Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2008

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2016) 7023) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

C/2016/7023

ĠU L 310, 17/11/2016, p. 51–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021: This act has been changed. Current consolidated version: 29/11/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/2008/oj

17.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/51


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2008

tal-15 ta' Novembru 2016

dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2016) 7023)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 19(1)(a), l-Artikolu 19(3)(a) u l-Artikolu 19(4) u (6) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD — lumpy skin disease) hija marda virali tal-annimali bovini trasmessa minn vettur. Skont l-Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar il-marda tal-infafet fil-ġilda, adottata fit-3 ta' Diċembru 2014, (l-Opinjoni tal-EFSA) (5) jista' jkun hemm trasmissjoni diretta u indiretta tal-LSD. L-LSD hija karatterizzata minn telf gravi fil-produzzjoni tal-bhejjem u għandha l-potenzjal li tinfirex malajr ħafna, b'mod partikolari permezz ta' annimali ħajjin, vetturi u ċerti prodotti oħra miksuba minn annimali infettati.

(2)

Id-Direttiva 92/119/KEE tisabbilixxi miżuri ta' kontroll ġenerali li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' tifqigħa ta' ċertu mard tal-annimali, inkluż l-LSD. Dawn jinkludu miżuri ta' kontroll li għandhom jittieħdu fil-każ ta' suspett u l-konferma tal-preżenza ta' LSD f'impriża, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza madwar tifqigħat u miżuri ta' kontroll addizzjonali oħra bi prevenzjoni tal-firxa tal-marda u l-eliminazzjoni tal-infezzjoni. Dawk il-miżuri ta' kontroll jipprevedu wkoll it-tilqim fil-każ ta' tifqigħa ta' LSD bħala suppliment għal miżuri ta' kontroll oħra.

(3)

Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 (6) u (UE) 2016/645 (7) jistabbilixxu ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-konferma ta' LSD fil-Greċja fl-2015 u fil-Bulgarija fl-2016. Dawn il-miżuri protettivi jinkludu l-istabbiliment ta' żona infettata f'dawk l-Istati Membri, li huwa deskritt fl-Anness għal kull waħda minn dawk id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni, u li jinkludi ż-żona fejn l-LSD kienet ikkonfermata u ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza debitament stabbiliti mill-Greċja u l-Bulgarija skont id-Direttiva 92/119/KEE. Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u (UE) 2016/645 ġew emendati diversi drabi minħabba l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tal-marda, inkluża l-estensjoni taż-żona infettata biex ikunu inklużi l-unitajiet reġjonali addizzjonali tal-Greċja u l-Bulgarija. Dawn id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2016.

(4)

Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2055 (8) u (UE) 2016/1183 (9) jipprovdu li l-Greċja u l-Bulgarija jistgħu jwettqu tilqim ta' emerġenza ta' annimali bovini miżmuma f'impriżi fiż-żona tat-tilqim kif stabbilit fl-Anness I għal dawk id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni.

(5)

Minbarra l-Greċja u l-Bulgarija, bejn April u Awwissu 2016, numru konsiderevoli ta' pajjiżi terzi fix-xlokk tal-Ewropa wkoll irrappurtaw tifqigħat tal-LSD fit-territorji tagħhom għall-ewwel darba, jiġifieri l-Albanija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Kosovo (10), il-Montenegro u s-Serbja. Dawk il-pajjiżi terzi kollha nnotifikaw lill-Kummissjoni li t-tilqim kontra l-LSD ġie inkluż fil-politika attwali tagħhom tal-kontroll tal-mard, fost miżuri oħra.

(6)

Skont l-Opinjoni tal-EFSA (11) tilqim ħaj attenwat biss huwa kummerċjalment disponibbli kontra l-LSD. L-Opinjoni tal-EFSA tiddeskrivi t-tilqima attenwata Neethling għall-virus tal-LSD bħala effettiva ħafna fil-prevenzjoni tal-morbidità. Peress li t-tilqim għal-LSD omologu huwa aktar effettiv minn tilqim attenwat ibbażat fuq il-virus tal-ġidri tan-nagħaġ, l-użu tiegħu għandu jkun rakkomandat, soġġett għal disponibbiltà mill-produtturi tat-tilqima li jkunu qed joperaw esklussivament barra l-Unjoni. Barra minn hekk, skont l-Opinjoni tal-EFSA, l-aġent kawżattiv tal-LSD jista' jkun preżenti sa 92 jum fil-ġilda tal-annimali affettwati anki minħajr leżjonijiet viżibbli.

(7)

M'hemm l-ebda tilqima kontra l-LSD b'awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni. Tilqim ta' emerġenza skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 92/119/KEE jista' għalhekk isir biss skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), li jippermetti lill-Istati Membri biex proviżorjament jippermettu l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi mingħajr awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni fil-każ ta' marda epizootika serja bħal mhuwa l-każ bl-LSD.

(8)

Skont il-Parir Urġenti dwar il-Marda tal-Infafet fil-Ġilda tal-EFSA, adottat fid-29 ta' Lulju 2016 (13), it-tilqima kontra l-LSD hija l-aktar mod effettiv biex titnaqqas il-firxa ta' dik il-marda. Biex tiġi meqruda l-LSD, jeħtieġ li jiġi implimentat it-tilqim tal-popolazzjoni suxxettibbli kollha f'reġjuni li huma fir-riskju għall-introduzzjoni tal-LSD u f'dawk affettwati mil-LSD biex ikun minimizzat in-numru ta' tifqigħat, u għandha tinkiseb kopertura għolja ta' tilqim fil-livell tal-annimali jew tal-irziezet. Għaldaqstant, politika preventiva u ta' kontroll “solida” fir-rigward tal-LSD għandha tipprevedi t-tilqim.

