EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0865

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68

ĠU L 161, 30/04/2004, p. 97–127 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/865/oj

32004R0865



Official Journal L 161 , 30/04/2004 P. 0097 - 0127


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004

tad-29 ta' April 2004

dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 36 u t-tielet sottoparagrafu ta' l-Artikolu 37(2),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew [1]

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1) Il-politika agrikola komuni ssegwi l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 33 tat-Trattat. Sabiex ikunu stabbli s-swieq u jiżgura standard ġust ta' għixien għal Komunità agrikola fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda, huwa meħtieġ li tipprovdi għal sostenn ta' dħul għall-bdiewa li jikkultivaw ġonna taż-żebbuġ, għal miżuri tas-suq intern biex iżommu l-prezzijiet u l-kondizzjonijiet tal-provvista f'livell raġonevoli, u għal attivitajiet li jimmiraw biex jinfluwenzaw id-domanda tas-suq billi jtejbu l-kwalità ta' prodotti kif ukoll il-mod li jippreżentaw il-kwalità lill-konsumaturi.

(2) Sostenn ta' dħul għall-bdiewa li jikkultivaw ġonna taż-żebbuġ huwa previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1783/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' sostenn dirett skond il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa [3] permezz tal-ħlasijiet ta' stabbiliment agrikolu uniku kif ukoll għajnuna għal kultivazzjoni ta' ġonna taż-żebbuġ.

(3) Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u xaħmijiet [4], għandu għalhekk jiġi rtirat u mibdua b'regolament ġdid. F'dan il-każ, ir-Regolamenti tal-Kunsill li ġejjin tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa għandhom ukoll jiġu rtirati: Ir-Regolamenti (KEE) Nru 154/75 [5], (KEE) Nru 2754/78 [6], (KEE) Nru 3519/83 [7], (KEE) Nru 2261/84 [8], (KEE) 2262/84 [9], (KEE) Nru 3067/85 [10], (KEE) Nru 1332/92 [11], (KEE) Nru 2159/92 [12], (KEE) Nru 3815/92 [13], (KE) Nru 1414/97 [14], (KE) Nru 1638/98 [15] u (KE) Nru 1873/2002 [16]

(4) Huwa meħtieġ li s-sena kummerċjali għandha tiġi adattata għaċ-ċiklu ta' produzzjoni tal-varjetajiet kollha taż-żebbuġ u, għal finijiet ta' sempliċita ta' konformita, għandha tkun magħmula konformi mas-sena tas-suq għal prodotti agrikoli oħra.

(5) Id-deskrizzjonijiet u definizzjonijiet ta' żejt taż-żebbuġa u hekk id-denominazzjoni huma element essenzali fl-ordni tas-suq billi jistabbilixxu standards ta' kwalità u jipprovdu lill-konsumaturi informazzjoni adekwata fuq il-prodott.

(6) Il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa jiġġustifikaw l-interess tal-konsumaturi minkejja l-prezz għoli ta' dak iż-żejt kif imqabbel ma' żjut u xaħmijiet oħra. Biex jevitaw abbużi rigward il-kwalità u l-awtentiċita tal-prodotti ppreżentati lill-konsumaturi u d-disturbi importanti fis-suq li jistgħu jinvolvu, huma meħtieġa miżuri speċjali biex jiżviluppaw u jipproteġu l-kwalità ta' żebbuġ u żjut taż-żebbuġa.

(7) L-informazzjoni mogħtija fuq tikketti għandha tkun garantita b'metodi aġġornati ta' analiżi u miżuri oħra biex jistabbilixxu l-karatteristiċi ta' kull standard ta' żejt taż-żebbuġa.

(8) Waqt li jikkunsidraw l-influwenza ta' varjazzjoni fil-livell tal-produzzjonijiet u l-provvista disponibbli tas-suq mondjali, għandu jkun hemm dispożizzjoni għal miżuri xierqa li għandhom jittieħdu sabiex jistabbilizzaw is-suq intern.

(9) Is-sistema ta' għajnuna għal kuntratti ta' ħażna privata hija meqjusa bħala strument effettiv biex jirregola l-provvista ta' żejt taż-żebbuġa, waqt li taġixxi ta' mekkaniżmu ta' sigurta fejn ikun hemm disturb serju tas-suq.

(10) Il-kontribut ta' l-operaturi taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda biex itejbu u jiggarantixxu l-kwalità tal-prodotti fil-kwistjoni u hekk biex jiżviluppaw l-interessi tal-konsumaturi u jżommu l-bilanċ fis-suq għandu jiġi inkuraġġut u organizzat bi skema tal-Komunità.

(11) Il-finanzi tal-Komunità, li jikkonsistu fil-perċentwal ta' għajnuna diretta li Stati Membri għandhom permess li żjommu lura skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huma meħtieġa biex jinkoraġġixxu organizzazzjonijiet ta' l-operaturi approvati biex ifasslu programmi ta' xogħol bl-iskop li jtejbu l-kwalità ta' produzzjoni ta' żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda. Sostenn mill-Komunità għandu jkun allokat skond il-prijoritajiet mogħtija lill-attivitajiet li jidħlu għalihom skond il-programmi ta' xogħol fil-kwistjoni.

