This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0698
2008/698/EC: Commission Decision of 8 August 2008 on the temporary admission and imports into the Community of registered horses from South Africa (notified under document number C(2008) 4211) (Text with EEA relevance)
2008/698/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' Awwissu 2008 dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel reġistrati mill-Afrika ta' Isfel (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4211) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/698/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' Awwissu 2008 dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel reġistrati mill-Afrika ta' Isfel (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4211) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 235, 02/09/2008, p. 16–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2023; Imħassar b' 32023D2609
2.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 235/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta' Awwissu 2008
dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel reġistrati mill-Afrika ta' Isfel
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4211)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/698/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' equidae l (1), u partikolarment l-Artikoli 13(2), Artikoli 14, 15, 16 u 19(i) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/10/KE tat-12 ta’ Diċembru 1996 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/160/KEE, 92/260/KEE u 93/197/KEE dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel reġistrati mill-Afrika ta' Isfel (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
L-Afrika ta' Isfel hija inkluża fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (4). |
(3) |
Wara missjoni ta' verifika veterinarja mill-Kummissjoni li seħħet fl-Afrika ta' Isfel is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali tidher li hija taħt kontroll sodisfaċenti tas-servizzi veterinarji mibnija u organizzati tajjeb. |
(4) |
Il-marda magħrufa bħala dourine hija endemika f'ċerti partijiet ta' l-Afrika ta' Isfel. B'dana kollu, il-Provinċja tal-Kap tal-Punent kienet ħielsa mid-dourine għal aktar minn sitt xhur. L-Afrika ta' Isfel hija uffiċjalment ħielsa mill-glanders, mit-tipi kollha ta' enċefalomilitis ta' l-ispeċi ekwina, l-anemija infettiva taż-żwiemel u mill-istomatitis vesikulari għal aktar minn sitt xhur. |
(5) |
L-awtoritajiet veterinarji ta' l-Afrika ta' Isfel ntrabtu li jagħtu notifika fi żmien 24 siegħa b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-konfermazzjoni ta' kwalunkwe marda infettiva jew li tittieħed mill-equidae minn dawk li hemm imsemmija fl-Anness A tad-Direttiva 90/426/KEE u dwar kwalunkwe tibdil fl-istrateġija tat-tilqim, u fi żmien xieraq, fl-istrateġija ta' l-importazzjoni meta jkunu kkonċernati ż-żwiemel. |
(6) |
L-awtoritajiet veterinarji ta' l-Afrika ta' Isfel ipprovdew ċerti garanziji dwar iż-żwiemel irreġistrati intiżi għad-dħul temporanju jew permanenti fil-Komunità. |
(7) |
Il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għandhom ikunu adottati bi qbil mas-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali tal-pajjiż terz konċernat. Minħabba l-kriterji meħtieġa dwar il-kontroll tal-moviment u l-kwarantina fl-Afrika ta' Isfel din id-Deċiżjoni għandha x’taqsam biss mad-dħul temporanju u l-importazzjoni taż-żwiemel irreġistrati. |
(8) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-reġjonalizzazzjoni ta' l-Afrika ta' Isfel dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità taż-żwiemel reġistrati għandha tkun tapplika permezz tal-kondizzjoni li l-garanziji addizzjonali li hemm fl-Anness I ikunu mwettqa.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 97/10/KE hi mħassra.
Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, 8 ta’ Awwissu 2008.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.
(3) Ara l-Anness III.