(9)

Ir-riskju li tinfirex l-LSD minn annimali mlaqqma u l-prodotti tagħhom huwa differenti mir-riskji li jirriżultaw minn annimali mhux imlaqqma u li possibbilment ikunu qed jinkubaw. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-ispedizzjoni ta' annimali bovini mlaqqma u tal-prodotti ġejjin minn dawn l-annimali. Barra minn hekk, ir-riskju li tinfirex l-LSD minn annimali, kemm jekk imlaqqma kif ukoll jekk le, li jkunu joriġinaw minn żona fejn huwa applikat it-tilqim kontra l-LSD iżda fejn ma kien hemm l-ebda każ ta' tifqigħ ta' LSD, huwa differenti mir-riskju li jinħoloq mill-istess tip ta' annimali iżda li joriġinaw minn żoni affettwati mil-LSD. Għalhekk, għandhom ukoll ikunu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għal dawn l-annimali.

(10)

L-għarfien xjentifiku dwar l-LSD mhux komplut. L-annimali bovini mlaqqma huma protetti minn sinjali kliniċi iżda mhux neċessarjament mill-infezzjoni u mhux l-annimali mlaqqma kollha jirreaġixxu b'immunità protettiva. Għalhekk, biex ir-riskju jitnaqqas kemm jista' jkun, il-konsenji ta' annimali mlaqqma jistgħu jintbagħtu biss wara perjodu ta' mill-inqas 28 jum, li huwa l-perjodu ta' inkubazzjoni massimu għal-LSD, wara t-tilqim.

(11)

F'termini tar-riskju ta' tixrid tal-LSD, prodotti differenti joħolqu livelli differenti ta' riskju. Kif indikat fl-Opinjoni tal-EFSA, iċ-ċaqliq ta' annimali bovini ħajjin, is-semen tal-bovini u l-ġlud u l-ġilda mhux maħdumin minn annimali bovini infettati huma ta' riskju ogħla f'termini ta' esponiment u konsegwenzi minn prodotti oħra bħall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-ġlud u l-ġilda maħdumin jew il-laħam frisk, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam li joriġinaw minn annimali bovini. Madankollu m'hemmx evidenza xjentifika jew sperimentali dwar ir-rwol ta' trasmissjoni tagħhom tal-LSD. Għalhekk, il-miżuri ta' kontroll previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu bilanċjati u proporzjonati għar-riskji. Bl-istess mod, it-trasmissjoni tal-LSD permezz tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-annimali tal-ispeċi bovina ma tistax tiġi eskluża. Għalhekk, għandhom ikunu previsti ċerti miżuri protettivi għal dawk il-prodotti abbażi tal-Opinjoni tal-EFSA u l-aktar standards u rakkomandazzjonijiet aġġornati rilevanti mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE).

(12)

Laħam mill-muskoli skeletriċi minn annimali bovini huwa meqjus bħala prodott mingħajr periklu skont il-Kummissjoni Xjentifika tal-OIE għall-Mard tal-Annimali (14) u kif indikat fl-Anness 36 tal-Parti B tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istandards tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE li ltaqgħet fi Frar 2016 (15). Ma hemm l-ebda evidenza xjentifika jew sperimentali li tissuġġerixxi li l-virus tal-LSD jista' jiġi trasmess lil annimali suxxettibbli permezz tal-laħam frisk, il-preparazzjonijiet tal-laħam jew tal-prodotti tal-laħam. Għalkemm l-Opinjoni tal-EFSA tindika li l-virus tal-LSD jista' jibqa' ħaj fil-laħam għal perjodu ta' żmien mhux indikat, il-projbizzjoni eżistenti tal-Unjoni fuq it-tmigħ ta' proteini tar-ruminanti lill-annimali li jixtarru stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) teskludi l-possibbiltà ta' trasmissjoni orali possibbli tal-LSD.

(13)

Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, kif ukoll il-kolostru, jistgħu jirrappreżentaw riskju għat-tixrid tal-LSD biss meta jkunu destinati biex jiġu mitmugħa lil annimali tal-ispeċijiet suxxettibbli. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti miżuri għat-tnaqqis tar-riskju maħsuba għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-LSD permezz ta' prodotti tali meta dawn ikunu maħsuba għall-għalf tal-annimali.

(14)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (18) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/444/KEE (19) jipprovdu li ċ-ċaqliq tal-annimali għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikati tas-saħħa. Fil-każ fejn derogi mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni ta' annimali ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni huma applikati għal annimali ħajjin maħsuba għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni jew għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz, dawk iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni biex ikun żgurat li fiċ-ċertifikati rilevanti jkun hemm l-informazzjoni adegwata u preċiża dwar is-saħħa.

(15)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u simplifikazzjoni d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500, (UE) 2015/2055, (UE) 2016/645 u (UE) 2016/1183 għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti b'din id-Deċiżjoni li tintroduċi miżuri emendati u uniformi għall-Istati Membri kollha affettwati mil-LSD jew li qed jimplimentaw tilqim kontra l-LSD.

(16)

L-approvazzjoni tal-programmi ta' tilqim ippreżentati mill-Istati Membri konċernati u issa inklużi fid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055 u (UE) 2016/1183 għall-Greċja u l-Bulgarija rispettivament, kif ukoll l-approvazzjoni tal-programm ta' tilqim preżentat mill-Kroazja għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni oħra li għandha tiġi adottata.

(17)

Il-Bulgarija avżat lill-Kummissjoni li t-tilqim tal-annimali bovini kollha kontra l-LSD tlesta fil-15 ta' Lulju 2016 u l-aħħar okkorrenza tal-LSD fit-territorju tagħha ġiet ikkonfermata fl-1 ta' Awwissu 2016. Għaldaqstant, xi żoni fil-Bulgarija fejn qatt ma kien hemm okkorrenzi tal-LSD iżda fejn sar it-tilqim kontra l-marda, għandhom jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni bħala 'żona ħielsa bit-tilqim', filwaqt li l-parti li jkun għad fadal tat-territorji tal-Istat Membru għandha titniżżel bħala 'żona infettata'.

