EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0094

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 94/2002 tat-18 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar l-azzjonijiet ta' tagħrif u ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern

ĠU L 17, 19/01/2002, p. 20–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/07/2005; Imħassar b' 32005R1071

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/94/oj

32002R0094



Official Journal L 017 , 19/01/2002 P. 0020 - 0036


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 94/2002

tat-18 ta’ Jannar 2002

li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar l-azzjonijiet ta' tagħrif u ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 tad-19 ta’ Diċembru 2000 dwar l-azzjonijiet ta’ tagħrif u ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern, [1] u b'mod partikolari l-Artikoli 12 u 16 tiegħu,

Billi:

(1) Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati sabiex jiġu applikati l-miżuri għalbiex jipprovdu tagħrif dwar il-prodotti agrikoli u l-promozzjoni tagħhom u, fit-tieni lok, dwar l-oġġetti ta' l-ikel fis-suq intern.

(2) Fl-interess ta’ maniġġjar sod, għandha tiġi speċifikata l-frekwenza li biha jridu jitfasslu listi tat-temi u tal-prodotti eliġibbli skond dawn il-miżuri.

(3) Sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ tagħwiġ fil-kompetizzjoni, għandhom jitfasslu l-linji gwida dwar il-mod li bih għandu jiġi rriferit l-oriġini speċifiku tal-prodotti koperti bil-kampanji tal-promozzjoni u tat-tagħrif.

(4) Il-proċedura sabiex jiġu ppreżentati l-programmi u magħżula l-korpi ta' l-implimentazzjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-ħsieb li jiżguraw l-aktar kompetizzjoni miftuħa possibbli u l-moviment ħieles tas-servizzi.

(5) Il-kriterji li jirregolaw l-għażla tal-programmi mill-Istati Membri u s-sigurtà tagħhom mill-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-ħsieb li jiżguraw li jiġu mħarsa r-regoli Komunitarji u li jkunu effettivi l-miżuri li jridu jiġu implimentati, b'mod partikolari fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 li għandha x'taqsam mal-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti tas-servizz pubbliku [2], kif emendat l-aħħar minn Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE [3].

(6) Fil-kuntest tal-kollaborazzjoni tagħha ma' l-Istati Membri, ġaladarba tkun għarblet il-programmi, il-Kummissjoni trid tinnotifika lill-Kumitat Maniġerjali bil-programmi approvati u l-estimi finanzjarji tagħhom.

(7) Għandhom jiġu stabbiliti linji gwida ġenerali dwar il-kampanji bl-għan li jiġu mmaniġġjati l-programmi li jridu jiġu implimentati. Il-kampanji għandu jkollhom aspett informattiv skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000. Fil-bidu, dawn il-linji gwida ġew imfassla għal numru limitat ta’ setturi prinċipali, mingħajr preġudizzju għall-inklużjoni ta’ setturi jew ta' temi oħra f’data aktar tard. Għad iridu jitfasslu linji gwida għall-pjanti ħajjin u għall-prodotti mill-florikultura.

(8) Bil-ħsieb li jiġi żgurat illi l-miżuri Komunitarji huma effettivi, għandhom jiġu stabbiliti kriterji preferenzjali għall-għażla ta’ programmi sabiex jottimiżżaw l-impatt tagħhom.

(9) Fil-każ ta’ programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed, għandha ssir disposizzjoni għal miżuri sabiex jiżguraw illi l-Istati Membri interessati jikkooperaw meta jissottomettu u jiskrutinjaw il-programmi.

(10) Il-konsegwenzi, li jistgħu jinvolvu, fejn xieraq, tnaqqis fil-finanzjament Komunitarju, għandhom jiġu ddikjarati biċ-ċar fil-każijiet fejn organizzazzjoni tiġi rrifjutata minħabba n-nuqqas ta’ finanzjament f’parti minn Stat Membru u ma japplikax l-Artikolu 9 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000.

(11) Għandhom jiġu stabbiliti l-kontrolli li jridu jitwettqu mill-Istati Membri dwar il-programmi mmaniġġjati direttament minnhom.

(12) Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fl-interess ta’ maniġġjar finanzjarja soda. Għandu jiġi speċifikat partikolarment illi, fil-każ tal-programmi multi-annwali, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali Komunitarja ma tistax taqbeż il-50 % ta’ l-ispiża totali.

(13) L-arranġamenti varji li jiżguraw illi jitwettqu l-impenji midħula għalihom jiġu milħuqa għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti li jridu jiġu konklużi bejn il-partijiet interessati u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali f’limitu ta’ żmien raġjonevoli, billi jintużaw l-għamliet standard tal-kuntratt fornit mill-Kummissjoni.

(14) Bil-ħsieb tat-twettiq xieraq ta’ dawn il-kuntratti, il-kuntratturi għandhom jiddepożitaw garanzija egwali għal 15 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja favur l-awtorità kompetenti. Għall-istess għan, għandha tiġi ddepożitata garanzija meta jiġi applikat ħlas bil-quddiem.

(15) Għandha tiġi ddefinita l-ħtieġa primarja fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1932/1999 [5], għandhom jiġu ddefiniti.

(16) Bil-ħsieb tal-ħtiġiet tal-maniġġjar ta' l-estmi finanzjarji, għandha jiġi stabbilita penali meta ma jiġux sottomessi, jew jiġu sottomessi fit-tard, l-applikazzjonijiet għall-ħlas intermedju u għall-ħlas tard mill-Istati Membri.

(17) Fl-interess tal-maniġġjar finanzjarju sod u sabiex jiġi evitat kull perikolu illi l-ħlasijiet li jridu jsiru jieħdu l-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja kollha u ma jħallu l-ebda bilanċ x’jitħallas, għandha ssir disposizzjoni sabiex l-avvanzi u l-ħlasijiet intermedji ma jaqbżux it-80 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Għall-istess għan, l-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-bilanċ iridu jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti fil-limitu taż-żmien speċifikat.

(18) L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-miżuri koperti b'dan ir-Regolament u l-Kummissjoni għandha tinżamm imgħarrfa bir-riżultati tagħhom. Fl-interess tal-maniġġjar finanzjarju sod, għandha ssir disposizzjoni sabiex l-Istati Membri jikkooperaw mal-miżuri implimentati minn Stat Membru minbarra dak li fih tkun stabbilita l-awtorità kompetenti li tiffirma l-kuntratt.

(19) Ir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 jarmonizza l-miżuri tat-tagħrif u tal-promozzjoni tal-prodotti agrikoli fis-suq intern u jġibhom flimkien f’test wieħed. Ir-regoli dettaljati ta’ l-implimentazzjoni għas-setturi differenti għandhom għalhekk jiġu armonizzati u ssimplifikati wkoll. Għalhekk, id-disposizzjonijiet u r-regolamenti ta’ l-implimentazzjoni settorjali eżistenti li għandhom x'jaqsmu mal-promozzjoni tal-prodotti agrikoli għandhom jiġu mħassra.

(20) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-laqgħa konġunta tal-kumitati maniġerjali tal-promozzjoni tal-prodott agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 6 (1) u l-Artikolu 7 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000, "programm" ifisser sett koerenti ta’ miżuri bi skop li hu biżżejjed sabiex jikkontribwixxi għat-titjib tat-tagħrif dwar il-prodotti interessati u l-bejgħ tagħhom.

Artikolu 2

1. Skond il-kriterji ddikjarati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000, il-promozzjoni u/jew il-messaġġ tat-tagħrif imgħoddija lill-konsumaturi u lil gruppi oħra fil-mira għandhom jinkludu l-kwalitajiet u/jew il-karatteristiċi intrinsiċi tal-prodott interessat.

