Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0074

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 tat-13 ta' Jannar 2004 li jimponi dazji definittiv ta' kontrabilanċ fuq importi ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar li joriġinaw fl-Indja.

ĠU L 12, 17/01/2004, p. 1–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/74/oj

32004R0074



Official Journal L 012 , 17/01/2004 P. 0001 - 0029


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004

tat-13 ta' Jannar 2004

li jimponi dazji definittiv ta' kontrabilanċ fuq importi ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar li joriġinaw fl-Indja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidra r-Regolamnet tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importi ssusidjati minn pajjiż li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Inizjazzjoni

(1) Fit-18 ta' Diċembru 2002 il-Kummissjoni ħabbret permezz ta' avviż (avviż ta' inizjazzjoni) pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej l-inizjazzjoni ta' proċedura kontra s-sussidju rigward importi fil-Komunità ta' bjankerija tas-sodda tal-fibri tal-qoton/tajjar, puri jew imħallta b'fibri magħmula mill-bniedem jew il-kittien (bil-kittien mhux il-fibra dominanti), bliċjata, miżbugħa jew stampata (bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar) li toriġina fl-Indja [2] u bdiet investigazzjoni.

(2) Il-proċedura kien inizjata wara lment depożitat f'Novembru 2002 mill-Kumitat tal-Qoton u l-Industriji Allejati tat-Tessili tal-Komunitajiet Ewropej (Eurocoton jew l-"ilmentant") f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar. L-ilment kellu xhieda prima facie ta' sussidju tal-prodott imsemmi u ta' ħsara materjali li tirrisulta minnu, li tqieset suffiċjenti biex tiġi ġustifikata l-inizjazzjoni ta' proċedura kontra s-sussidju.

(3) Qabel l-inizjazzjoni tal-proċedura u bi qbil ma' l-Artikolu 10(9) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 (ir-Regolament bażiku), il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern ta' l-Indja (GOI) li kienet irċeviet ilment dokumentat kif suppost li jallega li importi sussidjati ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar li joriġinaw fl-Indja kienu qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità. Il-GOI ġie mistieden għal konsultazzjoni bil-mira li tiġi klarifikata s-sitwazzjoni rigward il-kontenut ta' l-ilment u li jasal għal soluzzjoni miftiehma bejn xulxin. Konsultazzjonijiet mal-GOI inżammu sosegwentement mal-Kummissjoni fl-uffiċċji tagħha fi Brussel, fejn l-ebda xhieda konklussiva ma ġiet provvduta mill-GOI li seta jirrifjuta l-allegazzjonijiet magħmula fl-ilment. Madankollu, ittieħdet nota kif mistħoqq ta' kummenti magħmula mill-GOI rigward l-allegazzjonijiet li jinstabu fl-ilment li jirrigwardja importi sussidjati u ħsara materjali li qed tiġi soffruta mill-industrija tal-Komunità.

(4) Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-produtturi esportaturi u importaturi magħrufa li huma konċernati kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur interessat, l-ilmentant u l-produtturi l-oħra tal-Komunità, assoċjazzjonijiet magħrufa ta' produtturi kif ukoll utenti magħrufa, dwar l-inizjazzjoni tal-proċedura. Partijiet interessati ngħataw l-opportunita li jagħrfu l-ħsibijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu ta' żmien dikjarat fl-avviż ta' l-inizjazzjoni.

(5) Ġie sottomess li aktar minn 45 jum għaddew bejn id-data tad-depożitu u d-data ta' inizjazzjoni. Skond l-Artikolu 10(13) tar-Regolament bażiku, ilment għandu jitqies li ġie depożitat fl-ewwel jum tax-xogħol wara l-wasla tiegħu lill-Kummissjoni b'posta reġistrata jew il-ħruġ ta' għarfien ta' l-irċevuta mill-Kummissjoni. Il-ħruġ ta' għarfien ta' rċevuta seħħ il-Ħamis, 31 ta' Ottubru 2002. Meta jitqies li l-Ġimgħa, l-1 ta' Novembru kienet festa pubblika, l-ewwel jum tax-xogħol wara l-ħruġ ta' l-għarfien ta' l-irċevuta mill-Kummissjoni kien it-Tnejn, l-4 ta' Novembru 2002. Għalhekk, l-4 ta' Novembru 2002 huwa meqjus bħala d-data ta' depożitu ta' l-ilment. L-avviż ta' inizjazzjoni ġie pubblikat fit-18 ta' Diċembru 2002, li huwa b'mod ċar fi żmien 45 jum wara d-depożitu ta' l-ilment. B'konsegwenza, l-avviż ta' inizjazzjoni ġie pubblikat fi żmien it-temma ta' żmien ta' l-Artikolu 10(13) tar-Regolament bażiku.

2. Il-kampjunar

IL-KAMPJUNAR TA' ESPORTATURI/PRODUTTURI FL-INDJA

Ġenerali

(6) Bil-ħsieb tan-numru kbir ta' esportaturi fl-Indja, il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika metodi ta' teknika ta' kampjunar bi qbil ma' l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

(7) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħżel kampjun, skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, esportaturi u rappreżentanti li qed jaġixxu f'isimhom intalbu li jgħarfu lilhom infushom fi żmien tliet ġimgħat wara l-inizjazzjoni tal-proċedura u biex jiġi provvdut tagħrif bażiku dwar it-turnover ta' esportazzjoni u domestiku tagħhom, u xi skemi partikolari ta' sussidju u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati kollha. L-awtoritajiet ta' l-Indja ġew kuntattjati wkoll f'dan il-kuntest mill-Kummissjoni.

Għażla minn qabel tal-kampjun

(8) Aktar minn 80 kumpaniji identifikaw lil xulxin, iprovdew it-tagħrif mitlub fi żmen il-perjodu ta' tliet ġimgħat u kienu esportaw il-prodott interessat lill-Komunità matul il-perjodu investigattiv. Ġew meqjusa bħala kumpaniji li jikkoperaw u tqiesu fl-għażla tal-kampjun. Dawn il-kumpaniji rrappreżentaw aktar minn 90 % ta' l-esportazzjonijiet totali ta' l-Indja lill-Komunità.

(9) Il-kumpaniji mhux miżmuma finalment fil-kampjun ġew mgħarrfa li kull dazju kontra s-sussidju fuq l-esportazzjonijiet tagħhom kien jiġi kalkolat bi qbil ma' l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri mingħajr ma jaqbżu l-ammont medju mwieżen ta' sussidji ta' kontrabilanċ stabbiliti għall-kumpaniji fil-kampjun.

(10) Il-kumpaniji li ma jgħarrfux lilhom infushom fi żmien it-temma ta' żmien stabbilit fl-avviż ta' inizjazzjoni ġew meqjusa bħala kumpanijiet li ma jikkoperawx.

Għażla tal-kampjun

(11) Skond l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, l-għażla ġiet ibbażata fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta' l-esportazzjonijiet li jista' jiġi nvestigat b'mod raġunevoli fiż-żmien disponibbli. Fuq din il-bażi produtturi esportaturi (magħduda ma' tliet kumpaniji relatati) intgħażlu sabiex jikkostitwixxu l-kampjun, f'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-kumpaniji, ta' l-assoċjazzjoni professjonali ta' esporaturi (Texprocil) u tal-GOI. Dan il-kampjun irrappreżenta 55 % ta' esportazzjonijiet Indjani tal-prodott interessat lill-Komunità.

(12) Dawk il-kumpaniji magħżula fil-kampjun li kkoperaw bis-sħiħ matul l-investigazzjoni ġew attribbwiti l-marġini ta' sussidju u r-rata individwali tad-dazju tagħhom stess.

Eżami individwali tal-kumpaniji mhux magħżula fil-kampjun

(13) Wieħed u għoxrin kumpanija li jikkoperaw mhux magħżula fil-kampjun talbu l-kalkolu ta' marġini individwali ta' sussidju. Bi qbil ma' l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, it-talbiet tagħhom ma setgħux jiġu aċċettati fl-investigazzjoni korrenti minħabba li n-numru ta' esportaturi kien tant kbir li eżamijiet individwali kienu jkunu ta' piż mhux mistħoqq u kienu jipprevjenu t-tlestija ta' l-investigazzjoni f'waqtha. Il-21 kumpanija msemmija ġew mgħarrfa b'dan il-fatt kif xieraq.

KAMPJUNAR TA' PROĊEDURI TAL-KOMUNITÀ

(14) Bil-ħsieb tan-numru kbir ta' prodotturi tal-Komunità li qed jappoġġja l-ilment, u bi qbil ma' l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħabbret fl-avviż ta' inizjazzjoni l-intenzjoni tagħha li tagħżel kampjun ta' produtturi tal-Komunità, ibbażat fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni u bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità, li jista' jiġi nvestigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Għal dawn l-għanijiet, il-Kummissjoni talbet lil kumpaniji li jipprovdu tagħrif rigward produzzjoni u bejgħ għall-prodott simili.

(15) Fuq il-bażi tar-risposti rċevuti, il-Kummissjoni għażlet ħames kumpaniji fit-tliet Stati Membri. Fl-għażla, il-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ kienu meqjusa li jimmiraw li jkopru d-daqs tas-suq l-aktar rappreżentattiv.

(16) Tnejn minn dawn il-ħames kumpaniji, li kienu fost l-iżgħar, ma kienux kapaċi jissottomettu lista kompluta tat-transazzjonijiet kollha lil konsumaturi mhux relatati matul il-perjodu investigattiv u għalhekk tqisu li kienu jikkoperaw biss parzjalment.

3. Investigazzjoni

(17) Numru ta' produtturi esportaturi fil-pajjiż interessat, kif ukoll produtturi tal-Komunità, utenti u importaturi tal-Komunità, għarrfu l-ħsibijiet tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li talbu dan fil-limitu ta' żmien imsemmi fuq u li indikaw li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu ngħataw l-opportunitaw li jinstemgħu.

(18) Risposti tal-kwestjonarju ġew irċevuti mill-kampjun ta' ħamsa mill-produtturi ilmentanti tal-Komunità, minn kampjun rappreżentattiv ta' tmien produtturi esportaturi (magħduda ma' tliet kumpaniji relatati) fl-Indja u importatur wieħed mhux relatat fil-Komunità.

(19) Il-Kummissjoni fittxet u verifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għall-għan ta' stabbilizzazzjoni ta' sussidju, ħsara, kaġun (causality) u interess tal-Komunità. Żjarat ta' verifika twettqu fuq il-fondijiet ta' dawn il-kumpaniji li ġejjin:

Produtturi tal-Komunità:

- Bierbaum Unternehmensgruppe GmbH & Co. KG, Germany;

- Descamps SA, France;

- Gabel industria tessile SpA, Italy;

- Vanderschooten SA, France;

- Vincenzo Zucchi SpA, Italy;

Importaturi mhux relatati fil-Komunità:

- Richard Haworth, United Kingdom;

Esportaturi/produtturi fl-Indja:

- The Bombay Dyeing and Manufacturing Co., Mumbai

- Brijmohan Purusottamdas, Mumbai

- Divya Textiles, Mumbai

- Jindal Worldwide Ltd, Ahmedabad (relatat ma' Texcellence Lil hinn mill-Baħar)

- Mahalaxmi Exports, Ahmedabad

- Nowrosjee Wadia & Sons, Mumbai (relatat ma' The Bombay Dyeing and Manufacturing Co.)

- N. W. Exports Limited, Mumbai (relatat ma' The Bombay Dyeing and Manufacturing Co.)

- Pasupati Fabrics, New Delhi

- Prakash Cotton Mills Pvt., Ltd, Mumbai

- Texcellence Overseas, Mumbai

- Vigneshwara Exports Limited, Mumbai

(20) L-investigazzjoni ta' sussidju u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2001 sat-30 ta' Settembru 2002 (perjodu investigattiv jew PI). L-eżami ta' xejriet rilevanti għall-istima ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1999 sa l-aħħar tal-PI (il-perjodu meqjus).

(21) Meta titqies il-ħtieġa li jiġu eżaminati aktar ċerti aspetti ta' sussidju, ħsara, kaġun (causality) u interess tal-Komunità, l-ebda miżuri kontra s-sussidju ma ġew imposti fuq bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar fl-Indja.

B. Il-prodott interessat u l-prodott simili

1. Il-Prodott interessat

(22) Il-prodott interessat huwa bjankerija tas-sodda ta' fibri tal-qoton/tajjar, puri jew imħallta b'fibri magħmula mill-bniedem jew il-kittien (bil-kittien mhux il-fibra dominanti), bliċjata, miżbugħa jew stampata li toriġina fl-Indja klassifikabbli fil-kodiċijiet tan-NM ex63022100 (kodiċijiet tat-TARIC 6302210081, 6302210089), ex63022290 (kodiċi tat-TARIC 6302229019), ex63023110 (kodiċi tat-TARIC 6302311090), ex63023190 (kodiċi tat-TARIC 6302319090) u ex63023290 (kodiċi tat-TARIC 6302329019). Bjankerija tas-sodda tinkludi lożor (fittjati jew ċatti), duvet covers u investi, pakkeġġjati għall-bejgħ jew separatament jew f'settijiet. It-tipi kollha ta' prodott huma simili fil-karatteristiċi fiżiċi essenzali tagħhom u fl-użu tagħhom. Huma għalhekk meqjusa bħala prodott wieħed.

2. Prodott simili

(23) Il-prodott fabbrikat u mibjugħ fis-suq domestiku ta' l-Indja u dak esportat lill-Komunità mill-Indja kif ukoll il-prodott fabbrikat u mibjugħ fil-Komunità mill-produtturi tal-Komunità nstab li għandhom bażikament l-istess karatteristiċi fiżiċi kif ukoll l-istess użu u huma għalhekk meqjusa bħala prodotti simili fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(5) tar-Regolament bażiku.

Ċ. SUSSIDJU

1. Daħla

(24) Fuq il-bażi tat-tagħrif li jinstab fl-ilment u r-risposti lill-kwestjonarju tal-Kummissjoni, is-sitt skemi li ġejjin, li allegatament involvew l-għoti ta' sussidji ta' esportazzjoni, ġew investigati.

(i) l-iskema tal-Passbook ta' l-Intitolament tad-Dazju (DEPB)

(ii) Ċertifikat ta' Mili mill-Ġdid Meħlus mid-Dazju (Duty-Free Replenishment Certificate) (DFRC)

(iii) l-iskema ta' Promozzjoni ta' Esportazzjoni ta' Merkanzija Kapitali (Export Promotion Capital Goods) (EPCG)

(iv) l-iskema ta' Liċenzja Bil-Quddiem (Advance Licence Scheme) (ALS)

(v) Żoni ta' Proċessar ta' Esportazzjoni/Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (EPZ-ijiet/EOU-ijiet)

(vi) Eżenzjoni fuq it-Taxxa tad-Dħul (ITES).

(25) L-iskemi (i), (ii), (iii), (iv) u (v) speċifikati f'reċitazzjoni 24 huma bażati fuq l-Att ta' Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolament ta' l-1992 (Nru 22 ta' l-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta' Awissu 1992 (Att ta' Kummerċ Barrani). L-Att ta' Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GOI sabiex joħroġ notifiki rigward il-politika ta' esportazzjoni u importazzjoni. Dawn huma f'sommarju fid-dokumenti "Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni", li jinħarġu mill-Ministeru tal-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati regolarment. Żewġ dokumenti ta' Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni huma rilevanti għall-PI ta' dan il-każ; jiġifieri l-pjan ta' ħames snin li għandu x'jaqsam mal-perjodu ta' l-1 ta' April 1997 sal-31 ta' Marzu 2002, u l-pjan ta' ħames snin li għandu x'jaqsam mal-perjodu ta' l-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2007. B'żieda ma' dan, il-GOI jiddikjara wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politika ta' kummerċ barrani ta' l-Indja fil-Manwal (Handbook) ta' Proċeduri – l-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2007 (Volum 1). Manwal (Handbook) simili ta' Proċeduri jeżisti għall-perjodu mill-1 ta' April 1997 sal-31 ta' Marzu 2002. Il-Manwal ta' Proċeduri huwa aġġornat ukoll fuq bażi regolari.

(26) Ġie stabbilit fiż-żjara ta' verifika lill-GOI li ma kienx hemm bdil sinifikanti f'relazzjoni ma' l-iskemi ta' sussidju allegat fil-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni matul il-PI. Huwa ċar mill-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni li tkopri l-perjodu ta' l-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2007 li liċenzji/ċertifikati/permessi maħruġa qabel il-ftuħ ta' din il-Politika se jibqgħu validi għall-għan li għalih dawn il-liċenzji/ċertifikati/permess inħarġu minbarra jekk ikun stipulat mod ieħor.

(27) Riferenzi għall-bażi legali għall-iskemi investigati (i) sa (v) riferiti fir-reċitazzjoni 24 huma minn issa ‘l quddiem magħmula f'relazzjoni mal-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni li tkopri l-perjodu mill-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2007 u mal-Manwal (Handbook) ta' Proċeduri (1 ta' April sal-31 ta' Marzju 2007 (Volum 1).

(28) Eżenzjoni tat-Taxxa tad-Dħul (vi), speċifikata f'reċitazzjoni 24, hija bażata fuq l-Att tat-Taxxa tad-Dħul ta' l-1961 li huwa emendat kull sena mill-Att ta' Finanzi.

2. L-iskema tal-Passbook ta' l-Intitolament tad-Dazju (DEPB)

(a) Bażi legali

(29) Il-DEPB daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 1997 permezz tan-Notifika tad-Dwana 34/97. Paragrafi 4.3.1 sa 4.3.4 tal-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni u paragrafi 4.37 sa 4.53 tal-Manwal (Handbook) ta' Proċeduri jikkontjenu destrizzjoni dettaljata ta' l-iskema. Il-DEPB huwa s-suċċessur għall-Iskema tal-Passbook li ġiet terminata fil-31 ta' Marzu 1997. Mill-bidu kien hemm żewġ tipi tal-DEPB, primarjament DEPB fuq bażi ta' qabel l-esportazzjoni u DEPB fuq bażi ta' wara l-esportazzjoni. Il-GOI enfasizza li l-DEPB fuq bażi ta' qabel l-esportazzjoni ġie abolit fl-1 ta' April 2000 u għalhekk l-iskema mhijiex rilevanti għall-PI. Ġie stabbiliti li l-ebda mill-kumpaniji ma gawdiet xi benefiċċju taħt DEPB fuq bażi ta' qabel l-esportazzjoni. Għalhekk, mhuwiex meħtieġ li jiġi stabbilit il-kontrabilanċ ta' DEPB fuq bażi ta' qabel l-esportazzjoni.

(b) Eliġibilita

(30) Il-DEPB fuq bażi ta' wara l-esportazzjoni huwa disponibbli għal esportaturi ta' fabbrikazzjoni jew esportaturi merkantili (jiġifieri negozjanti).