(18)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Istati Membri jew f'partijiet minnhom kif elenkat fl-Anness I (l-Istati Membri konċernati) inkluż ir-rekwiżiti minimi għal programmi ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda preżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għal finijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“annimal bovin” tfisser ungulati tal-ispeċijiet Bos taurus, Bos indicus, Bison bison u Bubalus bubalis;

(2)

“ruminanti selvaġġi mrobbija” tfisser ruminanti selvaġġi ta' speċijiet magħrufa li huma involuti fit-trasmissjoni u t-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda skont l-aktar għarfien xjentifiku reċenti disponibbli;

(3)

“żona infettata” hija l-parti mit-territorju ta' Stat Membru kif elenkat fil-Parti II tal-Anness I għal din id-Deċiżjoni li tinkludi ż-żona fejn il-marda tal-infafet fil-ġilda kienet konfermata u kull protezzjoni u żoni ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/119/KEE, u fejn it-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda jista' jiġi implimentat wara l-approvazzjoni ta' programmi ta' tilqim mill-Kummissjoni;

(4)

“żona ħielsa bit-tilqim” hija l-parti tat-territorju ta' Stat Membru kif elenkat fil-Parti I tal-Anness I għal din id-Deċiżjoni li tinkludi ż-żoni barra ż-żona infettata għall-marda tal-infafet fil-ġilda, fejn it-tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda huwa implimentat wara l-approvazzjoni ta' programmi ta' tilqim mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Restrizzjonijiet fuq l-ispedizzjoni ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija u ċerti prodotti tal-annimali miż-żoni elenkati fl-Anness I

L-Istati Membri konċernati għandhom jipprojbixxu l-ispedizzjoni ta' konsenji ta':

(a)

annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I;

(b)

is-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I;

(c)

il-kolostru, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija maħsuba għall-għalf tal-annimali miż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness I;

(d)

il-prodotti sekondarji mhux ipproċessati tal-annimali minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija, minbarra dawk imsemmija fil-punt (e), miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I;

(e)

il-ġlud u l-ġilda mhux maħdumin u mhux trattati maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew il-ġlud u l-ġilda mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I.

Artikolu 4

Deroga mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness I

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija minn impriżi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness I diment li dawk l-annimali jikkonformaw ma' tal-inqas wieħed mis-settijiet ta' kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annimali huma mibgħuta lejn żoni elenkati fil-Parti I jew II tal-Anness I tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u huma ġejjin minn impriża li fiha l-annimali kienu residenti għal perjodu ta' mill-inqas 28 jum u li fiha l-annimali kollha tal-speċijiet suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni;

(ii)

l-annimali kollha fl-impriża ta' oriġini ġew klinikament iċċekkjati fil-jum tat-tagħbija għall-ispedizzjoni u ma urew l-ebda sintomu kliniku tal-marda tal-infafet fil-ġilda;

(iii)

l-annimali mhuma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE;

(iv)

l-awtorità kompetenti fil-post ta' oriġini qed timplimenta programm ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II u li ġie approvat mill-Kummissjoni u hija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data tal-bidu tal-programm ta' tilqim tagħha; u

(v)

ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-annimali jkunu trasportati b'mod sigur u li ma jiġux sussegwentement mibgħuta lil Stat Membru jew pajjiż terz ieħor; jew

(b)

l-annimali huma mibgħuta lejn iż-żoni tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u huma ġejjin minn impriża li fiha l-annimali kollha tal-ispeċijiet suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni;

(ii)

l-annimali kollha fl-impriża ta' oriġini ġew klinikament iċċekkjati fil-jum tat-tagħbija għall-ispedizzjoni u ma urew l-ebda sintomu kliniku tal-marda tal-infafet fil-ġilda;

(iii)

l-annimali mhuma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE;

(iv)

L-annimali ilhom residenti mit-twelid, jew għal perjodu ta' mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni, f'impriża fejn, f'raġġ ta' mill-inqas 20 km, ma ġiet ikkonfermata l-ebda preżenza tal-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u qabel dan kull konferma ta' infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda kienet soġġetta għall-qtil u l-qerda tal-annimali suxxettibbli kollha fl-impriżi affettwati. Din l-impriża trid tkun f'żona elenkata fil-Parti I tal-Anness I fi Stat Membru fejn l-annimali kollha fiż-żoni kollha tagħha elenkati fil-Parti I tal-Anness I ġew imlaqqma jew imlaqqma mill-ġdid kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, skont l-Anness II, mill-inqas tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u għadhom fil-perjodu ta' żmien ta' immunità mniżżel fl-ispeċifikazzjonijiet tat-tilqima mill-manifattur;

(v)

l-awtorità kompetenti fil-post ta' oriġini implimentat programm ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, li kkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II u li ġie approvat mill-Kummissjoni u infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data tal-bidu u bid-data tat-tmiem tal-programm ta' tilqim tagħha;

(vi)

ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-annimali jkunu trasportati b'mod sigur u li ma jiġux sussegwentement mibgħuta lil Stat Membru jew pajjiż terz ieħor; jew

(c)

l-annimali huma mibgħuta lejn iż-żoni ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-annimali jikkonformaw ma' kull garanziji tas-saħħa tal-annimali adattata oħra, abbażi ta' eżitu pożittiv ta' valutazzjoni tar-riskju ta' miżuri kontra t-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda, meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' oriġini u approvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-postijiet tat-transitu u tad-destinazzjoni, qabel id-data tal-ispedizzjoni ta' dawn l-annimali;

(ii)

l-annimali kienu mlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u huma ġejjin minn impriża li fiha l-annimali kollha tal-ispeċijiet suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni;

(iii)

l-annimali kollha fl-impriża ta' oriġini ġew klinikament iċċekkjati fil-jum tat-tagħbija għall-ispedizzjoni u ma urew l-ebda sintomu kliniku tal-marda tal-infafet fil-ġilda;

(iv)

l-annimali mhuma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE;

(v)

l-annimali ilhom residenti mit-twelid, jew għal perjodu ta' mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni, f'impriża fejn, f'raġġ ta' mill-inqas 20 km, ma ġiet konfermata l-ebda preżenza tal-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u qabel dan kull konferma ta' infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda kienet soġġetta għall-qtil u l-qerda tal-annimali suxxettibbli kollha fl-impriżi affettwati;

(vi)

ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-annimali, mibgħuta skont il-garanziji tas-saħħa tal-annimali previsti fil-punt (i), huma trasportati b'mod sigur u mhumiex sussegwentement mibgħuta lejn Stat Membru jew pajjiż terz ieħor;

(vii)

l-awtorità kompetenti fil-post ta' oriġini qed timplimenta programm ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II u li ġie approvat mill-Kummissjoni u infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data tal-bidu tal-programm ta' tilqim tagħha; u

(viii)

l-Istat Membru tal-post ta' oriġini għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u bl-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti previsti fil-punt (i).

