Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008E0586

    Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/586 /PESK tal- 15 ta' Lulju 2008 li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK

    ĠU L 188, 16/07/2008, p. 71–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/01/2009; Imħassar b' 32009E0067

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2008/586/oj

    16.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 188/71


    POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/586 /PESK

    tal-15 ta' Lulju 2008

    li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 34 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

    (2)

    Fl-20 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

    (3)

    Bi qbil mal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK.

    (4)

    Fil-każ ta' grupp il-Kunsill ħa kont tal-fatt li hu kien mgħarraf b'elementi ġodda, li jiġġustifikaw l-inklużjoni ta' dan il-grupp fil-lista.

    (5)

    Il-Kunsill iddetermina li persuna kellha titneħħa mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/KE.

    (6)

    Wara dik ir-reviżjoni, il-Kunsill ikkonkluda li, bl-eċċezzjoni tal-persuna msemmija fil-ħames premessa, l-persuni, gruppi u entitajiet l-oħrajn elenkati fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK (3) kienu involuti f'atti terroristiċi fit-tifsira ta' l-Artikoli 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu s-suġġett tal-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

    (7)

    Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha għalhekk tkun aġġornata,

    ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandhom jitniżżlu fl-Anness għal din il-Pożizzjoni Komuni.

    Artikolu 2

    Il-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK hija b'dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BARNIER


    (1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

    (2)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 109. Il-Pożizzjoni komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjonijiet Komuni 2008/347/PESK (ĠU L 116, 30.4.2008, p. 55).

    (3)  Kif emendata bil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/346/PESK tad-29 ta' April 2008 (ĠU L 116, 30.4.2008, p. 53).


    ANNESS

    Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 (1)

    1.   PERSUNI

    1.

    ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    2.

    ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    3.

    *ALBERDI URANGA, Itziar (Attivist ta' l-“E.T.A.”) imwieled fis-7.10.1963 f'Durango Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 78.865.693

    4.

    *ALBISU IRIARTE, Miguel (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru tal-“Gestoras Pro- amnistía”) imwieled fis-7.6.1961 f’San Sebastián Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru 15.954.596

    5.

    AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

    6.

    AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

    7.

    AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

    8.

    *APAOLAZA SANCHO, Iván (Attivist ta' l-E.T.A.; Membru ta’ “K. Madrid”) imwieled fl-10.11.1971 f'Beasain f’ Guipúzcoa (Spanja); karta ta’ l-identità Nru 44.129.178

    9.

    ARIOUA, Azzedine imwieled fl-20.11.1960 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    10.

    ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    11.

    ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    12.

    ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    13.

    *ARZALLUS TAPIA, Eusebio (Attivist ta' l-“E.T.A.”) imwieled fit-8.11.1957 f’Regil Guipúzcoa (Spanja); karta ta’ l-identità Nru 15.927.207

    14.

    ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu

    15.

    BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    16.

    DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    17.

    DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-1.6.1970 fl- Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    18.

    *ECHEBERRIA SIMARRO, Leire (Attivist ta' l-“E.T.A.”) imwieled fl-20.12.1977 f'Basauri Biscay, karta ta' l-identità Nru 45.625.646

    19.

    *ECHEGARAY ACHIRICA, Alfonso (Attivist ta' l-“E.T.A.”) imwieled fl-10.1.1958 fi Plencia, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 16.027.051

    20.

    EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    21.

    EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il- 11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

    22.

    FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al- Takfir” u “al-Hijra”)

    23.

    *GOGEASCOECHEA ARRONATEGUI, Eneko (Attivist ta' l-“E.T.A.”), imwieled fid- 29.4.1967 fi Guernica, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 44.556.097

    24.

    *IPARRAGUIRRE GUENECHEA, Ma Soledad (Attivista ta' l-“E.T.A.”) imwielda fil- 25.4.1961 f'Escoriaza (Navarra), karta ta' l-identità Nru 16.255.819

    25.

    IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu

    26.

    LASSASSI, Saber (magħruf ukoll bħala Mimiche) imwieled fit-30.11.1970 f’Konstantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    27.

    MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

    28.

    MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    29.

    *MORCILLO TORRES, Gracia (Attivista ta' l-“E.T.A.”; Membru ta' Kas/Ekin) imwielda fil-15.3.1967 f'San Sebastián, Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru 72.439.052

    30.