(12) Sabiex jissorveljaw il-volum ta' kummerċ fiż-żejt taż-żebbuġa ma' pajjiżi barranin waqt li jimmiraw biex jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi, għandha tiġi prevista skema ta' liċenza għall-importazzjoni waqt li tiġi ppreżentata sigurta biex tiżgura li t-transazzjonijiet li għalihom dawn il-liċenzi jintalbu jkunu effettwati. Jekk l-iżviluppi tas-suq esiġew rapporti aktar mill-qrib ta' esportazzjonijiet ta' żejt taż-żebbuġa mill-Komunità, il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata biex iddaħħal sistema ta' liċenzi ta' esportazzjoni.

(13) Is-suq tal-Komunità għaż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda jinvolvi sistema ta' kummerċ fuq il-fruntieri tal-Komunità, inklużi dażji ta' importazzjoni. Is-sistema tal-kummerċ għandha tkun ibbażata fuq l-impriżi li jiġu aċċettati fi ftehimiet internazzjonali.

(14) Il-biċċa l-kbira, id-dazji tas-sisa applikabbli għal prodotti agrikoli skond ftehimiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK) huma stipulati fit-tariffa doganali komuni. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tissospendi dawn id-dazji parzjalment jew totalment sabiex tiżgura provvista adekwata tas-suq intern taż-żejt taż-żebbuġa.

(15) Sa fejn hu meħtieġ għall-operat tajjeb tagħha, għandu jkun hemm provediment biex jirregola jew, meta din is-sitwazzjoni tas-suq tkun tinħtieġ hekk, jipprojbixxi mod konformi ma' l-użu ta' arranġamenti ta' l-ipproċessar għall-intern u 'l barra.

(16) Is-sistema ta' dazju doganali tagħmilha possibbli li teskludi l-miżuri protettivi kollha oħra fuq il-fruntiera ta' barra tal-Komunità. Is-suq intern u l-mekkaniżmu tad-dazju jistgħu, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, jinstabu li mhumiex biżżejjed. F'dawn il-każi, sabiex ma jħallux lis-suq tal-Komunità mingħajr difiża kontra disturbi li jistgħu jinqalgħu, il-Komunità għandha tkun tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa mingħajr telf ta' żmien. Dawn il-miżuri kollha għandhom ikunu konformi ma' l-obbligi li joħorġu mill-ftehimiet ta' l-ODK.

(17) Ix-xogħol proprju ta' suq uniku bbażat fuq prezzijiet komuni jkun espost għall-periklu bl-għoti ta' għajnuna nazzjonali. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw għajnuna mill-Istat għandhom japplikaw għall-prodotti koperti minn din l-organizzazzjoni komuni tas-suq.

(18) Billi s-suq komuni taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda huwa fi stat kontinwu ta' żvilupp, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin infurmati b'dawn l-iżviluppi.

(19) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(7 [17]).

(20) Fl-isfond tal-ħtieġa biex issolvi problemi prattiċi u speċifiċi, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex tadotta l-miżuri meħtieġa f'każi ta' emerġenza.

(21) L-ispiża li tintnefaq mill-Istati Membri bħala riżultat ta' l-obbligi li joħorġu mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun iffinanzjata mill-Komunità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 fuq l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni [18].

(22) Il-prodotti inklużi fl-organizzazzjoni tas-suq komuni stabbilita bir-Regolament Nru 136/66/KEE li mhumiex koperti mill-organizzazzjoni tas-suq komuni fiż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda, jew minn kull organizzazzjoni oħra tas-suq komuni, għandha tkun inkluża fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 ta' Ġunju 111968 dwar l-organizzazzjoni ta' suq komuni fis-suq f'ċerti prodotti elenkati fl-Anness II [19],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET INTRODUTTORJI U REKWIŻITI TA' KWALITÀ

Artikolu 1

L-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda għandha tkopri l-prodotti li ġejjin:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

| |

(a) | 1509 | Żejt taż-żebbuġa u l-frazzjonijiet tiegħu, sew jekk raffinat u anki jekk le, imma mhux kemikament modifikat |

| 151000 | Żjut oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, akkwistati solament miż-żebbuġ, sew jekk raffinat u anki jekk le, imma mhux kemikament modifikat, inklużi t-taħlitiet ta' dawn iż-żjut jew il-frazzjonijiet biż-żjut jew il-frazzjonijiet ta' l-intestatura Nru 1509.. |

(b) | 07099031 | Żebbuġ, frisk jew imkessaħ, għall-użu apparti milli għall-produzzjoni taż-żejt |

| 07099039 | Żebbuġ ieħor, frisk, jew imkessaħ |

| 07108010 | Zebbuġ (mhux imsajjar jew imsajjar fil-fwar jew fl-ilma jagħli), iffriżat. |

| 071120 | Zebbuġ proviżjonalment preservat (per eżempju, bil-gass tad-diossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f'taħlitiet preservattivi oħrajn)imma mhux tajjeb f'dak l-istat għall-konsum immedjat |

| 07129090 | Żebbuġ imqadded, sħIħ, imqatta, imfellel, imfarrak jew fi trab,imma mhux aktar ippreparat |

| 20019065 | Żebbuġ ippreparat jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |

| 20049030 | Żebbuġ ippreparat jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku,iffriżat |

| 200570 | Żebbuġ ippreparat jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat |

(ċ) | 15220031 | Residwi li jirriżultaw mit-trattament tas-sustanzi xaħmija jew ix-xamgħat ta' l-annimali li jkun fihom żejt li jkollu l-karatteristiċi ta' żejt taż-żebbuġa |

| 23069011–23069019 | Olívaolaj kivonásakor keletkezo olajpogácsa és más maradékTgħasida taż-żejt u residwi oħrajn li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa |

Artikolu 2

Is-sena kummerċjali għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 għandha tibda fl-1 ta' Lulju u tintemm fit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara. Minkejja dan, is-sena kummerċjali 2005/06 għandha tibda fl-1 ta' Novembru 2005.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri previsti bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 4

1. L-użu tad-deskrizzjonijiet u definizzjonijiet taż-żjut taż-zebbuġa u żjut tal-polpa taż-żebbuġa stipulati fl-Anness I għandu jkun obbligatorju rigward il-kummerċ tal-prodotti konċernati ġewwa kull Stat Membru, f'kummerċ ġewwa l-Komunità u, sakemm ikun kompatibbli mar-regoli obbligatorji internazzjonali, kummerċ ma' pajjiżi terzi.

2. Iż-żjut biss imsemmija fil-punti 1(a) u (b), 3 u 6 ta' l-Anness I jistgħu jkunu negozjati fil-fażi ta' bejgħ bl-imnut.

Il-KAPITOLU II IS-SUQ INTERN

TAQSIMA 1 STANDARDS TA' NEGOZJU

Artikolu 5

1. Standards ta' negozju li jkopru b'mod partikolari l-grading ta' kwalità, ippakkjar u preżentazzjoni jistgħu jiġu stipulati rigward il-prodotti msemmija fl-Artikolu 12(a) li jikkunsidraw il-produzzjoni teknika u r-rekwiżi tal-kummerċ u bdil fil-metodi użati biex jiġu stabbiliti l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organoleptiċi ta' dawn il-prodotti.

Fejn dawn l-istandards ikunu stipulati, il-prodotti li għalihom japplikaw jistgħu jiġu nnegozjati fil-Komunità biss skond dawk l-istandards.

2. L-Istati Membri għandhom, fil-każ ta' prodotti li jkunu soġġetti għal standards tas-suq, jikkontrollaw jekk dawk il-prodotti jkunux konformi ma' l-istandards imsemmija u għandhom japplikaw penali kif ikun xieraq. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-arranġamenti li jkunu għamlu bl-iskop li japplikaw dan il-paragrafu.

3. L-istandards kummerċjali, kif ukoll regoli dettaljati biex jiġi applikat dan l-Artikolu u, fejn applikabbli, il-metodi ta' analiżi li għandhom jintużaw, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

SEZZJONI 2 DISTURB FIS-SUQ

Artikolu 6

1. Sabiex jirregolarizza s-suq fil-każ ta' disturb serju tiegħu f'ċerti reġjuni tal-Komunità, jista' jiġi deċiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) biex tawtorizza korpi li joffru garanziji suffiċjenti, u approvati mill-Istati Membri, biex jikkonkludu kuntratti għall-ħażna ta' żejt taż-żebbuġa li huma jistgħu jinnegozjaw.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel sottoparagrafu jistgħu jiġu implimentati fost oħrajn meta l-prezz medju rreġistrat fis-suq matul il-perijodu rappreżentattiv ikun anqas minn:

- EUR 1779/kull tunnellata għal żejt taż-żebbuġa extra vergine, jew

- EUR 1710/kull tunnellata għal żejt taż-żebbuġa vergine, jew

- EUR 1524/tunnellata għal żejt lampanti taż-żebbuġa li jkolu żewġ gradi ta' aċidita libera, dan l-ammont jitnaqqas b'EUR 36,70/tunnellata għal kull grad addizzjonali ta' aċidita.

2. Għajnuna għat-twettiq tal-kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jingħataw permezz ta' l-offerti.

3. L-ammont ta' għajnuna msemmija fil-paragrafu 2 u r-regoli dettaljati biex jiġi implimentat dan l-Artikolu, b'mod partikolari l-kwantitajiet, kwalitajiet u kemm iddum il-ħażna taż-żjut konċernati għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) b'mod li jiżgura impatt sinifikanti fuq is-suq.

SEZZJONI 3 Organizzazzjonijiet ta' l-operaturi

Artikolu 7

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-organizzazzjonijiet ta' l-operaturi għandhom jinkludu organizzazzjonijiet tal-produtturi approvati, organizzazzjonijiet fost il-fergħat approvati jew organizzazzjonijiet ta' operaturi oħra approvati fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom.

2. Għall-finijiet ta' din is-Sezzjoni, "organizzazzjonijiet approvati fost il-fergħat" għandhom ifissru entitajiet legali li:

- ikunu magħmula minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni ta' u/jew kummerċ fil-u/jew proċessar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1,

- ikunu stabbiliti fuq l-inizjattiva ta' l-organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet kollha jew uħud minnhom li jikkostitwuhom,

- ikunu rikonoxxuti mill-Istati Membri li joperaw fihom.