2. Kull referenza għall-oriġini tal-prodotti għandha tkun sekondarja għall-messaġġ ċentrali ta’ kull kampanja. Madankollu, l-oriġini ta’ kull prodott jista' jiġi indikat fil-każ ta’ l-għoti ta' isem skond ir-regoli Komunitarji jew karatteristika ta’ prodott tipiku meħtieġa sabiex jagħtu stampa tal-kampanja tal-promozzjoni jew tat-tagħrif.

Artikolu 3

Għandhom jitfasslu listi tat-temi u tal-prodotti riferiti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000 l-aktar tard sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sentejn. Il-listi tal-bidu huma ddikjarati f’Anness I ta' ma' hawn.

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhuma niżżla fil-lista fl-Anness II.

Artikolu 4

Il-programmi riferiti fl-Artikolu 1 għandhom jiġu implimentati fuq perjodu taż-żmien ta’ mill-inqas sena imma mhux ta' aktar minn tliet snin mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-kuntratt rilevanti.

Artikolu 5

1. Bil-ħsieb li jiġu implimentati l-miżuri li jinsabu fil-programmi riferiti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000, il-federazzjonijiet tal-kummerċ u l-organizzazzjonijiet ta' fost il-fergħat tal-Komunità li jirrappreżentaw lis-settur/i interessat/i għandhom jissottomettu programmi bi tweġiba għas-sejħiet għall-proposti maħruġa mill-Istati Membri interessati sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu għall-ewwel darba u mhux iktar tard mill-15 ta’ Ġunju wara dan. Dawn il-programmi għandhom ikunu konformi mal-linji gwida riferiti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000 u ma' l-ispeċifikazzjonijiet li jistabbilixxu l-kriterji ta’ l-esklużjoni, ta’ l-għażla u ta’ l-għoti mqassma b'dan l-għan mill-Istati Membri interessati.

Il-linji gwida tal-bidu huma ddikjarati f'Anness III ta' ma' hawn

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi, skond il-kuntratti li jinvolvu l-pajjiż tagħhom, l-awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti jinfurzaw id-Direttiva 92/50/KEE.

3. Fejn jiġi ppjanat programm tat-tagħrif u/jew tal-promozzjoni li jinvolvi iktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri interessati għandhom jikkooperaw fit-tfassil ta’ l-ispeċifikazzjonijiet kompatibbli u mas-sejħiet għall-proposti.

4. Bi tweġiba għal dawn is-sejħiet għall-proposti, l-organizzazzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1 għandhom ifasslu programmi ta’ tagħrif u ta' promozzjoni f’kooperazzjoni mal-korp jew mal-korpi ta’ implimentazzjoni li jkunu ġew magħżula bi proċedura kompettitiva bl-użu tal-mezzi xierqa kkonvalidati mill-Istat Membru interessat.

5. Fil-każ ta’ programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri interessati għandhom jikkooperaw fl-għażla tal-programmi u għandhom jikkontribwixxu għall-finanzjament tagħhom skond l-Artikolu 9 (2).

Artikolu 6

Fil-każijiet fejn Stat Membru ma jagħmel l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja u ma jiġix applikat l-Artikolu 9 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000 il-federazzjoni tal-kummerċ jew l-organizzazzjoni fost il-fergħat ta’ dan l-Istat Membru għandhom jiġu esklużi mill-programm.

Artikolu 7

1. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Awissu ta’ kull sena, imma għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista proviżorja tal-programmi u tal-korpi ta' l-implimentazzjoni li jkunu għażlu flimkien ma' kopja ta’ kull wieħed mill-programmi. Fil-każ ta’ programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru, din in-notifika għandha ssir bil-qbil komuni ta' l-Istati Membri interessati.

2. Fejn programm jinstab li ma jikkonformax mar-regoli Komunitarji jew mal-linji gwida riferiti fl-Anness III, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat/i Membru/i interessat/i, fi żmien 60 jum kalendarju bl-irċevuta tal-lista proviżorja, illi l-programm kollu jew parti minnu mhumiex eliġibbli.

3. Wara li l-programmi jiġu ċċekkjati, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-kumitati maniġerjali konġunti pprovduti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000 bil-programmi magħżula u bl-estimi finanzjarji sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju għall-ewwel darba u mhux iktar tard mill-15 ta’ Novembru wara din id-data.

4. Il-federazzjonijijiet tal-kummerċ jew l-organizzazzjonijiet ta' fost il-fergħat proponenti għandhom ikunu responsabbli mill-implimentazzjoni xierqa tal-programmi magħżula.

Artikolu 8

Fejn jiġi applikat l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000, il-lista proviżorja tal-programmi għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-15 ta’ Ġunju għall-ewwel darba u mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru wara din id-data. Il-kumitati maniġerjali konġunti għandhom jiġu mgħarrfa għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru u mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru wara din id-data.

Artikolu 9

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-miżuri riferiti fl-Artikolu 9 (1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000 għandha tammonta għal:

(a) 50 % ta’ l-ispiża attwali tal-miżuri skond il-programmi li jtulu sena;

(b) 60 % ta’ l-ispiża attwali tal-miżuri matul l-ewwel sena u 40 % matul it-tieni sena skond il-programmi li jtulu sentejn, sa kontribuzzjoni totali Komunitarja li ma taqbiżx il-50 % ta’ l-ispiża totali tal-programm;

(ċ) 60 % ta’ l-ispiża attwali tal-miżuri matul l-ewwel sena, 50 % matul it-tieni sena u 40 % matul it-tielet sena skond il-programmi li jtulu tliet snin, sa kontribuzzjoni totali Komunitarja li ma taqbiżx il-50 % ta’ l-ispiża totali tal-programm.

Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas lill-Istati Membri riferiti fl-Artikolu 10 (2) tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000.

2. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ l-Istati Membri għall-miżuri riferiti fl-Artikolu 9 (2) tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000 għandhom jammontaw għal 20 % ta’ l-ispiża attwali tagħhom. Fejn aktar minn Stat Membru wieħed jikkontribwixxu għall-finanzjament, il-parti li għandha titħallas minn kull wieħed għandha tkun ipproporzjonata skond il-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ l-organizzazzjoni proponenti stabbilita fit-territorju tiegħu.

Artikolu 10

1. Hekk kif tkun imfassla l-lista finali, riferita fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000, tal-programmi magħżula mill-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet individwali interessati għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri jekk l-applikazzjonijiet tagħhom ġewx aċċettati jew le. L-Istati Membri għandhom jikkonkludu kuntratti ma’ l-organizzazzjonijiet magħżula fit-30 jum kalendarju ta’ wara. Wara din it-temma taż-żmien, l-ebda kuntratt ma għandu jiġi konkluż mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jużaw għamliet standard tal-kuntratt fornit mill-Kummissjoni.

3. Il-kuntratti ma jistgħux jiġu konklużi miż-żewġ partijiet sakemm tiġi ddepożitata garanzija dwar it-twettiq ekwivalenti għal 15 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali massima Komunitarja u l-Istat/i (i) Membru/i interessat/i sabiex tiżgura t-twettiq sodisfaċenti tal-kuntratt. Il-garanzija għandha tiġi ddepożitata skond it-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Madankollu, fejn il-kuntrattur ikun korp irregolat mill-liġijiet jew l-atti pubbliċi taħt is-sorveljanza ta’ dan il-korp, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tista' taċċetta garanzija bil-miktub mill-korp tas-sorveljanza li tkopri ammont ekwivalenti għall-perċentwal speċifikat fl-ewwel subparagrafu, sakemm il-korp tas-sorveljanza jindaħal għalbiex jiżgura illi:

- jkunu ġew imwettqa kif xierqa l-obbligi midħula għalihom, u

- is-somom irċevuti jiġu użati kif jixraq sabiex jitwettqu l-obbligi midħula għalihom.

Il-prova illi tkun ġiet iddepożitata l-garanzija tat-twettiq tax-xogħol trid tasal għand l-Istat Membru fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1.

Il-garanziji dwar it-twettiq tax-xogħol għandhom jiġu rrilaxxjati fil-limitu taż-żmien u fuq it-termini stabbiliti fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament rigward il-ħlas tal-bilanċ.

4. Il-ħtieġa primarja fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandha tkun l-implimentazzjoni tal-miżuri koperti bil-kuntratt.

5. L-Istat Membru għandu jibgħat minnufih lill-Kummissjoni kopja tal-kuntratt u prova illi tkun ġiet iddepożitata l-garanzija tat-twettiq tax-xogħol. Għandu jibgħat ukoll kopja tal-kuntratt konkluż mill-organizzazzjoni magħżula mal-korp ta’ l-implimentazzjoni.

Dan il-kuntratt ta’ l-aħħar għandu jkun fih disposizzjoni illi l-korp ta’ l-implimentazzjoni jrid jissottometti lilu nnifsu għall-kontrolli pprovduti fl-Artikolu 13.

Artikolu 11

1. Fi żmien 30 jum kalendarju minn meta jkun ġie ffirmat il-kuntrattt, kuntrattur jista' jissottometti applikazzjoni għall-ħlas bil-quddiem lill-Istat Membru interessat, flimkien mal-garanzija pprovduta fil-paragrafu 3. Wara din id-data, ma tista' ssir l-ebda applikazzjoni għal avvanz.

Il-ħlas bil-quddiem jista' jammonta għal mhux aktar minn 30 % tal-kontribuzzjoni annwali Komunitarja u mill-Pajjiż/i Membru/i interessat/i.

2. L-Istat Membru għandu jħallas l-avvanz fi żmien 30 jum kalendarju tas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-ħlas bil-quddiem. Fejn il-ħlas isir tard, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 [6].

3. L-avvanz għandu jitħallas bil-kondizzjoni illi l-kuntrattur jiddepożita garanzija egwali għal 110 % ta’ dan l-avvanz favur l-Istat Membru skond it-Titolu III tar- Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Madankollu, fejn il-kuntrattur huwa korp irregolat bil-liġi jew l-atti pubbliċi taħt is-sorveljanza ta' dan il-korp, l-awtorità kompetenti tista' taċċetta garanzija bil-miktub mill-korp tas-sorveljanza li tkopri ammont ekwivalenti għall-perċentwal speċifikat fl-ewwel subparagrafu, sakemm il-korp tas-sorveljanza jindaħal għalbiex iħallas l-ammont kopert bil-garanzija tiegħu jekk ma jkunx stabbilit l-intitolament għall-avvanz kif imħallas:

Artikolu 12

1. L-applikazzjonijiet għal ħlasijiet intermedji Komunitarji u l-kontribuzzjonijiet ta' l-Istat Membru għandhom jiġu sottomessi qabel it-tmien tax-xahar kalendarju ta’ wara x-xahar li fih jiskadi kull perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur ikkalkolat mid-data tal-firma tal-kuntratt. Dawn l-applikazzjonijiet għandhom ikopru l-infiq magħmul matul il-kwart tas-sena interessata u għandhom jiġu akkumpanjati minn dikjarazzjoni sommarja finanzjarja, id-dokumenti rilevanti ta’ appoġġ u kull rapport interim dwar l-implimentazzjoni tal-kuntratt. Fejn ma jiġi miġrur l-ebda nfiq matul il-kwart tas-sena interessata, id-dikjarazzjoni għal dan l-effett għandha tiġi sottomessa fl-istess limitu taż-żmien bħal dak ta' l-applikazzjonijiet għall-ħlasijiet intermedji.

Għajr f’każi ta’ forza maġġuri, fejn l-applikazzjoni għall-ħlas intermedju u d-dokumenti rilevanti jiġu sottomessi tard, il-ħlas għandu jiġi mnaqqas bi 3 % għal kull xahar sħiħ li fih ma jkunx għadu tħallas.

Il-ħlasijiet intermedji u l-ħlas bil-quddiem riferit fl-Artikolu 11 (1) meħuda flimkien ma jistgħux jaqbżu t-80 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali totali Komunitarja u ta' l-Istati Membri interessati. Ġaladarba dan il-livell ikun milħuq, ma għandhomx jiġu sottomessi iktar applikazzjonijiet għall-ħlas intermedju.

2. L-applikazzjonijiet għall-ħlas tal-bilanċ għandhom jiġu sottomessi fi żmien erba' xhur mit-tkomplija tal-miżuri annwali koperti bil-kuntratt.

Għalbiex jiġu kkunsidrati bħala sottomessi kif xieraq, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu akkumpanjati minn:

(a) dikjarazzjoni finanzjarja sommarja li turi n-nefqa kollha skedata u miġrura u d-dokumenti kollha rilevanti ta' appoġġ li għandhom x'jaqsmu man-nefqa;

(b) sommarju ta' l-attività mwettqa (rapport ta' l-attività);

(ċ) rapport intern, imfassal mill-kuntrattur, li jevalwa r-riżultati miksuba, kif aċċertati fid-data tar-rapport, u l-użu li jista' jsir minnhom.

Minbarra f'każijiet ta' forza maġġuri, fejn l-applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ tiġi sottomessa tard, il-bilanċ għandu jiġi mnaqqas bi 3 % għal kull xhar sħiħ li fih ma jkunx għadu tħallas..

3. Il-bilanċ ma għandux jitħallas sakemm jiġu ċċekkjati d-dokumenti riferiti fil-paragrafu 2.

Fejn il-ħtieġa primarja riferita fl-Artikolu 10 (4) ma tkunx ġiet sodisfatta għal kollox, il-bilanċ pagabbli għandu jiġi mnaqqas proporzjonalment.

4. Il-garanzija riferita fl-Artikolu 11 (3) għandha tiġi rrilaxxata bil-kondizzjoni li jkun ġie stabbilit intitolament definittiv għall-avvanz kif imħallas.

5. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ħlasijiet riferiti fil-paragrafi preċedenti fi żmien 60 jum kalendarju mill-irċevuta ta’ l-applikazzjoni għall-ħlas. Madankollu, dan il-perjodu taż-żmien jista' jiġi interrott f’kull ħin matul is-60 jum wara li l-applikazzjoni għall-ħlas tkun ġiet irreġistrata għall-ewwel darba kif irċevuta, billi jiġi notifikat il-kuntrattur interessat li l-applikazzjoni ma kenitx aċċettabbli jew minħabba li l-ammont ma jkunx wasal biex jitħallas jew minħabba li d-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa għall-applikazzjonijiet addizzjonali kollha ma jkunux ġew forniti jew minħabba li l-Istat Membru jara l-ħtieġa għal aktar tagħrif jew kontrolli. Il-perjodu taż-żmien tal-ħlas jerġa' jibda jgħodd mid-data ta' l-irċevuta tat-tagħrif mitlub, li jrid jintbagħat fi żmien 30 jum kalendarju. Għajr f’każijiet ta’ forza maġġuri, fejn il-ħlasijiet imsemmija hawn isiru tard, l-ammont imħallas lura lill-Istat Membru għandu jiġi mnaqqas skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 296/96.

6. Il-garanziji tat-twettiq tax-xogħol ipprovduti fl-Artikolu 10 (3) iridu jibqgħu validi sakemm il-bilanċ jiġi mħallas u għandhom jiġu rrilaxxjati permezz ta’ ittra tar-rilaxx maħruġa mill-awtorità kompetenti.

7. Fi żmien 30 jum kalendarju mill-irċevuta, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni:

- ir-rapporti ta' kull kwart tas-sena dwar l-implimentazzjoni tal-kuntratt,

- is-sommarji riferiti fil-paragrafu 2 (a) u (b),

- ir-rapport ta’ l-evalwazzjoni interna.

8. Wara li jkun ġie mħallas il-bilanċ, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni dikjarazzjoni finanzjarja li tiddettalja n-nefqa miġrura skond il-kuntratt.

Għandha wkoll tiċċertifika illi, fid-dawl tal-kontrolli magħmula, in-nefqa kollha tista' tiġi kkunsidrata eliġibbli skond it-termini tal-kuntratt.

9. Kull garanzija mitlufa bi dritt u kull penali imposta għandhom jiġu mnaqqsa min-nefqa ffinanzjata f’parti minnha mill-Komunità u ddikjarati lit-Taqsima tal-Garanziji FAEGG.

Artikolu 13

1. B'mod partikolari permezz ta’ kontrolli tekniċi, amministrattivi u tal-kontijiet fuq il-fond tal-kuntrattur u tal-korp ta’ l-implimentazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jivverifikaw illi:

(a) t-tagħrif u d-dokumenti ta’ appoġġ forniti huma eżatti, u

(b) ġew imwettqa l-obbligi kollha stabbiliti fil-kuntratt.

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 [7], l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni ma’ l-ewwel opportunità b’kull irregolarità mikxufa matul il-kontrolli.

2. L-Istat Membru interessat għandu jistabbilixxi l-mod l-aktar xieraq sabiex jiċċekkja l-miżuri koperti b’dan ir-Regolament u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bihom.

3. Fil-każ tal-programmi li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri interessati għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jikkordinaw il-kontrolli tagħhom u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

4. Il-Kummissjoni tista' tieħu sehem f’kull ħin fil-verifiki u l-kontrolli pprovduti fil-paragrafi 2 u 3. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bil-verifiki u l-kontrolli ppjanati..

Il-Kummissjoni tista' wkoll twettaq kull kontroll addizzjonali jekk tikkunsidrahom meħtieġa.

Artikolu 14

1. Fejn isiru ħlasijiet mhux dovuti, il-benefiċjarju għandu jħallas lura l-ammonti interessati flimkien ma’ l-imgħax ikkalkolat fuq il-bażi taż-żmien li jgħaddi bejn il-ħlas u radd lura mill-benefiċjarju.

Ir-rata ta’ l-imgħax li trid tintuża għandha tkun dik applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħidmiet tiegħu fl-Ewro fid-data tal-ħlas dovut, kif ippublikata fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, b’żieda ta’ tliet punti perċentwali.

2. L-ammonti rkuprati u l-imgħaxijiet rilevanti għandhom jiġu mħallsa lill-aġenziji jew lid-dipartimenti tal-ħlas u mnaqqsa minnhom min-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew Agrikoli ta' Gwida u Garanzija fil-proporzjon tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja.

Artikolu 15

L-Artikoli 10, 11, 12, 13 u 14 għandhom ukoll japplikaw għall-programmi ppreżentati skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000.

Il-kuntratti għal dawn il-programmi għandhom jiġu konklużi bejn l-Istati Membri interessati u l-organizzazzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni magħżula.

Artikolu 16

1. Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom hawnhekk jiġu mħassra:

(a) l-Artikolu 13, 14, 15, 16 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2159/89 tat-18 ta' Lulju 1989 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-ġewż u ż-żerriegħa tal-ħarrub ipprovduti fit-Titolu IIa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 [8];

(b) l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1905/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 dwar miżuri speċifiċi għall-għeneb imnixxef [9].

2. Ir-Regolamenti li ġejjin għandhom hawnhekk jiġu mħassra:

(a) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1348/81 ta’ l-20 ta' Mejju 1981 dwar regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1970/80 li jistabbilixxi regoli ġenerali ta’ implimentazzjoni għall-kampanji mmirati sabiex jippromwovu l-konsum taż-żejt taż-żebbuġa fil-Komunità [10];

(b) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1164/89 tat-28 ta' April 1989 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jirrigwardaw l-għajnuna għall-ħjut tal-kittien u tal-qanneb [11];

(ċ) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2282/90 tal-31 ta' Lulju 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiżdied il-konsum u l-utilizzazzjoni tat-tuffieħ ta' belludja u l-konsum tal-frott taċ-ċitru [12];

(d) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3601/92 ta' l-14 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġu applikati miżuri speċifiċi għaż-żebbuġ tal-mejda [13];

(e) ir-Regolment tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1318/93 tat-28 ta' Mejju 1993 dwar regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2067/92 dwar il-miżuri ta' promozzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella ta' kwalità [14];

(f) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 890/1999 tad-29 ta' April 1999 dwar l-organizzazzjoni tal-miżuri ta' pubbliċità li għandhom x'jaqsmu mas-sistema Komunitarja tat-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella [15];

(g) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3582/93 tal-21 ta' Diċembru 1993 dwar regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2073/92 dwar il-promozzjoni tal-konsum fil-Komunità u t-tkabbir tas-swieq tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib [16];

(h) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 803/98 tas-16 ta' April 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-sena 1998 sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2275/96 li jintroduċi miżuri speċifiċi dwar il-pjanti ħajjin u l-prodotti tal-fjorikultura [17].

3. Ir-Regolamenti mniżżla fil-lista fil-paragrafu 2 għandhom jissoktaw japplikaw għall-programmi tat-tagħrif u l-promozzjoni approvati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 328, tal-21.12.2000, p. 2.

[2] ĠU L 209, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[3] ĠU L 285, tad-29.10.2001, p. 1.

[4] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

[5] ĠU L 240, ta' l-10.9.1999, p. 11.

[6] ĠU L 39, tas-17.2.1996, p. 5.

[7] ĠU L 67, ta' l-14.3.1991, p. 11.

[8] ĠU L 207, tad-19.7.1989, p. 19.

[9] ĠU L 194, tad-29.7.1994, p. 21.

[10] ĠU L 134, tal-21.5.1981, p. 17.

[11] ĠU L 121, tad-29.4.1989, p. 4.

[12] ĠU L 205, tat-3.8.1990, p. 8.

[13] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 17.

[14] ĠU L 132, tad-29.5.1993, p. 83.

[15] ĠU L 113, tat-30.4.1999, p. 5.

[16] ĠU L 326, tat-28.12.1993, p. 23.

[17] ĠU L 115, tas-17.4.1998, p. 5.

--------------------------------------------------

ANNESS I

(a) Il-lista tat-temi li għalihom jistgħu jitwettqu l-miżuri tat-tagħrif u/jew tal-promozzjoni

- It-tagħrif dwar l-ismijiet ta’ oriġini protetta (PDOs), l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (PGIs), l-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (TSGs) u s-simboli grafiċi stabbiliti fil-leġislazzjoni agrikola.

- It-tagħrif dwar il-biedja organika.

- It-tagħrif dwar is-sistemi tal-produzzjoni agrikola li jiggarantixxu li jiġu ttraċjati l-prodotti u li jiġu ttikkettjati ċerti prodotti.

- It-tagħrif dwar il-kwalità u s-salvagward ta’ l-ikel u l-aspetti tan-nutrizzjoni u s-saħħa.

(b) Il-lista tal-prodotti li jistgħu jiġu koperti bil-kampanji.

- Il-prodotti tal-ħalib.

- L-inbejjed tal-kwalita psr, l-inbejjed tal-mejda b’indikazzjoni ġeografika.

- Il-frott frisk u l-ħxejjex ta' l-ikel.

- Il-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel ipproċessati.

- Il-pjanti ħajjin u l-prodotti mill-florikultura.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Il-lista tal-korpi kompetenti fl-Istati Membri

(sabiex jiġu amministrati r-Regolamenti (KE) Nru 2702/1999 u (KE) Nru 2826/2000)

Stat Membru | Isem u indirizz |

| |

Il-Belġju | B.I.R.B. Rue de Trèves B-1040 Brussel | Tel. (32-02) 287 24 11 Fax (32-02) 230 25 33 e-mail |

Vlaamse Gemeenschap: Administratie Land- en Tuinbouw (ALT)(dhr. J. Van Liefferinge)Direttorat ĠeneraliLeuvenseplein 4B-1000Brussel | Tel. (32-02) 553 63 40 Fax (32-02) 553 63 50 e-mail: jules.vanliefferinge@ewbl.vlaanderen.be |

Ir-Reġjun tal-Vallonja: Agence Wallonne à l'Exportation (AWEX)(M. Ph. Suinen)Id-Directeur général (Direttur Ġenerali)Place Sainctelette 2B-1080Brussel | Tel. (32-02) 421 82 11 Fax (32-02) 421 87 87 e-mail: mail@awex.wallonie.be |

Id-Danimarka | Il-Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri Direktoratet għal FødevareErhvervEU-Koordinationskontoret (Thor linarda (jew ling) Haugstrup)Kampmannsgade 3 DK-1780 KopenhagenV | Tel. (45) 33 95 83 83 Fax (45) 33 95 80 21 e-mail: hau@dffe.dk |

Il-Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri Direktoratet għal FødevareErhvervInterventionskontoret (Carsten Andersen)Kampmannsgade 3 DK-1780 Kopenhagen V | Tel. (45) 33 95 80 00/33 95 88 04 Fax (45) 33 95 80 34 e-mail: dffe@dffe.dk/caea@dffe.dk |

Il-Ġermanja | Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung Il-(BLE)-D 60631 | Tel. Fax e-mail: www.dainet.de/ble/ |

Ir-Referat 322 pflanzliche Erzeugnisse | Tel. (069) 15 64 335 Fax (069) 15 64 940 e-mail |

Ir-Referat 411 tierische Erzeugnisse | Tel. (069) 15 64 862/756 Fax (069) 15 64 791 e-mail |

Greċja | Il-Ministry of Agriculture (Ministeru ta' l-Agrikoltura) Direction of Agricultutal Extenses (Direzzjoni ta' l-Estensjonijiet Agrikoli) Acharnon Street 5 GR-10176 Ateni | Tel. 00 30 10 52 47 044 Fax 00 30 10 52 48 022 e-mail: direfarm@minagric.gr |

Spanja | Il-Ministerio de Agrikoltura, Pesca y Alimentación (MAPA)(Subsecretaría Dirección General de Alimentación)(Don Juan García Butragueño), Paseo Infanta Isabel 1 28014 | Tel.: (34-91) 347 50 91 Fax: (34-91) 347 51 68 e-mail |

Franza | L-Office national interprofessionnel des viandes de l'élevage et de l'aviculture (OFIVAL) (M. Geudar-Delahaye)80, avenue des terroirs de France F-75607 Pariġi Cedex 12 | Tel. 33 1 44 68 50 00 Fax 33 1 44 68 52 33 e-mail |

L-Office national interprofessionnel du lait et des produitsi laitiers (ONILAIT) (MmeBoulengier)2, rue Saint-Charles F-75740 Pariġi Cedex 15 | Tel. 33 1 73 00 50 00 Fax 33 1 73 00 50 50 e-mail |

L-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l'horticulture (ONIFLHOR) (M. Laneret)164, rue de Javel F-75739 Pariġi Cedex 15 | Tel. 33 1 44 25 36 36 Fax 33 1 44 25 31 69 e-mail |

L-Office national interprofessionnel des vins (ONIVINS)(M. Dairien)232, rue de Rivoli F-75001 Pariġi | Tel. 33 1 42 86 32 00 Fax 33 1 40 15 06 96 e-mail |

L-Office national interprofessionnel des Prodotti de la mer et de l'aquaculture (OFIMER) (M. Merckelbagh)11, rue de Sébastopol F-75001 Pariġi | Tel. 33 1 53 00 96 96 Fax 33 1 53 00 96 99 e-mail |

L-Office national interprofessionnel des céréales (ONIC)L-Office national interprofessionnel des oléagineux, protéagineux et cultures textiles (ONIOL) (M. Drege)21, avenue Bosquet F-75015 Pariġi | Tel. 33 1 44 18 20 00 Fax 33 1 45 51 90 99 e-mail |

L-Institut national des appellations d'oriġines (INAO) (M. Bernard)138, Champs-Élysées F-75008 Pariġi | Tel. 33 1 53 89 80 00 Fax 33 1 42 25 57 97 e-mail |

Il-Fonds d'intervention et de régulation du marché du sucre (FIRS)(MmeUlmann)120, boulevard de Courcelles F-75017 Pariġi | Tel. 33 1 56 79 46 00 Fax 33 1 56 79 46 50 e-mail |

L-Office de développement de l'économie agricole des départements d'outre-mer (ODEADOM) (M. Lefevre)31, quai de Grenelle, Tour Mercure 1 F-75738 Pariġi Cedex 15 | Tel. 33 1 53 95 41 70 Fax 33 1 53 95 41 95 e-mail |

L-Office national interprofessionnel des plantes à parfum, aromatiques et médicinales (ONIPPAM) (M. De Laurens)25, rue du Maréchal Foch F-04130 Voix | Tel. 33 4 92 79 34 46 Fax 33 4 92 79 33 22 e-mail |

L-Irlanda | Id-Department og Agriculture, Food and Rural Development (Dipartiment ta' l-Agrikoltura, l-Ikel u l-Iżvilupp Rurali)(Ms Maura Nolan)Kildare Street Dublin 2 | Tel. (353-1) 607 20 00/607 26 53 Fax (353 – 1) 661 62 63 e-mail: maura.nolan@daff.irlgov.ie |

L-Italja | AGEA Dr. Alberto Migliorini Direzione Organismo Pagatore Via Palestro, 81 I-00185 Ruma | Tel. (39-06) 49 49 91 Fax (39-06) 445 39 40 e-mail: aimauo01@tin.it |

Il-Lussemburgu | L-Administration des services techniques de l'Agriculture 16, route d'Esch, Boîte postale 1904 L-1019 Il-Lussemburgu | Tel. 45 71 72 215 Fax 45 71 72 341 www.asta.etat.lu e-mail: asta.asta@asta.etat.lu |

Olanda | Il-Ministerie van Landbouw, Natuurbeheer en Visser Directie I.Z.; desk P.P. Postbus 20401 2500 EK L-Aja L Olanda | Tel. (31-70) 378 68 68 Fax (31-70) 378 61 05 e-mail: p.j.buiter@iz.agro.nl |

Il-Ministerie van Landbouw, Natuurbeheer en Visser Agentschap LASER T.a.v. ir. M.A. Romeyn-van Zwieten Regio Zuid-West Postbus 1191 3300 BD Dordrecht L-Olanda | Tel. (31-78) 639 53 95 Fax (31 – 78) 639 53 94 e-mail: m-a.romeyn@laser.agro.nl |

L-Awstrija | L-Agrarmarkt Austria Dresdner Straße 70 A-1200 Vjenna | Tel. (43-1) 33 151-0 Fax (43-1) 33 151-297 e-mail: www.ama.at |

Wein: Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft Stubering 12 A-1010 Vjenna | Tel. (43-1) 711 00-0 Fax (43-1) 711 00-29 01 e-mail |

Il-Portugall | Il-Ministério da Agrikoltura (GPPAA) Rua padre António Vieira, n.o1 P-1099-073 Lisbona | Tel. (351) 21 381 93 36 Fax (351) 21 381 93 22 e-mail: anacastro@GPPAA.min-Agrikoltura |

Il-Finlandja | Il-Ministry of Agriculture and Forestry (Ministeru ta' l-Agrikoltura u Foresterija) Intervention Unit (Unità ta' l-Intervent) (SIRVIO Tapani)PO Box (Kaxxa Postali) 30 FIN-00023 GOVERNMENT | Tel. (358-9) 160 27 54 Fax (358 – 9) 160 97 90 e-mail: petri.koskela@mmm.fi |

LIsvezja | Is-Swedish Board of Agriculture (Bord Svediż ta; l-Ahrikoltura) S-55182 Jönköping | Tel. (46-36) 15 50 00, 15 58 58 Fax (46 – 36) 71 95 11 e-mail: jordbruksverket@sjv.se Maria.nyquist@sjv.se |

Ir-Renju Unit | Il-Ministry of Agriculture (Ministeru ta' l-Agrikoltura, s-Sajd u l-Ikel) (MAFF) L-International Relations and Export produxtion Division (Diviżjoni tar- Relazzjonijiet Internazzjonali u l-Promozzjoni ta' l-Esportazzoni (Jill Russell)Whitehall Place (East Block) Londra SWIA 2 HH | Tel. (44-207) 270 19 04 Fax (44 – 207) 270 84 94 e-mail: j.russell@irep.maff.gsi.gov.uk |

--------------------------------------------------

ANNESS III

IL-LINJI GWIDA GĦALL-PROMOZZJONI TAS-SUQ INTERN

It-tagħrif dwar is-sistema Komunitarja ta’ l-ismijiet protetti ta’ l-oriġini (PDOs), l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (PGIs) u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (TSGs) u l-logoijiet rispettivi tagħhom

1. IL-VEDUTA ĠENERALI TAS-SITWAZZJONI

Il-kampanja Komunitarja ta' tagħrif tas-snin 1996-98 kienet l-ewwel pass sabiex tippubbliċizza l-eżistenza, it-tifsira u l-benefiċċji taż-żewġ sistemi Komunitarji sabiex jipproteġu l-oġetti ta' l-ikel agrikoli b'karatteristiċi speċifiċi u sabiex jiżdied il-valur kummerċjali tagħhom.

Minħabba t-tul qasir taż-żmien tal-kampjanja, għandu jittejjeb l-għarfien ta' dawn l-ismijiet, li issa jkopru 562 prodott Komunitarju, billi tissokta l-miżura li tippubbliċizza t-tifsira u l-benefiċċji tagħhom. It-tagħrif għandu jkopri wkoll il-logoijiet Komunitarji maħluqa għal dan l-għan, b'mod partikolari l-logo għall-PDOs u l-PGIs maħluqa fis-sena 1998.

2. L-GĦANIJIET

- Sabiex jinkoraġġixxu lill-produtturi/proċessuri li jużaw dawn is-sistemi ta’ kwalità.

- Sabiex tiġi stimulata d-domanda għall-prodotti interessati billi tinforma lill-konsumaturi u d-distributuri bl-eżistenza, is-sinifikat u l-benefiċċji tas-sistemi ta’ kwalità u l-logoijiet tagħhom, il-kondizzjonijiet li fuqhom jiġu mogħtija l-ismijiet, u l-kontrolli u l-eżamijiet rilevanti.

3. IL-MIRI PRINĊIPALI

- Il-produtturi u l-proċessuri

- Id-distributuri (is-supermarkets, il-bejjiegħa bl-ingrossa, il-ħwienet li jbiegħu bl-imnut, ir-ristoranti).

- Il-konsumaturi.

- Il-moltiplikaturi ta’ l-opinjoni.

4. IL-MESSAĠĠI PRINĊIPALI

- Il-prodott għandu karatteristiċi speċifiċi assoċjati ma’ l-oriġini ġeografika tiegħu (PDO/PGI).

- Il-prodott għandu karatteristiċi speċifiċi assoċjati mal-metodu tradizzjonali partikolari tiegħu ta’ produzzjoni, irrespettivament minn fejn ikun prodott (TSG).

- L-aspetti ta’ kwalità (is-salvagward, il-valur nutrimentali u t-togħma, it-traċċjabbiltà).

- Id-diversità, ir-rikkezza u t-togħma tal-prodotti interessati.

- Il-preżentazzjoni ta’ wħud mill-prodotti PGI, PDO jew TSG bħala eżempji tat-titjib kummerċjali ta' l-oġġetti ta’ l-ikel b’karatteristiċi speċjali.

5. IL-KANALI PRINĊIPALI

- Il-kanali elettroniċi (fuq sit ta’ l-Internet).

- Il-kuntatti tal-PR mal-medja (speċjalizzata, l-istampa tan-nisa u tal-kċina).

- Il-kuntatti ma' l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur.

- It-tagħrif fuq il-postijiet tal-bejgħ.

- Il-medja awdjo-viżiva.

- Id-dokumenti miktuba (karti volanti, opuskoli, eċċ).

- Il-parteċipazzjoni fil-fieri u l-wirjiet kummerċjali.

- Il-pubbliċità fl-istampa speċjalizzata

6. IT-TUL TAL-PROGRAMM

24-36 xahar, b’miri mfassla għal kull stadju.

7. L-ESTIMI FINANZJARJI INDIKATTIVI

EEUR 4 miljuni.

It-tagħrif dwar is-simbolu grafiku għar-reġjuni l-aktar remoti

1. IL-VEDUTA ĠENERALI TAS-SITWAZZJONI

L-istudju estern ta’ evalwazzjoni juri illi l-kampanja ta’ tagħrif Komunitarju għas-snin 1998-99 dwar is-simbolu (logo) grafiku għar-reġjuni l-aktar remoti intlaqa' b’interess kbir mill-parti ta’ dawk li joperaw f’dan is-settur.

B’riżultat ta' dan, uħud mill-produtturi u l-proċessuri fittxew l-approvazzjoni għall-prodotti tagħhom ta’ kwalità, sabiex ikunu jistgħu jużaw il-logo.

Minħabba t-tul qasir ta’ l-ewwel kampanja, wasal issa ż-żmien li titjieb il-konoxxenza tal-gruppi diversi fil-mira dwar il-logo billi jissoktaw il-miżuri li jinfurmawhom bit-tifsira u l-benefiċċji tagħhom.

2. L-GĦANIJIET

- Sabiex tiġi ppubbliċizzata l-eżistenza, it-tifsira u l-benefiċċji tal-logo..

- Biex jiġu inkoraġġiti l-produtturi u l-proċessuri fir-reġjuni interessati dwar l-użu tal-logo.

- Biex tittejjeb il-konoxxenza tal-logo fost id-distributuri u l-konsumaturi.

3. IL-MIRI PRINĊIPALI

- Il-produtturi u l-proċessuri lokali.

- Id-distributuri u l-konsumaturi.

- Il-moltiplikaturi ta' l-opinjoni..

4. IL-MESSAĠĠI PRINĊIPALI

- Il-prodott huwa tipiku u naturali.

- Joriġina f’reġjun tal-Komunità.

- Il-kwalità (is-salvagward, il-valur nutrimentali u t-togħma, il-metodu tal-produzzjoni, il-konnessjoni ma’ l-oriġini).

- In-natura eżotika tal-prodott.

- Il-varjetà tal-provvista, inkluża dik barra mill-istaġun.

- It-traċċjabbiltà.

5. IL-KANALI PRINĊIPALI

- il-kanali elettroniċi (sit ta' l-Internet, eċċ.).

- il-linja tat-tagħrif telefoniku.

- il-kuntatti tal-PR mal-medja (p.e. il-ġurnalisti speċjalizzati, l-istampa tan-nisa, l-istampa tal-kċina).

- Il-wiri f’postijiet tal-bejgħ, il-fieri u l-wirjiet, eċċ.

- Il-kuntatti mat-tobba u n-nutrizzjonisti.

- Kanali oħra (il-karti volanti, l-opuskoli, ir-riċetti, eċċ.).

- Il-medja awdjo-viżiva..

- Il-pubbliċità fl-istampa speċjalizzata u lokali.

6. IT-TUL TAL-PROGRAMMI

24-36 xahar, b’miri mfassla għal kull stadju..

7. L-ESTIMI FINANZJARJI INDIKATTIVI

EUR 3 miljuni.

Il-prodotti organiċi

1. IL-VEDUTA ĠENERALI TAS-SITWAZZJONI

Il-konsum tal-prodotti agrikoli prodotti organikament hu partikolarment popolari fost il-popolazzjonijiet urbani, imma għadu mhux żviluppat tajjeb meta pparagunat mal-konsum tal-prodotti konvenzjonali.

2. L-GĦANIJIET

- Sabiex jintgħamlu regoli Komunitarji dwar il-metodi tal-produzzjoni organika, il-kontrolli mwettqa u l-logo Komunitarju magħrufa fost il-pubbliku ġenerali.

- Sabiex jiġi inkoraġġit il-konsum tal-prodotti ta’ biedja organika.

- Sabiex jitkabbar l-għerf tal-konsumaturi dwar il-biedja organika u l-prodotti tagħha.

3. IL-MIRI PRINĊIPALI

- Il-persuni fid-dar (il-ġenituri ta' bejn l-20 u l-50 sena).

- L-operaturi fis-settur (bil-ħsieb li jsiru iktar konoxxenti tal-logo Komunitarju u li jinkoraġġulhom l-interess tagħhom fl-użu tiegħu).

4. IL-MESSAĠĠI PRINĊIPALI

- Il-prodotti organiċi huma naturali, tajbin għall-ħajja moderna ta’ kuljum u ta' gost fil-konsum. Jirriżultaw minn metodi tat-tkabbir li jirrispettaw l-ambjent. Il-prodotti huma bla ħsara għal regoli strinġenti u huma kkontrollati dwar il-konformità minn korpi indipendenti u mill-awtoritajiet pubbliċi.

- Il-messaġġi jridu jkunu maħsuba tajjeb u pożittivi u jridu jqisu l-metodi speċifiċi tal-konsum tal-gruppi varji fil-mira.

- Il-logo Komunitarju huwa s-simboli tal-prodotti organiċi li jilħqu kriterji stretti ta’ produzzjoni u li jkunu għaddew minn spezzjon strinġenti.

It-tagħrif dwar il-logo Komunitarju jista' jiġi ssupplimentat b’tagħrif dwar il-logoijiet kollettivi mdaħħla mill-Istati Membri, sakemm l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom jilħqu kondizzjonijiet aktar stretti minn dawk stabbiliti għal-logo Komunitarju.

5. IL-KANALI PRINĊIPALI

- Is-sit ta’ l-Internet.

- Il-linja tat-tagħrif telefoniku.

- Il-kuntatti tal-PR mal-medja (p.e. il-ġurnalisti speċjalizzati, l-istampa tan-nisa).

- Il-kuntatti mat-tobba u n-nutrizzjonisti..

- Il-kuntatti ma’ l-għalliema.

- Kanali oħra (il-karti volanti, l-opuskoli, eċċ.).

- Il-medja viżiva (iċ-ċinema, il-kanali speċjalizzati tat-televiżjoni).

- L-i spots tar-radju.

- Il-pubbliċità fl-istampa speċjalizzata (għan-nisa u għall-anzjani).

6. IT-TUL TAL-PROGRAMMI

12-36 xahar, tingħata prijorità lil programmi multi-annwali li jfasslu l-għanijiet għal kull stadju.

7. L-ESTIMI FINANZJARJI INDIKATTIVI

EUR 6 miljuni.

Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1. IL-VEDUTA ĠENERALI TAS-SITWAZZJONI

Kien hemm tnaqqis fil-konsum tal-ħalib likwidu, b'mod partikolari fil-pajjiżi maġġuri tal-konsum, prinċipalment minħabba l-kompetizzjoni mix-xorb mhux alkoliku mmirat għaż-żgħażagħ. B’kuntrast ma' dan, teżisti żieda ġenerali fil-konsum tal-prodotti mill-ħalib espress f’ekwivalenti tal-ħalib.

2. L-GĦANIJIET

- Biex jiżdied il-konsum tal-ħalib likwidu.

- Biex jiġi kkonsolidat il-konsum tal-prodotti mill-ħalib.

- Biex jiġi inkoraġġit il-konsum miż-żgħazagħ.

3. IL-MIRI PRINĊIPALI

- It-tfal u l-adolexxenti, speċjalment il-bniet ta’ bejn it-8 u t-13-il sena.

- In-nisa u l-ommijiet iż-żgħar ta’ bejn l-20 u l-40 sena.

4. IL-MESSAĠĠI PRINĊIPALI

- Il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib huma tajbin għas-saħħa, naturali, prodotti ta’ enerġija qawwija xierqa għall-għixien modern u ta' gost fil-konsum.

- Il-messaġġi jridu jkunu pożittivi u jqisu n-natura speċifika tal-konsum fis-swieq differenti.

- Il-kontinwità tal-messaġġi prinċipali trid tiġi żgurata matul il-programm kollu sabiex tikkonvinċi lill-konsumaturi bil-benfiċċji li jistgħu jittieħdu mill-konsum regolari ta’ dawn il-prodotti.

5. IL-KANALI PRINĊIPALI

- Il-kanali elettroniċi.

- Il-linja tat-tagħrif telefoniku.

- Il-kuntatti mal-medja (p. e. il-ġurnalisti speċjalizzati, l-istampa tan-nisa, l-istampa taż-żgħażagħ).

- Il-kuntatti mat-tobba u n-nutrizzjonisti

- Il-kuntatti ma’ l-għalliema.

- Kanali oħra (il-karti volanti u l-opuskoli, il-logħob tat-tfal, eċċ.)

- Il-wiri f'postijiet tal-bejgħ

- Il-medja viżiva (iċ-ċinema, il-kanali speċjalizzati tat-televiżjoni).

- L-i spots tar-radju..

- Il-pubbliċità fl-istampa speċjalizzata (għaż-żgħażagħ u n-nisa żgħażagħ).

6. IT-TUL TAL-PROGRAMMI

12-36 xahar, tingħata prijorità lill-programmi multi-annwali li jfasslu għanijiet għal kull stadju.

7. L-ESTIMI FINANZJARJI INDIKATTIVI

EUR 6 miljuni.

L-inbid

1. IL-VEDUTA ĠENERALI TAS-SITWAZZJONI

Il-produzzjoni ta’ l-inbid hija abbundanti imma l-konsum huwa statiku jew saħansitra fid-deklin għal ċerti tipi ta’ inbid, u l-provvista minn pajjiżi terzi qiegħda tiżdied.

2. L-GĦANIJIET

Sabiex il-konsumaturi jiġu mgħarrfa bil-varjetà, bil-kondizzjonijiet tal-kwalità u tal-produzzjoni ta’ inbejjed Ewropej u bir-riżultati ta’ studji xjentifiċi.

3. IL-MIRI PRINĊIPALI

Il-konsumaturi bejn l-20 u l-40 sna.

4. IL-MESSAĠĠI PRINĊIPALI

- Il-leġislazzjoni Komunitarja tirregola strettament il-produzzjoni, l-indikazzjonijiet tal-kwalità, it-tikkettjar u t-tqegħid fis-suq, sabiex tiggarantixxi lill-konsumaturi l-kwalità u t-traċċjabbiltà ta’ l-inbid offrut.

- L-attrazzjoni li wieħed jista’ jagħżel minn għażla wiesgħa ta’ nbejjed Ewropej ta’ oriġini differenti.

- L-effetti ta' saħħa bil-konsum moderat ta’ l-inbid.

5. IL-KANALI PRINĊIPALI

- Il-miżuri tat-tagħrif u tar-relazzjonijiet pubbliċi.

- It-taħriġ tad-distributuri u ta' dawk li jfornu l-ikel.

- Il-kuntatti mal-professjoni medika u ma' l-istampa speċjalizzata.

- Kanali oħra (sit ta’ l-Internet, il-karti volanti u l-opuskoli) biex jiggwidaw lill-konsumaturi fl-għażla tagħhom u joħolqu opportunitajiet għall-konsum f’avvenimenti tal-familja.

6. IT-TUL TAL-PROGRAMMI

12-36 xahar, tingħata prijorità lill-programmi multi-annwali li jfasslu l-għanijiet għal kull stadju.

7. L-ESTIMI FINANZJARJI INDIKATTIVI

EUR 6 miljuni

Il-frott frisk u l-ħxejjex ta' l-ikel.

1. IL-VEDUTA ĠENERALI TAS-SITWAZZJONI

Dan is-settur ibati minn żbilanċ strutturali tas-suq li hu aktar qawwi għal x'uħud mill-prodotti, irrispettivament mill-miżuri ta’ komunikazzjoni meħuda sa issa.

Hemm nuqqas ta’ interess li jidher fost il-konsumaturi ta' taħt il-35 sena, li hu aktar qawwi fost il-popolazzjoni ta’ l-età ta’ l-iskola. Dan mhux fl-interess ta’ dieta bbilanċjata.

2. L-GĦANIJIET

L-għan hu li tinġieb lura d-dehra tal-prodotti bħala ‘friski’ u ‘naturali’ u li titnaqqas l-età medja tal-konsumaturi, primarjament billi jiġu inkoraġġiti ż-żgħażagħ li jikkunsmaw il-prodotti interessati.

3. IL-MIRI PRINĊIPALI

- Il-familji żagħżagħ taħt il-35 sena.

- It-tfal ta’ l-età ta’ l-iskola u l-adoloxxenti.

- Min iforni l-ikel bil-massa u l-canteens ta’ l-iskola.

- It-tobba u n-nutrizzjonisti.

4. IL-MESSAĠĠI PRINĊIPALI

- Il-prodotti huma naturali.

- Il-prodotti huma friski.

- Il-kwalità (is-salvagward, il-valur nutrimentali u t-togħma, il-metodu tal-produzzjoni, il-protezzjoni ambjentali konnessa ma' l-oriġini tal-prodott).

- Il-gost.

- Id-dieta bbilanċjata.

- Il-varjetà u natura ta’ l-istaġun tal-provvista tal-prodotti friski.

- Il-faċilità tal-preparazzjoni: l-ikel frisk ma jeħtieġ l-ebda sajran.

- It-traċċjabbiltà.

5. IL-KANALI PRINĊIPALI

- Il-kanali elettroniċi (sit ta’ l-Internet li jippreżenta l-prodotti disponibbli, b’logħob online għat-tfal).

- Il-linja tat-tagħrif telefoniku.

- Il-kuntatti tal-PR mal-medja (p.e. il-ġurnalisti speċjalizzati, l-istampa tan-nisa, ir-rivisti taż-żgħażagħ u l-gazzetti).

- Il-kuntatti mat-tobba u man-nutrizzjonisti

- Il-miżuri edukattvi li jimmiraw għat-tfal u l-adoloxxenti billi jimmobilizzaw l-għalliema u l-managers tal-canteens ta’ l-iskejjel.

- Kanali oħra (il-karti volanti u l-opuskoli b’tagħrif dwar il-prodotti, u r-riċetti, il-logħob tat-tfal, eċċ.)

- Il-medja viżiva (iċ-ċinema, il-kanali speċjalizzati tat-televiżjoni).

- L-i spots tar-radju.

- Il-pubbliċità fl-istampa speċjalizzata (għaż-żgħażagħ u n-nisa żgħażagħ).

6. IT-TUL TAL-PROGRAMMI

12-36 xahar, tingħata prijorità lill-programmi multi-annwali li jfasslu l-għanijiet għal kull stadju

7. L-ESTIMI FINANZJARJI INDIKATTIVI

EUR 6 miljuni

Il-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel.

1. IL-VEDUTA ĠENERALI TAS-SITWAZZJONI

Jeżisti żbilanċ strutturali fis-suq li hu aktar qawwi għal uħud mill-prodotti li wkoll jiltaqgħu ma’ kompetizzjoni iebsa mill-importazzjoni u fejn it-tentattivi tal-komunikazzjoni mal-konsumaturi ħallew ftit suċċess.

B'mod partikolari ta’ min jinnota illi l-konsumaturi jaċċettaw il-prodotti pproċessati minħabba li huma faċli biex tippreparahom. Għalhekk dan huwa suq b’potenzjal ta’ tkabbir li jista' jkun ta’ benefiċċju wkoll għall-produzzjoni bażika.

2. L-GĦANIJIET

Id-dehra tal-prodott teħtieġ li tiġi mmodernizzata u magħmula aktar żagħżugħa, billi jingħata t-tagħrif meħtieġ sabiex jiġi inkoraġġit il-konsum.

3. IL-MIRI PRINĊIPALI

- In-nisa tad-dar.

- Il-fornituri ta' l-ikel bil-massa u l-canteens ta' l-iskola.

- It-tobba u n-nutrizzjonisti.

4. IL-MESSAĠĠI PRINĊIPALI

- Il-kwalità (is-salvagward, il-valur nutrimentali u t-togħma, il-metodi tal-preparazzjoni).

- Il-faċilità ta' l-użu.

- Il-gost.

- Il-varjetà tal-provvista u d-disponibbiltà matul is-sena.

- Id-dieta bbilanċjata.

- It-traċċjabbiltà.

5. IL-KANALI PRINĊIPALI

- Il-kanali elettroniċi (sit ta' l-Internet).

- Il-linja tat-tagħrif telefoniku.

- Il-kuntatti tal-PR mal-medja (p.e. il-ġurnalisti speċjalizzati, l-istampa tan-nisa).

- Il-wiri f'postijiet tal-bejgħ.

- Il-kuntatti mat-tobba u n-nutrizzjonisti.

- Kanali oħra (il-karti volanti u l-opuskoli li jitkellmu dwar il-prodotti u r-riċetti).

- Il-medja viżiva.

- L-istampa tan-nisa, l-istampa tal-kċina, l-istampa professjonali.

6. IT-TUL TAL-PROGRAMMI

12-36 xahar, tingħata prijorità lill-programmi multi-annwali li jfasslu l-għanijiet għal kull stadju

7. L-ESTIMI FINANZJARJI INDIKATTIVI

EUR 3 miljuni

--------------------------------------------------

Top