    *NARVÁEZ GOÑI, Juan Jesús (Attivist ta' l-“E.T.A.”) imwieled fit-23.2.1961 f'Pamplona, Navarra (Spanja), karta ta' l-identità Nru 15.841.101

    31.

    NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    32.

    *ORBE SEVILLANO, Zigor (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru ta' Jarrai/Haika/Segi) imwieled fit-22.9.1975 f'Basauri, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 45.622.851

    33.

    *PALACIOS ALDAY, Gorka (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru ta’ K. Madrid imwieled fis-17.10.1974 f'Baracaldo, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 30.654.356

    34.

    *PEREZ ARAMBURU, Jon Iñaki (Attivist ta' l-“E.T.A.”.; Membru ta' “Jarrai/Haika/Segi”) imwieled fit-18.9.1964 f'San Sebastián, Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru 15.976.521

    35.

    *QUINTANA ZORROZUA, Asier (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru ta’ “K. Madrid”) imwieled fis-27.2.1968 f'Bilbao Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 30.609.430

    36.

    RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    37.

    *RUBENACH ROIG, Juan Luis (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru ta’ K. Madrid) imwieled fit-18.9.1963 f'Bilbao, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 18.197.545

    38.

    SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    39.

    SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l- Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    40.

    SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    41.

    SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-“Partit Komunista tal-Filippini” inkluż l-“NPA”) imwieled fit-8.2.1939 f’Cabugao, il-Filippini

    42.

    TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil-21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

    43.

    *URANGA ARTOLA, Kemen (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru ta’ Herri Batasuna/E.H/Batasuna) imwieled fil-25.5.1969 f’Ondarroa (Bizcay), karta ta' l-identità Nru 30.627.290

    44.

    *VALLEJO FRANCO, Iñigo (Attivist ta' l-“E.T.A.”) imwieled fil-21.5.1976 f’Bilbao, Biscay (Spanja), karta ta' l-identità Nru 29.036.694

    45.

    *VILA MICHELENA, Fermín (Attivist ta' l-“E.T.A.”; Membru ta' Kas/Ekin) imwieled fit-12.3.1970 f'Irún, Guipúzcoa (Spanja), karta ta' l-identità Nru 15.254.214

    46.

    WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l- Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

    2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

    1.

    “L-Organizzazzjoni Abu Nidal” (ANO), (magħrufa ukoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, “il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l-Iswed”, u “l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”)

    2.

    “Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa”

    3.

    “Al-Aqsa e.V.”

    4.

    “al-Takfir” u “al-Hijra”

    5.

    *“Cooperativa Artigiana Fuoco ed Affini – Occasionalmente Spettacolare” (“Il- Kooperattiva Artiġjana Nar u Simili – Okkażjonalment Spettakulari”)

    6.

    *“Nuclei Armati per il Comunismo” (“Nukleji Armati għall-Komuniżmu”)

    7.

    “Aum Shinrikyo” (magħruf ukoll bħala “AUM”, magħruf ukoll bħala “Aum Verita Suprema”, magħruf ukoll bħala “Aleph”)

    8.

    “Babbar Khalsa”

    9.

    *“CCCCC” – “Cellula Contro Capitale, Carcere i suoi Carcerieri e le sue Celle” (“Iċ- Ċellula Kontra l-Kapital, il-Ħabs, il-Gwardjani tal-Ħabs u ċ-Ċelel tal-Ħabs”)

    10.

    “Il-Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” – “l-NPA”, il- Filippini, marbuta ma’ SISON Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża l-“NPA”)

    11.

    * “L-Armata Repubblikana Irlandiża tal-Kontinwità” (“CIRA”)

    12.

    * “EPANASTATIKOS AGONAS” – “Lotta Rivoluzzjonarja”

    13.

    *“Euskadi Ta Askatasuna”/“Tierra Vasca y Libertad”/“Patrija Baska u Libertà” (“E.T.A.”) (L-organizzazzjonijiet li ġejjin huma parti mill-grupp terroristiku “E.T.A.”: “K.a.s.”, “Xaki”, “Ekin”, “Jarrai-Haika-Segi”, “Gestoras pro-amnistía”, “Askatasuna”, “Batasuna” (magħruf ukoll bħala “Herri Batasuna”, magħruf ukoll bħala “Euskal Herritarrok”)

    14.