Artikolu 8

1. L-ammonti miżmuma mill-Istati Membri skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003 għandhom jiżguraw l-iffinanzjar tal-Komunità ta' programmi ta' xogħol ta' tliet snin li għandhom jitfasslu mill-organizzaturi ta' l-operaturi f'waħda jew aktar mill-oqsma li ġejjin:

(a) ir-rapport fuq is-suq u t-tmexxija amministrattiva fiż-żejt taż-żebbuġa u s-settur taż-żebbuġ tal-mejda;

(b) it-titjib ta' l-impatti ambjentali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ;

(ċ) It-titjib tal-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda;

(d) is-sistema ta' traċċar, iċ-ċertifikazzjoni u protezzjoni tal-kwalità ta' żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda, b'mod partikolari l-issorveljar tal-kwalità taż-żjut taż-żebbuġa mibjugħin lil konsumaturi finali, taħt l-awtorita ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali;

(e) it-tixrid ta' l-informazzjoni fuq l-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet operaturi bil-għan li jtejbu l-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa.

2. L-iffinanzjar massimu tal-Komunità għall-programmi tax-xogħol imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ugwali għall-parti ta' l-għajnuniet li ma jkunux tħallsu mill-Istati Membri. Dan l-iffinanzjar għandu jikkonċerna l-ispiża eliġibbli b'massimu ta':

- 100 % għall-attivitajiet f'oqsma msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1,

- 100 % għall-investimenti ta' l-attivi fissi u 75 % għall-attivitajiet l-oħra fil-qasam imsemmi fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1,

- 75 % tal-programmi tax-xogħol imwettqa f'ta' l-anqas tliet pajjiżi terzi jew Stati Membri mhux produtturi minn organizzazzjonijiet ta' operaturi approvati minn ta' l-anqas żewġ Stati Membri produtturi f'oqsma msemmija f'punti (d) u (e) tal-paragrafu 1, u 50 % għall-attivitajiet l-oħra f'dawn l-oqsma.

Iffinanzjar kumplimentari għandu jkun żgurat mill-Istat Membru sa 50 % ta' l-ispejjeż mhux koperti bl-iffinanzjar tal-Komunità.

3. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet biex jagħtu l-iffinanzjar tal-Komunità. Għal dan il-għan, għandhom iwettqu verifika ta' programmi ta' xogħol u pjan ta' kontroll li jinvolvi kampjun determinat fuq il-bażi ta' analiżi ta' riskju u li jkun jikkonsisti f'ta' l-anqas 30 % kull sena ta' l-organizzazzjonijiet produtturi u l-organizzazzjonijiet operaturi l-oħra kollha li jirċievu l-iffinanzjar tal-Komunità skond dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), għandhom jiġu adottati regoli dettaljati li jirrigwardaw:

(a) il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet operaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom;

(b) it-tipi ta' attivitajiet eliġibbli skond programmi fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) sa (e);

(ċ) il-proċeduri għall-approvazzjoni ta' programmi mill-Istati Membri;

(d) il-miżuri li jirrigwardaw il-kontroll u sanzjonijiet kif ukoll il-verifika ta' programmi ta' xogħol;

(e) kull miżura dettaljata oħra li tista' tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din is-Sezzjoni.

Il-KAPITOLU III KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 10

1. Importazzjonijiet għall-Komunità ta' kull wieħed mill-prodotti skond il-kodiċi ta' NM 1509, 1510 00, 0709 90 39, 0711 20 90, 2306 90 19, 1522 00 31, 1522 00 39 għandhom ikunu bla ħsara għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni.

Liċenzi ta' importazzjoni għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kull applikant, irrispettivament mill-post tiegħu ta' kif ikun stabbilit fil-Komunità.

2. Liċenzi ta' importazzjoni għandhom ikunu validi mal-Komunità kollha. Dawn il-liċenzi għandhom jinħarġu soġġetti għal li tiġi ppreżentata sigurta li tiggarantixxi li l-prodotti jkunu importati matul il-perjodu ta' validita tal-liċenza. Bl-eċċezzjoni ta' każi ta' forza maġġuri, is-sigurta għandha titħalla barra totalment jew in parti jekk l-importazzjoni ma titwettaqx, jew titwettaq biss parzjalment, matul dak il-perjodu.

3. Fejn meħtieġ għall-finijiet biex isegwu l-iżviluppi tas-suq, jista' jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), li jsiru esportazzjonijiet mill-Komunità ta' kull prodott elenkat fl-Artikolu 1(a) soġġetta li tiġi ppreżentata liċenza ta' l-esportazzjoni.

4. It-terminu ta' validita ta' liċenzi u regoli dettaljati oħra biex jiġi applikat dan l-Artikolu għandu jiġi adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 11

1. Kemm-il darba dan ir-Regolament jistipola mod ieħor, ir-rati ta' dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandha tapplika għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk il-prezz tas-suq għaż-żejt taż-żebbuġa fil-Komunità jeċċedi b'mod sinifikanti 1,6 darbiet il-prezzijiet medji stipulati fit-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 6(1), matul perjodi ta' l-anqas tliet xhur, jista' jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) u hekk li tiżgura li s-suq tal-Komunità jkun provdut b'mod adekwat b'żejt taż-żebbuġa permezz ta' importazzjoni minn pajjiżi mhux membri:

- biex tissospendi parzjalment jew totalment l-applikazzjoni ta' dazji doganali komuni għaż-żejt taż-żebbuġa, u tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għal kull sospensjoni bħal din,

- sabiex tiftaħ kwota ta' importazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa b'rata mnaqqsa tad-dazji doganali komuni u biex tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati biex tamministra din il-kwota.