2.   Fejn l-annimali bovini u r-ruminanti selvaġġi mrobbija jikkonformaw mar-rekwiżiti għad-deroga prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-formulazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiżdied maċ-ċertifikat tas-saħħa korrispondenti għal dawk l-annimali kif stabbilit fid-Direttiva 64/432/KEE, jew fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:

“ …(Annimali) f'konformità ma' …(Artikolu 4(1)(a) jew 4(1)(b) jew 4(1)(c), indika skont il-każ) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri”.

Artikolu 5

Deroga mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness I

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija minn impriżi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness I lejn iż-żoni ta' Stat Membru jew pajjiż terz diment li dawk l-annimali jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annimali jikkonformaw ma' kull garanzija tas-saħħa tal-annimali adattata oħra, abbażi ta' eżitu pożittiv ta' valutazzjoni tar-riskju ta' miżuri kontra t-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' oriġini u approvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-postijiet tat-transitu u tad-destinazzjoni, qabel ma jintbagħtu tali annimali;

(b)

l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u ġejjin minn impriża li fiha l-annimali kollha tal-ispeċijiet suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni;

(c)

l-annimali kollha fl-impriża ta' oriġini ġew klinikament iċċekkjati fil-jum tat-tagħbija għall-ispedizzjoni u ma urew l-ebda sintomu kliniku tal-marda tal-infafet fil-ġilda;

(d)

l-annimali mhuma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE;

(e)

l-annimali ilhom residenti mit-twelid, jew għal mill-inqas perjodu ta' 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni, f'impriża fejn, f'raġġ ta' mill-inqas 20 km, ma ġiet konfermata l-ebda preżenza tal-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u qabel dan kull konferma ta' infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda kienet soġġetta għall-qtil u l-qerda tal-annimali suxxettibbli kollha fl-impriża affettwata. Din l-impriżatrid tkun f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I fi Stat Membru fejn l-annimali kollha fiż-żoni kollha tagħha elenkati fil-Parti II tal-Anness I ġew imlaqqma jew imlaqqma mill-ġdid kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, skont l-Anness II, mill-inqas tliet xhur qabel id-data tal-ispedizzjoni u għadhom fil-perjodu ta' żmien ta' immunità mniżżel fl-ispeċifikazzjonijiet tat-tilqima mill-manifattur;

(f)

l-awtorità kompetenti fil-post ta' oriġini qed timplimenta programm ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II u li ġie approvat mill-Kummissjoni u hija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data tal-bidu u bid-data tat-tmiem tal-programm ta' tilqim tagħha skont l-Anness II;

(g)

ġiet stabbilita proċedura ta' gwida skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-annimali, mibgħuta skont il-garanziji tas-saħħa tal-annimali previsti fil-punt (a), huma trasportati b'mod sigur u mhumiex sussegwentement mibgħuta lejn Stat Membru jew pajjiż terz ieħor; u

(h)

l-Istat Membru tal-post ta' oriġini għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u bl-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti previsti fil-punt (a).

2.   Fejn annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija jikkonformaw mar-rekwiżiti għad-deroga prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-formulazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiżdied maċ-ċertifikat tas-saħħa korrispondenti għal dawk l-annimali kif stabbilit fid-Direttiva 64/432/KEE, jew fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:

“ …(Annimali) f'konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri”.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet speċjali għall-ispedizzjoni ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija fiż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I tal-istess Stat Membru

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 3, u soġġett għall-konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni ta' konsenji ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija minn impriżi li jinsabu f'żona elenkata fi:

(a)

Il-Parti I tal-Anness I lejn destinazzjoni f'żona oħra elenkata fil-Parti I jew il-Parti II tal-Anness I tal-istess Stat Membru;

(b)

Il-Parti II tal-Anness I lejn destinazzjoni f'żona oħra elenkata fil-Parti II tal-Anness I tal-istess Stat Membru.

2.   Id-deroga prevista fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss għal konsenji ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija sakemm dawn l-annimali jikkonformaw ma' tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annimali ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni u ġejjin minn impriża li fiha l-annimali kollha tal-ispeċijiet suxxettibbli ġew imlaqqma kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda mill-inqas 28 jum qabel id-data tal-ispedizzjoni;

(b)

l-annimali, irrispettivament mill-istatus ta' tilqim individwali tagħhom jew mit-tilqim fl-impriża ta' oriġini tagħhom kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda jistgħu jiġu mċaqalqa għal qtil ta' emerġenza lejn biċċerija, diment li l-impriża ta' oriġini mhix soġġetta għal xi waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet tal-ġilda, li tipprojbixxi tali ċaqliq;

(c)

l-annimali huma frieħ mhux imlaqqma ta' inqas minn erba' xhur imwielda minn ommijiet imlaqqma mill-inqas 28 jum qabel ma jwelldu u jistgħu jiġu mċaqalqa għal impriża oħra diment li l-annimali kollha ta' speċi suxxettibbli fl-impriża ta' oriġini ġew imlaqqma jew imlaqqma mill-ġdid skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tat-tilqima użata mill-inqas 28 jum qabel id-data taċ-ċaqliq ippjanat u l-impriża mhi soġġetta għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda, li tipprojbixxi tali moviment.

