This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0630
2011/630/EU: Commission Implementing Decision of 20 September 2011 on imports into the Union of semen of domestic animals of the bovine species (notified under document C(2011) 6426) Text with EEA relevance
2011/630/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6426) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/630/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6426) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 247, 24/09/2011, p. 32–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32021R0404
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/32 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Settembru 2011
dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6426)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/630/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 88/407/KEE tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet, minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. Hi tistipula li s-semen biss li jiġi minn pajjiż terz inkluż f’lista ta’ pajjiżi terzi mfassla skont dik id-Direttiva u akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jikkorrespondi mal-mudell imfassal ukoll skont dik id-Direttiva, għandu jiġi importat fl-Unjoni. Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jiċċertifika li s-semen ikun ġej minn ċentri għall-ġbir u l-ħażna tas-semen, li joffru l-garanziji previsti fl-Artikolu 9(1) ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/639/KE tas-6 ta’ Settembru 2004 li tniżżel il-kondizzjonijiet ta’ importazzjoni tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (2), attwalment tistabblixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, fl-Anness I magħha. |
(3) |
Skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 88/407/KEE, Stat Membru jista’ jawtorizza l-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini biss minn dawk il-pajjiżi terzi elenkati f’lista li għandha titfassal skont dik id-Direttiva. Biex jiġi deċiż jekk pajjiż terz għandux jiġi inkluż f’tali lista, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari għal diversi kondizzjonijiet, bħal pereżempju l-istat tas-saħħa tal-annimali. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (3) irrevoka u ssostitwixxa d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi, u tistabbilixxi kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-annimali u pubblika u veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (4). Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-introduzzjoni tal-ungulati fl-Unjoni, fl-Anness I miegħu. Il-kondizzjonijiet għall-introduzzjoni tal-ungulati, stipulati f’dak ir-Regolament, huma simili għall-kondizzjonijiet għall-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, stipulati fid-Direttiva 88/407/KEE. |
(5) |
Ma teżistix evidenza xjentifika li tissuġġerixxi li, fir-rigward ta’ mard importanti eżotiku li jittieħed, ir-riskji li jirriżultaw mill-istat tas-saħħa tad-donatur bovin masikili jistgħu jitnaqqsu permezz ta’ trattament tas-semen. Għaldaqstant, il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen għandha tkun ibbażata fuq l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiżi terzi, li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ annimali domestiċi ħajjin tal-ispeċi tal-bovini. Il-lista stabbilita fl-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 tinkludi ċ-Ċilì, l-Islanda u Saint Pierre u Miquelon. Għalhekk, dawk il-pajjiżi terzi għandhom jiġu inklużi wkoll fil-lista stabbilita fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2004/639/KE. |
(6) |
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 1 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE, jinkludi l-kondizzjonijiet għas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini fl-Unjoni. Attwalment, il-kondizzjonijiet għal-lewkożi enżootika bovina u l-marda tal-emorraġija epiżootika f’dak iċ-ċertifikat mhumiex totalment konsistenti ma’ dawk stipulati fil-Kapitolu I.1(c) tal-Anness B mad-Direttiva 88/407/KEE u fil-Manwal ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Konsegwentement, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jiġi emendat biex tiġi kkunsidrata dik id-dispożizzjoni ta’ dik id-Direttiva u dak il-Manwal. |
(7) |
Il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 3 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE japplika għal importazzjonijiet ta’ semen u semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, mibgħut minn ċentru għall-ħażna tas-semen jew ċentru għall-ġbir tas-semen, miġbur u proċessat skont il-kondizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 88/407/KEE, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/43/KE (5), jew proċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 skont id-dispożizjonijiet tad-Direttiva 88/407/KEE li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2003, u impurtat wara l-31 ta’ Diċembru 2004 skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE. |
(8) |
Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà sħiħa tas-semen, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 3 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE, għandu jiġi ssupplimentat b’rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali u jintuża biss għall-kummerċ fis-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, miġbur fiċ-ċentri għall-ġbir tas-semen u mibgħut minn ċentru għall-ħażna tas-semen, sew jekk dawn tal-aħħar jagħmlu parti minn ċentru għall-ġbir tas-semen approvat b’numru ta’ approvazzjoni differenti, u sew jekk le. Konsegwentement, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 3 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE għandu jiġi adattat kif xieraq bid-Deċiżjoni. |