Dawn il-miżuri għandhom japplikaw għal perjodu minimu meħtieġ, li f'kull każ mgħandux jeċċedi t-tmiem tas-sena kummerċjali fil-kwistjoni.

Artikolu 12

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u r-regoli dettaljati biex jiġu applikati għandhom japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffi tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament. In-nomenklatura tat-tariffi li tirriżulta minn meta jiġi applikat dan ir-Regolament għandha tkun inkorporata fit-tariffa doganali komuni.

2. Bla ħsara għal meta jkun hemm dispożizzjonijiet mod ieħor f'dan ir-Regolament jew skond id-dispożizzjonijiet adottati għalih, dawn li ġejjin se jkunu pprojbiti fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi:

(a) it-tqegħid ta' imposta ta' kull ħlas li jkollu effett ekwivalenti għal dazju tas-sisa,

(b) l-applikazzjoni ta' kull restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha effett ekwivalenti.

Artikolu 13

Sa fejn ikun meħtieġ biex tiffunzja tajjeb l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-qasam taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda, l-użu ta' arranġamenti ta' proċessar 'il ġewwa għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(a) u (b) jista'jkun pprojbit totalment jew parzjalment skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 14

1. Jekk, minħabba importazzjoni jew esportazzjoni, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 ikun milqut minn, jew mhedded minn, disturb serju li jista'jipperikola li jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 33 tat-Trattat, jistgħu jiġu applikati miżuri xierqa fil-kummerċ ma' dawk li mhumiex membri ta' l-ODK sakemm dan id-disturb jew theddida ta' disturb ikun spiċċaw.

2. Jekk tinqala' s-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tiegħu, tiddeċiedi fuq il-miżuri meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu b'dawn il-miżuri, li għandhom jiġu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba mingħand Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fuqha fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara li tirċievi t-talba.

3. Miżuri li jkunu ġew deċiżi mill-Kummissjoni għandhom jingħaddu lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-jum li fih ikunu ġew notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr telf ta' żmien. Huwa jista', waqt li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura fil-kwistjoni fi żmien xahar wara d-data li fiha tkun ġiet riferruta lill-Kunsill.

4. Dispożizzjonijiet adottati skond dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati b'konformita ma' l-obbligi li joħorġu mill-ftehim milħuq skond l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

Il-KAPITOLU IV DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 15

Iżda jekk dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni ta', u kummerċ fi, il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Miżuri meħuda minn Stati Membri biex iżidu l-prezz għal żjut veġetali oħra relatati ma' dan għaż-żejt taż-żebbuġa, hekk li jiżguraw żvog għal żejt taż-żebbuġa magħmul fil-pajjiż, għandhom ikunu kompatibbli ma' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Stati Membri u l-Kummissjoni għandhom jibagħtu lil xulxin kull informazzjoni meħtieġa biex jiġi applikat dan ir-Regolament u biex ikunu konformi ma' l-obbligi internazzjonali rigward iż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda.

Regoli dettaljati biex jistabbilixxu liema informazzjoni tkun meħtieġa, kif ukoll dawk għall-komunikazzjoni u distribuzzjoni, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 18

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Amministrazzjoni għaż-Żejt taż-Żebbuġa u Żebbuġ tal-Mejda (minn hawn aktar 'il quddiem magħrufa bħala 'il-Kumitat'.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 19

Miżuri li jkunu sew meħtieġa kif ukoll ġustifikabbli f'emerġenza, sabiex isolvu problemi prattiċi u speċifiċi għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmiha fl-Artikolu 18. Dawn il-miżuri jistgħu jagħtu deroga minn ċerti partijiet ta' dan ir-Regolament, iżda biss sal-punt li, u għal dak il-perjodu, li ikun strettament meħtieġ.

Artikolu 20

Ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tiegħu għandhom japplikaw għall-ispiża mħallsa mill-Istati Membri biex iwettqu l-obbligi tagħhom skond dan ir-Regolament.

Il-KAPITOLU V REGOLI TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 21

Ir-Regolament Nru 136/66/KEE qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 5, paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

"2. Mis-sena kummerċjali 1998/99, l-ammont unit ta' l-għajnuna għall-produzzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tkun EUR 1322,5/tunnellata.;";

2. Fl-Artikolu 20d(1), għas-sena kummerċjali 1998/99 sa 2003/04 għandha tinbidel bi mis-sena kummerċjali 1998/99.

Artikolu 22

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1638/98, paragrafu 1 huwa mħolli barra.