Artikolu 7

Derogi mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness I

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni tal-annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija minn ċentri tal-ġbir tas-semen jew stabbilimenti oħra li jinsabu f'żona elenkata fil-Parti I tal-Anness I lejn żona oħra elenkati fil-Parti I jew II tal-Anness I tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor diment li l-annimali donaturi u s-semen, l-ova u l-embrijuni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annimali donaturi ġew imlaqqma u mlaqqma mill-ġdid kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tat-tilqima użata, fejn l-ewwel tilqima ngħatat mill-inqas 60 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, l-ova jew l-embrijuni; jew l-annimali donaturi kienu soġġetti għal test seroloġiku sabiex jinstabu antikorpi speċifiċi kontra l-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fil-jum tal-ġbir u mill-inqas 28 jum wara l-perjodu tal-ġbir tas-semen jew il-jum tal-ġbir għall-embrijuni u l-ova, b'riżultati negattivi;

(b)

l-annimali donaturi nżammu, tul is-60 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, l-ova jew l-embrijuni, f'ċentru ta' inseminazzjoni artifiċjali jew stabbiliment adatt ieħor fejn, f'raġġ ta' mill-inqas 20 km, ma ġiet konfermata l-ebda preżenza tal-marda tal-infafet fil-ġilda matul it-tliet xhur qabel id-data tal-ġbir tas-semen, l-ova jew l-embrijuni u qabel dan kull konferma ta' infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda kienet soġġetta għall-qtil u l-qerda tal-annimali suxxettibbli kollha fl-impriżi affettwata;

(c)

l-annimali donaturi ġew klinikament iċċekkjati 28 jum qabel id-data tal-ġbir, kif ukoll tul il-perjodu tal-ġbir kollu, u ma urew l-ebda sintomu kliniku tal-marda tal-infafet tal-ġilda;

(d)

l-annimali donaturi kienu soġġetti għal sejbien tal-aġent tal-marda tal-infafet tal-ġilda b'reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) imwettqa fuq kampjuni tad-demm miġbura fil-bidu u mill-inqas kull 14-il jum minn hemm 'il quddiem matul il-perjodu tal-ġbir tas-semen jew fil-jum tal-ġbir tal-embrijuni u l-ova, b'riżultati negattivi;

(e)

is-semen kien soġġett għal sejbien tal-aġent tal-marda tal-infafet tal-ġilda b'PCR b'riżultati negattivi; u

(f)

l-awtorità kompetenti fil-post ta' oriġini qed timplimenta programm ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda, li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II u li ġie approvat mill-Kummissjoni u infurmat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-data tal-bidu u bid-data tat-tmiem tal-programm ta' tilqim tagħha skont l-Anness II.

2.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija minn ċentri tal-ġbir tas-semen jew impriżi oħra li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness I lejn kull żona ta' Stat Membru jew pajjiż terz diment li l-annimali donaturi u s-semen, l-ova u l-embrijuni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-kundizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1(a) sa (f);

(b)

L-annimali donaturi jikkonformaw ma' kull garanzija tas-saħħa tal-annimali adattata oħra, abbażi ta' eżitu pożittiv ta' valutazzjoni tar-riskju tal-impatt ta' tali spedizzjoni u tal-miżuri kontra t-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda, meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' oriġini u approvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-postijiet tat-transitu u tad-destinazzjoni, qabel l-ispedizzjoni tat-tali semen, ova jew embrijuni; u

(c)

l-Istat Membru tal-post ta' oriġini għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u bl-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti previsti fil-punt (b).

3.   Meta s-semen, l-embrijuni u l-ova li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu (1) jew (2) ta' dan l-Artiklu jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, il-formulazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiżdied maċ-ċertifikati tas-saħħa korrispondenti mniżżla fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE jew fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:

“ …(Semen, ova u/jew embrijuni, indika skont il-każ) f'konformità ma' …(Artikolu 7(1) jew 7(2), indika skont il-każ) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri”.

Artikolu 8

Deroga mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni ta' prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I

B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (d) tal-Artikolu (3), l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni ta' prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija minn:

(a)

żona elenkata fil-Parti I tal-Anness I lejn destinazzjoni fl-istess Stat Membru jew f'żona oħra elenkata fil-Parti I jew il-Parti II tal-Anness I ta' Stat Membru ieħor;

(b)

żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I lejn destinazzjoni fl-istess Stat Membru jew f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I ta' Stat Membru ieħor diment li;

(i)

il-prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali jintbagħtu taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti għall-iproċessar jew rimi f'impjant approvat skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009; u

(ii)

meta d-destinazzjoni tkun fi Stat Membru ieħor għandha tiġi stabbilita proċedura għall-vjaġġ skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali jkunu trasportati b'mod sigur lejn il-post tad-destinazzjoni u ma jiġux sussegwentement mibgħuta lejn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz.

Artikolu 9

Derogi mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni tal-ġlud u l-ġilda ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija miż-żoni elenkati fil-Partijiet I u II tal-Anness I

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tal-ġlud u tal-ġilda ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija minn żona elenkata fil-Parti I tal-Anness I lejn żona oħra elenkata fil-Parti I jew II tal-Anness I tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor diment li:

(a)

dawn ikunu ġlud u ġilda mhux maħduma u mhux trattati maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew ġlud u ġilda mhux trattati mibgħuta taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti għal proċessar jew rimi f'impjant approvat;

(b)

meta d-destinazzjoni tkun fi Stat Membru ieħor għandha tiġi stabbilita proċedura għall-vjaġġ skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-ġlud u l-ġilda jkunu trasportati b'mod sigur lejn il-post tad-destinazzjoni u ma jiġux sussegwentement mibgħuta lejn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz qabel ma jkunu proċessati mill-inqas skont l-Artikolu 9(2)(b); u

(c)

il-ġlud u l-ġilda joriġinaw minn impriżi li ma huma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda.

