EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0724

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Ottubru 2006 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/262/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni dwar żwiemel reġistrati li ġejjin mill-Afrika t'Isfel (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5020) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 296, 26/10/2006, p. 23–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 05/06/2007, p. 405–405 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/724/oj

5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

405


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Ottubru 2006

li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/262/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni dwar żwiemel reġistrati li ġejjin mill-Afrika t'Isfel

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5020)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/724/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 18(7) tagħha,

Billi:

(1)

L-ammissjoni temporanja u l-importazzjoni taż-żwiemel rreġistrati mill-Afrika t’Isfel kienu awtorizzati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE (2) u 94/63/KE sakemm ikun hemm konformità ma' ċerti kundizzjonijiet,

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/262/KE tas-17 ta' Marzu 2004 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni dwar żwiemel reġistrati li ġejjin mill-Afrika t'Isfel (3) kienet addottata f'rispons għat-tifqigħat tal-marda Afrikana taż-żwiemel li kienu qed jinżammu fi ħdan iż-żona ta' sorveljanza tal-marda Afrikana taż-żwiemel tal-Provinċja tal-Kap tal-Punent.

(3)

F' Marzu 2005, il-Kummissjoni għamlet missjoni ta' spezzjoni veterinarja tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Afrika t’ Isfel, inkluż, b’mod partikolari il-Kap tal-Punent, biex tevalwa l-miżuri li ttieħdu għall-kontroll tat-tifqigħat tal-marda Afrikana taż-żwiemel. Mit-28 ta' Marzu 2004 ma kien hemm l-ebda każ ieħor ta’ din il-marda.

(4)

L-Afrika t’ Isfel infurmat lill-Kummissjoni bir-riżultat sodisfaċenti ta' servej dwar l-annimali selvaġġi suxxettibbli, li kien komplet biex jaċċerta l-assenza ta' ċirkolazzjoni tal-vajrus f'dik iż-żona.

(5)

Il-miżuri ta' protezzjoni għalhekk għandhom japplikaw u d-Deċiżjoni 2004/262/KE għandha tiġi rrevokata.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2004/262/KE hija rrevokata.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva hekk kif emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 81,19.3.2004, p. 86.


Top