ANNESS I
Garanziji addizzjonali li japplikaw għar-reġjonalizzazzjoni ta' l-Afrika ta' Isfel dwar id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità taż-żwiemel irreġistrati
1. Il-mard segwenti għandu jkun innotifikat b'mod obbligatorju fl-Afrika ta' Isfel:
|
Il-marda Afrikana taż-żwiemel (AHS – DAŻ), il-glanders, id-dourine, it-tipi kollha ta' l-enċefalomilitis fl-ispeċi ekwina inkluża dik tal-Venezwela, l-anemija infettiva fl-ispeċi ekwina , stomatitis vesikulari, it-traċna u r-rabbja. |
|
Iż-żona kollha tal-Provinċja tal-Kap tal-Punent hija dikjarata bħala “żona ta' kontroll għall-marda Afrikana taż-żwiemel” bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Mard ta' l Annimali. Fir-rigward tar-reġjonalizzazzjoni tal-marda Afrikana taż-żwiemel, it-territorju tal-Provinċja tal-Kap tal-Punent huwa maqsum fiż-żona ħielsa mid-marda Afrikana taż żwiemel, iż-żona ta' sorveljanza u ż-żona ta' protezzjoni. |
|
Fil-Provinċja tal-Kap tal-Punent, il-marda Afrikana taż-żwiemel hija meqjusa bħala “marda kontrollata” bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar il-Mard ta' l-Annimali. |
2. Reġjonalizzazzjoni:
2.1. Żona ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel:
Iż-żona metroplotana ta’ Cape Town hija żona ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel li hija delinejata kif ġej:
— |
: |
Fruntiera tat-Tramuntana |
: |
Triq Blaauwberg (M14), |
— |
: |
Fruntiera tal-Lvant |
: |
Triq Koeberg (M14), Triq Plattekloof (M14), il-Highway N7, il-Highway N1 u l-Highway M5, |
— |
: |
Fruntiera ta' Nofs-in-nhar |
: |
Triq Ottery, Prince George Drive, Triq Wetton, Triq Riverstone, Triq Tennant, Newlands Drive, Triq Paradise, Union Drive, Rhodes Drive sa l-istazzjon tal-Forestrija ta' Newlands u matul l-Echo Gorge ta' Table Mountain sa Camps Bay, |
— |
: |
Fruntiera tal-Punent |
: |
Il-linja tal-kosta minn Camps Bay sa Triq Blaauwberg. |
2.2. Żona ta’ sorveljanza tal-marda Afrikana taż-żwiemel:
Iż-żona ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel hija mdawwra biż-żona ta’ sorveljanza wiesgħa ta’ mill-anqas 50 km li tinkludi id-distretti maġisterjali ta’ Cape Town, Vredenburg, Hopefield, Mooreesburg, Malmesbury, Wellington, Paarl, Stellenbosch, Kuilsrivier, Goodwood, Wynberg, Simonstown, Somerset Punent, Mitchells Plain u Strand u hija ddefinita bil-Berg Rivier lejn it-Tramuntana, il-Muntanji Hottentots Holland lejn il-lvant u l-kosta lejn in-nofsinnhar u l-punent.
2.3. Żona ta’ protezzjoni tal-marda Afrikana taż-żwiemel:
Iż-żona ta’ sorveljanza hija mdawwra b’żona ta’ protezzjoni wiesgħa ta’ mill-anqas 100 km li tinkludi d-distretti maġisterjali ta’ Clanwilliam, Piketberg, Ceres, Tulbagh, Worcester, Caledon, Hermanus, Bredasdorp, Robertson, Montagu, Swellendam.
2.4. Żona infettata bil-marda Afrikana taż-żwiemel:
Il-parti tat-territorju ta’ l-Afrika ta’ Isfel ’il barra mill-Provinċja tal-Kap tal-Punent u l-parti tal-Provinċja tal-Kap tal-Punent ’il barra miż-żona ħielsa AHS u ż-żona ta’ protezzjoni u sorveljanza u li tinkludi d-distretti maġisterjali ta’ Vanrynsdorp, Vredendal, Laingsburg, Ladismith, Heidelberg, Riversdale, il-Bajja Mossel, Calitzdorp, Oudtshoorn, George, Knysna, Uniondale, Prince Albert, Beaufort Punent u Murraysburg.
3. Vaċċinazzjoni (tilqim):
3.1. L-ebda vaċċinazzjoni sistematika kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel m'hi awtorizzata fiż-żona ħielsa mill-AHS u f'dik ta' sorveljanza.
Madankollu, permezz ta’ deroga, id-Direttur tas-Saħħa ta’ l-Annimali tal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura ta’ l-Afrika ta’ Isfel jista’ jagħti permess għal vaċċinazzjoni billi jintuża vaċċin reġistrat polyvalent AHS kif preskritt mill-manifattur tal-vaċċin u għandha tingħata esklussivament minn veterinarju jew Tekniku tas-Saħħa ta’ l-Annimali awtorizzat f’kariga uffiċjali tal-Gvern, ta’ dawk iż-żwiemel skedati li jħallu ż-żona ħielsa mill-AHS jew iż-żona ta’ sorveljanza hinn mill-parametri taż-żona ta’ sorveljanza, bil-kondizzjoni li dawn iż-żwiemel ma jistgħux iħallu s-sehem sat-tluq lejn destinazzjoni barra ż-żona ħielsa mill-AHS u ż-żona ta’ sorveljanza, u l-vaċċinazzjoni għandha tiġi miktuba fil-passaport.