(9) |
Huwa neċessarju wkoll li b’din id-Deċiżjoni jiġu adattati d-dati fit-titli tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali fil-Parti 2 u l-Parti 3 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE, li tirrigwarda l-istokkijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, ipproċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004, biex jiġu riflessi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/43/KE. |
(10) |
Ġew konklużi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, li jinkludu ċerti kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. Għalhekk, fejn il-ftehimiet bilaterali jinkludu kondizzjonijiet speċifiċi u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet, dawk il-kondizzjonijiet u l-mudelli għandhom japplikaw minflok il-kondizzjonijiet u l-mudelli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. |
(11) |
Il-Kanada ġiet rikonoxxuta, abbażi tad-Direttiva 88/407/KEE, bħala pajjiż terz bi stat tas-saħħa tal-annimali ekwivalenti għal dak tal-Istati Membri għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini. |
(12) |
Huwa għalhekk xieraq li s-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur fil-Kanada u importat fl-Unjoni minn dak il-pajjiż terz ikun akkumpanjat minn ċertifikat issimplifikat imfassal skont il-mudell stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE tal-4 ta’ April 2005 dwar ċertifikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen tal-annimali tal-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE (6) stabbilita skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji għall-protezzjoni tal-pubbliku u s-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali (7), kif approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (8). |
(13) |
L-iżvizzera hija pajjiż terz bi stat tas-saħħa tal-annimali li huwa ekwivalenti għal dak tal-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq li s-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini impurtat fl-Unjoni mill-Iżvizzera jkun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mfassal skont il-mudelli użati għall-kummerċ fl-Unjoni fis-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini, stabbiliti fl-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu VII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera għall-Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, kif approvata bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (9). |
(14) |
Għall-finijiet ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni ċara u konsistenti, id-Deċiżjoni 2004/639/KE għandha tiġi revokata u sostitwita minn din id-Deċiżjoni. |
(15) |
Sabiex jiġi evitat kull tip ta’ taqlib fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa skont id-Deċiżjoni 2004/639/KE għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju, suġġett għal ċerti kondizzjonijiet. |
(16) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (semen).
Hija tistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet tas-semen fl-Unjoni.
Artikolu 2
Importazzjonijiet tas-semen
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen, sakemm dan ikun konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ikun ġej minn pajjiż terz jew parti minnu elenkata fl-Anness I; |
(b) |
ikun ġej minn ċentru għall-ġbir u l-ħażna tas-semen elenkat skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 88/407/KEE; |
(c) |
ikun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mfassal skont iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li ġejjin, stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II, u mimlija skont in-noti ta’ spjegazzjoni stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness:
|
(d) |
jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt (c). |
2. Fejn il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali u ta’ ċertifikazzjoni huma stipulati fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, dawk il-kondizzjonijiet għandhom japplikaw minflok il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
Il-kondizzjonijiet rigward it-tasport tas-semen lejn l-Unjoni
1. Is-semen u l-istokkijiet tas-semen imsemmija fl-Artikolu 2 ma għandhomx jiġu trasportati fl-istess kontenitur bħal kunsinni oħra ta’ semen li:
(a) |
ma jkunx maħsub għal introduzzjoni fl-Unjoni; jew |
(b) |
li jgawdi stat tas-saħħa iktar baxx. |
2. Waqt it-trasport lejn l-Unjoni, is-semen u l-istokkijiet tas-semen għandhom jitqiegħdu f’kontenituri magħluqa u ssiġillati u s-siġill ma għandux jinkiser waqt it-trasport.
Artikolu 4
Revoka
Id-Deċiżjoni 2004/639/KE hija revokata.
Artikolu 5
Dispożizzjoni tranżitorja
Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta’ April 2012, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen u l-istokkijiet tas-semen minn pajjiżi terzi, li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2012, skont il-mudelli stabbiliti fl-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE.
Artikolu 6
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2011.
Artikolu 7
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.
(2) ĠU L 292, 15.9.2004, p. 21.
(4) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.
(5) ĠU L 143, 11.6.2003, p. 23.
(6) ĠU L 93, 12.4.2005, p. 34.
(9) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.
