EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0408

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 408/2002 tat-28 ta’ Frar 2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ossidi taż-żingu li joriġinaw, fir-Repubblika Popolari taċ-ċina

ĠU L 62, 05/03/2002, p. 7–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/03/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/408/oj

32002R0408



Official Journal L 062 , 05/03/2002 P. 0007 - 0014


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 408/2002

tat-28 ta’ Frar 2002

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ossidi taż-żingu li joriġinaw, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsulta il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. MIŻURI PROVIŻORJI

Għażla ta’ pajjiż analogu

(1) Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 1827/2001 [2] ("Regolament proviżorju"), imponiet dazju proviżorju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ossidi taż-żingu li joriġinaw, fir-Repubblika Popolari taċ-Cina ("PRC").

(2) Flimkien ma żjarat ta’ verifika magħmulin fil-postijiet tal-produtturi esportaturi fil-PRC, kif imsemmi fil-preambolu 7 tar-Regolament proviżorju, għandu jkun innotat li ż-żjarat ta’ verifika saru wkoll fil-postijiet ta’ numru ta’ kumpanniji relatati tal-bejgħ għall-esportazzjoni, jiġifieri:

kif ukoll għand kumpannija relatata domestika:

Guangxi Liuzhou Nonferrous Metals Smelting Import & Export Co. Ltd, Liuzhou,

Rickeed Industries Ltd, Hong Kong,

Yinli Import and Export Co. Ltd, Liuzhou,

kif ukoll għand kumpannija relatata domestika:

Gredmann Guangzhou Ltd, Guangzhou.

B. PROĊEDURA SUSSEGWENTI

Għażla ta’ pajjiż analogu

(3) Wara l-iżvelar tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq il-bażi tagħhom kien deċiż li jkunu imposti miżuri anti-dumping, diversi partijiet interessati ssottomettew kummenti bil-miktub. Skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 ("Regolament bażiku"), il-partijiet kollha interessati li talbu udjenza ngħataw opportunità biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(4) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha mitqiesa meħtieġa għas-sejbien definittiv.

(5) Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuqhom kien maħsub li jkun impost d-dazju emendat definittiv anti-dumping u l-ġbir ta’ l-ammonti miġbura bħala dazji proviżorji. Ingħataw ukoll perjodu meta kellhom jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara l-għoti ta’ informazzjoni.

(6) Il-kummenti orali u bil-miktub sottomessi lill-partijiet interessati kienu kkonsidrati u, fejn xieraq, is-sejbien inbidel kif xieraq.

(7) Wara li rieżaminat is-sejbien proviżorju fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġbura minn dakinhar, ikkonkludiet li s-sejbien prinċipali kif jidher fir-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

Ċ. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT L-ISTESS

Għażla ta’ pajjiż analogu

1. Prodott ikkonċernat

Għażla ta’ pajjiż analogu

(8) Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, numru ta’ partijiet interessati iddikjaraw li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat ma kinetx korretta. Huma argumentaw li gradi differenti ta’ ossidu taż-żingu jesżistu fis-suq, li skond il-purità tagħhom, kellhom propjetajiet u applikazzjonijiet differenti. Bħala riżultat, dawn id-diversi gradi ta’ ossidu taż-żingu ma setgħux ikunu ikkonsidrati bħala prodott omoġenju. Barra dan, kien argumentat li kien hemm interkambjabbiltà insuffiċjenti bejn id-diversi gradi ta’ ossidu taż-żingu. Waqt li huwa aċċettat li gradi ta’ purità ogħla jistgħu teoretikament jintużaw fl-applikazzjonijiet kollha, ma jistax jigħad l-istess għall-gradi ta’ purità aktar baxxa minħabba l-livell ta’ impuritajiet li għandhom.

(9) Il-fatt li l-interkambjabbilità tista’ tiġi minn naħa waħda minħabba livelli differenti ta’ purità bejn ċerti gradi mhux ikkonsidrat bħala evidenza biżżejjed fih innifsu li l-istess gradi jikkostitwixxu prodotti differenti li għandhom ikunu ittrattati separatament għall-finijiet ta’ l-investigazzjoni. Għall-kuntrarju, il-fatt li gradi ta’ purità għolja jistgħu jintużaw fid-diversi applikazzjonijiet ta’ ossidu taż-żingu juri li l-gradi kollha jistgħu jkunu ikkonsidrati bħala prodott wieħed. Jekk ċerti utenti jaċċettaw kontenut ogħla ta’ impuritajiet dan huwa l-aktar fuq il-bażi ta’ konsiderazzjonijiet ta’ prezz.

(10) Għalhekk, il-kummenti magħmulin mill-partijiet interessati m’huma bl-ebda mod biżżejjed biex iwasslu għall-bidla fis-sejbien ta’ qabel, kif jidher fil-preambolu 11 tar-Regolament proviżorju, li l-gradi kollha tal-prodott ikkonċernat għandhom ikunu kkonsidrati bħala prodott waħdieni.

(11) Is-sejbien, kif jidher fil-preamboli 9 sa 11 tar-Regolament proviżorju, fir-rigward tal-prodott ikkonċernat huwa b’dan ikkonfermat.