2.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tal-ġlud u tal-ġilda ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija minn żona elenkata fil-Parti I jew II tal-Anness I lejn kull żona tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor diment li:

(a)

dawn ikunu ġlud u ġilda mhux maħduma u mhux trattati maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew ġlud u ġilda mhux trattati li joriġinaw minn impriżi li mhuma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda;

(b)

il-ġlud u l-ġilda ġew:

(i)

trattati skont il-punt 28(b) sa (e) tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (20), jew

(ii)

soġġetti għal wieħed mit-trattamenti mniżżla fil-punt (4)(b)(ii) tal-Kapitolu I tat-Taqsima XIV tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21); u

(c)

il-ġlud u l-ġilda għaddew mill-prekawzjonijiet kollha biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni mill-ġdid b'aġenti patoġeniċi wara t-trattament.

3.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tal-ġlud u tal-ġilda ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija minn żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I lejn żona oħra elenkata fil-Parti II tal-Anness I tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor diment li:

(a)

dawn ikunu ġlud u ġilda mhux maħduma u mhux trattati maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew ġlud u ġilda mhux trattati mibgħuta taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti għal proċessar jew rimi f'impjant approvat;

(b)

meta d-destinazzjoni tkun fi Stat Membru ieħor għandha tiġi stabbilita proċedura għall-vjaġġ skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-ġlud u l-ġilda jkunu trasportati b'mod sigur lejn il-post tad-destinazzjoni u ma jiġux sussegwentement mibgħuta lejn Stat Membru ieħor, qabel ma jkunu proċessati tal-inqas skont l-Artikolu 9(2)(b); u

(c)

il-ġlud u l-ġilda joriġinaw minn impriżi li ma huma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti fid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda.

4.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tal-ġlud u tal-ġilda ta' annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija minn żona elenkata fil-Parti I jew II tal-Anness I lejn kull żona tal-istess Stat Membru jew ta' Stat Membru ieħor diment li:

(a)

Il-ġlud u l-ġilda jikkonformaw ma' kull garanzija tas-saħħa tal-annimali adattata oħra, abbażi ta' eżitu pożittiv ta' valutazzjoni tar-riskju ta' miżuri kontra t-tixrid tal-marda tal-infafet fil-ġilda, meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post ta' oriġini u approvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-postijiet tat-transitu u tad-destinazzjoni, qabel ma jintbagħtu dawn il-ġlud u l-ġilda;

(b)

Il-ġlud u l-ġilda joriġinaw minn impriżi li ma huma soġġetti għall-ebda waħda mir-restrizzjonijiet previsti mid-Direttiva 92/119/KEE fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda;

(c)

tiġi stabbilita proċedura għall-vjaġġ skont l-Artikolu 12, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-postijiet tal-oriġini, tat-transitu u tad-destinazzjoni, sabiex ikun żgurat li l-ġlud u l-ġilda, mibgħuta skont il-garanziji tas-saħħa tal-annimali addizzjonali previsti fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, huma trasportati b'mod sigur lejn il-post tad-destinazzjoni u mhumiex sussegwentement mibgħuta lejn Stat Membru wara li jkunu proċessati tal-inqas skont l-Artikolu 9(2)(b); u

(d)

l-Istat Membru tal-post tal-oriġini għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-garanziji tas-saħħa tal-annimali u bl-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti previsti fil-punt (a).

Artikolu 10

Deroga mill-projbizzjoni fuq l-ispedizzjoni tal-kolostru, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-għalf tal-annimali miż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness I

1.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-ispedizzjoni tal-kolostru, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-għalf tal-annimali miksuba minn annimali bovini u ruminanti selvaġġi mrobbija miżmuma f'impriżi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness I diment li l-kolostru, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ġew soġġetti għal trattament biex tkun żgurata l-qerda tal-virus tal-ilsien u d-dwiefer kif deskritt fil-punti 1.1 sa 1.5 tal-Parti A tal-Anness IX tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE (22) u l-konsenja tikkonforma mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss l-ispedizzjoni lejn Stati Membri oħra ta' konsenji tal-kolostru, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib skont id-deroga prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fejn il-konsenji huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa uffiċjali, kif stabbilit fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 (23), u l-Parti II ta' dak iċ-ċertifikat tas-saħħa għandha tkun ikkompletata bl-attestazzjoni li ġejja:

“Il-kolostru, il-ħalib jew il-prodotti tal-ħalib konformi mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2008 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-marda tal-infafet fil-ġilda f'ċerti Stati Membri”.

Artikolu 11

Rekwiżit dwar vetturi tat-trasport, it-tindif u d-diżinfettar

1.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li qabel ma kull vettura tat-trasport li tkun ġiet f'kuntatt ma' annimali tal-ispeċijiet suxxettibbli f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I tħalli dik iż-żona, l-operatur jew ix-xufier ta' dik il-vettura jipprovdi evidenza li turi li, mill-aħħar kuntatt ma' dawk l-annimali, il-vettura tnaddfet u ġiet diżinfettata b'mod li jiġi inattivat il-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda u tiġi trattata b'insettiċidi awtorizzati li huma effettivi kontra vetturi tal-marda tal-infafet fil-ġilda.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi preżentata mill-operatur jew ix-xufier tal-vettura tat-trasport, kif previst fil-paragrafu 1, sabiex juri li t-tindif, id-diżinfettar u d-diżinsettizzazzjoni meħtieġa saru.