Artikolu 23

Ir-Regolament (KE) Nru 1873/98 huwa b'dan emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 2 għas-snin kummerċjali 2002/2003 u 2003/04 għandha tinbidel bi mis-sena kummerċjali 2002/03

2. Fl-Artikolu 3 għas-snin kummerċjali 2002/03 u 2003/04 għandha tinbidel bi mis-sena kummerċjali 2002/03;

Artikolu 24

1. Ir-Regolamenti (KEE) Nru. 136/66/KEE, (KEE) Nru 154/75, (KEE) Nru 2754/78, (KEE) Nru 3519/83, (KEE) Nru 2261/84, (KEE) 2262/84, (KEE) Nru 3067/85, (KEE) Nru 1332/92, (KEE), Nru 2159/92, (KEE) Nru 3815/92, (KE) Nru 1414/97, (KE) Nru 1638/98 u (KE) Nru 1873/2002 huma mħassrin mill-1 ta' Novembru 2005.

Minkejja dan, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-amministrazzjoni u kontroll għall-għajnuna tal-produzzjoni jibqgħu applikabbli għall-finijiet ta' l-amministrazzjoni u kontroll ta' l-għajnuna tal-produzzjoni relatati mas-snin kummerċjali sas-sena kummerċjali 2004/05.

Riferenzi għar-Regolament imħassar Nru 136/66/KEE huma miftehma bħala riferenzi għal dan ir-Regolament.

2. Miżuri Tranżitorji jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 25

L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 827/68 huwa b'dan emendati skond l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 26

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' Unjoni Ewropea.

2. Għandu japplika mis-sena kummerċjali 2005/06. B'danakollu, l-Artikoli 21 sa 23 għandhom japplikaw mill-1 ta' Novembru 2004.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Mc Dowell

[1] Fehma mogħtija fl-10 ta’ Marzu 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Fehma mogħtija fil-25 ta’ Frar 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 270, tal-21.10.2004, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolment (KE) Nru 864/2004 (ara paġna 48 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1513/2001 (ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 4).

[5] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 154/75 tal-21 Jannar 1975 dwar li jkun stabbilit reġistru tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ fl-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 19, ta’ l-24.1.1975, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3788/85 (ĠU L 367, tal-31.12.1985, p. 1).

[6] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2754/78 tat-23 ta’ Novembru 1978 fuq l-intervent fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 331, tat-28.11.1978, p. 13). Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2203/90 (ĠU L 201, tal-31.7.1990, p. 5).

[7] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3519/83 tat-12 ta’ Diċembru 1983 li jistipula ċerti miżuri għal żjut aċidużi mir-raffinar tal-prodotti taż-żejt taż-żebbuġa jew reidwu taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 352, tal-15.12.1983, p. 2).

[8] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2261/84 tas-17 ta’ Lulju 1984 li jistipula regoli ġenerali fuq l-għoti ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa u ta’ l-għajnuna għall-organizzazzjonijiet ta’ produtturi taż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 208, tat-3.8.1984, p. 3). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2366/98 (ĠU L 293, tal-31.10.1998, p. 50).

[9] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2262/84 tas-17 ta’ Lulju 1984 li jistipula miżuri speċjali rigward iż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 208, tat-3.8.1984, p. 11). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2292/2001 (ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 1).

[10] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3067/85 tad-29 Ottubru 1985 li jistabbilixxi l-kriterji fuq il-mobilizzazzjoni fuq is-suq tal-Komunità għal żjut veġetali għall-provvista bħala għajnuna ta’ ikel (ĠU L 290, ta’ l-1.11.1985, p. 96).

[11] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1332/92 tat-18 ta’ Mejju 1992 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal żebbuġ tal-mejda (ĠU L 145, tas-27.5.1992, p. 1). Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2).

[12] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2159/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar l-iffinanzjar ta’ l-ispiża biex jistabbilixxu u jaġġornaw ir-reġistru għal kultivazzjoni taż-żebbuġ (ĠU L 217, tal-31.7.1992, p. 8).

[13] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3815/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 fuq l-applikazzjoni tal-prezz ta’ intervent komuni għaż-żejt taż-żebbuġa fi Spanja (ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 9).

[14] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1417/97 tat-22 ta’ Lulju 1997 li jistabbilixxi, għas-sena kummerċjali 1997/98, il-prezzijiet, għajnuniet u perċentwali ta’ għajnuna li għandhom jinżammu fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, flimkien ma’ l-oħla kwantita ta’ garanzija (ĠU L 196, ta’ l-24.7.1997, p.4).

[15] Regolament tal-Kunsill (KE Nru 1638/98 ta’ l-20 ta’ Lulju 1998 li jemenda r-Regolament Nru 136/66/KEE fuq li tiġi stabbilita organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żjut u xaħmijiet (ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 32). Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1513/2001 (ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 4).

[16] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1873/2002 ta’ l-14 ta’ Ottubru 2002 li jistabbilixxi l-limiti ta’ l-iffinanzjar tal-Komunità tal-programmi tax-xogħol stipulati mill-organizzazzjonijiet ta’ l-operaturi approvati fis-settur taż-żebbuġ previst fir-Regolament (KE) Nru. 1638/98 u li jagħti deroga mir-Regolament Nru 136/66/KEE (ĠU L 284, tat-22.10.2002, p. 1).

[17] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[18] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

[19] ĠU L 151, tat-30.6.1968, p. 16. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1272/2002 (ĠU L 184, tat-13.7.2002, p. 7).

--------------------------------------------------

ANNESS I

DESKRIZZJONIJIET U DEFINIZZJONIJIET TA' ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA U ŻJUT TAL-POLPA TAŻ-ŻEBBUĠA LI HEMM RIFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 4

1. ŻJUT TAŻ-ŻEBBUĠA VERGINE

Żjut miksuba mill-frott tas-siġra taż-żebbuġ unikament b'mezzi mekkaniċi jew mezzi fiżiċi oħra skond il-kondizzjonijiet li ma jwasslux għal bidla fiż-żejt, li ma jkunux ġarrbu l-ebda trattament għajr dak ta' ħasil, tisfija, separazzjoni ta' likwidi bil-forza ċentrifugali jew filtrazzjoni, b'esklużjoni ta' żjut miksuba bl-użu ta' solventi jew bl-użu ta' katalista li jkollhom azzjoni kimika jew bijokimika, jew bil-proċess ta' tneħħija mill-ġdid ta' ilma u kull taħlita ma' żjut ta' varjetajiet oħra.

Żjut taż-żebbuġa vergini huma esklussivament ikklassifikati u deskritti kif ġej.

(a) Żejt taż-żebbuġa extra vergine

Żejt taż-żebbuġa vergine li jkollu l-ogħla aċidita libera, skond l-aċidu oleiku, ta' 0,8 g kull 100 g, li karatterisitiċi tiegħu jkunu konformi ma' dawk stipulati għal din il-kategorija.

(b) Żejt taż-żebbuġa vergine

Żejt taż-żebbuġa vergine li jkollu l-ogħla aċidita libera, skond l-aċidu oleiku, ta' 0,2 g kull 100 g, li karatterisitiċi tiegħu jkunu konformi ma' dawk stipulati għal din il-kategorija.

(ċ) Żejt taż-żebbuġa lampante

Żejt taż-żebbuġa vergine li jkollu aċidita libera, skond l-aċidu oleiku, ta' aktar minn 2 g kull 100 g, u/jew li l-karatterisitiċi tiegħu jkunu konformi ma' dawk stipulati għal din il-kategorija.

2. ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA RAFFINAT

Żejt taż-żebbuġa miksub permezz tar-raffinar taż-żejt taż-żebbuġa vergine, li jkollu kontenut ta' aċidita libera murija bħala aċidu oleiku, ta' mhux aktar minn 0,3 g kull 100 g, u l-karatterisiti l-oħra tiegħu jkunu konformi ma' dawk stipulati għal din il-kategorija.

3. ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA - MAGĦMUL MINN ŻJUT TAŻ-ŻEBBUĠA RAFFINATI U ŻJUT VERGINE TAŻ-ŻEBBUĠA

Żejt taż-żebbuġa miksub permezz ta' taħlit ta' żejt taż-żebbuġa raffinat u żejt taż-żebbuġa vergine għajr żejt taż-żebbuġa lampante li jkollu kontenut ta' aċidita libera murija bħala aċidu oleiku, ta' mhux aktar minn 1 g kull 100 g, u l-karatterisiti l-oħra tiegħu jkunu konformi ma' dawk stipulati għal din il-kategorija.

4. ŻEJT MILL-POLPA TAŻ-ŻEBBUĠA MHUX MAĦDUM

Żejt miksub minn polpa taż-żebbuġa bit-trattament ma' solventi jew b'mezzi fiżiċi jew żejt li jikkorrispondi ma' żejt taż-żebbuġa lampante, għajr ċerti karatteristiċi speċifikati, eskluż żejt miksub permezz ta' tneħħija mill-ġdid ta' ilma u taħlit ma' tipi oħrajn ta' żjut, u l-karatteristiċi l-oħra tiegħu jkunu konformi ma' dawk stipulati għal din il-kategorija.

5. ŻEJT MILL-POLPA TAŻ-ŻEBBUĠA RAFFINAT

Żejt taż-żebbuġa miksub permezz tar-raffinar taż-żejt taż-żebbuġa, li jkollu kontenut ta' aċidita libera murija bħala aċidu oleiku, ta' mhux aktar minn 0,3 g kull 100 g, u l-karatterisiti l-oħra tiegħu jkunu konformi ma' dawk stipulati għal din il-kategorija.

6. ŻEJT TAL-POLPA TAŻ-ŻEBBUĠA

Żejt miksub permezz ta' taħlit ta' żejt mill-polpa taż-żebbuġa raffinat u żejt taż-żebbuġa vergine għajr żejt taż-żebbuġa lampante, li jkollu kontenut ta' aċidita libera muri bħala aċidu oleiku, ta' mhux aktar minn 1 g kull 100 g, u l-karatterisiti l-oħra tiegħu jkunu konformi ma' dawk stipulati għal din il-kategorija.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

L-Anness mar-REGOLAMENT (KEE) Nru 827/68 huwa b'dan emendat kif ġej:

1. wara d-deskrizzjoni ta' l-oġġetti taħt il-kodiċi MN 1108 20 00 (

"Inulin"

), iddaħħal dan li ġej:

"12021090 | ġewż mitħun, mhux inkaljat jew imsajjar mod ieħor, fil-qoxra, eskluż li jkun għaż-żrigħ |

12022000 | Ġewż mitħun, mhux inkaljat jew imsajjar mod ieħor, bla qoxra, imkisser jew le |

12030000 | Kopra |

12060091 | Żerriegħa tal-ward tax-xemx, imkisser jew le, eskluż li jkun għaż-żrigħ, |

ex 1206 00 99 | |

12070010 | Palm nuts u l-qalba, imkisser jew le, eskluż li jkun għaż-żrigħ, |

12070020 | Żerriegħa tal-qoton, imkisser jew le, eskluż li jkun għaż-żrigħ, |

12073090 | Żerriegħa taż-żejt tar-riġnu, imkisser jew le, eskluż li jkun għaż-żrigħ, |

12074090 | Żerriegħa tal-ġunġlien, imkissra jew le, eskluż li jkun għaż-żrigħ, |

12075090 | Żerriegħa tal-mustarda, imkissra jew le, eskluż li jkun għaż-żrigħ, |

12076090 | Żerriegħa taż-żafran, imkisser jew le, eskluż li jkun għaż-żrigħ, |

12079190 | Żerriegħa tal-peprin, imkisser jew le, eskluż li jkun għaż-żrigħ, |

ex 1207 92 98 | Shea nuts (Karite nuts), imkisser jew le, eskluż li jkun għaż-żrigħ, |

12079991 | Żerriegħa tal-kemmun, imkisser jew le, eskluż li jkun għaż-żrigħ, |

ex 1207 99 98 | Żerriegħa ta' żjut u frot oleoġeneu ieħor, imkisser jew le, eskluż li jkun għaż-żrigħ, |

1208 | Dqiq u tħin ta' żerriegħa ta' żjut jew frott oleaġeneu, esklużi dawk tal-mustarda" |

2. Wara d-deskrizzjoni ta' l-oġġetti fil-kodiċi MN 1503 00 (Sterina tax-xaħam, żejt tax-xaħam, oleosterina, żejt miċ-ċanga u żejt tas-sonża, mhux mibdul f'taħlita ma' xaħam jew imħallat jew ippreparat mod ieħor), ikun imdaħħal dan li ġej:

"1504 | Xaħmijiet u żjut u partijiet minnhom, tal-ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinat jew le, Iżda mhux modifikat kimikament |

1507 | Żejt mill-fażola tas-soja u partijiet minnha, raffinat jew le, iżda kimikament modifikat |

1507 | Żejt mill-fażola tas-soja u partijiet minnha, raffinat jew le, iżda kimikament modifikat |

1511 | Żejt mill-palma u partijiet minnha, raffinat jew le, iżda kimikament modifikat |

1512 | Żejt miż-żerriegħa tal-ward tax-xemx jew żejt miż-żerriegħa tal-qoton u partijiet minnhom, raffinat jew le, iżda kimikament modifikat |

1513 | Żejt mill-ġewż ta' l-indji (kopra), il-qalba tal-palma jew żejt babassu u partijiet minnha, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament |

1514 | Żejt mill-ġidra, kolza jew mustarda u partijiet minnhom, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament |

ex 1515 | Xaħmijiet u żjut veġetali stabbiliti oħra (eskluż żejt tal-joboba: 1515 90 15) u partijiet minnhom, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament |

ex 1516 | Xaħmijiet u żjut mill-annimali jew veġetali u partijiet minnhom idroġeneizzati parzjalment jew totalment, esterifikati, riesterikati jew elaidinizzat, raffinat jew le, iżda mhux ippreparat aktar, (eskluż żejt ir-riġnu idroġinat, hekk imsejjaħ 'opalwax': 1516 20 10) |

ex 1517 | Marġerina, taħlit li jittiekel jew preparazzjonijiet ta' xaħmijiet jew żjut mill-annimali jew veġetali jew ta' partijiet minn xaħmijiet jew żjut differenti ta' dan il-Kapitolu, esklużi xaħmijiet jew żjut li jittieklu jew partijiet minnhom ta' l-intestatura Nru 1516, esklużi sottointestaturi 1517 10 10, 1517 90 10 u 1517 90 93 |

1518003115180039 | Żjut veġetali, fluwidi stabbiliti, imħallta biex jintużaw fit-teknika jew l-industrija eskluża l-manifattura ta' oġġetti għall-ikel biex jittieklu mill-bniedem |

15220091 | Oil foots u dregs; soapstocks, li jirriżultaw mit-trattament ta' sustanzi bix-xaħam jew xema' mill-annimali jew veġetali, esklużi dawk li jkun fihom żejt li jkollu l-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa |

15220099 | Fdalijiet oħra li jirriżultaw mit-trattament ta' sustanzi bix-xaħam jew xema' mill-annimali jew veġetali, esklużi dawk li jkun fihom żejt li jkollu l-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa" |

3. Wara d-deskrizzjoni ta' l-oġġetti taħt il-kodiċi NM 2302 50 00 (

"ta' xtieli mil-legumi"

), iddaħħal dan li ġej:

"23040000 | Massa ffurmata ta' żjut u fdalijiet solidi oħra, mitħuna jew le jew fil-forma ta' bċejjeċ żgħar, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt mill-fażola tas-soja |

23050000 | Massa ffurmata ta' żjut u fdalijiet solidi oħra, mitħuna jew le jew fil-forma ta' bċejjeċ żgħar, li jirriżultaw mill-estrazzjoni miż-żejt ta' ġewż mitħun". |

--------------------------------------------------

Top