EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1403

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1403/2007 tat- 28 ta’ Novembru 2007 li jerġa' jiftaħ is-sajd għall-bażuga fiż-żoni VI, VII u VIII (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

ĠU L 311, 29/11/2007, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1403/oj

29.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 311/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1403/2007

tat-28 ta’ Novembru 2007

li jerġa' jiftaħ is-sajd għall-bażuga fiż-żoni VI, VII u VIII (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-Sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond [titlu mhux uffiċjali] (3) jistabbilixi l-kwoti għall-2007 u l-2008.

(2)

Fit-22 ta' Ottubru 2007, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, li kienet se tagħlaq is-sajd għall-bażuġa fl-ilmijiet taż-żoni VI, VII u VIII ta' l-ICES (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) mid-19 ta' Ottubru 2007.

(3)

Fit-13 ta' Novembru 2007, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, u l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, adottat ir-Regolament (KE) Nru 1328/2007 (4) li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bażuġa fiż-żoni VI, VII u VIII ta' l-ICES (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi) min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Sanja jew li huma rreġistrati fi Spanja.

(4)

Skond l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni mill-awtoritajiet Spanjoli, għad hemm disponibbli kwantità ta' bażuġa fil-kwota Spanjola fiż-żoni VI, VII u VIII (l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi). Għalhekk, għandu jiġu awtorizzat is-sajd għall-bażuġa f'dawn l-ilmijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja jew irreġistrati fi Spanja.

(5)

Din l-awtorizzazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' Ottubru 2007, biex il-kwantità ta' bażuġa kkonċernata tkun tista' tinqabad sa tmiem din is-sena.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1328/2007 għandu jiġi revokat b'effett mit-30 ta' Ottubru 2007.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1328/2007 huwa b'dan irrevokat.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-30 ta' Ottubru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11); kif ikkoreġuta fil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 898/2007 (ĠU L 196, 28.7.2007, p. 22).

(4)  ĠU L 295, 14.11.2007, p. 3.


ANNESS

Nru

81 – Ftuħ mill-ġdid

Stat Membru

Spanja

Stokk

SBR/678-

Speċi

Bażuga (Pagellus Bogaraveo)

Żona

(l-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-żoni VI, VII u VIII

Data

30.10.2007


Top