2. Prodotti l-istess

Għażla ta’ pajjiż analogu

(12) Ċerti partijiet interessati stqarrew li l-produtturi ta’ l-ossidu taż-żingu fil-Komunità u l-PRC użaw proċessi ta’ produzzjoni dissimili li taw lill-ossidu taż-żingu prodott fil-PRC vantaġġi sinifikanti ta’ prezz f’termini ta’ materja prima u spejjeż oħra. Issuġġerew li l-produtturi Ċiniżi użaw l-aktar il-proċess "dirett" jew Amerika waqt li l-produtturi tal-Komunità użaw kważi esklussivament il-proċess "indirett" jew Franċiż. Il-proċess dirett huwa msejjaħ hekk għaliex jipproduċi ossid taż-żingu direttament mill-materjali taż-żingu ossidat. Intqal li din il-materja prima kienet orħos mill-metal taż-żingu raffinat u reżidwi oħra taż-żingu li jintużaw fil-proċess indirett.

(13) Fl-ewwel każ, il-kwistjoni dwar il-proċessi differenti tal-produzjoni mhix kkonsidrata rilevanti fl-investigazzjoni kurrenti billi ossidi taż-żingu prodotti minn kull proċess jaqsmu l-istess karatterisitiċi kimiċi bażiċi u proprjetajiet (ZnO). Barra dan, proporzjon sinifikanti tal-bejgħ magħmul mill-industrija tal-Komunità tinġieb mill-proċess dirett u l-ispejjeż relatati għaż-żewġ proċessi tqisu f’din l-investigazzjoni.

(14) L-ebda element ġdid ma nġab għall-attenzjoni tal-Kummissjoni li jwassalha biex tibdel il-konklużjonijiet milħuqa fl-istadju proviżorju, jiġifieri li l-ossidu taż-żingu prodott u mibjugħ mill-produtturi tal-Komunità u dak prodott fil-PRC u esportat lill-Komunità huma l-istess prodott.

(15) Is-sejbien proviżorju dwar l-istess prodott kif jidher fil-preamboli 12 sa 14 tar-Regolament proviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

D. DUMPING

Għażla ta’ pajjiż analogu

1. Trattament ta’ l-ekonomija tas-suq

Għażla ta’ pajjiż analogu

(16) Xi produtturi Ċiniżi poġġew fid-dubbju l-konsistenza bejn l-għoti ta’ trattament ta’ l-ekonomija tas-suq ("MET") (preambolu 18 tar-Regolament proviżorju) u r-rifjut sussegwenti mill-Kummissjoni biex tuża l-prezzijiet mħallsa mill-kumpannija partikolari għall-materja prima taż-żingu (preambolu 47 tar-Regolament proviżorju) Skond dawn il-kumpanniji ma kellhiex tingħata peress li l-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-materja prima taż-żingu, l-element ewlieni ta’ l-ispiża, ma rriflettewx il-valuri tas-suq fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku.

(17) Matul it-tieni investigazzjoni aktar dettaljata fil-post, li fiha r-risposta għall-kwestjonarju ta’ l-esportaturi kienet verifikata u wara l-MET kien konċess, il-Kummissjoni sabet li ċerti elementi ta’ l-ispiża, jiġifieri l-prezzijiet mħallsa għall-materja prima taż-żingu, ma kinux ta’ min wieħed joqgħod fuqhom. Il-Kummissjoni, għalhekk, aġġustat l-ispejjeż billi bbażathom fuq kwotazzjonijiet taż-żingu kif ikkwotati fuq il-Metal Exchange ta’ Londra. Hija prattika normali li l-ispejjeż ikunu aġġustati jekk ikun jidher li m’humiex preċiżi, affidabbli jew skond il-kondizzjonijiet normali tas-suq. Għalhekk qed tkun miċħuda l-pretenzjoni u s-sejbien fil-preamboli 15 sa 24 tar-Regolament proviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

2. Trattament individwali

Għażla ta’ pajjiż analogu

(18) Fin-nuqqas ta’ kull kumment taħt din l-intestatura, is-sejbien proviżorju, kif jidher fil-preamboli 25 sa 27 tar-Regolament Proviżorju, huwa b’dan ikkonfermat.

3. Valur normali

Għażla ta’ pajjiż analogu

Determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi li jesportaw mhux mogħtija l-MET

Għażla ta’ pajjiż analogu

(19) L-utenti tal-Komunità ta’ l-ossidu taż-żingu kkontestaw l-għażla ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ("USA") bħala pajjiż analogu xieraq għall-iskop li jkun stabbilit valur normali, bl-argument li l-ispejjeż fil-PRC u l-USA huma differenti. Din il-kwistjoni partikolari kienet ittrattata diġà fid-dettal fil-preamboli 28 sa 36 tar-Regolament proviżorju u hija b’dan ikkonfermata.

(20) Fin-nuqqas ta’ kull kumment taħt din l-intestatura, is-sejbien proviżorju, kif jidher fil-preamboli 37 sa 39 tar-Regolament Proviżorju, huwa b’dan ikkonfermat.

Determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi li jesportaw mogħtija l-MET

(21) L-"utenti", kif ukoll xi produtturi Ċiniżi, stqarrew li il-prezzijiet tal-materja prima taż-żingu Ċiniża kienu determinati mis-suq Ċiniż u għalhekk, għandhom ikunu kkonsidrati mingħajr ma jsiru aġġustamenti skond il-kwotazzjonijiet taż-żingu tal-LME. Kif spjegat fil-preamboli 46 u 47 tar-Regolament proviżorju, il-prezzijiet għall-provista u d-domanda taż-żingu u prodotti relatati taż-żingu fil-pajjiżi b’ekonomija tas-suq mad-dinja kollha huma bbażati fuq kwotazzjonijiet taż-żingu tal-LME. Barra dan, għandu jkun innutat li meta jinbiegħ jew jinxtara l-konċentrat taż-żingu fis-suq internazzjonali, il-kumpanniji Ċiniżi jużaw l-LME bħala riferenza bħal kull operatur ieħor. Għal raġunijiet ta’ affidabbilità ta’ l-ispejjeż, il-prezzijiet Ċiniżi għall-materja prima taż-żingu kellhom ikunu aġġustati billi dawn l-ispejjeż ma jirriflettux bi sħiħ l-impatt tal-kwotazjzonijiet taż-żingu LME. Dawn il-pretensjonijiet għandhom, għalhekk, ikunu miċħuda u l-metodoloġija użata għall-aġġustament tal-prezzijiet tal-materja prima taż-żingu permezz tal-kwotazzjonijiet tal-LME b’dan huma kkonfermati.

(22) Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, wieħed mill-produtturi Ċiniżi talab li l-aġġustament fuq msemmi għall-prezz tal-materja prima taż-żingu issir għall-prezz tal-konċentrati taż-żingu u mhux għall-prezz tal-kalċin taż-żingu fuq il-bażi li l-proċess ta’ produzzjoni beda bil-konċentrati taż-żingu. Din il-kwistjoni kienet rieżaminata u nstab li dan il-produttur fil-fatt xtara konċentrati taż-żingu imma issubappalta l-produzzjoni ta’ l-istadju li jmiss ta’ produzzjoni, jiġifieri l-produzzjoni tal-kalċina taż-żingu mill-konċentrati taż-żingu, lil parti terza. L-investigazzjoni turi wkoll li l-kumpannija pproduċiet għall-anqas parzjalment mill-kalċina taż-żingu li xtrat fis-suq Ċiniż u dak kellu jkunu aġġustat kif mfisser fuq. Minħabba t-tħassib biex wieħed jasal fil-valur tas-suq għall-materja prima u minħabba l-fatt li l-proċess ta’ produzzjoni tagħha stess ta’ dik il-kumpannija attwalment beda bil-kalċina taż-żingu, l-pretenzjoni tal-kumpannija ma setgħetx tkun aċċettata u l-metodoloġija deskritta fir-Regolament proviżorju kellha tkun aċċettata.

(23) Produttur Ċiniż ieħor stqarr li fil-kostruzzjoni tal-valur normali tagħha, iċ-ċifra għall-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi ("SG & A") ma kinitx korretta u bagħat informazzjoni biex isostni din il-pretenzjoni. Instab li l-pretenzjoni kienet ġġustifikata u l-figuri ġew korretti f’dan is-sens.

(24) Kumpannija waħda stqarret li l-SG & A għall-bejgħ domestiku tal-prodotti kollha għandha tintuża minflok l-SG & A speċifika għall-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat. Din il-pretenzjoni ma setgħetx tintlaqa’. L-iskop tal-kostruzzjoni ta’ valur normali huwa biex ikun ikkalkolat surrogat għall-prezz domestiku tal-prodott l-istess. L-SG & A użata f’dan il-kalkolu għandhom għalhekk jirrelataw mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott l-istess fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ oriġini, kif ipprovdut fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Il-pretenzjoni tal-kumpannija kellha għalhekk tkun miċħuda u s-sejbien inizjali huwa b’dan ikkonfermat.

(25) Il-produtturi Ċiniżi li ngħataw il-MET stqarrew li l-qligħ magħmul mill-bejgħ ta’ prodotti sekondarji ġġenerati mill-manifattura tal-kalċina taż-żingu u/jew l-ossidu taż-żingu għandu jitnaqqas mill-ispejjeż tal-manifattura ta’ l-ossidu taż-żingu. Iżda l-investigazzjoni wriet li l-kumpanniji ittrattaw il-prodotti sekondarji separatament fil-kontijiet tagħhom. Il-qligħ fuq dawn il-prodotti sekondarji telgħu u niżlu sostanzjalment biż-żmien u ntwera separatament bħala dħul straordinarju fil-kontijiet tagħhom. Il-kumpanniji qatt ma kkonsidraw xi dħul fuq il-bejgħ ta’ prodotti sekondarji bħala kreditu għall-ispiża ta’ ossidu taż-żingu. Ġiet segwita din ix-xejra għall-iskopijiet tas-sejbien proviżorju. Il-pretensjoni kienet konsegwentement miċħuda u s-sejbien proviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

(26) Barra minn hekk, stqarrew ukoll li biex jistabbilixxu l-livell tal-profitt fil-kalkolu tal-valur normali kostruwit, il-Kummisjsoni kellha tirriferi għall-qligħ tal-produtturi tal-Komunità u mhux għall-profitt magħmul mill-produttur fil-pajjiż analogu. L-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Bażiku jipprovdi li l-valur normali huwa determinat fuq il-bażi tal-prezz jew il-valur kostruwit f’ekonomija tas-suq ta’ tielet pajjiż, f’dan il-każ l-USA. Metodi oħrajn biex ikun stabbilit il-valur normali huma kkonsidrati biss meta d-data rilevanti tal-pajjiż analogu ma jkunux disponibbli. L-użu tal-marġini tal-qligħ tal-produttri tal-Komunità għandu għalhekk ikun miċħud.