ANNESS I
Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
Kodiċi ISO |
Isem tal-pajjiż terz |
Rimarki |
|
Deskrizzjoni tat-territorju (jekk xieraq) |
Garanziji addizzjonali |
||
AU |
l-Awstralja |
|
Il-garanziji addizzjonali rigward it-testijiet stabbiliti fil-punti II.5.4.1 u II.5.4.2 taċ-ċertifikat fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II huma obbligatorji. |
CA |
il-Kanada (*) |
It-territorju kif deskritt fil-Parti 1 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010. |
|
CH |
l-Isvizzera (**) |
|
|
CL |
iċ-Ċilì |
|
|
GL |
il-Groenlandja |
|
|
HR |
il-Kroazja |
|
|
IS |
l-Islanda |
|
|
NZ |
New Zealand |
|
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
US |
L-Istati Uniti |
|
Il-garanzija addizzjonali stabbilita fil-punt II.5.4.1 taċ-ċertifikat fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II hija obbligatorja. |
(*) Iċ-ċertifikat li għandu jintuża għall-importazzjonijiet mill-Kanada huwa stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE tal-4 ta’ April 2005 dwar ċertfikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen tal-annimali tal-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE (għas-semen miġbur fil-Kanada biss) stabbilita skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti mill-annimali, kif approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE.
(**) Iċ-ċertifikati li għandhom jintużaw għall-importazzjonijiet mill-Isvizzera huma stabbiliti fl-Anness D mad-Direttiva 88/407/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu VII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 ma’ dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera.
ANNESS II
PARTI 1
Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet tas-semen u semen fi tranżitu u ta’ stokkijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini
TAQSIMA A
Il-mudell 1 — |
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet tas-semen u semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, proċessat u maħżun skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen, fejn ikun inġabar is-semen |
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
TAQSIMA B
Il-mudell 2 — |
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2005 għall-istokkijiet tas-semen u semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, proċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2004, u importat wara l-31 ta’ Diċembru 2004 skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen fejn ikun inġabar is-semen |
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
TAQSIMA C
Il-mudell 3 — |
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet tas-semen u s-semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, ipproċessat u maħżun skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE, u fl-istokkijiet tas-semen miġbur, ipproċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 88/407/KEE, li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2004 u impurtat wara l-31 ta’ Diċembru 2004 l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva2003/43/KE, mibgħuta minn ċentru għall-ħażna tas-semen |
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
PARTI 2
Noti ta’ spjegazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni
(a) |
Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness II. Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jitlob rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali, għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-forma oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawk ir-rekwiżiti jkunu ntlaħqu. |
(b) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jikkonsisti minn folja waħda, jew fejn ikun meħtieġ iktar test, għandu jkun f’tali forma li l-folji kollha meħtieġa jkunu parti minn unità waħda integrata u jkunu indiviżibbli. |
(c) |
Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jiddikjara li ċerti stqarrijiet għandhom jinżammu kif xieraq, l-istqarrijiet irrilevanti, jistgħu jinqatgħu barra u jiġu ttimbrati u mmarkati bl-inizjali tal-uffiċjali li jiċċertifika, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat. |
(d) |
Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jitfassal b’tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-post fejn issir l-ispezzjoni mal-fruntiera, fejn tiġi introdotta l-kunsinna fl-Unjoni Ewropea u tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ħruġ taċ-ċertifikat bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, u li jkun akkumpanjat, jekk neċessarju, minn traduzzjoni uffiċjali. |
(e) |
Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti fil-kunsinna (skeda fil-Kaxxa I.28 tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali), jinthemżu karti addizzjonali maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, dawk il-folji għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħala parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjali li jiċċertifika, fuq kull folja. |
(f) |
Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f’(e), ikun fih iktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tingħata numru (numru tal-paġna) minn (numru totali ta’ paġni), fil-qiegħ ta’ kull paġna u jkollha n-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat mogħti mill-awtorità kompetenti, fuq nett ta’ kull paġna. |
(g) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jimtela u jiġi ffirmat minn veterinarju uffiċjali, fl-aħħar jum ta’ ħidma qabel it-tagħbija tal-kunsinna għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE (1). Il-kulur tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tal-kliem stampat fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal timbri għajr dawk li jkunu intaljati jew dawk li jidhru kontra d-dawl. |
(h) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm din tasal fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, fejn din tiġi introdotta fl-Unjoni Ewropea. |
(i) |
In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-Kaxxa I.2. u Kaxxa II.a. tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur. |