Artikolu 12

Proċedura ta' gwida

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-proċedura ta' gwida għat-trasport ta' annimali bovini ħajjin u ruminanti selvaġġi mrobbija, ta' prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali u tal-ġlud u tal-ġilda mhux trattati kif kopert mid-derogi previsti fl-Artikoli 4, 5, 6, 8 u 9 tkun konformi tar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

kull vettura li hija użata għat-trasport ta' dawk l-annimali ħajjin, ta' prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali jew ta' ġlud u ta' ġilda mhux trattati ġiet:

(i)

individwalment reġistrata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tal-ispedizzjoni jew għall-fini tat-trasport ta' annimali ħajjin, jew għal prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali jew għal ġlud u ġilda mhux trattati bl-użu tal-proċedura ta' gwida;

(ii)

issiġillata mill-veterinarju uffiċjali wara t-tagħbija għal spedizzjoni; uffiċjal mill-awtorità kompetenti biss tal-post tad-destinazzjoni jista' jikser is-siġill u jissostitwih b'wieħed ġdid; kull tagħbija jew sostituzzjoni ta' siġilli għandha tkun notifikata lill-awtorità kompetenti fil-post tad-destinazzjoni;

(b)

it-trasport iseħħ:

(i)

taħt superviżjoni uffiċjali;

(ii)

direttament, mingħajr waqfien diment li perjodu ta' serħan rikjest mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (24) ma jseħħx f'post ta' kontroll. Meta perjodu ta' serħan għal jum wieħed jew aktar huwa previst f'post ta' kontroll waqt il-moviment f'żona elenkata fil-Parti II tal-Anness I, l-annimali huma mħarsa kontra l-attakki minn vetturi;

(iii)

fuq ir-rotta li ġiet awtorizzata mill-awtorità kompetenti fil-post ta' oriġini;

(c)

il-konsenja tinkludi biss annimali ħajjin jew prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali jew ġlud u ġilda mhux trattati tal-istess status tas-saħħa;

(d)

il-veterinarju uffiċjali responsabbli mill-impriża tal-post tad-destinazzjoni għandu jikkonferma kull wasla mal-awtorità kompetenti tal-post ta' oriġini;

(e)

Wara l-ħatt tal-annimali ħajjin, jew tal-prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali jew ġlud u ġilda mhux trattati, l-vettura u kull tagħmir ieħor li ntuża fit-trasport, huma mnaddfa, diżinfettati u trattati b'insettiċidi awtorizatti li huma effettivi kontra vetturi magħrufa tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-intier tagħhom f'żona magħluqa fil-post tad-destinazzjoni taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali;

(f)

qabel l-ewwel spedizzjoni miż-żoni elenkati fil-Parti I jew II tal-Anness I fir-rigward ta' liema sseħħ proċedura ta' gwida, l-awtorità kompetenti tal-post ta'oriġini għandha tiżgura li jkunu stabbiliti l-arranġamenti neċessarji mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex tiżgura l-pjan ta' emerġenza, il-katina ta' kmand u l-kooperazzjoni sħiħa tas-servizzi f'każ ta' inċidenti matul it-trasport, ħsara kbira tal-vettura jew kull azzjoni frodulenti tal-operatur jew ix-xufier jew l-operatur tat-trakk jew ta' vettura oħra għandu minnufih jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kull inċident jew ħsara kbira tal-vettura; u

(g)

fil-każ ta' ġlud u ġilda mhux trattati jew prodotti sekondarji mhux proċessati tal-annimali, il-vetturi għandhom ikunu kompletament ma jnixxu minn kullimkien, inkluż l-għeluq tal-bieba tagħhom.

Artikolu 13

Programmi ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda

Programmi ta' tilqim kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda preżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għal approvazzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness II.

Article 14

Tħassir

Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500, (UE) 2015/2055, (UE) 2016/645 u (UE) 2016/1183 huma mħassra u l-miżuri tagħhom sostitwiti mill-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 15

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 16

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(4)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(5)  The EFSA Journal 2015; 13(1): 3986.

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 rigward ċerti miżuri ta' ħarsien kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1423 (ĠU L 234, 8.9.2015, p. 19).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/645 tat-22 ta' April 2016 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-Bulgarija (ĠU L 108, 23.4.2016, p. 61).

(8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2055 tal-10 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit il-programm għal tilqim ta' emerġenza ta' annimali bovini kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD) fil-Greċja u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 (ĠU L 300, 17.11.2015, p. 31).

(9)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1183 tal-14 ta' Lulju 2016 li tapprova l-programm ta' tilqim ta' emerġenza kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda ta' annimali bovini fil-Bulgarija u li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/645 (ĠU L 195, 20.7.2016, p. 75).

(10)  Din l-indikazzjoni hija mingħajr preġudizzju għal pożizzjonijiet dwar l-istatus u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni ta' Indipendenza tal-Kosovo.

(11)  The EFSA Journal 2015;13(1):3986 [73 pp.].

(12)  Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

(13)  The EFSA Journal 2016;14(8):4573[27 pp.].

(14)  http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/Internationa_Standard_Setting/docs/pdf/SCAD/A_SCAD_Feb2016.pdf (l-Anness 15, l-Artikolu 11.11.1-bis. Prodotti siguri (Safe commodities)).

(15)  http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/Internationa_Standard_Setting/docs/pdf/A_TAHSC_Feb_2016_Part_B.pdf.

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(18)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121 29.7.1964, p. 1977/64).

(19)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/444/KEE tat-2 ta' Lulju 1993 dwar ir-regoli dettaljati li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti ntiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi (ĠU L 208, 19.8.1993, p. 34).

(20)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(21)  Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(22)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1).

(23)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta' mudell armonizzat ta' ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).

(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni ta' l-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).


ANNESS I

PARTI I

“Iż-żoni ħielsa bit-tilqim”

1.   Il-Kroazja

It-territorju kollu tal-Kroazja.

2.   Il-Bulgarija

A.

Il-provinċji li ġejjin fil-Bulgarija:

Il-Provinċja ta' Burgas

Il-Provinċja ta' Varna

Il-Provinċja ta' Dobrich

Il-Provinċja ta' Razgrad

Il-Provinċja ta' Silistra

Il-Provinċja ta' Ruse

Il-provinċja ta' Pleven

B.

Il-muniċipalitajiet li ġejjin fil-Bulgarija:

Il-muniċipalitajiet ta' Opaka, Popovo u Antonovo fil-provinċja ta' Targovishte.

Il-muniċipalitajiet ta' Shumen, Kaspichan, Novi Pazar, Nikola Kozlevo, Kaolinovo, Venets u Hitrino fil-provinċja ta' Shumen.