(27) Produttur wieħed Ċiniż stqarr li spejjeż ta’ bejgħ dirett, rigward l-esportazzjonijiet biss, kienu inklużi fl-ispejjeż SG & A dwar il-bejgħ domestiku. Din il-pretensjoni kienet issostanzjata u nstabet ġustifikata. Għalhekk il-kalkoli kienu korretti.

(28) Dwar il-metodoloġija deskritta fil-preamboli 40 sa 47 tar-Regolament proviżorju, dan is-sejbien huwa b’dan ikkonfermat.

4. Prezzijiet ta’ esportazzjoni

(29) Produttur wieħed Ċiniż stqarr li fil-kalkolazzjoni tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni ċerti spejjeż kien tnaqqsu darbtejn. Il-pretensjoni kienet ivverifikata u aċċettata u b’hekk saret korrezzjoni.

(30) Fin-nuqqas ta’ kull kumment ieħor skond din l-intestatura, is-sejbien proviżorju, kif jidher fil-preambolu 48 tar-Regolament proviżorju, huwa b’dan ikkonfermat.

5. Paragun

(31) Fin-nuqqas ta’ xi kumment skond din l-intestatura, is-sejbien proviżorju, kif jidher fil-preamboli 49 u 50 tar-Regolament proviżorju, huwa b’dan ikkonfermat.

6. Marġini tad-dumping

Għall-produtturi esportaturi li kkoperaw, mogħtija l-MET u trattament individwali ("IT")

(32) Produttur wieħed Ċiniż stqarr li l-kalkolazzjoni tad-dumping tiegħu għandha tkun fuq bejgħ u/jew spejjeż ta’ prodotti magħmula minnu, kemm għall-valur normali u għall-esportazzjoni, u li l-volum ta’ ossidu żingu mixtri minn produtturi oħra għandhom ikunu esklużi mill-kalkolazzjonijiet ta’ l-ispejjeż. Din il-pretenzjoni kienet ivverifikata f’aktar dettal u kien possibbli li jkunu iżolati dawk in-negozji. L-argument kien konsegwentement aċċettat u sar kalkolu ġdid limitat għall-bejgħ u/jew l-ispejjeż ta’ l-ossidu taż-żingu prodott mill-kumpannija nnifisha.

(33) Il-marġini medji mwieżna definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz Komunitarju tad-dazju mhux imħallas tas-cif (spejjeż, assigurazzjoni,

freight

) għall-prodotti magħmula mill-manifatturi huma:

Liuzhou Nonferrous Metals Smelting Co. Ltd | 6,9 % |

Liuzhou Fuxin Chemical Industry Co. Ltd | 11,0 % |

Gredmann Guigang Chemical Ltd | 19,3 % |

Liuzhou Longcheng Chemical General Plant | 64,5 % |

Għall-produtturi esportaturi oħra kollha

(34) Il-livell ta’ dumping stabbilit proviżorjament f’69,8 % tal-prezz cif Komunitarju fil-fruntieri huwa b’dan ikkonfermat.

E. INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(35) Ċerti partijiet stqarrew li fuq il-bażi tal-preambolu 57 tar-Regolament proviżorju, deher li 15 minn 21 ta’ produtturi ta’ l-ossidu taż-żingu fil-Komunità ma ikkoperawx fl-investigazzjoni. Għalhekk kien issuġġerit li l-ilment ma ħarisx il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Għandu jitfakkar li s-sitt produtturi li ma kkoperawx fl-investigazzjoni rrappreżentaw parti kbira tal-produzzjoni ta’ ossidu taż-żingu Komunitarju fil-perjodu ta’ investigazzjoni, 1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2000 ("IP"), f’dan il-każ, aktar minn 75 % tal-produzzjoni tal-21 ta’ kumpannija magħrufa, u għalhekk tħarsu l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 5(4). Fin-nuqqas ta’ kull informazzjoni ġdida mibgħuta fir-rigward tad-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, is-sejbien kif jidher fil-preamboli 57 sa 59 tar-Regolament proviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

F. ĦSARA

1. Rimarki preliminari

(36) Fin-nuqqas ta’ xi argument bil-kontra, hija b’dan ikkonfermata l-metodoloġija użata biex ikun stabbilit il-livell ta’ importazzjonijiet ikkonċernati ġewwa l-Komunità kif jidher fil-preambolu 60 tar-Regolament proviżorju u dak użat biex jiddetermina il-konsum tal-Komunità ta’ l-ossidu taż-żingu (preamboli 62 u 63).

2. Sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(37) Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet ta’ dumping fuq l-industrija tal-Komunità inkluda valutazzjoni tal-fatturi u l-indiċijiet kollha rilevanti li għandhom rilevanza fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

(38) Ċerti partijiet interessati poġġew fid-dubbju l-konklużjonijiet fuq il-ħsara. Argumentaw li ċerta informazzjoni dwar ir-rendiment operattiv ta’ l-industrija tal-Komunità, bħal produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u livelli ta’ utilizzazzjoni, li jinsabu fil-verżjoni mhux kunfidenzali ta’ l-ilment u t-tweġibiet lill-kwestjonarji lill-Kummissjoni wrew xejriet li qed jiżdiedu jew li huma stabbli. Parti waħda interessata stqarret ukoll li s-sejbien tal-Kummissjoni kienu ħżiena, billi d-data użata fil-preambolu 82 tar-Regolament proviżorju dwar il-fluss tal-kontanti ma kinux sħaħ. L-istess partijiet interessati indikaw ukoll il-fatt li xi kumpanniji omm ta’ l-entitajiet li jiffurmaw l-industrija tal-Komunità rreġistraw profitti sostanzjali fl-IP u bħala tali l-industrija tal-Komunità ma sofrietx ħsara materjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament Bażiku.

(39) Dawn l-argumenti ma setgħux ikunu aċċettati. L-ewwelnett, dawn il-partijiet interessati bbażaw il-pretenzjonijiet tagħhom fuq informazzjoni parzjali li tikkonċerna biss ċerti membri ta’ l-industrija tal-Komunità. Huma ma qisux ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni tal-Kummissjoni kif jidher fil-preamboli 72 sa 89 tar-Regolament proviżorju li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni globali ta’ l-industrija tal-Komunità. It-tieni, għandu jitfakkar li l-investigazzjoni kurrenti hija limitata fl-iskop għall-prodott ikkonċernat kif definit fil-preambolu 9 tar-Regolament proviżorju. Waqt li huwa veru li l-kumpanniji omm ta’ ċerti membri ta’ l-industrija tal-Komunità rreġistraw qligħ matul l-IP, il-livell globali ta’ qligħ għall-attivitajiet tagħhom fuq l-ossidu taż-żingu fil-Komunità kienu negattivi f’dan il-perjodu kif jidher fil-preambolu 77 tar-Regolament proviżorju.

(40) Fir-rigward ta’ l-informazzjoni fuq il-fluss tal-kontanti muri fil-preambolu 82 tar-Regolament proviżorju, huwa rikonoxxut li xi entitajiet li jiffurmaw l-industrija tal-Komunità ma setgħux jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet tagħhom fuq l-ossidu taż-żingu. Iżda, l-entitajiet li setgħu jagħmlu hekk, u li l-informazzjoni tagħhom ivverifikata kienet użata mill-Kummissjoni biex tasal għas-sejbien proviżorju, kienu jammontaw għall-80 % tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità fl-IP.s Id-data verifikati kienu għalhekk ikkonsidrati li huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità globalment.

3. Żviluppi li jseħħu qabel u wara l-IP

(41) Numru ta’ partijiet interessati, partikolarment utenti tal-prodott ikkonċernat, staqsew lill-Kummissjoni biex twessa’ l-iskop ta’ l-analiżi tagħhom u jikkonsidraw żviluppi li jseħħu kemm qabel il-bidu tal-perjodu ta’ analiżi (1 ta’ Jannar 1996 sal-31 ta’ Diċembru 2000) u qabel it-tmiem tal-IP. Argumentaw li s-snin 1993, 1994 u 1995 għandhom ikunu kkonsidrati biex ikun hemm apprezzament aħjar tas-suq. Stqarrew ukoll li l-produtturi tal-Komunità kienu qed jieħdu vantaġġ mill-prezzijiet jorħsu tal-metall taż-żingu wara l-IP biex iżidu l-marġini tagħhom u li, bħala tali, l-imposizzjoni tal-miżuri ma kinux meħtieġa.

(42) Għandu jkun imfakkar li l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku jipprovdi li l-informazzjoni dwar perjodu wara l-IP, normalment, m’għandhiex titqies. L-informazzjoni pprovduta mill-partijiet interessati dwar l-avvenimenti li ġraw wara l-IP, li tikkonsisti prinċipalment minn riferenzi għall-waqgħa fil-kwotazzjoni taż-żingu fuq l-LME, ma tatx lok fejn seta’ ngħad li s-sejbien ta’ l-investigazzjoni ma kienx aktar validu. Tassew, l-investigazzjoni stabbiliet li skond kondizzjonijiet normali tas-suq, il-prezzijiet fis-suq ta’ l-ossidu taż-żingu segwew l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima u l-aktar il-kwotazzjoni taż-żingu LME. Il-flutwazzjonijiet fil-prezzijiet u l-ispejjeż fin-negozju ta’ l-ossidu taż-żingu kienu għalhekk marbuta mal-kwotazzjoni LME u l-iżviluppi li ġraw wara l-IP kienu sempliċiment manifestazzjoni tal-funzjonament normali tas-suq u ma setgħax jingħad li kien hemm xi bidla fin-natura strutturali fis-suq li għamilha manifestament mhux xierqa li s-sejbien ikun bbażat fuq data relatata għall-IP. It-talba biex jitqiesu l-avvenimenti li ġraw wara l-IP hija għalhekk miċħud.