    “Gama'a al-Islamiyya” (“Grupp Islamiku”), (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”, “IG”)

    15.

    “Il-Front Kbir Islamiku tal-Ġellieda tal-Lvant” (“IBDA-C”)

    16.

    *“Grupos de Resistencia Antifascista Primero de Octubre”/“Il-Gruppi ta’ Reżistenza Antifaxxista ta’ l-Ewwel ta’ Ottubru” (“G.R.A.P.O.”)

    17.

    “Hamas” (inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”)

    18.

    “Hizbul Mujahideen” (“HM”)

    19.

    “Hofstadgroep”

    20.

    “Il-Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp”

    21.

    “Il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” (“ISYF”)

    22.

    *“Solidarietà Internazionale” (“Is-Solidarjetà Internazzjonali”)

    23.

    “Kahane Chai” (“Kach”)

    24.

    “Il-Forza Khalisan Zindabad” (“KZF”)

    25.

    “Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” (“PKK”), (magħruf ukoll bħala “KADEK”; magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”)

    26.

    “Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam” (“LTTE”)

    27.

    * “Il-Forza tal-Voluntiera Lealista” (“LVF”)

    28.

    “L-Organizzazzjoni Mujahedin-e Khalq” – “MEK” jew “MKO”, bl-esklużjoni tal-“Kunsill Nazzjonali tar-Resistenza ta' l-Iran” – “NCRI – National Council of Resistance of Iran” (magħrufa wkoll bħala “L-Armata Nazzjonali ta’ Liberazzjoni ta’ l-Iran” – “NLA – National Liberation Army of Iran” (il-fergħa militanti tal-“MEK”), magħrufa wkoll bħala l-“Mujahidin tal-Poplu ta’ l-Iran” – “PMOI – People's Mujahidin of Iran”, magħrufa wkoll bħala s-“Socjetà ta’ l-Istudenti Iranjani Musulmani”)

    29.

    “L-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” (“Ejército de Liberación Nacional”)

    30.

    * “Il-Voluntiera Oranġjo” (“OV”)

    31.

    “Il-Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PLF”)

    32.

    “Il-Jihad Islamika Palestinjana” (“PIJ”)

    33.

    “Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PFLP”)

    34.

    “Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP – Kmand Ġenerali”)

    35.

    * “L-IRA Reali”

    36.

    * “Brigate Rosse per la Costruzione del Partito Comunista Combattente” (“Il-Brigati Ħomor għall-Kostruzzjoni tal-Partit Komunista Kombattenti”)

    37.

    * “Id-Difensuri ta’ l-Id Ħamra” (“RHD”)

    38.

    “Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja” (“FARC”)

    39.

    * “In-Nuklei Rivoluzzjonarji”/“Epanastatiki Pirines”

    40.

    * “L-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tas-17 ta' Novembru”/“Dekati Evdomi Noemvri”

    41.

    “L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu” (“DHKP/C”), (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), “Dev Sol”)

    42.

    “It-Triq li Tiddi” (“SL”) (“Sendero Luminoso”)

    43.

    “Stichting Al Aqsa” (magħruf ukoll bħala “Stichting Al Aqsa Nederland”, magħruf ukoll bħala “Al Aqsa Nederland”)

    44.

    “TAK” – “Teyrbazen Azadiya Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks”

    45.

    * “Brigata XX Luglio” (“Il-Brigata ta’ l-20 ta’ Lulju”)

    46.

    * “L-Assoċjazzjoni għad-Difiża ta’ Ulster/Il-Ġellieda għall-Ħelsien ta’ Ulster” (“UDA/UFF”)

    47.

    “Il-Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja” (“AUC”) (“Autodefensas Unidas de Colombia”)

    48.

    *“F.A.I.” – “Federazione Anarchica Informale” (“Il-Federazzjoni Anarkika Mhux Uffiċjali”)


    (1)  Il-persuni, gruppi jew entitajiet immarkati b’asterisk għandhom ikunu s-suġġett ta’ l-Artikolu 4 tal-Posizzjoni Komuni 2001/931/PESK.


    Top