3.2. Meta l-vaċċinazzjoni ta’ żwiemel irreġistrati kontra l-AHS (marda Afrikana taż-żwiemel) - issir f’żona ’l barra miż-żona ħielsa mill-AHS u miż-żona ta’ sorveljanza, din għandha tingħata minn veterinarju jew Tekniku tas-Saħħa ta’ l-Annimali awtorizzat li jkollu kariga uffiċjali mal-Gvern billi juża il-vaċċin irreġistrat polyvalent AHS kif preskritt mill-manifattur tal-vaċċin u l-vaċċinazzjoni għandha tiġi miktuba fuq il-passaport.
4. Ir-reġistrazzjoni ta' l-oqsma u l-identifikazzjoni ta' żwiemel:
4.1. Fiż-żona ħielsa mill-AHS l-oqsma kollha (l-oqsma fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 90/426/KEE) ikunu identifikati, reġistrati u sorveljati mill-veterinarju ta' l-Istat taż-żona.
4.2. L-equidae residenti kollha fiż-żona ħielsa mill-AHS jiġu identifikati u d-dokumenti kollha jinżammu. Dawn ta' l-aħħar ikunu jinkludu l-informazzjoni dwar il-moviment kif ukoll fuq is-saħħa u l-istorja tal-vaċċinazzjoni ta' kull annimal.
5. Il-kontroll tal-moviment
5.1. Kull moviment ta' l-equidae miż-żona infettata għal dik ta' protezzjoni, ta' sorveljanza u dik ħielsa mill-AHS u kwalunkwe moviment ta' żwiemel miż-żona ta' protezzjoni għal dik ta' sorveljanza u dik ħielsa mill-AHS u kwalunkwe moviment ta' żwiemel miż-żona ta' sorveljanza għal dik ħielsa mill-AHS huwa projbit.
5.2. Bħala deroga mill-projbizzjonjiet stabbiliti fil-punt 5.1, iż-żwiemel għajr dawk reġistrati jistgħu jiddaħħlu miż-żona infettata għal dik ta' protezzjoni, dik tas-sorveljanza u dik ħielsa, u miż-zona ta' protezzjoni għal dik ta' sorveljanza u dik ħielsa mill-AHS, u miż-żona ta' sorveljanza għal dik ħielsa mill-AHS esklussivament permezz tal-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 90/426/KE.
5.2.1. Ix-xhur ta' Ġunju, Lulju u Awissu huma l-perjodu bla periklu għal kontra l-insetti li jġorru l-mard kif meħtieġ fl-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 90/426/KEE.
5.2.2. L-equidae jinħelsu mill-kwarantina identifikati kif suppost.
5.2.3. B'żieda mad-disposizzjonijiet li hemm fil-punt 5.2, l-equidae għall-qatla m'għandhomx jidħlu fiż-żona ħielsa u għandhom jidħlu f'dik tas-sorveljanza taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali biss għall-qatla immedjata f'biċċeriji magħżula apposta.
5.3. Bħala deroga mid-disposizzjonijiet fil-punt 5.1, il-moviment taż-żwiemel irreġistrati miż-żona infettata lejn dik ta' protezzjoni jista' jitħalla jseħħ taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
5.3.1. |
Iż-żiemel għandu jkun identifikat b'passaport u d-dettalji dwar il-vaċċinazzjoni għandhom ikunu mniżżla fil-passaport. |
5.3.2. |
Il-moviment taż-żiemel għandu jkun avżat minn qabel mill-veterinarju uffiċjali li qed jibgħat lill-veterinarju uffiċjali responsabbli fid-distrett tad-destinazzjoni. |
5.3.3. |
Iż-żiemel għandu jkun akkumpanjat b'ċertifikat li jkun parti mill-passaport u maħruġ mill-veterinarju uffiċjali (veterinarju uffiċjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 90/426/KEE) mill-bini ta' l-oriġini. |
5.3.4. |
Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li ż-żiemel:
|
5.4. Bħala deroga mid-disposizzjonijiet fil-punt 5.1, il-moviment taż-żwiemel reġistrati minn żona infettata jew minn dik ta' protezzjoni għaż-żona ta' sorveljanza tista' tkun awtorizzata permezz tal-kondizzjonijiet li ġejjin:
5.4.1. |
Iż-żiemel irid ikun identifikat b'passaport waqt li d-dettalji dwar il-vaċċinazzjoni għandhom jitniżżlu fil-passaport. |
5.4.2. |
Il-moviment taż-żiemel għandu jkun avżat minn qabel mill-veterinarju uffiċjali li qed jawtorizza l-ħruġ lill-veterinarju uffiċjali fid-distrett tad-destinazzjoni. |
5.4.3. |
Iż-żiemel għandu jkun akkumpanjat b'ċertifikat li jkun parti mill-passaport u maħruġ mill-veterinarju uffċjali (veterinarju uffiċjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 90/426/KEE) fil-bini ta' l-oriġini. |
5.4.4. |
Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara li ż-żiemel:
|
5.5. Bħala deroga mid-disposizzjonijiet fil-punt 5.1, il-moviment taż-żwiemel reġistrati fiż-żona ħielsa mill-AHS jista' jkun awtorizzat permezz tal-kondizzjonijiet li ġejjin:
5.5.1. |
Iż-żwiemel irreġistrati jistgħu jitmexxew miż-żona infettata jew minn dik ta' protezzjoni jew minn dik ta' sorveljanza għaż-żona ħielsa mill-AHS permezz tal-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
5.5.2. |
Bħala deroga mid- disposizzjonijiet fil-punt 5.5.1, l-awtoritajiet veterinarji kompetenti jistgħu jawtorizzaw id-dħul temporanju fiż-żona ħielsa mill-AHS ta' żiemel irreġistrat minn qasam magħżul fiż-żona ta' sorveljanza skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
5.5.3. |
Bħala deroga mid-dispożizzjonijiet fil-punt 5.5.1, l-awtoritajiet veterinarji kompetenti jistgħu joħorġu liċenzja għad-dħul mill-ġdid ta' żiemel reġistrat f'qasam fiż-żona ħielsa mill-AHS li jkun qiegħed jirritorna wara moviment temporanju lejn oqsma magħżula fiż-żona ta' sorveljanza permezz tad-disposizzjonijiet li ġejjin:
|
6. Sorveljanza
6.1. Sorveljanza kontinwa ssir fiż-żona ħielsa mill-AHS u fiż-żona ta' sorveljanza li ddur magħha.
6.2. Ta' kull xahar issir sorveljanza sero-epidemijoloġika għad-marda Afrikana taż-żwiemel fuq minn ta' lanqas 60 żiemel ta' l-għassa identifikati bħala mhux imlaqqma u mferrxa ma' tul iż-żona ħielsa mill-AHS u dik ta' sorveljanza kollha biex ikun ikkonfermat in-nuqqas tal-marda Afrikana taż-żwiemel fiż-żona ħielsa mill-AHS kif ukoll f'dik ta' sorveljanza. Ir-riżultati tat-testijiet għandhom ikunu kkomunikati ta' kull xahar lill-Kummissjoni.
6.3. Il-każi kollha ta' mwiet ta' żwiemel fiż-żona ħielsa mill-AHS li jkunu ssuspettati minħabba xi marda infettiva u kwalunkwe mewt ta' żiemel identifikat, ikunu eżaminati permezz ta' nekropsja uffiċjali u r-riżultati jkunu kkonfermati bi proċeduri diagnostiċi aċċettabbli u jkunu kkomunikati lill-Kummissjoni.
7. Il-kriterji ta' residenza
7.1. Żwiemel reġistrati li ħa jkunu impurtati b’mod permanenti fil-Komunità għandhom jkunu residenti fil-pajjiż minn fejn intbagħtu għal mill-anqas 90 jum, jew mit-twelid f’każ li jkollhom anqas minn 90 jum, jew minn meta jkunu iddaħħlu fil-każ li jkunu impurtati direttament mill-Komunità matul id-90 jum qabel iċ-ċertifikazzjoni għall-esportazzjoni għall-Komunità u għandhom jkunu baqgħu fiż-żona ħielsa mill-AHS għal mill-anqas 60 jum jew mit-twelid f’każ li għandhom anqas minn 60 jum, jew minn meta jkunu iddaħħlu fil-każ li jkunu impurtati direttament fiż-żona ħielsa mill-AHS mill-Komunità matul is-60 jum qabel iċ-ċertifikazzjoni għall-esportazzjoni għall-Komunità.