Il-muniċipalitajiet ta' Svishtov, Polski Trambesh u Strazhitsa, fil-provinċja ta' Veliko Tarnovo.

PARTI II

“Iż-żoni infettati”

1.   Il-Greċja

A.

Ir-reġjuni li ġejjin fil-Greċja:

Ir-reġjun ta' Attika

Ir-reġjun tal-Greċja Ċentrali

Ir-reġjun tal-Maċedonja Ċentrali

Ir-reġjun tal-Lvant tal-Maċedonja u ta' Traċja

Ir-reġjun ta' Epiru

Ir-reġjun ta' Peloponnese

Ir-reġjun ta' Tessalija

Ir-reġjun tal-Punent tal-Greċja

Ir-reġjun tal-Punent tal-Maċedonja

B.

L-unitajiet reġjonali li ġejjin fil-Greċja:

L-unità reġjonali ta' Limnos

2.   Il-Bulgarija

It-territorju kollu tal-Bulgarija minbarra ż-żoni elenkati fil-Parti I.


ANNESS II

IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROGRAMMI TAT-TILQIM TAL-MARDA TAL-INFAFET FIL-ĠILDA (IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 13)

1.   REKWIŻITI ĠENERALI

Il-programmi tat-tilqim ippreżentati mill-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inqas għal:

(a)

it-tilqim tal-annimali bovini kollha u meta applikabbli tar-ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq, indipendentement mis-sess, l-età u l-istatus produttiv jew ġestazzjonali tagħhom fiż-żona tat-tilqim;

(b)

it-tilqim tal-frieħ tal-annimali bovini mlaqqma u meta applikabbli tar-ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tat-tilqima użata fl-età ta' mhux inqas minn erba' (4) xhur;

(c)

it-tilqim mill-ġdid tal-annimali bovini kollha u meta applikabbli tar-ruminanti selvaġġi miżmuma fil-magħluq, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(d)

il-miżuri li għandhom ikunu fis-seħħ biex jiġi evitat it-tixrid possibbli tal-vajrus. Kwalunkwe kwantitajiet residwi tat-tilqim għandhom jiġu rritornati fil-punt tad-distribuzzjoni tat-tilqim b'rekord miktub dwar in-numru tal-annimali mlaqqma u n-numru tad-dożi li ntużaw u sussegwentement għandhom jinqerdu b'mod sikur u b'superviżjoni uffiċjali;

(e)

it-tilqim għandu jitwettaq bis-superviżjoni u l-kontroll ta' awtorità kompetenti, minn uffiċjal tal-awtorità kompetenti jew minn veterinarju privat maħtur mill-awtorità kompetenti u bis-superviżjoni tagħha;

(f)

id-dħul tad-dettalji mill-awtorità kompetenti għal kull annimal bovin imlaqqam fil-bażi tad-dejta onlajn apposta li hija konnessa mal-bażi tad-dejta ċentrali stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Ir-rekords għandhom jiżguraw ir-rabta bejn l-omm imlaqqma u wildha;

(g)

stabbiliment ta' żona ta' sorveljanza usa' ta' mill-anqas 20 km madwar iż-żona tat-tilqim, li fiha għandha ssir sorveljanza intensifikata u fejn il-moviment tal-annimali bovini għandu jkun soġġett għal kontrolli mill-awtorità kompetenti.

2.   L-INFORMAZZJONI MINIMA LI TRID TIĠI PPROVDUTA

Il-programmi tat-tilqim ippreżentati mill-Istati Membri għandhom jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

iż-żoni eżatti fejn it-tilqim se jiġi implimentat;

(b)

it-tip jew it-tipi ta' tilqim li għandhom jintużaw;

(c)

l-għadd ta' azjendi u ta' annimali, għal kull speċi u kategorija li se jitlaqqmu, għal kull żona;

(d)

il-metodu u l-linja ta' kmand fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-tilqim (il-ħażna, id-distribuzzjoni tat-tilqim, il-persunal li jwettaq it-tilqim, ir-reġistrazzjoni jew l-identifikazzjoni speċjali tal-annimali mlaqqma, il-prijoritizzazzjoni tat-tilqim skont iż-żoni, is-sorveljanza uffiċjali tat-tilqim, it-tilqim tal-għoġiela tat-twelid, it-tilqim mill-ġdid tal-annimali skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur);

(e)

l-iskeda taż-żmien tal-programm tat-tilqim (it-tnedija, id-data tat-tlestija ppjanata għal kull żona, id-data tat-tlestija għaż-żona kollha fejn qed isir it-tilqim);

(f)

kull miżura li takkumpanja t-tilqim inkluż ir-restrizzjonijiet tal-movimenti tal-annimali u d-dispaċċ tal-prodotti u tal-prodotti sekondarji tagħhom.

3.   IR-REKWIŻITI MINIMI TAR-RAPPURTAR

L-Istati Membri li jkunu ppreżentaw programm tat-tilqim għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni mill-inqas dan li ġej:

(a)

in-notifika immedjata tad-data eżatta tat-tnedija tal-kampanja tat-tilqim;

(b)

ir-rapporti ta' progress kull xahar li jipprovdu l-kopertura eżatta tat-tilqim li tkun saret f'kull żona;

(c)

in-notifika immedjata dwar id-data eżatta tat-tlestija tat-tilqim f'kull żona (kopertura tat-tilqim ta' mill-inqas 95 % fil-livell tal-merħla u fil-livell tal-annimali);

(d)

wara li jitlesta l-ewwel ċiklu ta' rapporti dwar it-tilqim ta' kull xahar ippreżentati matul l-ewwel ġimgħa ta' kull xahar, jiġi pprovdut rendikont dwar l-annimali li jkunu tlaqqmu matul ix-xahar ta' qabel u r-raġuni għat-tilqim (eż. għoġiela ġodda, tilqim mill-ġdid, eċċ.);

(e)

informazzjoni oħra miksuba mill-bażi tad-dejta onlajn apposta, b'talba tal-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97, (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).


Top