(43) Similment, għandu jkun mfakkar li s-sejbien dwar il-ħsara kien stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni dwar l-IP. L-iskop tal-preżentazzjoni tad-data dwar is-snin ta’ qabel huwa biex jiftiehem l-IP u jitqiegħed fil-kuntest billi jintwera l-iżvilupp tax-xejriet. Huwa kkonsidrat li l-presentazzjoni tad-data dwar l-erba’ snin qabel l-IP (l-1996 sa l-1999) hija biżżejjed għal dan l-iskop. It-pretensjoni biex jitwessa’ l-perjodu ta’ l-analiżi biex jinkludi l-1993, l-1994 u l-1995 hija għalhekk miċħuda.

4. Konklużjoni fuq l-ħsara

(44) Peress li l-ebda argument ieħor ma kien irċevut fir-rigward tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità, hija b’dan ikkonfermata l-konklużjoni li sofriet ħsara materjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, kif iddettaljat fil-preambolu 72 sa 89 tar-Regolament proviżorju.

G. NESS TA’ KAWZALITA

1. Kummenti ġenerali fuq il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kawżalità

(45) Parti waħda interessata argumentat li l-ħsara allegata mġarrba mill-industrija tal-Komunità kienet ir-riżultata ta’ fatturi li ma kinux l-importazzjonijiet ikkonċernati għalkemm fatturi oħra ma kinux speċifikati. Kien mistqarr li l-industrija tal-Komunità rnexxielha li żżomm il-livelli ta’ produzzjoni u tgħolli l-prezzijiet tagħha matul il-perjodu ta’ l-analiżi minkejja l-mportazzjonijiet ta’ dumping. Parti oħra interessata argumentat li r-Regolament proviżorju naqas milli jqis sewwa d-deprezzament ta’ l-ewro kontra d-dollaru Amerikan fit-tieni nofs tal-perjodu ta’ l-analiżi u li dan il-fattur, aktar milli l-importazzjonijiet mill-PRC, kien responsabbli għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità.

(46) Minħabba l-fatt li l-ewwel parti interessata ma tatx fatturi oħra li kkonsidrat responsabbli għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità, din il-pretenzjoni ma żżid xejn ġdid għall-investigazzjoni u għandha għalhekk tkun miċħuda.

(47) Fir-rigward tal-kwistjoni tad-deprezzament ta’ l-ewro kontra d-dollaru mqajma mill-parti l-oħra interressata, kien aċċettat fil-preambolu 61 tar-Regolament proviżorju li dan jista’ jżid fit-tkabbbir ta’ l-ispiża taż-żingu bħala materja prima. Dan jista’ jkollu effett ħażin fuq il-prestazzjoni finanzjarja ta’ ċerti produtturi fil-Komunità billi l-kwotazzjoni tal-LME ssir f’dollari waqt li l-maġġoranza tal-bejgħ tagħhom isir f’ewro. Iżda, għandu jitfakkar li, fl-istess ħin, l-industrija tal-Komunità setgħet, sa ċertu punt, iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ biex jirriflettu ż-żieda fil-prezz ta’ produzzjoni. Il-fatt li din iż-żieda ma rriflettietx bi sħiħ iż-żieda fil-prezz taż-żingu kif ikkwotat fil-LME juri l-effett tas-soppressjoni tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet tad-dumping fuq il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità matul l-IP. Tassew, fl-IP, il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC laħaq livelli rekord u kiseb sehem mis-suq ta’ 18,4 % billi l-prezzijiet tagħhom waqqgħu b’mod sinifikanti dawk ta’ l-industrija tal-Komunità. Huwa nnutat ukoll li importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqqsu matul il-perjodu ta’ l-analiżi u kellhom sehem mis-suq ta’ 7,3 % fl-IP. Ma jkunx irraġonevoli li wieħed jikkonkludi li mingħajr l-importazzjonijiet ta’ dumping, l-industrija tal-Komunità setgħet għal kollox, jew kważi għal kollox, għaddiet l-ispejjeż miżjuda. Il-pretensjoni li l-importazzjonijiet tad-dumping ma kinux responsabbli għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità hija għalhekk miċħuda.

(48) Minħabba l-konsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq u billi l-ebda argument validu ieħor ma kien riċevut dwar il-kawża possibbli tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Komunità, huwa b’dan ikkonfermat li l-importazzjonijiet tad-dumping ta’ ossidu taż-żingu li joriġina mill-PRC ikkawża ħsara lill-industrija tal-Komunità.

H. INTERESS TAL-KOMUNITA

(49) Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni rċeviet numru kbir ta’ ittri b’testi identiċi mill-utenti ta’ l-ossidu taż-żingu fl-industrija Spanjola tal-madum taċ-ċeramika, prinċipalment il-manifattura ta’ frits, żmalti u verniċ u l-produtturi tal-madum taċ-ċeramika. Ħafna mill-kumpanniji ma rrendewx lilhom infushom magħrufa lill-Kummissjoni jew ma kkoperawx fl-investigazzjoni għalkemm għandu jitfakkar li l-assoċjazzjonijiet rispettivi tal-kummerċ kienu għamlu rappresentazzjonijiet.

(50) Dawn l-utenti qajmu numru ta’ punti dwar id-definizzjoni tal-prodott kkonċernat, l-għażla għall-pajjiż analogu u l-prestazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità, li kien indirizzati diġà fuq.

(51) Il-kummenti tagħhom fuq l-aspetti ta’ interess Komuntarju ta’ l-investigazzjoni jistgħu jingħadu fil-qosor f’żewġt oqsma ewlenin. L-ewwel qasam jikkonċerna t-telf tal-kompetittività li żieda fil-prezz ta’ l-ossidu taż-żingu jkollu fuq il-prestazzjoni finanzjarja tagħhom u l-konsegwenzi għall-investiment issoktat fil-manifattura ta’ frits u madum taċ-ċeramika fil-Komunità. It-tieni qasam jikkonċerna l-mod kif il-Kummissjoni qieset il-bilanċ ta’ interessi tad-diversi partijiet interessati meta għamlet il-valutazzjoni tagħha ta’ l-interess globali tal-Komunità. Seħqu li l-Kummissjoni kienet iffukat inġustament fuq in-numru relattivament żgħir ta’ telf ta’ impjiegi fl-industrija tal-Komunità matul il-perjodu ta’ analiżi u naqset milli tirrifletti l-eluf ta’ impjiegi li nħolqu fl-industrija taċ-ċeramika matul l-istess perjodu. Iżda, l-ebda evidenza ma ngħatat b’appoġġ ta’ l-allegazzjonijiet imsemmija.

(52) Ir-rappreżentazzjonijiet irċevuti minn dawn il-partijiet interessati, kemm wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju u wara l-iżvelar tal-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom kien propost li jkunu imposti dazji definittivi anti-dumping, ma żidux xi element jew evidenza ġodda li ma kinux diġà tqiesu. Għalhekk, hija ikkonfermata l-konklużjoni li m’hemmx raġunijiet li jġiegħlu li jkunu imposti miżuri, kif jidher fil-preambolu 151 tar-Regolament proviżorju.

I. MIŻURI ANTI-DUMPING

1. Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara

(53) Numru ta’ partijiet interessati qalu li l-Kummissjoni m’għamlitx paragun ġust tal-prezzijiet bejn l-ossidu taż-żingu li joriġina fil-PRC u dak prodott mill-industrija tal-Komunità billi ħafna mill-ossidu taż-żingu Ċiniż kien prodott bil-proċess Amerikan u kien ta’ kwalità baxxa.

(54) Dan l-argument mhux korrett. Tassew, paragun tal-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità matul l-IP sar bejn il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità u dawk tal-produtturi esportaturi li jikkoperaw fuq gradi u livelli tal-kummerċ paragunabbli (prezzijiet lin-negozjanti/importaturi). Dan il-paragun ġust sar kemm għall-iskopijet li jkun stabbiliti marġini tal-ħsara u għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz.

(55) Dawn il-paraguni, bejn l-ossidu taż-żingu prodott mill-industrija tal-Komunità u dik esportata lill-Komunità mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, saru fuq il-bażi ta’ l-istess medda ta’ l-ossidu taż-żingu (i.e. ossidu taż-żingu prodott mill-proċess dirett b’kontenut ta’ l-ossdu taż-żingu bejn 95 % u 99,8 %).

(56) Fin-nuqqas ta’ xi talba oħra, il-metodoloġija għall-kalkolazzjoni tal-marġini tal-ħsara kif muri fil-preamboli 154 u 155 tar-Regolament proviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

(57) Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezz mhux leżiv, instab li ċerti prodotti ta’ produttur Komunitarju wieħed kienu kklassifikati ħażin, fit-tabella tal-prezz-tal-produzzjoni, fi grad ta’ kwalità għolja u dawn kienu riklassifikati kif jixraq. Dan kellu l-effett li jbaxxi ftit il-prezz mhux leżiv u l-marġini misjuba qabel.

2. Forma u livell ta’ dmirijiet

(58) Tlieta mill-erba’ produtturi esportaturi li kkoperaw fiċ-Ċina esportaw il-prodotti manifatturati tagħhom jew direttament jew permezz il-kumpanniji rispettivi relatati tagħhom. Iżda, l-investigazzjoni wriet li l-kumpanniji tan-negozju relatati wkoll esportaw l-ossidu taż-żingu li kienu xtraw mill-produtturi li ma kkoperawx fl-investigazzjoni. Il-prodotti ta’ l-ossidu taż-żingu biss maħduma mill-kumpanniji li jipproduċu jistgħu jibbenefikaw mill-marġini speċifikat ta’ dumping ikkalkolat għal kull produttur. Ir-raba’ produttur biegħ parti mill-produzzjoni tiegħu lill-produttur ieħor involut fil-proċedura. Barra dan minħabba l-livell sostanzjali tan-nuqqas ta’ koperazzjoni (35 %) u l-fatt li produtturi li ma kkoperawx esportaw ukoll permezz ta’ l-istess negozjati relatati, huwa kkonsidrat b’mod eċċezzjonali li disposizzjonijiet speċjali huma meħtieġa f’dan il-każ biex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’ dazju anti-dumping.