(ċ) Implimentazzjoni prattika ta' DEPB fuq bażi ta' wara l-esportazzjoni

(31) Skond din l-iskema, kull esportatur eliġibbli jista' japplika għal krediti, li huma kalkolati bħala persentaġġ tal-valur ta' prodotti lesti esportati. Dawn ir-rati tal-DEPB ġew stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-biċċa ‘l kbira ta' prodotti, inkluż il-prodott interessat, fuq il-bażi ta' normi ta' dħul-produzzjoni (input-output) standard (SION). Liċenzja li tiddikjara l-ammont ta' kreditu mogħti tinħareġ awtomatikament ma' l-irċevuta ta' l-applikazzjoni.

(32) Il-DEPB fuq bażi ta' wara l-esportazzjoni jippermetti l-użu ta' dawn il-krediti biex jagħmel tajjeb għal dazji applikabbli tad-dwana fuq kull importazzjoni sosegwenti minbarra għal merkanzija li l-importazzjoni tagħha hija ristretta jew projbita. Merkanzija importata li għaliha jintużaw dawn il-krediti tista' tinbiegħ fis-suq domestiku (bla ħsara għal taxxa fuq il-bejgħ) jew tintuża mod ieħor.

(33) Liċenzji tal-DEPB huma trasferibbli liberament u, bħala konsegwenza, ta' sikwit qed inbiegħu. Il-liċenzja tal-DEPB hija valida għal perjodu ta' 12-il xahar mid-data ta' l-għoti tal-liċenzja. Il-kumpanija trid tħallas lill-awtorita rilevanti miżata ekwivalenti għal 0,5 % tal-kreditu tal-DEPB irċevut.

(d) Konklużjonijiet fuq DEPB fuq bażi ta' wara l-esportazzjoni

(34) Meta kumpanija tesporta merkanzija, tingħata kreditu li jista' jintuża biex jagħmel tajjeb għal ammonti ta' dazji tad-dwana dovuti fuq importi fil-futur ta' xi merkanzija jew tista' sempliċement tinbiegħ.

(35) Il-kreditu huwa kalkolat awtomatikament fuq il-bażi ta' formula, permezz ta' noti ta' SION, indipendentement minn jekk dħul (inputs) ikunx ġie mportat, tħallasx dazju fuqhom jew jekk id-dħul (inputs) kienx użat attwalment għal produzzjoni ta' esportazzjoni u f'liema kwantitajiet. Tabilħaqq kumpanija tista' tippretendi liċenzja fuq il-bażi ta' esportazzjonijiet passati irrispettivament ta' jekk tagħmilx xi importi jew xiri ta' merkanzija minn sorsi oħra. Il-krediti tal-DEPB huma meqjusa bħala kontribuzzjoni finanzjarja minħabba li huma għotja. Jinvolvu trasferiment dirett ta' fondi, minħabba li jistgħu jew jinbiegħu u jinbidlu fi flus kontanti, jew jintużaw biex jagħmlu tajjeb għal dazji ta' importazzjoni, b'hekk jikkaġunaw li l-GOI iħalli dħul li inkella huwa mistħoqq.

(36) Texprocil irraġuna li fejn l-esportatur ikun attwalment importa dħul (inputs) li huma wżati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti ta' esportazzjoni u wżati fil-krediti tal-DEPB biex jitħallas dazju tad-dwana fuq dan id-dħul (inputs) importat, l-ebda benefiċċju ta' kontrabilanċ ma jista' jintqal li jkun waqa' fuq l-esportatur taħt il-DEPB.

(37) F'dan il-kuntest, l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku jipprovdi għal eżenzjoni għal, fost ħwejjeġ oħra, skemi ta' rifużjoni u rifużjoni ta' sostitut, li jikkonformaw mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I(i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal rifużjoni ta' sostitut).

(38) Madankollu, f'dan il-każ, l-esportatur mhuwiex taħt l-ebda obbligu attwalment li jikkonsuma l-merkanzija mportata ħielsa mid-dazju fil-proċess ta' produzzjoni u l-ammont ta' kreditu mhuwiex kalkolat rigward id-dħul (inputs) attwali wżat.

(39) Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma liema dħul (inputs) huwa konsmat fil-proċess ta' produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk ħlas żejjed ta' dazji ta' importazzjoni jkun seħħ fit-tifsira ta' l-Anness I(i) u l-Annessi II u III mar-Regolament bażiku.

(40) Fl-aħħar nett, esportaturi huma eliġibbli għall-benefiċċji tal-DEPB mingħajr ma jingħata każ ta' jekk fil-fatt jimportawx xi dħul (inputs). Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed għal esportatur li sempliċement jesporta merkanzija mingħajr ma juri li xi materjali ta' dħul (input) ikun ġie mportat. Għalhekk, anke esportaturi li jiksbu d-dħul (inputs) kollu tagħhom lokalment u li ma jimportawx xi merkanzija li tista' tintuża bħala dħul (inputs) għadhom intitolati għall-benefiċċji tal-DEPB. Għalhekk, il-DEPB fuq bażi ta' wara l-esportazzjoni ma jwettaqx il-kriterji ta' l-Anness I sa III.

(41) Fl-assenza ta' ħtieġa li dħul (inputs) importat irid jiġi konsmat fil-proċess ta' produzzjoni u sistema ta' verifika kif meħtieġa mill-Anness II mar-Regolament bażiku, il-DEPB fuq bażi ta' wara l-esportazzjoni ma jistax jitqies bħala sistema ta' rifużjoni (drawback) jew rifużjoni ta' sostitut permessa (l-Anness III) skond l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku.

(42) Ladarba l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq għad-definizzjoni ta' sussidju għal skemi ta' rifużjoni (drawback) u rifużjoni ta' sostitut, riferiti fir-reċitazzjoni 37, għalhekk ma japplikawx, ma titqajjimx il-kwistjoni ta' remissjoni żejda u l-benefiċċju ta' kontrabilanċ huwa r-remissjoni ta' dazji totali ta' importazzjoni normalment dovuti fuq l-importi kollha.

(43) Fuq il-bażi ta' dak imsemmi hawn fuq, ġie konkluż li l-GOI, billi joħroġ liċenzja trasferibbli liberament, jipprovdi lill-esportaturi b'kontribuzzjoni finanzjarja skond il-DEPB. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI tagħti benefiċċju fuq il-possessur tal-DEPB ladarba dan ta' l-aħħar jikseb flus b'xejn li bħala tali ma jkunux disponibbli fis-suq kummerċjali. Għalhekk, l-iskema tikkostitwixxi sussidju. Minħabba li s-sussidju jista' jinkiseb biss minn esportazzjonijiet, huwa kontinġenza fil-liġi (contingent in law) fuq twettieq ta' esportazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, is-sussidju jitqies speċifiku u għalhekk ta' kontrabilanċ.

(e) Kalkolu ta' l-ammont ta' sussidju għall-bażi ta' wara l-esportazzjoni tal-DEPB.

(44) Il-benefiċċju għall-kumpaniji ġie kalkolat fuq il-bażi ta' l-ammont ta' kreditu mogħti fil-liċenzji, li jkunu ġew utilizzati jew trasferiti matul il-PI.

(45) F'każijiet fejn il-liċenzji kienu ntużaw biex jimportaw merkanzija mingħajr ħlas ta' dazji applikabbli, il-benefiċċju ġie kalkolat fuq il-bażi ta' dazji totali ta' importazzjoni li jkunu nħaffru. F'każijiet fejn il-liċenzji ġew trasferiti (mibjugħa), il-benefiċċju ġie kalkolat fuq il-bażi ta' l-ammont ta' kreditu mogħti fil-liċenzja (il-valur stampat tagħha) mingħajr ma jingħata każ tal-prezz tal-bejgħ tal-liċenzja, ladarba l-bejgħ ta' liċenzja hija deċiżjoni kummerċjali pura li ma tbiddilx l-ammont ta' benefiċċju (ekwivalenti għat-trasferiment ta' fondi tal-GOI) irċevut mill-iskema.

(46) L-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq esportazzjonijiet totali matul il-PI bi qbil ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku. Fil-kalkolu tal-benefiċċju, il-miżati neċessarjament miġrura biex jiksbu s-sussidju ġew imnaqqsa.

(47) Ġie stabbilit għal kumpanija waħda li l-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni eskludiet speċifikament ċerti merkanzija mill-eliġibilita għal DEPB, ladarba l-esportazzjoni ta' din il-merkanzija kienet suġġetta għal liċenzji speċjali. F'dan il-każ, għall-għan li jiġi kalkolat is-sussidju ad valorem, kien meqjus xieraq li jiġi allokat il-benefiċċju tal-DEPB (nominatur), fuq it-turnover ta' esportazzjoni tal-prodotti eliġibbli għal DEPB (denominatur).

(48) Texprocil u diversi kumpaniji ddikjaraw li spejjeż miġrura minn aġenti speċjalizzati li jħallsu, kummissjonijiet ta' bejgħ u spejjeż oħra varji għandhom jitnaqqsu fil-kalkolu tal-benefiċċju skond din l-iskema. F'dan ir-rigward, għandu jiġi notat li l-użu ta' pajjiżi terzi għall-bejgħ ta' liċenzji hija deċiżjoni purament kummerċjali li ma tbiddilx l-ammont ta' kreditu mogħti fil-liċenzji. F'kull każ, l-ispejjeż neċessarjament miġrura sabiex jinkiseb sussidju biss jistgħu jitnaqqsu bi qbil ma' l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-ispejjeż imsemmija biss mhumiex meħtieġa sabiex jikkwalifikaw għas-sussidju, id-dikjarazzjonijiet ġew rifjutati.

(49) Texprocil u diversi kumpaniji ddikjaraw li l-bejgħ ta' liċenzji tal-DEPB kien suġġett għal taxxa fuq il-bejgħ, u għalhekk il-benefiċċju għandu jitnaqqas kif mistħoqq. Madankollu, skond il-liġi Indjana tat-taxxa, it-taxxa suġġetta għal taxxa fuq il-bejgħ hija x-xerrej, mhux il-bejiegħ. Il-bejjiegħ sempliċement jiġbor it-taxxa fuq il-bejgħ f'isem l-awtoritajiet rilevanti. B'konsegwenza, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(50) Diversi kumpaniji sottomettew li l-bejgħ tal-liċenzji tal-DEPB tagħhom ikun jiġġeneraw dħul (income) addizzjonali, u b'hekk iżidu l-lijabilita ġenerali tat-taxxa tagħhom, primarjament taxxa tad-dħul tal-kumpanija. Għalhekk, ġie dikjarat li l-benefiċċju miksub minn dawn il-kumpaniji minn transazzjonijiet tal-DEPB għandu jitnaqqas mill-ammont ta' taxxa tad-dħul attwalment imħallsa. Il-kumpaniji ddikjaraw ukoll li din id-dikjarazzjoni ma tkunx ġustifikata jekk l-ebda ta' taxxa ta' dħul ma tkun tħallset matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, Texprocil iddikjarat li d-dħul tal-DEPB huwa taxxabbli bir-rata uniformi applikabbli għall-esportaturi, u li, fejn l-esportatur ikun fil-fatt ħallas taxxa ta' dħul fuq il-benefiċċji tal-DEPB mogħtija mill-GOI, il-benefiċċju rċevut jitnaqqas sal-punt tat-taxxa tad-dħul.

Meta jiġu ndirizzati dawn l-argumenti huwa l-ewwel nett imfakkar li kreditu tal-DEPB jikkonstitwixxi għotja mogħtija f'mument imsemmi ta' żmien. Skond it-tagħrif disponibbli, ma jistax tabilħaqq jiġi esluż li dawn l-għotjiet, fi stadju aktar tard, jisgħu jżidu lijabilita ġenerali tat-taxxa tal-kumpanija. Madankollu, dan ikun każ fil-futur, u jkun jiddependi fuq ħafna fatturi, li ‘l biċċa ‘l kbira tagħhom jiġu nfluwenzati minn deċiżjonijiet kummerċjali meħuda mill-kumpanija nnifisha. Dawn il-fatturi m'għandhomx x'jaqsmu biss ma' kwisjonijiet ta' prezz u ta' bejgħ, imma jirrigwargjaw ukoll kwistjonijiet oħra li jistabbilixxu lijabilita ġenerali tat-taxxa bħal ma huma deċiżjonijiet li jirrigwardjaw rati ta' deprezzament, it-trasferiment (carrying forward) ta' telf u ħafna fatturi oħra. Dawn id-deċiżjonijiet kollha jinfluwenzaw il-firxa tat-taxxa li finalment jiġi applikat għall-kumpanija f'sena speċifika tat-taxxa. Għalhekk mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit eżattament għal liema punt benefiċċji miksuba minn bejgħ ta' DEPB ikunu kkontribbwixxew għar-rata tat-taxxa applikabbli. B'żieda ma' dan, kieku l-kumpanijia interessata wżat il-liċenzji DEPB tagħhom għall-għan għal liema kienu fil-fatt maħsuba, primarjament l-importazzjoni ta' dħul (inputs) kieku kien tabilħaqq ibaxxi l-prezz tiegħu u mhux iżid id-dħul tiegħu, li jista' għal darb'oħra jkollu impatt differenti fuq tassazzjoni.

Huwa għalhekk ċar li l-għoti ta' kreditu tal-DEPB u tassazzjoni eventwali aktar tard fuqu jikkonstitwixxu żewġ azzjonijiet indipendenti mill-GOI. Mhuwiex lok li l-awtorita investigattiva li tipprova tibni mill-ġdid is-sitwazzjoni li tkun tipprevala fil-presenza jew l-assenza ta' tassazzjoni. F'kull każ, dan ma jkunx jaffettwa l-kalkolu ta' l-ammont ta' sussidju stabbilit matul il-PI.

B'konsegwenza, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew rifjutati.

(51) Tmien kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn din l-iskema matul il-PI u kisbu sussidji li jinfirxu minn 1,45 % sa 8,44 %.

3. Ċertifikat ta' Mili mill-Ġdid Meħlus mid-Dazju (Duty-Free Replenishment Certificate) (DFRC)

(a) Bażi legali

(52) Il-bażi legali għal din l-iskema tinstab f'paragrafi 4.2.1 sa 4.2.7 tal-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni u paragrafi 4.31 sa 4.36 tal-Manwal (Handbook) ta' Proċeduri.

(b) Eliġibilità

(53) Il-DFRC huwa maħruġ lil merkantili-esportatur jew fabbrikant-esportatur għall-importi ta' dħul (inputs) wżati fil-fabbrikazzjoni ta' merkanzija mingħajr ħlas ta' dazji applikabbli.

(ċ) Implimentazzjoni prattika

(54) Il-DFRC hija skema ta' wara l-esportazzjoni, li tippermetti mili mill-ġdid, jiġifieri importi ħielsa mid-dazju ta' dħul (inputs) li għandu l-istess karatteristiċi, kwalità u speċifikazzjonijiet bħal dawk wżati fil-prodott esportat. Il-kwalità ta' dawn l-importi hija stabbilita fuq il-bażi tal-SION. Din il-merkanzija importata tista' tinbiegħ biss fis-suq domestiku jew tintuża' mod ieħor.

(55) Skond din l-iskema, kull esportatur eliġibbli jista' japplika għal ċertifikat. Il-DFRC huwa maħruġ għal importi ta' dħul (inputs) kull SION kif indikat fil-kontijiet tat-trasport bil-baħar.

(56) Il-DFRC jkopri biss id-dħul (inputs) kif preskritt fil-SION. Il-karatteristiċi tekniki, kwalità u speċifikazzjoni ta' dħul (inputs) li huma permessi li jiġu replenished iridu jaqblu ma' dawk tad-dħul (inputs) wżati fil-prodott ta' esportazzjoni.

(57) Il-DFRC huma trasferibbli liberament. Il-validita tal-DFRC hija ta' 18-il xahar.

(d) Konklużjoni fuq l-iskema

(58) Meta kumpanija tesporta merkanzija, tingħata ċertifikat li jista' jintuża biex jagħmel tajjeb għal ammonti ta' dazji tad-dwana dovuti fuq importi fil-futur ta' dħul (inputs) inkorporat fiżikament fil-merkanzija esportata jew jista' sempliċement jinbiegħ.

(59) Il-ċertifikati huma meqjusa bħala kontribuzzjoni finanzjarja minħabba li huma għotja. Jinvolvu trasferiment dirett ta' fondi, minħabba li jistgħu jew jinbiegħu u jinbidlu fi flus kontanti, jew jintużaw biex jagħmlu tajjeb għal dazji ta' importazzjoni, b'hekk jikkaġunaw li l-GOI iħalli dħul li inkella huwa mistħoqq.

(60) Il-GOI u Texprocil irraġunaw li l-DFRC hijs skema ta' rifużjoni ta' sostituzzjoni leġittima, ladarba l-iskema tipprovdi għar-replenishment ta' dħul (inputs) wżati fil-prodott esportat. Ladarba l-kwantita, il-kwalità u l-karatteristiċi u speċifikazzjonijiet tekniċi jaqblu ma' dħul (inputs) wżat fil-prodott ta' esportazzjoni, l-iskema hija fil-ħsieb tal-GOI u t-Texprocil permessibbli skond il-Ftehim fuq Sussidji u Miżuri ta' Kontrabilanċ (ASCM). It-Texprovil irraġunat ukoll li, meta tistma jekk hijiex sistema ta' rifużjoni (drawback) ta' sostitut leġittima, il-kondizzjoni rilevanti hija li wieħed iħares lejn dak li qed jiġi mportat u mhux min qed jimporta. Ġie rraġunat ukoll li sakemm u safejn il-Gvern huwa konċernat, l-ebda benefiċċju addizzjonali ma jingħata.

(61) L-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku jipprovdi għal eżenzjoni għal, fost ħwejjeġ oħra, skemi ta' rifużjoni (drawback) u rifużjoni ta' sostitut, li jikkonformaw mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I(i), l-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għal rifużjoni ta' sostitut).

(62) Għandu jiġi enfasizzat li sistemi ta' rifużjoni (drawback) jimplikaw ir-rifond ta' dazji mħallsa fuq dħul (inputs) importat, li jkun ġie kkonsmat fil-proċess ta' produzzjoni ta' prodott esportat. Madankollu, fil-każ ta' DFRC, ma kienx ikun hemm ħtieġa ta' importazzjoni ta' dħul (inputs) għal dazji li jkunu tħallsu jew ġew eżentati fl-ewwel post.

(63) Sistemi ta' rifużjoni (drawback) jistgħu jippermettu r-rifond "ex post" jew ir-rifużjoni (drawback) ta' ħlasijiet ta' importazzjoni fuq dħul (inputs) li huma konsmati fil-proċess ta' produzzjoni ta' prodott ieħor, inkluż sistwazzjonijiet fejn l-esportazzjoni tal-prodott imsemmi l-aħħar jikkontjeni dħul (inputs) domestiċi li għandu l-istess kwalità u karatteristiċi bħal dawk sostituti għad-dħul (inputs) importati (skemi ta' "rifużjoni (drawback) ta' sostitut") Ikun per eżempju permess għal kumpanija, fil-każ ta' nuqqas ta' dħul (inputs) importati, li tuża' dħul (inputs) domestiku u tinkoporah fil-merkanzija esportata, u mbagħad fi stadju aktar tard timporta l-kwantita korrespondenti ta' dħul (inputs) ħieles minn kull dazju. F'dan il-kuntest, l-eżistenza ta' sistema jew proċedura ta' verifika hija mportanti għaliex tippermetti lill-gvern tal-pajjiż esportatur li jiżgura u juri li l-kwalità tad-dħul (inputs) għal liema hija rifużjoni (drawback) hija dikjarata ma taqbiżx il-kwantita ta' prodotti simili esportati, ikunu f'liema forma ikunu, u li ma hemmx rifużjoni (drawback) ta' ħlasijiet ta' importazzjoni li jaqbżu dawk intaxxati oriġinarjament fuq id-dħul (inputs) imsemmija.

(64) Skond il-DFRC, li hija skema ta' wara l-esportazzjoni kif imsemmi fir-reċitazzjoni 54, hemm obbligu mibni fih li jimporta biss dħul (inputs) li ġew konsmati fil-produzzjoni tal-merkanzija esportata. Dan id-dħul (inputs) irid ikun ta' l-istess kwantita u karatteristika bħad-dħul (inputs) domestiku wżat fil-merkanzija esportata. Fuq din il-bażi, il-DFRC jippreżenta xi wħud mill-karatteristiċi ta' skema ta' rifużjoni (drawback) ta' sostitut skond l-Anness III mar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni stabbiliet, madankollu li ma kien hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma jekk u liema dħul (inputs) huwa konsmat fil-proċess ta' produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk benefiċċju żejjed ta' dazji ta' importazzjoni jkun seħħ fit-tifsira ta' l-Anness I(i) u l-Annessi II u III mar-Regolament bażiku.

(65) Barra minn hekk, il-DFRC huwa, kif imsemmi fuq fir-reċitazzjoni 57, liberament trasferibbli. Dan jimplika li l-esportatur, li jingħata ċertifikat biex jagħmel tajjeb għal ammonti ta' dazji tad-dwana dovuti fuq importi fil-futur ta' dħul (inputs), ma huwa taħt l-ebda obbligu attwalment li jikkonsma d-dħul (inputs) importat fil-proċess ta' produzzjoni jew anke fil-fatt li juża ċ-ċertifikat biex jiġu mportati dħul (inputs) (jiġifieri ma hemm l-ebda kondizzjoni attwali ta' l-utent). Minflok, l-esportatur jista' jiddeċiedi li jbigħ iċ-ċertifikat lil importaturi. B'konsegwenza, il-DFRC ma jistax jitqies bħala skema ta' rifużjoni (drawback) ta' sostitut bi qbil mar-Regolament bażiku [3].

(66) Fuq il-bażi ta' dan imsemmi fuq, il-GOI, meta joħroġ ċertifikat li huwa trasferibbli liberament, jipprovdi esportaturi b'kontribuzzjoni finanzjarja. F'dawn iċ-ċirkostanzi, iċ-ċertifikati fil-fatti jirrappreżentaw għotja diretta mill-GOI lill-esportaturi interessati.

(67) Bħala konklużjoni, din il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI tagħti benefiċċju fuq il-possessur tal-DFRC, ladarba dan ta' l-aħħar jikseb flus b'xejn, li bħala tali ma jkunux disponibbli fis-suq kummerċjali. Għalhekk, l-iskema tikkostitwixxi sussidju. Minħabba li s-sussidju jista' jinkiseb biss minn esportazzjonijiet, huwa kontinġenza fil-liġi (contingent in law) fuq twettieq ta' esportazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, is-sussidju jitqies speċifiku u għalhekk ta' kontrabilanċ.

(e) Il-kalkolu ta' l-ammont sussidjarju

(68) Esportatur wieħed uża l-DFRC bħala skema ta' rifużjoni (drawback) ta' sostitut. Din il-kumpanija setgħet turi li l-kwantitajiet ta' dħul (inputs), li ġew eżentati minn dazji ta' importazzjoni, ma kienux jaqbżu l-kwantitajiet użati għall-merkanzija esportata. Barra minn hekk, il-kumpanija setgħet turi li ma kien hemm l-ebda rifużjoni (drawback) ta' ħlasijiet ta' importazzjoni li jaqbżu dawk oriġinarjament intaxxati fuq id-dħul (inputs) importat imsemmi. Kien għalhekk konkluż li, fil-każ ta' din il-kumpanija, l-eżenzjoni ta' dazji ta' importazzjoni fuq dħul (inputs) kienet bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Annessi I sa III mar-Regolament bażiku, u għalhekk l-ebda benefiċċju ma ngħata fil-PI.

(69) Żewġ kumpaniji biegħu iċ-ċertifikati li jkunu kisbu. Ladarba l-DFRC biss ikopri d-dħul (inputs) mogħti fil-SION, kien ikun xieraq li jiġi stabbilit il-benefiċċju permezz ta' l-istess metodoloġija bħal skond il-DEPB, jiġifieri l-kalkolu tal-benefiċċju bħala persentaġġ tal-valur tal-prodotti lesti esportati. Kif spjegat hawn fuq, dawn ir-rati standard ġew stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-biċċa ‘l kbira ta' prodotti, inkluż il-prodott interessat.

(70) Madankollu, ċ-ċertifikat skond din l-iskema m'għandux valur stampat, bl-istess mod bħall-krediti skond l-iskema tal-DEPB. Iċ-ċertifikat juri l-kwantita ta' dħul (inputs) permessi għal importazzjoni kif ukoll valur totali massimu sa fejn dan id-dħul (inputs) jistgħu jiġu mportati. F'dan il-każ, meta titqies l-assenza ta' valur monetarju speċifiku fuq kull ċertifikat, ma kienx possibbli li jiġi stabbilit benefiċċju ta' l-iskema fuq il-bażi tal-valur jew il-kwantita tal-merkanzija esportata. F'każijiet fejn iċ-ċertifikati ġew trasferiti (inbiegħu), kien għalhekk meqjus raġunevoli li jiġi kalkolat il-benefiċċju fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ taċ-ċertifikat.

(71) L-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq esportazzjonijiet totali matul il-PI bi qbil ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku.

(72) Żewġ kumpaniji benefikaw minn din l-iskema matul il-PI. Għal kumpanija waħda s-sussidju miksub kien 3.08 %, fil-waqt li għall-oħra s-sussidju stabbilit kien negliġibbli.

4. L-iskema ta' Promozzjoni ta' Esportazzjoni ta' Merkanzija Kapitali (Export Promotion Capital Goods) (EPCG)

(a) Bażi legali

(73) L-iskema ta' EPCG ġiet imħabbra fl-1 ta' April 1992. Matul il-PI l-iskema kienet regolata min-Notifiki tad-Dwana Nri 28/97 u 29/97 li daħħlu fis-seħħ fl-1 ta' April 1997. Dettalji ta' l-iskemi jistabu fil-Kapitolu 5 tal-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni ta' l-2002 sa l-2007 u Kapitolu 5 tal-Manwal (Handbook) ta' Proċeduri.

(b) Eliġibilità

(74) L-iskema hija disponibbli għal "esportaturi fabbrikanti bl-appoġġ jew mingħajr l-appoġġ ta' fabbrikant(i)/bejjiegħ(a), esportaturi merkantili marbuta ma' fabbrikant(i) appoġġjanti u provvedituri tas-servizz" (kwotat mill-Kapitolu 5.2 tal-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni ta' l-2002 sa l-2007).

(ċ) Implimentazzjoni prattika

(75) Biex tibbenefika mill-iskema, kumpanija trid tipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti dettalji tat-tip u l-valur ta' merkanzija kapitali li jrid jiġi mportat. Skond il-livell ta' impenn ta' esportazzjoni li l-kumpanija lesta li tidħol għalih, il-kumpanija trid tiġi permessa li timporta merkanzija kapitali jew b'dazju zero jew rata mnaqqsa ta' dazju. Sabiex tilħaq l-obbligu ta' esportazzjoni, il-merkanzija kapitali mportata trid tintuża biex tipproduċi merkanzija esportata. Ma' l-applikazzjoni mill-esportatur, liċenzja li tawtorizza l-importazzjoni b'rati preferenzali hija maħruġa. Miżata ta' applikazzjoni titħallas biex tinkiseb il-liċenzja.

(76) Il-possessur tal-liċenzja ta' l-EPCG jista' wkoll ifittex il-merkanzija kapitali huwa stess mill-pajjiż tiegħu stess (indigenously). F'dan il-każ, il-fabbrikant indiġenu ta' merkanzija kapitali jista' japprofitta ruħu mill-benefiċċju għal importazzjoni ħielsa mid-dazju ta' komponenti meħtieġa għall-fabbrikazzjoni ta' merkanzija kapitali. Alternattivament, il-fabbrikant indiġenu jista' jiddikjara l-benefiċċju ta' esportazzjoni meqjusa rigward provvista ta' merkanzija kapitali għal possessur tal-liċenzja ta' l-EPCG.

(77) Hemm obbligazzjoni ta' esportazzjoni sabiex wieħed ikun eliġibbli għall-iskema ta' l-EPCG. L-obbligu ta' esportazzjoni jista' jitwettaq mill-esportazzjoni ta' merkanzija fabbrikata jew prodotta permezz tal-merkanzija kapitali mportata skond l-iskema. L-obbligu ta' esportazzjoni jinvolvi ħtieġa ta' esportazzjoni ta' aktar mill-livell medju ta' esportazzjonijiet ta' l-istess prodott miksuba mill-kumpanija fit-tliet snin ta' liċenzjar ta' qabel.

(78) Riċentement, kien hemm bidla fil-kondizzjonijiet ta' l-iskema rigward il-kalkolu ta' l-obbligu ta' esportazzjoni. Madankollu, dan huwa applikabbli biss għal liċenzji maħruġa wara l-1 ta' April 2003, jiġifieri mhux koperti mill-PI. Skond ir-regoli l-ġodda, il-kumpaniji se jkollhom tmien snin biex iwettqu l-obbligu ta' esportazzjoni (il-valur ta' esportazzjonijiet irid ikun għall-inqas sitt darbiet il-valur ta' l-eżenzjoni totali tad-dazju għal merkanzija kapitali mportata).

(d) Konklużjoni fuq l-iskema ta' l-EPCG

(79) Il-ħlas minn esportatur ta' rata mnaqqsa jew rata zero ta' dazju ta' importazzjoni jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOI, ladarba d-dħul li huwa nkella mistħoqq huwa maħfur u benefiċċju jingħata fuq ir-reċipjent billi jitbaxxew id-dazji mħallsa jew billi jiġi eżentat għal kollox milli jħallas id-dazji ta' importazzjoni. Għalhekk, l-iskema ta' l-EPCG hija sussidju.

(80) Il-liċenzja ma tistax tinkiseb mingħajr impenn għal merkanzija ta' esportazzjoni. Minħabba li s-sussidju huwa kontinġenza fil-liġi (contingent in law) fuq twettieq ta' esportazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku, jitqies bħala speċifiku u għalhekk ta' kontrabilanċ.

(81) Ġie raġunat li l-iskop tat-terminu "dħul (input)" fl-Anness I(i) mar-Regolament bażiku jkopri wkoll merkanzija kapitali, ladarba merkanzija kapitali hija dħul (inputs) essenzali għall-produzzjoni, mingħajr l-użu ta' liema l-ebda prodott finali ma jista' qatt jeżisti. Ġie raġunat aktar li huwa biss bl-użu ta' merkanzija kapitali li l-materji primi jiġu mibdula fi prodotti lesti, u li d-deprezzament li jitħallas fuq il-merkanzija kapitali jirrappreżenta l-valur tal-merkanzija kapitali wżata fil-produzzjoni ta' prodotti finali. Għalhekk, l-eżenzjoni tad-dazju fuq merkanzija kapitali wżata fil-produzzjoni tal-prodott esportat għandha tiġi trattata bħala eżenzjoni tad-dazju fuq dħul (inputs) wżat fil-produzzjoni tal-prodotti esportati u din l-eżenzjoni m'għandhiex tiġi trattata bħala benefiċċju ta' kontrabilanċ fit-tifsira tar-Regolament bażiku.

Bħala tweġiba għal dawn l-argumenti, huwa meqjus li merkanzija kapitali ma tikkostitwixxix "dħul (inputs)" fit-tifsira tar-Regolament bażiku minħabba li mhumiex inkorporati fiżikament fil-prodotti esportati. B'konsegwenza, l-argumenti msemmija fuq jiġu rifjutati.

(e) Il-kalkolu ta' l-ammont sussidjarju

(82) Il-benefiċċju għall-kumpaniji ġie kalkolat fuq il-bażi ta' l-ammont ta' dazju tad-dwana mhux imħallas fuq merkanzija kapitali mportata billi jinfirex dawn l-ammont fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu normali ta' deprezzament ta' din il-merkanzija kapitali fl-industrija tal-prodott interessat skond l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku. Bi qbil mal-prattika stabbilita, l-ammont kalkolat b'dan il-mod li huwa attribwibbli għall-PI ġie aġġustat billi jiżdied l-imgħax matul il-PI sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju maż-żmien u b'hekk jiġi stabbilit il-benefiċċju sħiħ ta' din l-iskema lir-reċipjent. Meta titqies in-natura tas-sussidju, li hija ekwivalenti għal għotja ta' darba, ir-rata kummerċjali ta' imgħax matul il-PI fl-Indja (stmata għal 10 %) tqieset xierqa. L-ammont ta' sussidju mbagħad ġie allokat fuq esportazzjonijiet totali matul il-PI, bi qbil ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku.

(83) Rigward il-kalkolu ta' l-ammont ta' sussidju, ġie argumentat li kalkolu tas-sussidju, ibbażat fuq il-perspettiva tal-"benefiċċju għall-produttur", jeħtieġ l-allokazzjoni ta' l-ammont tas-sussidju (dazji tad-dwana mhux imħallsa) attribwibbli għall-PI matul il-produzzjoni kollha (domestika magħduda ma' esportazzjonijiet) tal-prodott interessat. Ġie irraġunat ukoll li kumpaniji li għandhom ukoll bejgħ domestiku ta' bjankerija tas-sodda uża l-istess merkanzija kapitali għall-produzzjoni intiera ta' bjankerija tas-sodda.

Bħala tweġiba għal dan, ġie mfakkar li din l-iskema hija kontinġenti biss fuq twettieq ta' esportazzjoni. Bi qbil ma' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju għal din l-iskema għandu għalhekk jiġi allokat fuq turnover ta' esportazzjoni biss ladarba s-sussidju jingħata bħala riferenza għal ċertu valur ta' esportazzjonijiet ta' merkanzija f'ċertu perjodu taż-żmien. Għalhekk, id-dikjarazzjoni li tibbenefika skond l-iskema għandha tiġi allokata fuq turnover totali u rifjutata.

(84) Tliet kumpaniji benefikaw minn din l-iskema matul il-PI. Żewġ kumpaniji kisbu sussidji ta' 0,38 % u 2,0 % rispettivament, billi għat-tielet kumpanija s-sussidju stabbilit kien negliġibbli.

5. L-iskema ta' Liċenzja Bil-Quddiem (Advance Licence Scheme) (ALS)

(a) Bażi legali

(85) L-ALS ilha topera mill-1977 sa l-1978. L-iskema hija speċifikata f'paragrafi 4.1.1 sa 4.1.7 tal-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni u partijiet mill-Kapitolu 4 tal-Manwal (Handbook) ta' Proċeduri.

(b) Eliġibilita

(86) Liċenzji bil-quddiem huma disponibbli għal esportaturi biex ikunu jistgħu jimportaw dħul (inputs) użati fil-produzzjoni ta' esportazzjonijiet, ħielsa mid-dazju.

(ċ) Implimentazzjoni prattika

(87) Il-volum ta' importi permess skond din l-iskema huwa stabbilit bħala persentaġġ tal-volum ta' prodotti lesti esportati. Il-liċenzji bil-quddiem ikejlu l-unitajiet ta' importi awtorizzati f'termini tal-kwantita tagħhom kif ukoll f'termini tal-valuri tagħhom. Fiż-żewġ każijiet, ir-rati wżati biex jistabbilixxu x-xiri ħieles mid-dazju permess huma stabbiliti għall-biċċa ‘l kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott interessat fuq il-bażi ta' SION. L-oġġetti ta' dħul (input) speċifikati fil-liċenzji bil-quddiem huma oġġetti wżati fil-produzzjoni tal-prodotti lesti rilevanti.

(88) Liċenzji bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:

(i) "esporti fiżiċi: Liċenzji bil-Quddiem jistgħu jinħarġu għal esporti fiżiċi lil esportatur fabbrikant jew esportatur merkantili marbut ma fabbrikant(i) appoġġjanti għal importi ta' dħul (inputs) meħtieġa għall-prodott esportat" (kwotat mill-Kapitolu 4.1.1(a) tal-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni ta' l-2002 sa l-2007.

(ii) provvisti intermedjarji: liċenzji bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal provvista intermedjarja lil fabbrikant-esportatur għad-dħul (inputs) meħtieġ fil-fabbrikazzjoni ta' oġġetti li jridu jiġu provvduti lill-esportatur ta' l-aħħar/esportatur meqjus li jżomm liċenzja oħra bil-quddiem. Il-possessur tal-liċenzja bil-quddiem li għandu l-ħsieb li jfittex id-dħul (inputs) tiegħu minn sorsi indiġeni, minflok importazzjoni diretta, għandu l-għażla li jfittixhom kontra liċenzji bil-quddiem għal provvisti intermedjarji. F'dawn il-każijiet il-kwantitajiet mixtrija fis-suq domestiku huma mħassra mill-liċenzji bil-quddiem, u liċenzji intermedjarji bil-quddiem tinħareġ għall-benefiċċju tal-provvisti domestiċi. Il-possessur ta' din il-liċenzja bil-quddiem huwa ntitolat għall-benefiċċju li jimporta bla dazju l-merkanzija meħtieġa biex jipproduċi dak id-dħul (inputs) mwassal lill-esportatur finali.

(iii) esportazzjonijiet meqjusa: liċenzji bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal esportazzjoni meqjusa lill-kuntrattur ewlieni għall-importazzjoni ta' dħul (inputs) meħtieġ fil-fabbrikazzjoni ta' oġġetti li jridu jiġu provvduti lill-kategoriji msemmija fil-paragrafu 8.2. tal-Politika. Skond il-GOI, esportazzonijiet meqjusa jirreferu għal dawk it-transazzjonijiet li fihom il-merkanzija provvduta ma tħallix il-pajjiż. Numru ta' kategoriji ta' provvista huwa meqjus bħala esportazzjonijiet meqjusa basta iżda li l-merkanzija tiġi fabbrikata fl-Indja, p.e. provvista ta' merkanzija lil Unitajiet Ta' Esportazzjoni Orjentata, provvista ta' merkanzija kapitali ta' possessuri ta' liċenzji skond il-EPCG.

(iv) ordijiet ta' rilaxx bil-quddiem (ARO-ijiet): il-possessur tal-liċenzja bil-quddiem li għandu l-ħsieb li jfittex id-dħul (inputs) tiegħu minn sorsi indiġeni, minflok importazzjoni diretta, għandu l-għażla li jfittixhom kontra ARO-ijiet. F'dawn il-każijiet il-liċenzji bil-quddiem huma validati bħala ARO-ijiet u huma endorsjati lill-provveditur mat-twassil ta' l-oġġetti speċifikati fihom. L-endorsjar ta' l-ARO jintitola lill-provveditur għall-benefiċċji ta' rifużjoni (drawback) ta' esportazzjonijiet meqjusa u rifond (ħlas lura) ta' dazju terminali tas-sisa. B'dan il-mod, il-mekkaniżmu ta' l-ARO jirrifondi taxxi u dazji lill-fabbrikant li jipprovdi l-prodott, minflok li jirrifonda l-istess lill-esportatur fil-forma ta' rifużjoni (drawback)/rifond ta' dazji. Ir-rifond ta' taxxi/dazji huwa disponibbli għal kemm dħul (inputs) indiġenu kif ukoll dħul (inputs) importat.

(89) Ġie stabbilit matul il-verifika li l-ALS biss riferit skond (i) hawn fuq (esporti fiżiċi) intuża minn esportatur-fabbrikant wieħed matul il-PI. Għalhekk mhuwiex meħtieġ li jiġi stabbilit il-kontrabilanċ tal-kategoriji (ii), (iii) u (iv) ta' l-ALS fil-kuntest ta' din l-investigazzjoni.

(d) Konklużjonijiet fuq l-iskema

(90) Kumpaniji esportaturi biss jingħataw liċenzji, li jistgħu jintużaw biex jagħmlu tajjeb għal ammonti ta' dazji tad-dwana fuq importi. F'dan ir-rigward, l-iskema hija kontinġenti fuq twettieq ta' esportazzjoni.

(91) Kif imsemmi hawn fuq, ġie stabbilit li l-ALS, rigward "esporti fiżiċi", intuża minn kumpanija waħda investigata matul il-PI. Il-kumpanija wżat l-ALS għal importi ħielsa mid-dazju ta' dħul (inputs) għal merkanzija esportata.

(92) Il-GOI iddikjara li l-ALS hija skema bażata fuq il-kwantita, u li d-dħul (inputs) permess skond din il-liċenzja huwa b'riferenza għall-kwantita ta' esportazzjonijiet. Ġie sottomess ukoll li jkun xi jkun id-dħul (inputs) li jiġi mportat skond l-ALS, l-istess dħul (inputs) irid jintuża fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti esportati jew għar-replenishment tal-ħażna tad-dħul (inputs) użat fil-prodotti diġa esportati. Skond il-GOT, id-dħul (inputs) importat irid jintuża mill-esportatur u xejn dan id-dħul (inputs) ma jista' jinbiegħ jew jiġi trasferit.

(93) Għalkemm l-ALS jidher li huwa suġġett għal kondizzjoni ta'l-utent attwali, ġie notat li ma hemmx sistema jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma jekk u liema dħul (inputs) huma konsmati fil-proċess ta' produzzjoni ta' merkanzija esportata. Is-sistema turi biss li l-merkanzija importata ħielsa mid-dazju ġiet użata fil-proċess ta' produzzjoni, mingħajr distinzjoni bejn id-destinazzjoni tal-merkanzija (suq domestiku jew ta' esportazzjon).

(94) Madankollu, għall-għanijiet ta' din l-investigazzjoni, il-kumpanija msemmija setgħet turi li l-kwantitajiet ta' materjali mportati, li ġew eżentati minn dazji ta' importazzjoni, ma kienux jaqbżu l-kwantitajiet użati għall-merkanzija esportata. Ġie għalhekk konkluż li, fil-każ imsemmi, l-eżenzjoni ta' dazji ta' importazzjoni fuq dħul (inputs) meħtieġa għall-prodott ta' esportazzjoni ngħataw bi qbil mal-ħtiġijiet ta' l-Annessi I sa III tar-Regolament bażiku.

(95) Għalhekk, instab li l-ebda benefiċċju ma ngħata lill-kumpanija skond din l-iskema.

6. Żoni ta' Proċessar ta' Esportazzjoni (EPZ-ijiet)/Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (EOU-ijiet)

(a) Bażi legali

(96) L-iskema EPZ/EOU, li ġiet introdotta fl-1965, hija strument skond il-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni li jinvolvi inċentivi relatati ma' l-esportazzjoni. Matul il-PI l-iskema kienet regolata min-Notifiki tad-Dwana Nri 53/97, 133/94 u 126/94. Dettalji ta' l-iskemi jistabu fil-Kapitolu 6 tal-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni ta' l-2002 sa l-2007 u Kapitolu 6 tal-Manwal (Handbook) ta' Proċeduri.

(b) Eliġibilità

(97) Fi prinċipju, kumpaniji li jimpenjaw ruħhom biex jesportaw il-produzzjoni intiera tagħhom ta' merkanzija u servizzi jistgħu jitwaqqfu skond l-iskema EPZ/EOU. Ladarba jingħata l-istat ta' l-EPZ/EOU, dawk il-kumpaniji jistgħu jiddisponu minn ċerti benefiċċji. Hemm seba' EPZ-ijiet identifikati fl-Indja. EOU-ijiet jistgħu jinstabu kullimkien fl-Indja. Huma unitajiet marbuta taħt is-sorveljanza ta' uffiċjali tad-dwana bi qbil mat-Taqsima 65 ta' l-Att tad-dwana. Għalkemm kumpaniji li joperaw fl-iskema EOU/EPZ iridu jesportaw il-produzzjoni intiera tagħhom, il-GOI ma jippermettix lil dawn l-unitajiet li jbiegħu parti mill-produzzjoni tagħhom fis-suq domestiku fuq ċerti kondizzjonijiet.

(ċ) Implimentazzjoni prattika

(98) Kumpaniji li jitlobu stat ta' l-EOU jew jinstabu f'EPZ iridu japplikaw lill-awtoritajiet kompetenti. Din l-applikazzjoni trid tinkludi dettalji għal perjodu tal-ħames snin li ġejjin, u, fost ħwejjeġ oħra, kwantitajiet ta' produzzjoni pjanati, valur proġettat ta' esportazzjonijiet, ħtiġijiet ta' importazzjoni u ħtiġijiet indiġeni. Jekk l-awtoritajiet jaċċettaw l-applikazzjoni tal-kumpanija, it-termini u l-kondizzjonijiet mwaħħla ma' l-aċċettazzjoni se jiġu komunikati lill-kumpanija. Kumpaniji fil-EPZ-ijiet u l-EOU-ijiet jistgħu jiġu nvoluti fil-produzzjoni ta' kull prodott. Il-ftehim li tintgħaraf bħala kumpanija skond l-iskema EPZ/EOU huwa validu għal perjodu ta' ħames snin. Il-ftehim jista' tiġġedded għal perjodi oħra.

(99) Negozji ta' l-EPZ/EOU huma ntitolati għall-benefiċċji li ġejjin:

(i) eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni fuq it-tipi kollha ta' merkanzija (inkluż merkanzija kapitali, materji primi u oġġetti li jinħlew) meħtieġa għall-fabbrikazzjoni, produzzjoni jew proċessar, jew f'konnessjoni magħhom;

(ii) eżenzjoni minn dazju tas-sisa fuq merkanzija miġbura minn sorsi indiġeni;

(iii) Eżenzjoni minn taxxa fuq id-dħul normalment dovuta fuq qligħ realizzat fuq bejgħ ta' esportazzjoni bi qbil mat-Taqsima 10A jew 10B ta' l-Att tat-Taxxa fuq id-Dħul, għal perjodu ta' 10 snin sa l-2010;

(iv) rimborż ta' taxxa fuq il-bejgħ ċentrali imħallsa fuq merkanzija miġbura lokalment;

(v) possibilta ta' pussess ta' ekwita barranija ta' 100 %;

(vi) faċilita li tinbiegħ parti ta' produzzjoni fis-suq domestiku fuq ħlas ta' dazji applikabbli, bħala eżenzjoni għall-ħtieġa ġenerali li tiġi esportata l-produzzjoni intiera.

(100) EOU-ijiet jew kumpaniji li jinstabu f'EPZ għandhom iżommu, fil-format speċifikat, kont kif suppost ta' l-importi kollha interessati u tal-konsum u l-utilizzazzjoni tal-materjali kollha mportati u ta' l-esportazzjonijiet li jkunu saru. Dawn għandhom jiġu sottomessi perjodikament, kif jista' jinħtieġ, lill-awtoritajiet kompetenti.

(101) L-importatur irid jiżgura wkoll qligħ minimu nett fuq kambju barrani bħala persentaġġ ta' esportazzjonijiet u twettieq ta' esportazzjoni kif stipulat fil-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni. L-operati kollha ta' EOU/EPZ iridu jsiru f'fondijiet marbuta mid-dwana.

(d) Konklużjonijiet fuq EPZ/EOU

(102) Fl-investigazzjoni preżenti, l-iskema EPZ/EOU intużat minn kumpanija waħda għall-importazzjoni ta' materji primi, merkanzija kapitali u għall-prokura ta' merkanzija fis-suq domestiku. B'żieda ma' dan, il-kumpanija wżat il-faċilita biex tbiegħ parti mill-produzzjoni tagħha fis-suq domestiku. Instab li konċessjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-eżenzjoni mid-dazji tad-dwana fuq materji primi u merkanzija kapitali, kif ukoll l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq merkanzija li tinġabar minn sorsi indiġeni u r-rimborż ta' taxxa fuq il-bejgħ ċentrali mħallsa fuq merkanzija li tinġabar lokalment, intużaw mill-kumpanija. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat il-kontrabilanċ ta' dawn il-konċessjonijiet. F'dan ir-rigward, l-iskema EPZ/EOU tinvolvi l-għoti ta' sussidju minħabba li l-konċessjonijiet jikkostitwixxu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-GOI, ladarba dħul dovut mod ieħor jinħafer u benefiċċju huwa għalhekk mogħti lir-reċipjent. Minħabba li l-għoti ta' dan is-sussidju huwa kontinġenza fil-liġi (contingent in law) fuq twettieq ta' esportazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku, huwa għalhekk meqjus bħala speċifiku u għalhekk ta' kontrabilanċ.

(103) Sakemm u safejn materji primi u oġġetti li jinħlew huma konċernati, jistgħu jikkwalifikaw biss għall-eżenzjoni ta' l-Anness I(i) mar-Regolament bażiku jekk jiġu konsmati fil-proċess ta' produzzjoni tal-prodott esportat u jekk ikun hemm sistema ta' verifika fis-seħħ sabiex jiġi konfermat liema dħul (inputs) huwa konsmat fil-produzzjoni tal-merkanzija esportat u f'liema ammont. Għandu jiġi notat li importi ta' makkinarju (merkanzija kapitali) ma jidħlux taħt din l-eżenzjoni.

(104) Texprocil irraġunat li, għar-raġunijiet dikjarati skond l-iskema ta' l-EPCG f'reċitazzjoni 81, il-merkanzija kapitali mportata skond l-iskema ta' l-EOU m'għandhiex tkun ta' kontrabilanċ.

(105) Bħala tweġiba għal dan, għandu jiġi mfakkar li, għar-raġunijiet dikjarati hawn fuq f'relazzjoni ma' l-EPCG f'reċitazzjoni 81, merkanzija kapitali ma tikkostitwixxix "dħul (inputs)" fit-tifsira tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ġie stabbilit li din l-iskema hija kontinġenza fil-liġi (contingent in law) biss fuq twettieq ta' esportazzjoni, Hija għalhekk meqjusa speċifika u għalhekk ta' kontrabilanċ.

(106) Fil-każ ta' eżenzjoni ta' dazju tas-sisa, instab li d-dazju mħallas fuq xiri minn unit li mhuwiex EOU huwa kreditat bħala rifużjoni (drawback) (CENVAT) u huwa utilizzat lejn ħlas ta' dazju tas-sisa fuq bejgħ domestiku. Għalhekk, billi jiġi eżentat id-dazju tas-sisa fuq xiri minn unit ta' l-EOU, l-ebda dħul addizzjonali tal-gvern ma jinħafer u b'konsegwenza l-ebda ġbir ta' benefiċċju addizzjonali lill-EOU.

(107) Dan mhuwiex il-każ rigward rimborż ta' taxxa fuq bejgħ ċentrali mħallsa fuq merkanzija li tinġabar lokalment, ladarba din it-taxxa ma titħallasx lura (not refundable) għal kumpaniji li joperaw fis-suq domestiku. Paragrafu 6.12 tal-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni jistipula li EPZ-ijiet/EOU-ijiet huma ntitolati għal dan ir-rimborż basta iżda li l-merkanzija provvduta hija fabbrikata fl-Indja. Fi kliem ieħor, EOU-ijiet huma, mhux bħal kumpaniji domestiċi, intitolati għal rimborż ta' taxxa fuq il-bejgħ ċentrali.

(108) Texprocil irraġunat ukoll li taxxa fuq il-bejgħ ċentrali mħallsa fuq dħul (inputs) miġbur indiġenament u wżat fl-produzzjoni tal-prodott esportat hija taxxa indiretta fit-tifsira ta' l-Anness I(h) mar-Regolament bażiku, u li, għal din ir-raġuni, eżenzjoni ta' dawn it-taxxi indiretti kumulattivi ta' l-istadju ta' qabel ma jistgħux jinżammu bħala ta' kontrabilanċ.

(109) Il-lista illustrattiva ta' sussidji ta' esportazzjoni fl-Anness I mar-Regolament bażiku tistipula skond (h): "L-eżenzjoni, r-remissjoni jew id-diferiment (deferral) ta' taxxi indiretti kumulattivi ta' l-istadju ta' qabel fuq merkanzija u servizzi wżati fil-produzzjoni ta' prodotti esportati li jaqbżu l-eżezjoni,, r-remissjoni jew id-diferiment (deferral) ta' taxxi indiretti kumulattivi ta' l-istadju ta' qabel fuq merkanzija u servizzi wżati fil-produzzjoni ta' prodotti simili meta jinbiegħu għall-konsum domestiku; basta iżda li, madankollu, taxxi indiretti kumulattivi ta' l-istadju ta' qabel jistgħu jiġu eżentati, remissi jew diferiti fuq prodotti simili meta jinbiegħu għall-konsum domestiku, jekk it-taxxi indiretti kumulattivi ta' l-istadju ta' qabel huma ntaxxati fuq dħul (inputs) li huma konsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (issir rimunerazzjoni normali għall-iskart). Dan l-oġġett għandu jiġi nterpretat bi qbil mal-lingwi ta' gwida fuq il-konsum ta' dħul (inputs) fil-proċess ta' produzzjoni li jinstab fl-Anness II".

(110) Ġie rraġunat li l-Anness I(h) mar-Regolament bażiku jipprovdi għal dan li ġej:

"(i) Taxxi indiretti kumulattivi ta' l-istadju ta' qabel fuq dħul (inputs) użat fil-produzzjoni ta' prodott esportat għandhom jiġu eżentati.

(ii) L-uniku kondizzjoni hija li t-taxxi indiretti kumulattivi ta' l-istadju ta' qabel kellhom jiġu ntaxxati fuq dan id-dħul (inputs).

(iii) L-eżenzjoni għandha tingħata anke meta din l-eżenzjoni ma tingħatax fuq prodotti simili meta jinbiegħu għall-konsum domestiku."

(111) F'dan ir-rigward, għandu jiġi notat li, għall-għan tar-Regolament bażiku, taxxi indiretti kumulattivi huma taxxi ta' ħafna (multi) stadji ntaxxati, fejn ma jkun hemm l-ebda mekkaniżmu għall-kreditar sosegwenti tat-taxxa, jekk il-merkanzija jew is-servizzi suġġetti għat-taxxa fi stadju wieħed ta' produzzjoni huma fi stat ta' wara tal-produzzjoni.

(112) Fl-indirizzar ta' l-argumenti, għandu jiġi mfakkar li, bi qbil mal-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni, EOU-ijiet huma ntitolati għal rimborż ta' taxxa fuq il-bejgħ ċentrali mħallsa fuq merkanzija li tinġabar lokalment. Fi kliem ieħor, mhijiex ħtieġa li merkanzija trid tiġi nkorporata fil-produzzjoni ta' merkanzija esportata. Skond il-GOI, is-suġġett tat-taxxa fil-każ ta' taxxa fuq il-bejgħ huwa x-xerrej, u taxxa fuq il-bejgħ ċentrali ġeneralment ma titħallasx lura (not refundable).

(113) Ir-rimborż għal EOU-ijiet ta' taxxa fuq il-bejgħ ċentrali mħallsa fuq merkanzija li tinġabar lokalment titqies bħala sussidju ta' kontrabilanċ għar-raġunijiet li ġejjin. Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness I(h) mar-Regolament bażiku, ir-rimborż għal EOU-ijiet (li jinħtieġu għall-esportazzjoni) ta' taxxa fuq il-bejgħ ċentrali fuq merkanzija li tinġabar lokalment hija remissjoni żejda meta tiġi paragunata ma' merkanzija mibjugħa għall-konsum domestiku (li għalih ma hemmx rimborż ta' taxxi ċentrali fuq il-bejgħ). Kif imsemmi hawn fuq, paragrafu 6.12 tal-Politika ta' Esportazzjoni u Importazzjoni jistipula li EPZ-ijiet/EOU-ijiet huma ntitolati għal dan ir-rimborż, basta iżda li l-merkanzija provvduta hija fabbrikata fl-Indja. EOU-ijiet huma, mhux bħal kumpaniji li qed ibigħu fis-suq domestiċi, intitolati għal rimborż ta' taxxa fuq il-bejgħ ċentrali. Barra minn hekk, għadu ma ntweriex li r-rimborż ġie provvdut bi qbil mal-linji ta' gwida dwar il-konsum ta' dħul (inputs) fil-proċess ta' produzzjoni (l-Anness II mar-Regolament bażiku). L-ebda xhieda ma ġiet provvduta li l-GOI għandu fis-seħħ u japplika sistema jew proċedura biex jikkonferma jekk dħul (inputs) humiex konsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f'liema ammonti. B'żieda ma' dan, l-investigazzjoni stabbiliet li l-kumpanija nteressata ġabret taħt eżenzjoni tat-taxxa fuq il-bejgħ ċentrali numru ta' oġġetti li mhumiex konsmati fil-produzzjoni tal-merkanzija esportata. Fuq din il-bażi, jista' jiġi konkluż li ħlas żejjed ikun seħħ.

(114) B'żieda ma' dan, ġie raġunat li l-EOU rilevanti f'dan il-każ partikolari jinstab fl-Istat Indjan ta' Uttar Pradesh, u li, għalhekk, il-liġi fuq it-taxxa fuq il-bejgħ applikabbli għal dan l-Istat għandha titqies meta jiġi stabbilit jekk dawk li mhumiex EOU-ijiet li jinstabu fl-Istat partikolari humiex eżentati milli jħallus t-taxxa fuq il-bejgħ jew le. Ġie raġunat ukoll li l-leġislazzjoni Indjana, l-Att tat-Taxxa fuq il-Kummerċ fl-Istat, jipprovdi sabiex tingħata eżenzjoni jew konċessjoni minn ħlas ta' taxxa fuq ix-xiri ta' materja prima u materjal ta' pakkeġġjar użat fil-fabbrikazzjoni tal-merkanzija esportata. Ġie rraġunat ukoll li l-provvediment ma jiddistinwix jekk il-prodott huwiex esportat minn EOU jew minn mhux-EOU.

(115) Madankollu, ġie stabbilit fiż-żjara ta' verifika lill-GOI li taxxa fuq il-bejgħ ċentrali, u mhux taxxa fuq il-bejgħ lokali, hija applikabbli fil-każ ta' bejgħ fost Stati. Ġie spjegat li taxxa fuq il-bejgħ ċentrali, in ġenerali, ma titħallasx lura (not refundable) minbarra għall-fatt li EOU-ijiet huma ntitolati għal rimborż ta' taxxa fuq il-bejgħ ċentrali mħallsa fuq merkanzija li tinġabar lokalment. Madankollu, rigward it-taxxa fuq il-bejgħ lokali, li hija applikabbli fil-każ ta' bejgħ fi Stat fl-Indja, il-gvern lokali jiddeċiedi dwar l-għoti ta' eżenzjonijiet. Il-fatt li Stat partikolari jista' jagħti ċerti eżenzjonijiet differenti jew konċessjoni minn ħlas ta' taxxa mhuwiex rilevanti meta jiġi stmat il-kontrabilanċ ta' l-iskema rigward rimborż ta' taxxa fuq il-bejgħ ċentrali mħallsa fuq merkanzija li tinġabar lokalment. Dan l-argument huwa għalhekk rifjutat.

(116) Bħala konklużjoni, minħabba li s-sussidju huwa marbut ma' EPZ/EOU, huwa kontinġenza fil-liġi (contingent in law) fuq twettieq ta' esportazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, is-sussidju jitqies speċifiku u għalhekk ta' kontrabilanċ.

(e) Il-kalkolu ta' l-ammont sussidjarju

Eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni fuq materji primi

(117) Matul iż-żjara ta' verifika, in-natura u l-kwantitajiet ta' materjali mportati ġew verifikati. L-investigazzjoni stabbiliet li l-kumpanija fittxet materji primi lokalment, u importat kwantitajiet żgħar biss. Għalhekk ma tqajjmitx il-kwistjoni ta' jekk remissjoni żejda ta' dazju ta' importazzjoni tkunx seħħet.

Eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni fuq merkanzija kapitali

(118) Mhux bħal fil-każ ta' materji primi, merkanzija kapitali mhijiex fiżikament inkorporata fil-merkanzija lesta. Għall-għanijiet ta' kalkolu, l-ammont ta' dazju maħfur huwa ekwivalenti għal għotja fuq kull importazzjoni ta' merkanzija kapitali. B'konsegwneza, il-benefiċċju għall-kumpaniji investigata ġie kalkolat fuq il-bażi ta' l-ammont ta' dazju tad-dwana mhux imħallas fuq merkanzija kapitali mportata billi jinfirex dawn l-ammont fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu normali ta' deprezzament ta' din il-merkanzija kapitali fl-industrija tal-prodott interessat skond l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku. L-ammont kalkolat b'dan il-mod li huwa mbagħad attribwibbli għall-PI ġie aġġustat billi jiżdied l-imgħax matul il-PI sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju maż-żmien u b'hekk jiġi stabbilit il-benefiċċju sħiħ ta' din l-iskema lir-reċipjent. Meta titqies in-natura tas-sussidju, li hija ekwivalenti għal għotja ta' darba, ir-rata kummerċjali ta' imgħax matul il-PI fl-Indja (stmata għal 10 %) tqieset xierqa. L-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq esportazzjonijiet totali matul it-turnover ta' esportazzjoni ta' l-EOU bi qbil ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku. Fuq il-bażi ta' dan il-kalkolu, il-kumpanija kisbet is-sussidju ta' 6,85 %.

Rimborż ta' taxxa ċentrali fuq il-bejgħ imħallsa fuq merkanzija miġbura lokalment

(119) Il-benefiċċju ġie kalkolat fuq il-bażi ta' l-ammont ta' taxxa fuq il-bejgħ ċentrali li jitħallas lura (refundable) matul il-PI. L-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq esportazzjonijiet totali matul il-PI bi qbil ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku. Fuq il-bażi ta' dan il-kalkolu, instab li l-kumpanija kisbet is-sussidju ta' 1,75 %.

7. Eżenzjoni fuq it-Taxxa tad-Dħul (ITES).

(a) Bażi legali

(120) L-Att fuq it-Taxxa fuq id-Dħul 1961 huwa l-bażi legali skond liema topera l-Eżenzjoni fuq it-Taxxa fuq id-Dħul. L-Att, li huwa emendat kull sena mill-Att Finanzjarju, jiddikjara l-bażi għall-ġbir ta' taxxi kif ukoll eżenzjonijiet/tnaqqis varju li jista' jiġi pretes. Fost l-eżenzjonijet li jistgħu jiġu pretesi minn ditti huma dawk koperti mit-Taqsimijiet 10A, 10B u 80HHC ta' l-Att, li jipprodu eżenzjoni fuq it-taxxa fuq id-dħul minn qligħ minn bejgħ ta' esportazzjoni.

(b) Eliġibilità

(121) Eżenezjoni skond it-Taqsima 10A tista' tiġi pretesa minn ditti li jinstabu f'żoni ta' kummerċ ħieles. Eżenzjoni skond it-Taqsima 10B tista' tiġi pretesa minn EOU-ijiet. Eżenzjoni skond it-Taqsima 8-HHC tista' tiġi pretesa minn kull ditta li tesporta l-merkanzija.

(ċ) Implimentazzjoni prattika

(122) Biex tibbenefika mit-tnaqqis/eżenzjonijiet tat-taxxa msemmija fuq, il-kumpanija trid tagħmel il-pretensjoni ta' tnaqqis/eżenzjoni meta tissottometti ir-return tat-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa fl-aħħar tas-sena tat-taxxa. Is-sena tat-taxxa testendi mill-1 ta' April sal-31 ta' Marzu. Ir-return tat-taxxa trid tiġi sottomessa lill-awtoritajiet sat-30 ta' Novembru ta' wara. L-istima finali mill-awtoritajiet tista' tieħu sa tliet snin wara s-sottomissjoni tar-return tat-taxxa. Kumpanija tista' tippretendi wieħed mit-tnaqqis disponibbli skond it-tliet taqsimijiet imsemmija hawn fuq.

(d) Konklużjoni fuq Eżenzjoni fuq it-Taxxa fuq id-Dħul

(123) L-Anness I(e) mar-Regolament bażiku jirreferi għall-"eżenzjoni sħiħa jew parzjali… li għandha x'taqsma ma' esportazzjonijiet ta' taxxi diretti" kif jikkostitwixxi sussidju ta' esportazzjoni. Skond l-Eżenzjoni fuq it-Taxxa fuq id-Dħul, il-GOI jagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-kumpanija billi jaħfer dħul tal-gvern fil-forma ta' taxxi diretti li kienu jkunu dovuti kieku l-eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dħul ma kienitx pretesa mill-kumpanija. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħti benefiċċju lir-reċipjent billi tnaqqas il-lijabilita tiegħu fuq it-taxxa fuq id-dħul.

(124) Is-sussidju huwa kontinġenza fil-liġi (contingent in law) fuq twettieq ta' esportazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku, ladarba jeżenta qligħ minn bejgħ ta' esportazzjoni biss, u għalhekk jitqies bħala speċifiku.

(125) Il-GOI u t-Texprocil irraġunaw li Eżenzjoni fuq it-Taxxa fuq id-Dħul rigward it-Taqsima 90HHC qegħda titneħħa f'fażijiet li jibdew mis-sena finanzjarja April 2001 sa Marzu 2002. Ġie raġunat li kien għalhekk mhux xieraq li din l-iskema tiġi kontrabilanċjata.

(126) Ġie raġunat ukoll li f'termini tas-Sottotaqsima 1B tat-Taqsima 90HHC ta' l-Att tat-Taxxa fuq id-Dħul, persentaġġ ta' qligħ ta' esportazzjoni huwa eżentat matul is-snin rilevanti kif jidher fit-tabella hawn taħt:

Financial year | Assessment year | Percentage of export profit allowed as a deduction |

2000-2001 | 2001-2002 | 80 % |

2001-2002 | 2002-2003 | 70 % |

2002-2003 | 2003-2004 | 50 % |

2003-2004 | 2004-2005 | 30 % |

2004-2005 | 2005-2006 | 0 % |

(127) Rigward l-argumenti magħmula, ġie stabbilit matul il-verifika li l-programm kien għadu fis-seħħ fl-aħħar tal-PI. Tabilħaqq, ir-rata attwali ta' dħul ta' esportazzjoni li qed jiġi eżentat minn taxxa fuq id-dħul kienet ta' 70 % u l-iskema se tkompli tagħti benefiċċji lil produtturi esportaturi fl-Indja fil-ħin ta' l-imposizzjon ta' miżuri definittivi. Bi qbil ma' l-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku, dazji ta' kontrabilanċ għandhom jiġu mposti minbarra jekk is-sussidju jew is-sussidji jiġu rtirati jew ikun intwera li s-sussidji m'għadhomx jagħtu xi benefiċċju lill-esportaturi nvolut. Ladarba l-Eżenzjoni fuq it-Taxxa fuq id-Dħul skond it-Taqsima 80HHC tilħaq b'mod ċar il-kriterji għall-imposizzjoni ta' dazji skond l-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku, kull benefiċċju minnha għandu jiġi nkluż fl-ammont totali ta' dazju ta' konrtabilanċ.

(e) Il-kalkolu ta' l-ammont sussidjarju

(128) Pretenzjonijiet għal benefiċċju skond it-Taqsimiet 10A, 10B u 80HHC isiru meta jiġi sottomess return tat-taxxa fl-aħħar tas-sena tat-taxxa. Billi s-sena tat-taxxa fl-Indja hija mill-1 ta' April sal-31 ta' Marzu, il-benefiċċju ġie kalkolat fuq l-eżenzjoni effettiva fuq it-taxxa fuq id-dħul pretesa matul is-sena tat-taxxa li tispiċċa matul il-PI (jiġifieri 1 ta' April 2001 sal-31 ta' Marzu 2002). Din il-pretensjoni tat-taxxa riedet tiġi depożitata fit-30 ta' Settembru l-aktar tard, jiġifieri fil-ħin ta' l-aħħar tal-PI. Il-benefiċċju għall-esporatur ġie għalhekk kalkolat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-ammont ta' taxxi normalment dovuti bl-eżenzjoni u mingħajrha. Ir-rata ta' taxxa korporattiva applikabbli matul din is-sena tat-taxxa kienet 35,7 %. L-ammont ta' sussidju ġie allokat fuq esportazzjonijiet totali, bi qbil ma' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

(129) Għalkemm ġie sottomess li l-benefiċċju ta' sussidju għandu jiġi trattat bħala nil, metodi alternattivi ġew suġġeriti għall-għan tal-kalkolu tal-marġini tas-sussidju, primarjament f'relazzjoni mar-rati applikabbli tat-taxxa.

(130) F'dan ir-rigward, ġie notat li l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku jipprovdi li l-ammont ta' sussidji ta' kontrabilanċ għandu jiġi kalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti fuq ir-reċipjent li jinstab li jeżisti matul il-PI għas-sussidju. Kif imsemmi hawn fuq, il-benefiċċju ġie kalkolat fuq il-bażi ta' l-ammont ta qligħ taxxabbli li normalment ikun inqalgħa (earned) fis-sena tat-taxxa 2001 sa 2002 (jiġifieri l-1 ta' April 2001 sal-31 ta' Marzu 2002) li spiċċat nofs triq matul il-PI. Matul is-sena tat-taxxa 2001 sa 2002 (li hija s-sena ta' stima 2002 sa 2003), ir-rata attwali ta' dħul ta' esportazzjoni (jiġifieri l-persentaġġ ta' dħul ta' esportazzjoni eliġibbli għall-eżenzjoni fuq it-taxxa) li qed tiġi eżentata mit-taxxa tad-dħul kienet 70 %. Għas-sena tat-taxxa sosegwenti (jiġifieri mill-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2003), ir-rata attwali ta' dħul fuq l-esportazzjoni li qed tiġi eżentata mit-taxxa fuq id-dħul hija ta' 50 %. Huwa meqjus li, minħabba li parti minn din is-sena tat-taxxa msemmija l-aħħar taqa' fil-PI ta' din il-proċedura, huwa xieraq li jsir il-kalkolu ta' l-ammont ta' sussidji ta' kontrabilanċ fuq il-bażi ta' medju pro rata taż-żewġ rati li applikaw fil-PI, jiġifieri 60 %. Aġġustamenti xierqa saru kif mistħoqq għall-ammont ta' sussidju għall-kumpaniji li għamlu użu minn din l-iskema.

(131) Ġie pretes ukoll li d-dħul tal-DEPB għandu jiġi mnaqqas mill-ammont ta' dħul taxxabbli. Ġie rraġunat ukoll li, fl-assenza ta' dħul tal-DEPB, ma kien ikun hemm l-ebda qligħ taxxabbli li joħroġ minn bejgħ ta' esportazzjoni, Dan l-argument huwa għalhekk mingħajr mertu. Anke jekk l-inklużjoni tiegħu kien xieraq, il-benefiċċju tal-DEPB li jingħata lil ditti eliġibbli fil-forma ta' għotja ta' flus kontanti (jiġifieri trasferiment dirett ta' fondi), waqt li l-eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tapplika għal dħul tal-gvern "dovut xort'oħra" tiġi maħfura. Għalkemm il-benefiċċji tal-DEPB jiffurmaw b'mod ċar parti mid-dħul totali tad-ditta, iż-żewġ sussidji jirrisultaw minn żewġ azzjonijiet indipendenti mill-GOI. Mhuwiex lok li l-awtorita investigattiva li tipprova tibni mill-ġdid is-sitwazzjoni li tkun tipprevala fl-assenza ta' ċerti sussidji. F'kull każ, qligħ taxxabbli ta' ditta, fuq esportazzjonijiet jew fuq it-transazzjonijiet kollha, joħroġ minn paragun tad-dħul totali tiegħu u spejjeż, li jsiru minn ħafna elementi differenti, u li jirrisultaw minn kull xorta ta' deċiżjonijiet kummerċjali u qawwiet tas-suq. Ma jkunx raġunevoli li wieħed jagħżel element wieħed (p.e. id-dħul tal-DEPB) u mbagħad iwarrbu mill-kalkolu. F'kull każ, kif spjegat fuq, il-benefiċċju ġie kalkolat għall-kumpaniji kollha fuq l-eżenzjoni effettiva fuq it-taxxa fuq id-dħul pretesa matul is-sena tat-taxxa li tispiċċa matul il-PI (jiġifieri 1 ta' April 2001 sal-31 ta' Marzu 2002).

(132) Sitt kumpaniji benefikaw minn din l-iskema matul il-PI. Ħames kumpaniji kisbu sussidji ta' 0,32 % u 3,70 % rispettivament, billi għas-sitt kumpanija s-sussidju stabbilit kien negliġibbli.

8. Ammont ta' sussidji ta' kontrabilanċ

(133) L-ammont ta' sussidji ta' kontrabilanċ bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem għall-produtturi esportaturi investigati infirex bejn il-3,09 % u l-10,44 %.

(134) Bi qbil ma' l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, il-marġini tas-sussidju għall-kumpaniji koperanti mhux inklużi fil-kampjun, kalkolat fuq il-bażi tal-marġini tas-sussidju ta' medju mwieżen stabbilit għall-kumpaniji koperanti fil-kampjun, huwa ta' 7,67 %. Meta jitqies li l-livell ta' koperazzjoni totali għall-Indja kien għoli, (‘l fuq minn 90 %), il-marġini tas-sussidju residwu għall-kumpaniji l-oħra kollha ġie mwaqqaf għall-livell għall-kumpanija bil-marġini individwali l-aktar għoli, jiġifieri 10,44 %.

Type of subsidy | DEPB | DFRC | EPCGS | EPZ/EOU | ITES | TOTAL |

Post-export |

Bombay Dyeing N. W. Exports Limited Nowrosjee Wadia & Sons Limited | 4,95 % | 0,38 % | 5,33 % |

Brijmohan Purusottamdas | 5,93 % | | | | 0,32 % | 6,25 % |

Divya | 3,47 % | | | | 2,95 % | 6,42 % |

Jindal Worldwide | 1,45 % | | | | 1,65 % | 3,09 % |

Texcellence | 1,88 % | 3,08 % | | | 3,70 % | 8,65 % |

Mahalaxmi Exports | 7,02 % | | | | 2,29 % | 9,31 % |

Pasupati | | | | 8,59 % | | 8,59 % |

Prakash Cotton Mills | 8,44 % | | 2,00 % | | | 10,44 % |

Vigneshwara | 4,46 % | | | | | 4,46 % |

Cooperating companies not in the sample | | | | | | 7,67 % |

All others | | | | | | 10,44 % |

(135) Rigward kumpanija kampjunata, jiġifieri Bombay Dyeing and Manufacturing Co. Ltd, ġie stabbilit li din il-kumpanija wżat liċenzji miksuba minn żewġ kumpaniji relatati. Nowrosjee Wadia & Sons Limited & N. W. Exports Limited. L-investigazzjoni żvelat li ż-żewġ kumpaniji relatati esportaw prodotti li ġew prodotti minn Bombay Dyeing and Manufacturing Co. Ltd. Il-kumpaniji relatati għandhom għalhekk jiġu suġġetti għall-marġini tas-sussidju stabbilit għal Bombay Dyeing and Manufacturing Co. Ltd.

D. INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(136) Fil-Komunità, il-prodott interessat huwa fabbrikat minn:

- produtturi li f'isimhom l-ilment ġie depożitat; il-produtturi kollha li ġew magħżula fil-kampjun (il-produtturi kampjunati tal-Komunità) kienu wkoll ilmentanti,

- produtturi oħra tal-Komunità li ma kienux ilmentanti u ma kkoperawx. Kumpanija produttura li hija kuntrarju għall-proċedura rrappreżent inqas minn 1 % tal-produzzjoni tal-Komunità.

(137) Il-Kummissjoni stmat jekk il-kumpaniji kollha msemmija fuq setgħux tqiesu bħala produtturi tal-Komunità fit-tifsira ta' l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. Il-produzzjoni tal-kumpaniji kollha msemmija fuq tikkostitwixxi l-produzzjoni tal-Komunità.

(138) L-industrija tal-Komunità hija komposta minn 29 produttur tal-Komunità li kkoperaw mal-Kummissjoni, fost liema hemm ukoll il-ħames produtturi kampjunati tal-Komunità. Dawn il-produtturi jwasslu għal 45 % tal-produzzjoni tal-Komunità ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar. Għalhekk huma meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fit-tifsira ta' l-Artikoli 9(1) u 10(8) tar-Regolament bażiku.

E. ĦSARA

1. Rimarki preliminari

(139) Bil-ħsieb tal-fatt li kampjuna ikun intuża rigward l-industrija tal-Komunità, ħsara ġiet stamta fuq il-banda waħda, fuq il-bażi ta' tagħrif miġbur fil-livell ta' l-industrija kollha tal-Komunità, għal xejriet li jirrigwardjaw il-produzzjoni, il-produttivita, il-bejgħ, is-sehem fis-suq, l-impjieg u t-tkabbir. Mill-banda l-oħra, tagħrif miġbur fil-livell tal-produtturi kampjunati tal-Komunità ġie analizzat, rigward xejriet li jirrigwardjaw prezzijiet u qligħ, fluss tal-flus kontanti, l-abbilita li jinħoloq kapital u investimenti, ħażniet, kapaċita, utilizzazzjoni ta' kapaċita, ritorn fuq investiment u pagi.

2. Konsum tal-Komunità

(140) Konsum tal-Komunità ġie stabbilit fuq il-bażi ta' volumi ta' produzzjoni tal-produtturi tal-Komunità skond il-Eurocoton, b'esportazzjoni mnaqqsa fuq il-bażi ta' fatti magħrufa (data) ta' l-Eurostat, magħduda ma' importi mill-Indja u l-pajjiżi terzi l-oħra, fuq il-bażi wkoll ta' l-Eurostat. Bejn l-1999 u l-PI, il-konsum apparenti tal-Komunità żdied b'mod sod minn 173651 tunnellata mettrika sa 199881 tunnellata mettrika, jiġifieri b'15 %.

3. Importi mill-pajjiż interessat

(a) Volum u sehem fis-suq

(141) Importi ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar fil-Komunità tnaqqsu fil-volum minn 15700 tunnellata mettrika fl-1999 sa 14300 tunnellata mettrika fil-PI, jiġifieri b'9 % matul il-perjodu meqjus. Wara żieda ħafifa bejn l-1999 u l-2000, importi niżlu fl-2001. Is-sehem fis-suq korrespondenti naqas minn 9,1 % fl-1999 sa 7,2 % fil-PI.

(142) Waqt li huwa minnu li importi mill-Indja tilfu s-sehem fis-suq matul il-perjodu interessat, il-livell ta' dawn l-importi huwa sostanzjalment 'l fuq mill-livelli dikjarati fl-Artikolu 10(11) tar-Regolament bażiku. Is-sinifikanza ta' dawn l-importi jintwera wkoll billi jiġu paragunati mas-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità. Is-sehem fis-suq miżmum mill-importi li joriġinaw fl-Indja jammonta għal aktar minn terz tas-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità. Jiswa wkoll li jiġi notat addizzjonalment li fl-ewwel disa' xhur ta' l-2003 volumi ta' importazzjoni żdiedu b'aktar minn 11 % fuq bażi ta' sena b'sena.

(b) Prezzijiet

(143) Prezzijiet medji mill-Indja baqgħu stabbli matul l-1999 u l-2000 għal madwar 5,65 EUR/kg. Fl-2001telgħu għal madward 5,80 EUR/kg u niżżlu sosegwentement fil-PI għal madwar 5,50 EUR/kg, jiġifieri b'5 %.

(ċ) Tqaċċit fil-prezz

(144) Għall-għanijiet ta' l-analiżi ta' tqaċċit fil-prezz, il-prezzijiet ta' bejgħ medji mwieżna kull tip ta' prodott ta' l-industrija tal-Komunità għal konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Komunità kienu paragunabbli għall-prezzijiet ta' esportazzjoni medji mwieżna korrespondenti ta' l-importi interessati. Il-paragun sar wara tnaqqis f'ribassi u skonti. Il-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità ġew aġġustati għal bażi ta' ex works. Il-prezzijiet ta' l-importi interessati ġew stabbiliti fuq bażi p.a.t b'aġġustament xieraq għad-dazji tad-dwana u spejjeż ta' wara l-importazzjoni.

(145) Dan il-paragun wera li matul il-PI il-prodotti interessati li joriġinaw fl-Indja inbiegħu fil-Komunità bi prezzijiet li qaċċtu l-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità, meta espressi bħala persentaġġ ta' dan ta' l-aħħar, bejn 26 u 77 %. F'aktar minn 75 % tal-każijiet, marġini ta' tqaċċit ammontaw għal bejn 60 u 70 %.

4. Sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità

(146) Ġie analizzat jekk l-industrija tal-Komunità kienitx għadha fil-proċess li tirkupra mill-effetti ta' sussidju jew fqigħ tas-suq tal-passat, imma l-ebda xhieda ma nstabet li dan għandu jkun il-każ.

(147) Ġie sottomess li l-industrija tal-Komunità ma soffrietx ħsara materjali minħabba li kienet protetta bil-presenza ta' kwoti. Huwa tabilħaqq veru li matul il-PI kien hemm kwoti fis-seħħ. Skond liġi internazzjonali, dawn il-kwoti għandhom il-bażi legali tagħhom fil-Ftehim tal-WTO dwar Tessili u Ħwejjeġ. Se jitneħħew f'fażijiet mill-31 ta' Diċembru 2004. Għandu jiġi notat li dawn il-kwoti ma ntużawx għal kollox matul il-PI. Il-kwantitajiet li jistgħu jiġu mportati skond il-kwoti jikkorrespondu għal ishma sostanzjali tas-suq tal-Komunità. Tabilħaqq, fuq il-bażi ta' ċifri ta' konsum fil-PI il-kwota annwali ta' l-2002 tikkorrespondi fil-każ ta' l-Indja għal sehem fis-suq ta' madwar 12 %. Għandu jiġi notat li l-istabbilizzazzjoni tal-livell ta' dawn il-kwoti ta' tessili hija riżultat ta' negozjati ċari li huma barra mill-qafas analitiku provvduti skond ir-Regolament bażiku. Waqt li ma jistax jiġi eskluż li kwoti jistgħu jkollhom effett fuq is-sitwazzjoni fl-industrija tal-Komunità, is-sempliċi preżenza ta' kwoti ma tipprevjenix lill-industrija tal-Komunità milli ssofri ħsara. L-analiżi taċ-ċifri fil-każ preżenti turi li l-industrija tal-Komunità soffriet ħsara materjali matul il-PI minkejja l-preżenza tal-kwoti. Fil-fatt, is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità ddeterjorat għalkemm l-esportaturi Indjani ma esplojtawx għal kollox il-kwota allokata tagħhom matul il-PI. Is-sottomissjoni hija għalhekk rifjutata.

(a) Fatti magħrufa (data) li għandhom x'jaqsmu ma' l-industrija tal-Komunità kollha

Produzzjoni, impjieg u produttivita

(148) Il-volum ta' produzzjoni ta' l-industrija tal-Komunità żdied ftit bejn l-1999 u l-PI, minn 37700 tunnellati mettriċi għal 39500 tunnellati mettriċi, jiġifieri b'5 %.

(149) Impjieg baqa' bażikament stabbli madwar 5500 impjegat. Għalhekk, produttivita żdiedet minn 6,8 tunellati mettriċi/impjegat fl-1999 sa 7,2 tunnellati mettriċi/impjegat matul il-PI, jiġifieri b'6 % matul il-perjodu meqjus.

Volum tal-bejgħ u sehem fis-suq

(150) Matul il-perjodu meqjus, il-volum tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità għola b'4 % minn 36200 tunnellati mettriċi fl-1999 sa 37800 tunnellati mettriċi matul il-PI. Kien żdied għal 38300 tunnellati mettriċi fl-2001, imma naqas fil-PI. It-turnover ġenerat minn dan il-bejgħ żdied minn 410 miljun EUR fl-1999 għal 441 miljun EUR fl-2001 imma sosogwentement naqas b'5 punti perċentwali għal 420 miljun EUR matul il-PI.

(151) Minkejja l-fatti li konsum fis-suq tal-Komunità żdied b'15 % matul l-istess perjodu, is-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità fil-fatt naqas minn 20,8 % għal 18,9 % matul il-PI. Is-sehem fis-suq varja madwar 20 % bejn l-1999 u l-2001 u naqas b' 1,5 punti perċentwali bejn l-2001 u l-PI.

Tkabbir

(152) Waqt li l-konsum tal-Komunità żdied b'15 % bejn l-1999 u l-PI, il-volum tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità għola b'4 % biss. Mill-banda l-oħra, il-volum ta' importi totali għola b'35 % matul l-istess perjodu, biż-żieda l-aktar sinifikanti minn 120000 tunnellata mettrika fl-2001 għal 139000 tunnellata mettrika matul il-PI. Waqt li s-sehem fis-suq ta' l-importi kollha żdied b'aktar minn 10 punti perċentwali, is-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità waqa' minn 20,8 % għal 18,9 %. Dan ifisser li l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tipparteċipa adegwatament fit-tkabbir tas-suq bejn l-1999 u l-PI.

(b) Fatti magħrufa (data) li għandhom x'jaqsmu ma' produtturi kampjunati tal-Komunità.

Ħażniet, kapaċita u utilizzazzjoni ta' kapaċita

(153) Sakemm u safejn huma nteressati ħażniet, ivarjaw konsiderevolment minħabba li ‘l biċċa ‘l kbira tal-produzzjoni ssir bi tweġiba għal ordinijiet, b'hekk titnaqqas il-possibilta li jipproduċu purament għal ħażniet. Waqt li żieda f'ħażniet ġiet osservata mill-produtturi kampjunati tal-Komunità, ġie meqjus li f'dan il-każ ħażniet ma kienux indikaturi rilevanti ta' ħsara minħabba fil-varjazzjonijiet għoljin speċifiċi ta' l-industrija.

(154) Il-kapaċita ta' produzzjoni kienet diffiċli biex tiġi stabbilita fi kważi l-produtturi kampjunati kollha tal-Komunità minħabba li l-proċess ta' produzzjoni tal-prodott simili huwa individwalizzat, u b'hekk jeħtieġ tgħaqid differenti ta' użu tal-makkinarju. Għalhekk huwa impossibbli li titfassal konklużjoni totali mill-kapaċita ta' magni ndividwali li jirrigwardjaw il-kapaċita li għandha x'taqsam mal-prodott simili. B'żieda ma' dan, parti mill-proċess ta' produzzjoni huwa subcontracted f'xi wħud mill-produtturi kampjunati tal-Komunità.

(155) Madankollu, għal dawk il-prodotti li jgħaddu minn proċess ta' stampar, id-dipartiment ta' stampar kien meqjus bħala l-fattur li jistabbilixxi l-kapaċita li għandha x'taqsam ma' bjankerija tas-sodda stampata fil-produtturi kampjunati kollha tal-Komunità. Instab li l-utilizzazzjoni ta' kapaċita fid-dipartiment ta' stampar żdied b'mod sod minn 90 għal 82 %.

(156) Ġie sottomess li l-evoluzjoni ta' kapaċita ta' produzzjoni u utilizzazzjoni ta' kapaċita ma jistgħux jitqiesu bħala li jappoġġjaw sejba ta' ħsara. F'dan ir-rigward, u bħal f'investigazzjonijiet ta' qabel rigward l-istess prodott, huwa magħruf li ma kienx possibbli li titfassal konklużjoni totali rigward il-kapaċita ta' magni individwali. Madankollu, l-analiżi tal-kapaċita ta' l-istampar kienet waħda mill-indikaturi, għad illi limitata għal parti mill-prodott simili biss, li ssuġġerixxa li kien hemm ħsara.

Prezzijiet

(157) Prezzijiet medji kull kg ta' produtturi kampjunati żdiedu gradwalment minn 13,3 EUR għal 14,2 EUR matul il-perjodu interessat. Dan għandu jidher fid-dawl tal-fatt li dan il-prezz medju jkopri kemm oġġetti ta' valur għoli kif ukoll ta' valur baxx tal-prodott interessat u li l-industrija tal-Komunità kellha bil-fors tinbidel lejn bejgħ ta' prodotti niche ta' valur ogħla minħabba li l-bejgħ tagħhom fis-suq bil-massa ta' volum għoli kien possedut minn importi minn pajjiżi ta' prezz baxx. Mill-banda l-oħra, prezzijiet medji ta' bejgħ kull kg ta' l-industrija tal-Komunità kollha telgħu marġinalment minn 11,3 EUR fl-1999 għal 11,5 EUR fl-2001 imma waqgħu sosegwentement għal 11,1 EUR matul il-PI.

(158) Ġie sottomess li l-iżvilupp ta' prezzijiet ma jistax jitqies bħala li jappoġġjaw sejba ta' ħsara. Din l-allegazzjoni kienet ibbażata biss fuq il-fatt li prezzijiet ta' bejgħ tal-kumpaniji kampjunata żdiedu ftit, għal liema spjegazzjoni ġiet, madankollu, provvduta fir-reċitazzjoni 157. Barra minn hekk, l-iżvilupp tal-prezz kien l-uniku fattur li jrid jiġi analizzat. B'żieda ma' dan, l-ispejjeż totali kull unit żdiedu wkollu kif l-industrija tal-Komunità iċaqalqet iktar lejn il-produzzjoni ta' prodotti niche ta' valur miżjud għoli, dan ikkmanda prezz ogħla. Prezz medju li dejjem jiżdied għalhekk ma jappoġġjax neċessarjament sejba ta' l-ebda ħsara. Is-sottomissjoni hija għalhekk rifjutata.

Investiment u abbiltà li jinħoloq kapital

(159) Bejn l-1999 u l-2001, investimenti tnaqqsu sinifikament minn 7 miljun EUR għal 2,5 miljun EUR. Bejn l-2001 u l-PI, investimenti baqgħu stabbili u għamlu tajjeb matul il-PI għal 41 % biss ta' l-ammont investit fl-1999.

(160) Ma kienx hemm pretensjoni mill-industrija tal-Komunità lanqas indikazzjoni li l-industrija tal-Komunità iltaqgħet ma' problemi fil-ħolqien ta' kapital għall-attivita tagħha.

Qligħ, ritorn fuq investiment u fluss ta' flus kontanti

(161) Matul il-perjodu meqjus, il-qligħ tal-produtturi kampjunati tal-Komunità waqa' sinifikament minn 7,7 % fl-1999 għal 4,4 % fil-PI, jiġifieri b'42 %. Ir-ritorn fuq investiment segwa l-istess xejra, billi waqa' minn 10,5 % fl-1999 għal 5,9 % matul il-PI, tnaqqis b'44 %.

(162) Ġie sottomess li qligħ medju ta' aktar minn 5 % fil-perojdu meqjus ma jistax jitqies li jappoġġja sejba ta' ħsara. F'dan ir-rigward, ħsara trid tiġi stabbilita prinċipalment f'relazzjoni mal-PI. Matul il-PI, il-qligħ kien ta' 4,4 % biss. Barra minn hekk, il-qligħ kien laħaq is-7,7 % fl-1999, sena li fiha l-industrija tal-Komunità ma soffrietx il-kompetizzjoni ta' importi sussidjati, u mbagħad naqas b'43 % matul il-perjodu meqjus, jiġifieri kien hemm tnaqqis importanti matul il-perjodu meqjus, minħabba f'kompetizzjoni ħarxa minn importi sussidjati. Bħala riżultat, il-qligħ fil-PI waqa' inqas mill-qligħ li seta' ntlaħaq fl-assenza ta' importi sussidjati, jiġifieri 6,5 %.

(163) Ġie sottomess li t-tnaqqis fil-qligħ tal-kumpanijiet kampjunati ma jistax jiġi attribbwit għal importi sussidjati, imma għal żieda fl-ispejjeż tax-xogħol u investimenti mnaqqsa. Spejjeż medji tax-xogħol tal-kampjun żdiedu b' 4,2 % biss fil-perjodu meqjus, u għalhekk, dan ma jispjegax it-tnaqqis fil-qligħ. Barra minn hekk, tnaqqis f'investimenti ma jinvolvix neċessarjament tnaqqis fil-qligħ. Is-sottomissjoni hija għalhekk rifjutata.

(164) Ġie sottomess li t-tnaqqis fir-ritorn fuq investiment huwa sempliċi riflessjoni tat-tnaqqis f'investiment. Madankollu, ir-ritorn fuq investiment huwa definit fi profitti f'relazzjoni mal-valur ta' l-assi totali. Għalhekk, it-tnaqqis f'investimenti jikkontribbwixxi għal tnaqqis fil-valur ta' assi totali u għalhekk għal żieda fir-ritorn fuq investiment. Is-sottomissjoni hija għalhekk imwarrba.

(165) Il-fluss ta' flus kontanti ġenerali mill-prodott simili naqas konsiderevolment minn 16,8 miljun EUR fl-1999 għal 11,3 miljun EUR matul il-PI. It-tnaqqis l-aktar sinifikanti seħħ fl-2000, meta l-fluss ta' flus kontanti naqas b'27 %, Bejn l-2000 u l-PI, waqa' b'5 % oħra.

(166) Ġie sottomess li l-Kummissjoni qieset fluss ta' flus kontanti bħala indikatur mhux sinifikanti. F'dan ir-rigward, irid jiġi notat li fluss ta' flus kontanti huwa tabilħaqq influwenzat minn varjazzjonijiet ta' ħażna u għalhekk indikatur b'rilevanza limitata. Madankollu, għandu jiġi notat li l-iżvilupp negattiv ta' fluss ta' flus kontanti matul il-perjodu meqjus huwa f'linja ma' indikaturi oħra, li jikkonferna l-evoluzzjoni negattiva ta' l-industrija tal-Komunità, u m'għandux jiġi kwalifikat bħala insinifikanti.

Pagi

(167) Spejjeż tax-xogħol żdiedu b' 3,3 % matul il-perjodu meqjus, minn 35,2 miljun EUR fl-1999 għal 36,3 miljun EUR matul il-PI. Minħabba li n-numru ta' impjegati baqa' bażikament stabbli, spejjeż medji tax-xogħol żdiedu wkoll, minn 29100 EUR għal 30300 EUR. Dawn iż-żidiet huma żidiet nominali u huma konsiderevolment inqas miż-żieda fi prezzijiet tal-konsumatur ta' aktar minn 7,8 % matul il-perjodu meqjus.

(168) Ġie sottomess li żidiet fil-pagi ma jippuntawx lejn ħsara. Ġie notat, f'dan ir-rigward, li spejjeż medji tax-xogħol tal-kumpaniji kampjunati żdiedu f'termini nominali b'4,2 % biss matul il-perjodu meqjus, li, meta titqies iż-żieda fi prezzijiet tal-komusmatur, ifisser li tnaqqsu f'termini rejali b'madwar 3,6 %.

Kobor ta' l-ammont ta' sussidji ta' kontrabilanċ

(169) Meta jitqies il-volum u l-prezz ta' l-importi sussidjati, l-impatt tal-marġini attiwali ta' sussidju, li huwa sinifikanti wkoll, ma jistax jitqies negliġibbli.

Rilevanza ta' indikaturi

(170) Ġie sottomess li produzzjoni, produttivita u volum ta' bejgħ kienu qed jiżdiedu u impjieg kien stabbli, li ma jikkonfermax ħsara. Ġie sottomess ukoll li l-analiżi ta' ħażniet u l-abbilita li jinħoloq kapital ma tikkonfermax ħsara u li għalhekk ma kienx jagħmel sens li wieħed jikkumenta dwar dan il-fattur. F'dan ir-rigward għandu jiġi notat li ħsara trid tiġi stabbilita fuq il-bażi ta' eżami ta' fatturi numerużi u li, skond l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, kull wieħed jew aktar minn dawn jistgħu neċessarjament jagħtu gwida deċiżiva. L-argument mhuwiex konvinċenti, minħabba li l-ebda indikatur waħdieni ma huwa rilevanti waħdu u indikaturi oħra juru xejra negattiva. L-argument huwa għalhekk rifjutat.

5. Konklużjoni meta ssir ħsara

(171) L-eżami tal-fatturi msemmija hawn fuq juri li bejn l-1999 u l-PI is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità ddeterjorat. Il-qligħ waqa' sinifikament matul il-perjodu meqjus u s-sehem fis-suq ta' l-industrija tal-Komunità naqas matul il-perjodu meqjus b'9,1 %. Numru ta' indikaturi oħra ta' ħsara bħal ma huma utilizzazzjoni ta' kapaċita, fluss ta' flus kontanti, ritorn fuq investiment u investimenti żviluppaw ukoll b'mod negattiv. Għall-produtturi kampjunati tal-Komunità investimenti ġew imnaqqsa sinifikament u anke r-ritorn fuq investiment naqas konsiderevolment. Impjieg baqa' bażikament stabbli. Xi indikaturi wrew xejra pożittiva: matul il-perjodu meqjus, turnover u volumi ta' bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità żdiedu ftit. Produttivita u pagi żdiedu marġinalment. Rigward prezzijiet medji ta' bejgħ tal-produtturi kampjunati, wrew xejra 'l fuq matul il-perjodu meqjus, li hija, madankollu, parzjalment riżultat ta' bidla lejn aktar bejgħ ta' prodotti niche ta' livell ogħla. Madankollu, għandu jiġi notat li matul l-istess perjodu il-konsum tal-Komunità kiber b'15 % waqt li s-sehem ta' l-industrija tal-Komunità niżel b'9.1 %. Barra minn hekk, il-prezzijiet medji ta' bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità naqqsu matul il-perjodu meqjus.

(172) Fid-dawl ta' dan imsemmi fuq ġie konkluż li l-industrija tal-Komunità ssofriet ħsara materjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku.

F. KAĠUN (CAUSATION)

1. Daħla

(173) Bi qbil ma' l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importi sussidjati li joriġinaw fl-Indja ikkaġunawx ħsara lill-industrija tal-Komunità sa grad li jippermettiha li tiġi klassifikata bħala materjali. Fatturi magħrufa oħra għajr l-importi sussidjati, li setgħu fl-istess ħin għamlu ħsara lill-industrija tal-Komunità, ġew eżaminati biex jiġi żgurat li ħsara possibbli kaġunata minn dawn il-fatturi l-oħra ma ġietx attribbwita għall-importi sussidjati.

2. Effett ta' l-importi sussidjati

(174) Importi ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar mill-Indja fil-Komunità tnaqqsu fil-volum minn 15700 tunnellata mettrika fl-1999 għal 14300 tunnellata mettrika, jiġifieri b'9 % fil-PI. Wara żieda ħafifa bejn l-1999 u l-2000, importi niżlu fl-2001 u baqgħu stabbli fil-PI. Is-sehem fis-suq korrespondenti naqas minn 9,1 % fl-1999 għal 7,2 % fil-PI, li huwa sostanzjali.

(175) Prezzijiet medji mill-Indja waqgħu ftit matul il-perjodu meqjus. L-ewwel, baqgħu stabbli matul l-1999 u l-2000 għal madwar 5,65 EUR/kg. Fl-2001telgħu għal madwar 5,80 EUR/kg u mbagħad niżżlu sosegwentement fil-PI għal madwar 5,50 EUR/kg, jiġifieri b'5 %.

(176) Fl-analiżi ta' l-effett ta' l-importi sussidjati, instab li l-prezz huwa l-element ewlieni ta' kompetizzjoni. Tabilħaqq huma x-xerreja li jistabbilixxu huma stess il-kwalità u d-disinn tal-prodott li għandhom il-ħsieb li jordnaw. Jidher mill-analiżi tal-proċess ta' bejgħ/xiri f'dan il-każ li l-importaturi u l-kummerċjanti, qabel ma jgħaddu ordni lill-produttur esporatur fl-Indja, jispeċifikaw il-karatteristiċi kollha tal-prodott (disinn, kulur, kwalità, daqsijiet, eċċ) li jridu jitwasslu, u b'hekk jipparagunaw l-offerti differenti tal-produtturi prinċipalment fuq il-bażi ta' prezz minħabba li l-elementi l-oħra kollha li jagħmlu differenza huma stabbiliti minn qabel fis-sejħa għall-offerti, jew sosegwentement jirrisultaw mill-isforzi ta' l-importatur stess rigward oġġetti simili (p.e. il-patentat). Rigward prezzijiet instab li l-prezzijiet ta' importi sussidjati kienu konsiderevolment taħt dawk ta' l-industrija tal-Komunità kif ukoll taħt dawk ta' esportaturi oħra tal-pajjiż terz, u anke komplew jonqsu matul il-PI. Barra minn hekk, instab li l-industrija tal-Komunità kellha tirtira fil-biċċa 'l kbira mis-segmenti tas-suq bi prezzijiet baxxi fejn importi mill-Indja huma qawwija, u dan anke issottolienat ir-rabta kaswali bejn l-importi Indjani sussidjati u ħsara soffruta mill-industrija tal-Komunità.

(177) Ġie sottomess li importi li joriġinaw fl-Indja naqqsu f'termini assoluti u relattivi f'sitwazzjoni mingħajr dazji, u li rrappreżentaw sehem fis-suq relattivament żgħir u għalhekk ma kkaġunawx ħsara.

(178) Importi li joriġinaw fl-Indja tabilħaqq naqqsu. Madankollu, diversi fatturi għandhom rwol għall-kaġun: l-ewwel, matul il-PI dawn l-importi kienu suġġetti għal dazju tad-dwana ta' 10,2 % (sa Diċembru 2001) u 9,6 % (minn Jannar 2002), waqt li importi li joriġinaw fil-Pakistan, l-akbar provveditur, kienu eżentati minn dak id-dazju minn Jannar 2002. It-tieni, rigward id-daqs tas-sehem fis-suq, il-kwistjoni deċiżiva mhijiex jekk sehem fis-suq huwiex relattivament żgħir jew le, imma jekk huwiex kbir biżżejjed li jkun kapaċi li jikkaġuna ħsara materjali. F'dan ir-rigward, huwa notat li l-importi kienu sostanzjali u saru bi prezzijiet baxxi u sussidjati li qaċċtu dawk ta' l-industrija tal-Komunità. Instab ukoll li kien hemm koinċidenza fil-ħin bejn dawn l-importi u l-ħsara soffruta mill-industrija tal-Komunità. Dawn l-elementi kollha lagħbu rwol importanti fil-konklużjoni ta' dan il-kapitolu, jiġifieri li l-importi ikkaġunaw ħsara materjali.

(179) Meta jitqies l-użin ta' l-importi mill-Indja fis-suq tal-Komunità, kemm f'termini ta' volum u kif ukoll f'termini ta' prezzjijiet, dawn l-importi jeżerċitaw pressjoni 'l isfel sinifikanti fuq is-suq tal-Komunità f'termini tal-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tagħha. In-nuqqas ta' volum ta' bejgħ fis-segmenti tas-suq bi prezzijiet baxxi għall-industrija tal-Komunità ma setax jiġi kompensat minn bejgħ ta' prodotti niche ta' qligħ għoli, li b'hekk irriżulta fi tnaqqis fis-sehem tas-suq, investimenti, qligħ u ritorn fuq investiment ta' l-industrija tal-Komunità.

(180) Is-sehem fis-suq miżmum mill-importaturi Indjani matul il-PI huwa sostanzjali u 'l fuq sew minn livelli de minimis. It-tnaqqis moderat fil-volum ma kienx tali li jwassal għal suġġeriment li esportaturi Indjani ġew imbaxxija għal stat periferali u qegħdin fuq il-punt li jiġu eliminati mis-suq tal-Komunità. Ġie għalhekk konkluż li l-importi sussidjati mill-Indja, meta jittieħdu f'iżolazzjoni, kkaġunaw ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità. Barra minn hekk, għal għanijiet illustrattivi biss, jidher li l-importi mill-Indja żdiedu għal darb'oħra b'aktar minn 8 % matul l-ewwel sitt xhur ta' l-2003 meta jiġi paragunat ma' l-ewwel sitt xhur (semester) ta' l-2002, li jindika li x-xejra l-isfel apparenti probabbilment mhijiex ta' natura dejjiema.

(181) Ġie sottomess li sussidju medju kien ta' 8 % u tqaċċit medju kien ħafna ogħla, waqt li prezzijiet imħallsa mill-produtturi kampjunati żdiedu.

(182) F'dan ir-rigward, għandu jiġi notat li l-prezzijiet ta' esportazzjoni, f'ħafna każijiet, ma nkludewx xi spejjeż għad-disinn u l-bejgħ fis-suq tal-bjankerija tas-sodda, minħabba li dawn is-servizzi ġew provvduti mill-importatur fil-Komunità. Dawn l-ispejjeż ma jistgħux jiġu stmati raġunevolment għall-prodott simili kollu, imma li wieħed iqis dawn l-ispejjeż dan jirrisulta f'marġini aktar baxxi ta' tqaċċit. Ukoll, il-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità għandhom x'jaqsmu f'xi każijiet ma prodotti patentati, li jikkmandaw prezz aktar għoli. B'żieda ma' dan, l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku jispeċifika li l-eżami għandu jinvolvi turija li l-volum u/jew livelli ta' prezzijiet ta' l-importi sussidjati huma responsabbli għall-impatt fuq l-industrija tal-Komunità. Għalhekk, mhuwiex it-tqaċċit li fl-aħħar nett jgħodd f'dan il-kuntest imma l-livell tal-prezz ta' l-importi. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li l-importi sussidjati ma jikkaġunawx ħsara materjali.

3. Effetti ta' fatturi oħra

(a) Importi li allegatament jifqgħu is-suq li joriġinaw fil-Pakistan

(183) Il-Pakistan żiedet b'mod kostanti s-sehem fis-suq tagħha minn 20,8 % fl-1999 għal 24,7 % fil-PI, minn 36000 tunnellata mettrika fl-1999 għal 49400 tunnellata mettrika matul il-PI. Meta jitqies il-fatt li l-prezzijiet medji ta' esportazzjoni mill-Pakistan huma fl-istess firxa bħal dawk mill-Indja, irid jiġi stmat li esportazzjonijiet mill-Pakistan ikunu ikkaġunaw ukoll ħsara lill-industrija tal-Komunità. F'dan il-kuntest, huwa ta' siwi li wieħed jinnota li parallela ma' din l-investigazzjoni kontra s-sussidju, investigazzjoni kontra l-fqigħ tas-suq tkun bdiet kontra l-istess prodott li joriġina fil-Pakistan, li hija kontinwa korrentement u li hija bażata fuq l-allegazzjoni li esporti Pakistani żiedu s-sehem fis-suq tagħhom billi faqgħu s-suq bil-prodott interessat fil-Komunità u għalhekk ikkaġunaw ħsara lill-industrija tal-Komunità. Jekk dan jiġi konfermat mill-investigazzjoni kontinwa, azzjoni xierqa trid tittieħed fiż-żmien mistħoqq.

(184) Huwa għalhekk konkluż li importi li joriġinaw fil-Pakistan x'aktarx ikkontribbwixxew għall-ħsara materjali soffruta mill-industrija tal-Komunità. Madankollu, waqt li importi mill-Pakistan setgħu kkaġunaw ħsara, dan ma jinnegax li importi Indjani kkaġunaw ugwalment ħsara materjali waħedhom.

(b) Importi li joriġinaw f'pajjiż terzi oħra għajr l-Indja u l-Pakistan

(185) Importi li joriġinaw f'pajjiżi terzi oħra għajr l-Indja u l-Pakistan żdiedu minn 51400 tunnellata mettrika fl-1999 għal 75300 tunnellata mettrika matul il-PI. Is-sehm fis-suq tagħhom żdied minn 29,6 % fl-1999 għal 37,7 %. L-akbar parti ta' importi f'dak il-grupp ta' kumpaniji oriġinat fit-Turkija. Meta jitqiesu r-rabtiet korporattivi bejn kumpaniji Torok u tal-Komunità, hemm ċertu integrazzjoni fis-suq fil-forma ta' kummerċ fost il-kumpaniji bejn produtturi esportaturi Torok u operaturi tal-Komunità li jissuġġerixxi li d-deċiżjoni għal importazzjoni minn dak il-pajjiż mhijiex marbuta biss mal-prezz. Dan huwa konfermat bil-prezzijiet medji tal-prodott interessat li joriġina fit-Turkija matul il-PI, li kien aktar għoli bi kważi 45 % minn dawk ta' l-Indja u b'34 % minn dawk tal-Pakistan. Huwa għalhekk mhux mistenni li importi li joriġinaw fit-Turkija kissru r-rabta każwali bejn l-importi sussidjati mill-Indja u l-ħsara soffruta mill-industrija tal-Komunità.

(186) L-ishma fis-suq tal-pajjiżi li jibqgħu individwalment huma sinifikament aktar baxxi u ma jaqbżux il-3,9 %, u għalhekk mhuwiex mistenni li xi ħsara materjali tiġi attribbwita għal dawk l-importi minn dawk il-pajjiżi.

(187) Il-prezz medju ta' importi li joriġinaw f'pajjiżi oħra għajr l-Indja u l-Pakistan żdied minn 7,18 EUR/kg fl-1999 għal 7,47 EUR/kg fl-2001 u naqas ftit għal 7,40 EUR/kg matul il-PI. Madankollu, matul il-PI, dawn il-prezzijiet kienu madward 34 % ogħla mill-prezzijiet ta' importi mill-Indja. B'konsegwenza, importi minn pajjiżi terzi oħra ma eżerċitawx pressjoni ta' prezz fl-industrija tal-Komunità sal-punt li importi mill-Indja għamlu dan. Ukoll is-sehem fis-suq ta' kull pajjiż individwali f'dak il-grupp kien taħt l-4 %. Huwa għalhekk konkluż li importi li joriġinaw minn pajjiżi terzi oħra ma kissru r-rabta każwali bejn l-importi sussidjati mill-Indja u l-ħsara soffruta mill-industrija tal-Komunità.

(ċ) Tnaqqis fid-domanda

(188) Ġie dikjarat li d-domanda għal bjankerija tas-sodda prodotta mill-industrija tal-Komunità naqqset f'termini ta' volum minħabba li ffokat fuq it-tarf ta' fuq tas-suq, fejn inqas bejgħ ta' volum ikun sar. Madankollu, kif innotat qabel, il-konsum totali ta' l-UE ta' bjankerija tas-sodda ma naqasx, imma fil-fatt żdied matul il-perjodu interessat. Ħafna mill-produtturi tal-Komunità għandhom linji differenti ta' prodotti għal segmenti differenti fis-suq. Id-ditti tan-naħa ta' fuq tas-suq jiġġeneraw marġini għoljin imma jinbiegħu fi kwantitajiet żgħar ħafna biss. Sabiex tiġi massimizzata l-utilizzazzjoni tal-kapaċita u biex jiġu kopruti l-ispejjeż fissi ta' produzzjoni, l-industrija tal-Komunità teħtieġ bejgħ ta' segment tas-suq bi prezz aktar baxx f'volumi kbar ukoll. Ma hemmx indikazzjoni li d-domanda tkun naqqset f'dak is-segment tas-suq. Dan is-segment huwa mill-banda l-oħra dejjem aktar possedut minn importi ta' prezzijiet baxxi, li jikkaġunaw ħsara lill-industrija tal-Komunità. Meta titqies iż-żieda totali fil-konsum, li mhijiex limitata għal segment partikolari fis-suq, is-sitwazzjoni tad-domanda fil-Komunità tista' għalhekk ma tkunx tidher li tkisser ir-rabta każwali bejn l-importi sussidjati mill-Indja u l-ħsara soffruta mill-industrija tal-Komunità.

(d) Importazzjonijiet mill-industrija tal-Komunità

(189) Ġie sottomess li l-industrija tal-Komunità importat bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar mill-Indja u b'hekk ikkontribbwixxiet għall-ħsara soffruta. Madankollu, wieħed biss mill-prodotturi kampjunati tal-Komunità attwalment importa bjankerija tas-sodda mill-Indja matul il-PI u l-bejgħ ta' dawn l-importi ġġeneraw parti żgħira biss mit-turnover totali minn dan il-produttur (madwar 10 %). Għalhekk, importi mill-industrija tal-Komunità tal-prodott interessat mill-Indja ma jistgħux jidhru li jkissru r-rabta każwali bejn l-importi sussidjati mill-Indja u l-ħsara materjali soffruta mill-industrija tal-Komunità kollha.

(e) Twettieq ta' esportazzjonijiet mill-industrija tal-Komunità

(190) Esportazzjonijiet tal-produtturi kampjunati tal-Komunità rrappreżentaw madwar 0,5 % biss tal-bejgħ totali tagħhom. Meta titqies il-parti negliġibbli ta' esportazzjonijiet f'attivita totali, dan il-fattur ma setax ikkontribbwixxa għall-ħsara soffruta.

(f) Produttivita ta' l-industrija tal-Komunità

(191) L-iżvilupp fi produttivita ġie identifikat fil-parti tal-ħsara ta' dan ir-Regolament. Ladarba l-produttivita żdiedet minn 6,78 tunnellata mettrika/impjegat fl-1999 għal 7,2 tunnellata mettrika fil-PI, jiġifieri b'madwar 6 %, dan il-fatturi ma setax ikkontribbwixxa għall-ħsara soffruta.

4. KONKLUŻJONI

(192) B'sehem fis-suq ta' 7,2 % fil-PI, l-importi sussidjati li joriġinaw fl-Indja kienu sostanzjali u saru bi prezzijiet baxxi u li jaqgħu matul perjodu li fih l-industrija tal-Komunità soffriet ħsara materjali f'termini ta' ishma fis-suq li jaqgħu, utilizzazzjoni ta' kappaċita, investimenti, qligħ, ritorn fuq investiment u fluss ta' flus kontanti.