7.2. Iż-żwiemel irreġistrati intiżi għal dħul temporanju fil-Komunità għandhom ikunu residenti matul l-aħħar 60 ġurnata immedjatament qabel l-esportazzjoni lejn il-Komunità f'oqsma taħt sorveljanza veterinarja:
— |
fiż-żona ħielsa mill-AHS, jew |
— |
fi Stat Membru, jekk dawn ikunu ġew impurtati lejn iż-żona ħielsa mill-AHS ta' l-Afrika ta' Isfel direttament minn Stat Membru, jew |
— |
fit-territorju jew parti mit-territorju ta' pajjiżi terzi approvati mill-Komunità għad-dħul temporanju jew l-importazzjoni permanenti taż-żwiemel reġistrati b'mod konformi mad-Direttiva 90/426/KEE jekk dawn kienu ġew importati fiż-żona ħielsa mill-AHS ta' l-Afrika ta' Isfel direttament u permezz tal-kondizzjonijiet stretti daqs dawk stabbiliti għad-dħul temporanju jew l-importazzjoni permanenti taż-żwiemel irreġistrati mill-pajjiżi terzi kkonċernati direttament fl-Istati Membri. |
8. Kriterji ta' kwarantina
8.1. Iż-żwiemel reġistrati intiżi għall-importazzjoni jew għad-dħul temporanju fil-Komunità għandhom ikunu għaddew minn 40 jum ta' iżolament qabel l-esportazzjoni fi stazzjon ta' kwarantina approvat uffiċjalment u protett kontra l-mard. Dan il-perjodu huwa parti obbligatorja mill-perjodu ta' residenza meħtieġ fiż-żona ħielsa.
8.2. Matul il-perjodu ta' l-iżolament iż-żiemel għandu jinżamm ġo stalla protetta minn aġenti li jġorru mard minn ta' lanqas minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa sagħtejn wara t-tlugħ ix-xemx ta' l-għada. Jekk ikun meħtieġ xi eżerċizzju, dan għandu jsir fil-perimetri delineati tal-bini ta' kwarantina taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali, wara li jkun ingħata t-titlqim effettiv għal kontra l-insetti qabel it-tneħħija tiegħu mill-istalla, u f'iżolament strett minn żwiemel li ma jkunux imħejjija għall-esportazzjoni permezz tal-kondizzjonijiet li jkunu minn ta' lanqas stretti daqs dawk meħtieġa għad-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità.
8.3. S'issa l-istazzjon tal-kwarantina fil-Ġonna Montagu u f'Kenilworth Racecourse biss ġew identifikati għall-istabbiliment ta' dawn il-faċilitajiet ta' kwarantina fiż-żona ħielsa mil-AHS metropolitana ta' Cape Town. L-awtoritajiet veterinarji ntrabtu li javżaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-approvazzjoni ta' stazzjonijiet ta' kwarantina addizzjonali.
9. Il-kriterji tat-test
9.1. Matul il-perjodu ta' l-iżolament, it-testijiet tas-saħħa ta' l-annimal għad-marda Afrikana taż-żwiemel, id-dourine, glanders l-enċefalożi ta' l-ispeci ekwina u kwalunkwe marda oħra, kif meħtieġ fiċ-ċertifikati xierqa tas-saħħa ta' l-annimali, għandhom jitwettqu, bir-riżultati jkunu speċifikati fiċ-ċertifikat.
9.2. It-testijiet kollha tas-saħħa għandhom isiru f'laboratorju akkreditat.
10. Iċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimal għandu jinħareġ u jkun iffirmat mill-veterinarju uffiċjali ta' l-istazzjon tal-kwarantina.
11. Jekk żwiemel reġistrati jkunu trasportati bl-ajru, it-trasport taż-żwiemel mill-istazzjoni ta’ kwarantina sa’ l-ajruplan għandu jsir taħt kundizzjonijiet li jipproteġuhom minn vettori. Dawn il-kundizzjonijiet jinżammu matul il-vjaġġ kollu.
12. Jekk żwiemel reġistrati jkunu trasportati bil-baħar, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Vapuri li jittrasportaw żwiemel reġistrati mill-port ta’ Cape Town lejn port fil-Komunità approvat skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE (1) bħala post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal kontrolli veterinarji fuq żwiemel reġistrati, ma jistgħux, fl-ebda punt bejn it-tluq u l-wasla tagħhom fid-destinazzjoni tagħhom, jieqfu f’port fit-territorju jew f’parti mit-territorju ta’ pajjiż terz li ma huwiex approvat għall-importazzjoni ta’ equidae fil-Komunità. Il-kaptan tal-vapur għandu jagħti prova li dawn il-kundizzjoni kienu rispettati billi jimla d-dikjarazzjoni fl-Anness II.
ANNESS III
Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/10/KE |
|
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/622/KE |
Artikolu 2 u Anness biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/541/KE |
Artikolu 3 u Annessi III u IV biss |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/117/KE |
Artikolu 3 u Anness III biss |
ANNESS IV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Deċiżjoni 97/10/KE |
Din id-Deċiżjoni |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolus 2 sa 5 |
— |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 6 |
Artikolu 3 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |
Anness II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |