuntest ta' arranġamenti konsistenti mal-prinċipji u l-għanijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti kif stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2152 (2014), 2218 (2015), 2385 (2016), 2351 (2017) et 2414 (2018). |
(4) |
Sa mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, il-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent u ċertifikati ta' oriġini Marokkina ġew importati fl-Unjoni u bbenefikaw minn preferenzi tariffarji pprovduti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-imsemmi Ftehim. |
(5) |
Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-104/16 P (3), il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ppreċiżat li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni kien ikopri biss it-territorju tar-Renju tal-Marokk u mhux tas-Saħara tal-Punent, territorju li mhux awtonomu. |
(6) |
Huwa importanti li filwaqt li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dritt internazzjonali, inkluż id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli tat-territorji kkonċernati, jiġi żgurat li l-flussi kummerċjali li ġew żviluppati matul is-snin ma jiġux imfixkla. Fid-29 ta' Mejju 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Renju tal-Marokk bil-ħsieb li tiġi stabbilita, f'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bażi ġuridika biex jingħataw preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent. Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk huwa l-uniku mezz li jiżgura li l-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent ikunu jistgħu jibbenefikaw minn oriġini preferenzjali, peress li l-awtoritajiet Marokkini biss huma kapaċi jiżguraw konformità mar-regoli meħtieġa għall-għoti ta' dawn il-preferenzi. |
(7) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-effetti potenzjali ta' ftehim bħal dan fuq l-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti tas-Saħara tal-Punent li jirriżultaw fuq il-popolazzjonijiet milqutin u l-effetti tal-isfruttament tar-riżorsi naturali tat-territorji kkonċernati. L-effetti ta' vantaġġi tariffarji fuq l-impjiegi, id-drittijiet tal-bniedem u l-isfruttament tar-riżorsi naturali huma diffiċli ħafna li jitkejlu minħabba n-natura indiretta tagħhom. Għaldaqstant, huwa diffiċli li tinkiseb informazzjoni oġġettiva f'dan ir-rigward. |
(8) |
Madankollu, minn din l-evalwazzjoni jirriżulta li b'mod ġenerali, il-vantaġġi għall-ekonomija tas-Saħara tal-Punent, li jirriżultaw mill-għoti tal-preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent, u partikolarment l-ingranaġġ ekonomiku b'saħħtu u b'konsegwenza l-iżvilupp soċjali li jġib miegħu, jaqbżu l-iżvantaġġi msemmija fil-proċess ta' konsultazzjonijiet, fosthom l-użu estensiv tar-riżorsi naturali, b'mod partikolari tar-riżervi tal-ilma ta' taħt l-art, li għalih ittieħdu l-miżuri xierqa. |
(9) |
Ġie stmat li l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent ser ikollha impatt ġenerali pożittiv fuq il-popolazzjonijiet milqutin. Huwa probabbli li dan l-impatt jippersisti u jista' saħansitra jissaħħaħ fil-futur. L-evalwazzjoni tindika li l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti tas-Saħara tal-Punent tippromwovi l-kundizzjonijiet tal-investiment u tiffaċilita żvilupp rapidu u sinifikanti favur l-impjiegi lokali. L-eżistenza fis-Saħara tal-Punent ta' attivitajiet ekonomiċi u ta' produzzjoni li għandhom l-akbar interess li jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni turi li jekk ma jingħatawx preferenzi tariffarji tiġi kompromessa b'mod sinifikanti l-esportazzjoni tas-Saħara tal-Punent, b'mod partikolari dik tal-prodotti tas-sajd u l-prodotti agrikoli. Huwa stmat li l-għoti ta' preferenzi tariffarji jkollu wkoll impatt pożittiv fuq l-iżvilupp tal-ekonomija tas-Saħara tal-Punent, billi jistimula l-investiment. |
(10) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet dwar il-kunsens fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ħadet il-miżuri raġonevoli u possibbli kollha fil-kuntest attwali biex tinvolvi kif xieraq iil-popolazzjonijiet milqutin sabiex tiżgura l-kunsens tagħhom għall-Ftehim. Saru konsultazzjonijiet estensivi u l-biċċa l-kbira tal-atturi soċjoekonomiċi u politiċi li pparteċipaw fil-konsultazzjonijiet iddikjaraw li kienu favur l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għas-Saħara tal-Punent. Dawk li rrifjutaw l-estensjoni kkunsidraw essenzjalment li tali ftehim jikkonferma l-pożizzjoni tal-Marokk fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, xejnjimplika rrikonoxximent tas-sovranità tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent. L-Unjoni, permezz ta' sforzi msaħħa, ser tkompli tappoġġa l-proċess ta' riżoluzzjoni paċifika tat-tilwima li nbeda u kompla għaddej taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(11) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1893 (4), il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-25 ta' Ottubru 2018, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard. |
(12) |
Il-Ftehim jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim, fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”)huwa approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina il-persuna bis-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fil-Ftehim (5),
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
P. DAEA
(1) Kunsens tas-16 ta' Jannar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Diċembru 2016, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Front Polisario, C-104/16 P, ECLI:EU:C:2016:973.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1893 tas-16 ta' Lulju 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU L 310, 6.12.2018, p. 1).
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.