(193) Importi mill-Pakistan x'aktarx ikkaġunaw ħsara lill-Industrija tal-Komunità. Madankollu, dan il-fatt ma jissuġġerixxix li l-ħsara li tkun saret minn importi mill-Indja issir mhux importanti. Il-kaġuni l-oħra possibbli li jibqgħu, jiġifieri importi minn pajjiżi oħra għajr l-Indja u l-Pakistan, is-sitwazzjoni tad-domanda, importi magħmula mill-industrija tal-Komunità kif ukoll it-twettieq ta' esportazzjoni u produttivita ġew analizzati, imma nstabu li ma jkissrux ir-rabta każwali bejn l-importi Indjani u l-ħsara soffruta mill-industrija tal-Komunità. Il-volum sostanzjali u l-prezzijiet aggressivament baxxi ta' l-esporti Indjani meħuda f'iżolazzjoni huma kawża indipendenti tal-ħsara materjali soffruta mill-industrija tal-Komunità. Għalhekk, l-ebda mill-kaġuni ta' ħsara oħra potenzali huma tali li jaqilbu l-fatt li hemm rabta każwali ġenwina u sostanzjali bejn l-importi sussidjati u l-ħsara materjali.

(194) Fuq il-bażi ta' l-analiżi msemmija fuq, li ġiet distingwita kif suppost u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità mill-effetti ta' ħsara ta' ta' l-importi sussidjati, ġie konklż li l-importi mill-Indja ikkaġunaw ħsara materajali lill-Komunità fit-tifsira ta' l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku.

G. INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1. Rimarki ġenerali

(195) It was examined whether, despite the conclusion on injurious subsidisation, compelling reasons existed that could lead to the conclusion that it was not in the Community interest to adopt measures in this particular case. Għal dan il-għan u bi qbil ma' l-Artikolu 32(1) tar-Regolament bażiku l-impatt ta' miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha nvoluti f'din il-proċeduri u anke l-konsegwenzi ta' meta ma jittieħdux miżuri ġew meqjusa.

2. Industrija tal-Komunità

(196) L-industrija tal-Komunità soffriet ħsara materjali. Ippruvat li hija industrija vijabbli li kienet kapaċi tikkompeti skond kondizzjonijiet tas-suq bil-fier. Is-sitwazzjoni ta' ħsara ta' l-industrija tal-Komunità rriżultat mid-diffikulta tagħha biex tikkompeti ma' l-importi sussidjatim bi prezzijiet baxxi. Il-pressjoni ta' l-importi sussidjati sfurzat ukoll numru ta' produtturi tal-Komunità biex jieqfu mill-produzzjoni tal-bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar.

(197) Ġie meqjus li l-imposizzjoni ta' miżuri treġġa' lura l-kompetizzjoni bil-fier fis-suq. L-industrija tal-Komunità għanda mbagħad tkun kapaċi li żżid il-volum u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, b'hekk tiġġenera l-livell meħtieġ ta' qligħ biex tiġġustifika investiment kontinwu fil-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħha.

(198) Jekk il-miżuri ma jiġux imposti, id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità tkompli. Ma tkunx tista' tinvesti f'kapaċita ġdida ta' produzzjoni u tikkompeti effettivament ma' importi minn pajjiżi terzi. Xi kumpaniji jkollhom iwaqqfu l-produzzjoni u jkeċċu l-impjegati tagħhom.

(199) Huwa għalhekk konkluż li l-imposizzjoni ta' miżuri ta' kontrabilanċ hija fl-interess ta' l-industrija tal-Komunità.

3. Importaturi u utenti

(200) Importaturi u utenti msemmija fl-ilment kif ukoll l-assoċjazzjonijiet kollha magħrufa ntbagħtu kwestjonarju. Il-Kummissjoni rċeviet tweġiba ta' kwestjonarju waħda biss minn importatur mhux relatat tal-prodott interessat fil-Komunità.

(201) Bejgħ tal-prodott interessat b'oriġini fl-Indja jikkostitwixxi inqas minn 20 % tat-turnover totali ta' din il-kumpanija. Il-qligħ totali tal-kumpanija huwa ta' madwar 10 %. Meta jitqies il-fatt li ftit tagħrif biss kien disponibbli, ma kienx possibbli li jiġi analizzat l-effett mistenni ta' miżuri proposti fuq l-importaturi u l-utenti kollha. Madankollu, meta jitqies li dazji moderati biss huma prevvisti u ħafna pajjiżi mhumiex interessati minn jew dazji kontra l-fqigħ tas-suq jew dazji ta' kontrabilanċ, l-impatt ta' l-imposizzjoni ta' dazji ta' kontrabilanċ jista' jitqies bħala minuri.

(202) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġibiet tal-kwestjonarju minn utenti imma xi argumenti nħolqu f'sottomissjoni minn Ikea u l-Assoċjazzjoni ta' Kummerċ Barrani.

(203) Ġie sottomess li l-industrija tal-Komunità mhijiex f'pusizzjoni li tissodisfa d-domanda kollha għal bjankerija tas-sodda fil-Komunità. Irid jiġi mfakkar li miżuri mhumiex maħsuba biex jipprevjentu importi fil-Komunità imma biex jiżguraw li ma jsirux bi prezzijiet sussidjati ta' ħsara. Importi minn diversi oriġini se jkomplu jissodisfaw parti sinifikanti tad-domanda tal-Komunità. Minħabba li dazji moderati ta' kontrabilanċ biss huma prevvisti u ħafna pajjiżi mhumiex interessati minn dazji kontra l-fqigħ tas-suq jew dazji ta' kontrabilanċ, l-ebda nuqqas ta' provvista ma hija mistennija.

(204) Ġie dikjarat li importi rħas ta' bjankerija tas-sodda huma meħtieġa għall-konsumaturi finali kif ukoll utenti "istituzzjonali" bħal ma huma lukandi, sptarijiet, eċċ., minħabba li prodotti fuq in-naħa l-irħisa tal-firxa mhumiex prodotti mill-produtturi tal-Komunità. L-investigazzjoni wriet li l-ħames produtturi kampjunati tal-Komunità għadhom jipproduċu dawn il-prodotti. Ma kienx hemm raġuni teknika għaliex il-produzzjoni ta' dawn il-prodotti fil-Komunità ma setgħetx tiżdied. B'żieda ma' dan, dazji moderati ta' kontrabilanċ biss huma prevvisti u ħafna pajjiżi mhumiex interessati minn dazji kontra l-fqigħ tas-suq jew dazji ta' kontrabilanċ, li jfisser li sorsi alternattivi ta' provvista jkunu għadhom disponibbli.

4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(205) Fuq il-bażi ta' dan imsemmi fuq, huwa konkluż li ma hemm l-ebda raġuni obbligatorja fuq il-bażi ta' interess tal-Komunità, għaliex dazji ta' kontrabilanċ m'għandhomx jiġu mposti fil-każ preżenti.

H. MIŻURI TA' KONTRABILANĊ

1. Livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara

(206) Sabiex tiġi prevjenuta aktar ħsara milli tiġi kaġunata mill-importi sussidjati, huwa meqjus xieraq li jiġu adottati miżuri ta' kontrabilanċ.

(207) Għall-għan li jiġi stabbilit il-livell ta' dawn id-dazji, tqiesu l-marġini tas-sussidju li nstabu u l-ammont ta' dazju meħtieġ biex tiġi eliminata l-ħsara sostnuta mill-industrija tal-Komunità.

(208) Waqt li tqies il-livell medju ta' qligħ miksub mill-industrija tal-Komunità fis-snin 1999 u 2000, instab li marġini ta' qligħ ta' 6,5 % tat-turnover setgħa ġie meqjus bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Komunità setgħet stenniet li tikseb fl-assenza ta' sussidjarjeta ta' ħsara. Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet imbagħad stabbilita fuq il-bażi ta' paragun tal-prezz ta' importazzjoni medju mwieżen, kif stabbilit għall-kalkoli ta' tqaċċit fil-prezz, bil-prezz mhux ta' ħsara ta' prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Il-prezz mhux ta' ħsara nkiseb billi ġie aġġustat il-prezz tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità bit-telf/qligħ attwali magħmul matul il-PI u billi jiżdied il-marġini ta' qligħ imsemmi qabel. Kull differenza li tirrisulta minn dan il-paragun ġiet imbagħad espressa bħala persentaġġ tal-valur totali ta' importazzjoni p.a.t.

2. Miżuri definittivi

(209) Minħabba li l-livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara kien għola mill-marġini ta' kontrabilanċ stabbiliti, il-miżuri definittivi għandhom jiġu bbażati fuq dan ta' l-aħħar. Meta jitqies li l-livell ta' koperazzjoni totali għall-Indja kien għoli, (‘l fuq minn 90 %), il-marġini tas-sussidju residwu għall-kumpaniji l-oħra kollha ġie mwaqqaf għall-livell għall-kumpanija bil-marġini individwali l-aktar għoli, jiġifieri 10,4 %.

(210) Ġie stabbilit li tnejn mill-kumpaniji fil-kampjun, Texcellence Overseas u Jindal Worldwide, huma partijiet relatati. L-investigazzjoni żvelat li dawn il-kumpani għandhom azzjonisti komuni. Dawn iż-żewġ kumpaniji għandhom għalhekk jitqiesu bħala entita waħdanija għall-għanijiet ta' kollezzjoni tad-dazju, u għalhekk, jiġu sottomessi għall-istess dazju ta' kontrabilanċ. Kwantitajiet ta' esportazzjoni tal-prodott interessat matul il-PI lill-Komunità ta' żewġ kumpaniji ntużaw biex jiżguraw tweżin kif suppost. Id-dazju ta' kontrabilanċ medju mwieżen għal dawn iż-żewġ kumpaniji jammonta għal 7,8 %.

(211) Id-dazji li ġejjin għalhekk japplikaw:

Kumpanija | Ir-Rata tad-dazju |

The Bombay Dyeing and Manufacturing Co., Mumbai, N. W. Exports Limited, Mumbai Nowrosjee Wadia & Sons Limited, Mumbai | 5,3 % |

Brijmohan Purusottamdas, Mumbai | 6,2 % |

Divya Textiles, Mumbai | 6,4 % |

Texcellence Overseas, Mumbai, Jindal Worldwide Ltd, Ahmedabad | 7,8 % |

Mahalaxmi Exports, Ahmedabad | 9,3 % |

Pasupati Fabrics, New Delhi | 8,5 % |

Prakash Cotton Mills Pvt. Ltd, Mumbai | 10,4 % |

Vigneshwara Exports Ltd, Mumbai | 4,4 % |

Kumpaniji koperanti li mhumiex fil-kampjun | 7,6 % |

Il-kumpaniji l-oħra kollha | 10,4 % |

(212) Ir-rati tad-dazju ta' kontrabilanċ tal-kumpanija individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni rigward dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta' dazju (kuntrarju għad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-"kumpaniji l-oħra kollha") huma għalhekk esklussivament applikabbli għal importi ta' prodotti li joriġinaw fil-pajjiż interessat u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Prodotti importati prodotti minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz, inkluż entitajiet relatati ma dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefika minn dawn ir-rati u għandhom jkunu suġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-"kumpaniji l-oħra kollha".

(213) Kull pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju ta' kontrabilanċ ta' kumpanija individwali (p.e. wara bdil fl-isem ta' l-entita jew wara t-twaqqif ta' produzzjoni ġdida jew entitajiet ta' bejgħ) għandha tiġi ndirizzata lill-Kummissjoni fil-pront bit-tagħrif kollu rilevanti, partikolarment kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta ma' produzzjoni, bejgħ domestiku u ta' esportazzjoni assoċjati ma' p.e. dak il-bdil fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta' produzzjoni u bejgħ. Jekk ikun xieraq, dan ir-Regolament se jiġi mbagħad emendat kif mistħoqq billi tiġi aġġornata l-lista ta' kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali kif ukoll dawk speċifikati fl-Anness mal-parti operattiva ta' dan ir-Regolament.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju definittiv ta' kontrabilanċ huwa hawnhekk impost fuq importi ta' bjankerija tas-sodda ta' fibri tal-qoton/tajjar, puri jew imħallta b'fibri magħmula mill-bniedem jew il-kittien (bil-kittien mhux il-fibra dominanti), bliċjata, miżbugħa jew stampata li toriġina fl-Indja, klassifikabbli korrentement fil-kodiċijiet tan-NM ex63022100 (kodiċijiet tat-TARIC 6302210081 u 6302210089), ex63022290 (kodiċi tat-TARIC 6302229019), ex63023110 (kodiċi tat-TARIC 6302311090), ex63023190 (kodiċi tat-TARIC 6302319090) u ex63023290 (kodiċi tat-TARIC 6302329019).

2. Ir-rata ta' dazju applikabbli għall-prezz nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji li ġejjin għandha tkun kif ġej:

Kumpanija | Ir-Rata tad-dazju (%) | Kodiċi addizzjonali tat-TARIC |

The Bombay Dyeing and Manufacturing Co., Mumbai, | 5,3 % | A488 |

N. W. Exports Limited, Mumbai | 5,3 % | A489 |

Nowrosjee Wadia & Sons Limited, Mumbai | 5,3 % | A490 |

Brijmohan Purusottamdas, Mumbai | 6,2 % | A491 |

Divya Textiles, Mumbai | 6,4 % | A492 |

Texcellence Overseas, Mumbai, | 7,8 % | A493 |

Mumbai, Jindal Worldwide Ltd, Ahmedabad | 7,8 % | A494 |

Mahalaxmi Exports, Ahmedabad | 9,3 % | A495 |

Pasupati Fabrics, New Delhi | 8,5 % | A496 |

Prakash Cotton Mills Pvt. Ltd, Mumbai | 10,4 % | 8048 |

Vigneshwara Exports Ltd, Mumbai | 4,4 % | A497 |

3. Ir-rata ta' dazju applikabbli għall-prezz nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji imniżżla f'lista fl-Anness, għandha tkun ta' 7,5 % (kodiċi addizzjonali tat-TARIC A498).

4. Ir-rata ta' dazju applikabbli għall-prezz nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji mhux speċifikati f'paragrafi 2 u 3, għandha tkun ta' 10,4 % (kodiċi addizzjonali tat-TARIC A999).

5. Minbarra jekk speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Fejn kull produttur esportatur ġdid fl-Indja jipprovdi xhieda suffiċjenti lill-Kummissjoni li:

- ma esportax lill-Komunità l-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu investigattiv (l-1 ta' Ottubru 2001 sat-30 ta' Settembru 2002) u

- mhuwiex relatat lil xi wieħed mill-esportaturi jew produtturi fl-Indja li huma suġġetti għall-miżuri kontra s-sussidju imposti minn dan ir-Regolament u

- li attwalment esporta l-prodotti interessati lill-Komunità wara l-perjodu investigattiv li fuqu huma bażati l-miżuri, jew li daħal f'obbligazzjoni kontrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantita sinifikanti lill-Komunità.

imbagħad il-Kunsill, huwa u jaġixxi b'maġġoranza sempliċi fuq proposta sottomessa lill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, jista' jemenda l-Artikolu 1(3) billi jżid dak il-prodottur esporatur ġdid mal-lista fl-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Jannar 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Cowen

[1] ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1973/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 4).

[2] ĠU C 316, tat-18.12.2002, p. 10.

[3] Il-fatt li l-DFRC ma jistax jiqies bħala skema ta' rifużjoni (drawback) ta' sostituzzjoni skond ir-Regolament bażiku (jiġifieri l-leġislazzjoni Indjana ma tiżgurax li se topera bħala skema ta' rifużjoni (drawback) kif suppost) ma jipprekludix il-possibilta li esportaturi individwali jistgħu jużaw il-DFRC bħala skema ta' rifużjoni (drawback).

--------------------------------------------------

ANNESS

Ajit Impex | Mumbai |

Anglo French textiles | Pondicherry |

Anjal Garments | Ghaziabad |

Anunay Fab. Pvt. Ltd | Ahmedabad |

Aravali | Jaipur |

Ashok Heryani Exports | New Delhi |

Atul Impex Pvt. Ltd | Dombivli |

Beepee Enterprise | Mumbai |

Chemi Palace | Mumbai |

Consultech Dynamics | Mumbai |

Cotfab Exports | Mumbai |

Country House | New Delhi |

Creative Mobus Fabrics Limited | Mumbai |

Deepak Traders | Mumbai |

Eleganza Furnishings Pvt. Ltd | Mumbai |

Emperor Trading Company | Tirupur |

Estocorp (India) Pvt. Ltd | New Delhi |

Exemplar International | Hyderabad |

Falcon Finstock Pvt. Ltd | Ahmedabad |

Gauranga Homefashions | Mumbai |

Good Shepherd Health Education & Dispensary | Tamilnadu |

Heirloom Collections (P) Ltd | New Delhi |

Hemlines Textile Exports Pvt. Ltd | Mumbai |

Himalaya Overseas | New Delhi |

Ibats | New Delhi |

Indian Craft Creations | New Delhi |

Indo Euro Textiles Pvt. Ltd | New Delhi |

Intex Exports | Mumbai |

Kanodia Fabrics (International) | Mumbai |

Karthi Krishna Exports | Tirupur |

Kaushalya Export | Ahmedabad |

Kirti Overseas | Ahmedabad |

La Sorogeeka Incorporated | New Delhi |

Lalit & Company | Mumbai |

Madhu Industries Ltd | Ahmedabad |

Madhu International | Ahmedabad |

Manubhai Vithaldas | Mumbai |

Marwaha Exports | New Delhi |

Milano International (India) Pvt. Ltd | Chennai |

Nandlal & Sons | Mumbai |

Natural Collection | New Delhi |

Pacific Exports | Ahmedabad |

Pattex Exports | Mumbai |

Petite Point | New Delhi |

Pradip Exports | Ahmedabad |

Prem Textiles | Indore |

Punch Exporters | Mumbai |

Radiant Expo Global Pvt. Ltd | New Delhi |

Radiant Exports | New Delhi |

Raghuvir Exim Limited | Ahmedabad |

Ramesh Textiles | Indore |

Redial Exim Pvt. Ltd | Mumbai |

S. D. Entreprises | Mumbai |

Samria Fabrics | Indore |

Sanskrut Intertex Pvt. Ltd | Ahmedabad |

Shades of India Crafts Pvt. Ltd | New Delhi |

Shanker Kapda Niryat Pvt. Ltd | Baroda |

Shivani Exports | Mumbai |

Shrijee Enterprises | Mumbai |

Starline Exports | Mumbai |

Stitchwell Garments | Ahmedabad |

Sumangalam Exports Pvt. Ltd | Mumbai |

Sunny Made-ups | Mumbai |

Surendra Textile | Indore |

Suresh & Co. | Mumbai |

Syntex Corporation Pvt. Ltd | Mumbai |

The Hindoostan Spinning & Weaving Mills Ltd | Mumbai |

Trend Setters | Mumbai |

Trend Setters K.F.T.Z. | Mumbai |

Utkarsh Exim Pvt Ltd | Ahmedabad |

V & K Associates | Mumbai |

Visma International | Tamilnadu |

VPMSK A Traders | Karur |

V.S.N.C. Narasimha Chettiar Sons | Karur |

--------------------------------------------------

Top