(59) Dawn id-disposizzjonijeit speċjali jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri b’fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mal-ħtiġiet li jidhru fl-Anness tar-Regolament. Importazzjoni- jiet akkumpanjati b’din il-fattura biss għandhom ikunu iddikjarati skond il-kodiċijiet applikabbli Taric tal-produttur partikolari. Importazzjonijiet mhux akkumpanjati minn din il-fattura għandhom ikunu suġġetti għad-dazju anti-dumping residwu applikabbli lill-esportaturi l-oħra kollha. Il-kumpanniji kkonċernati kienu mistiedna wkoll biex jissottomettu rapporti regolari lill-Kummissjoni biex jiżguraw aġġornament xieraq tal-bejgħ tagħhom ta’ l-ossidu taż-żingu lill-Komunità. F’każijiet meta r-rapporti m’humiex mibgħuta, jew meta r-rapporti jiżvelaw li l-miżuri m’humiex adegwati biex jelimaw effetti tad-dumping leżiv, jista’ jeħtieġ li jibda rieżami proviżorju skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(60) Il-korrezzjonijiet magħmula lill-marġini tad-dumping u tal-ħsara ma kellhom l-ebda effett fuq l-applikazzjoni tar-regola ta’ anqas dazju u għalhekk il-metodoloġija wżata biex ikunu stabbiliti r-rati tad-dazju anti-dumping kif deskritt fil-preamboli 156 sa 159 tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata.

3. Ġbir definittiv tad-dażji proviżorji u disposizzjonijiet oħra

(61) Minħabba l-kobor tad-dumping misjub mill-produtturi li jesportaw, u fid-dawl tas-serjetà tal-ħsara kkawżata lill-industrija tal-Komunità, huwa kkonsidrat meħtieġ li ammonti miġbura bħala dazji anti-dumping proviżorji jinġabru bir-rata tad-dazju impost definittivament. Billi id-dazji definittivi huma aktar baxxi mid-dazji proviżorji, l-ammonti miġbura ‘il fuq minn dak il-livell għandhom ikunu rilaxxati.

(62) Kull pretenzjoni fejn tintalab l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati individwali ta’ anti-dumping (eż. wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, partikolarment kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpannija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u ta’ l-esportazzjoni assoċjati ma’ eż., dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk xieraq, għandha, wara l-konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Pariri, temenda r-Regolamet kif jixraq billi taġġorna l-lista tal-kumpanniji li jibbenifikaw mir-rati individwali tad-dazju.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ l-ossidu taż-żingu (formula kimika: ZnO) b’purità ta’ mhux anqas minn 93 % ta’ ossidu taż-żingu, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex28170000 (kodiċi TARIC 2817000011) u li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2. Ir-rata applikabbli tad-dazju definittiv anti-dumping applikabbli, qabel id-dazju, għad-distribuzzjoni, bil-prezz ħieles fil-fruntiera tal-Komunità tal-prodotti manifatturati mill-kumpanniji li ġejjin, għandha tkun kif ġej, iżda għandhom ikunu impurtati skond il-paragrafu 3:

Kumpannija | Dażju definittiv (%) | Kodiċi addizzjonali TARIC |

Liuzhou Nonferrous Metals Smelting Co. Ltd 17 Baiyun Road, Liuzhou City, 545006 Provinċja Guangxi, Ċina | 6,9 | A277 |

Liuzhou Fuxin Chemical Industry Co. Ltd 16-90Triq Xihuan ,Liuzhou,545007 Provinċja Guangxi,Ċina | 11,0 | A278 |

Gredmann Guigang Chemical Ltd Żona ta’ Żvilupp għall-Impriżi b’Investiment Barrani (Batang Maijiupo) Guigang City, 537100 Provinċja Guangxi, Ċina | 19,3 | A279 |

Liuzhou Longcheng Chemical General Plant Luowei Horticultural Farm,, Liuzhou Provinċja Guangxi,Ċina | 26,3 | A280 |

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha | 28,0 | A999 |

3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-erba’ kumpanniji msemmija fil-paragrafu 2 jiddependu fuq il-presentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tkun skond il-ħtiġiet li jidhru fl-Anness. Jekk l-ebda fattura bħal din ma tkun ippreżentata, għandha tgħodd ir-rata tad-dazju applikabbli lill-kumpanniji kollha l-oħra.

4. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 2

L-ammonti miġbura bħala dazju proviżorju anti-dumping impost bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1827/2001 għandhom jinġabru b’mod definittiv bir-rata tad-dazji imposti b’mod definittiv. L-ammonti miġbura li jaqbżu r-rata definittiva tad-dazji anti-dumping għandhom ikunu rilaxxati.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit 28 ta’ Frar 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Acebes Paniagua

[1] ĠU L tas- 6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, tal-11.10.2000, p. 2).

[2] ĠU L 248, tat-18.9.2001, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-fattura kummerċjali valida għandha tinkludi dikjarazzjoni iffirmata fil-format li ġej:

l-isem ta' l-uffiċjal tal-kumpannija li ħareġ il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmati li ġejjin:

"Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-oġġetti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità u koperti b'din il-fattura:

1. kienu mmanifatturati minn (isem u l-indirizz tal-kumpannija);

2. għandhom kontenut ta' l-ossidu taż-żingu ta' (preċiż %);

3. għandhom volum ta' (tunnellati metriċi).

Niddikjara li l-informazzjoni provduta f'dan iċ-ċertifikat hija kompleta u korretta."

--------------------------------------------------

Top