This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2284
Regulation (EU) 2015/2284 of the European Parliament and of the Council of 25 November 2015 repealing Council Directive 76/621/EEC relating to the fixing of the maximum level of erucic acid in oils and fats and Council Regulation (EC) No 320/2006 establishing a temporary scheme for the restructuring of the sugar industry
Regolament (UE) 2015/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta' aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor
Regolament (UE) 2015/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta' aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor
ĠU L 327, 11/12/2015, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 327/23 |
REGOLAMENT (UE) 2015/2284 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Novembru 2015
li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE dwar l-iffissar tal-livell massimu ta' aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 42, l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
It-titjib fit-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għat-tfassil aħjar tal-liġijiet li qed tiġi implimentata mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. F'dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti legali li ma għadx għandhom effett reali jiġu mħassra. |
(2) |
L-atti legali li ġejjin, relatati mal-politika agrikola komuni, ma għadomx validi, minkejja li formalment għadhom fis-seħħ:
|
(3) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza u ċarezza tad-dritt, dawk l-atti legali li ma għadhomx validi għandhom jitħassru, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Direttiva 76/621/KEE u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 huma mħassra.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Novembru 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) Opinjoni tal-1 ta' Lulju 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2015 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2015.
(3) Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE tal-20 ta' Lulju 1976 dwar l-iffissar tal-livell massimu ta' aċidu erukiku fiż-żjut u x-xaħmijiet maħsubin bħala tali għall-konsum mill-bniedem u fl-oġġetti tal-ikel li fihom żjut u xaħmijiet miżjudin (ĠU L 202, 28.7.1976, p. 35).
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 tal-20 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42).