This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0308
2002/308/EC: Commission Decision of 22 April 2002 establishing lists of approved zones and approved farms with regard to one or more of the fish diseases viral haemorrhagic septicaemia (VHS) and infectious haematopoietic necrosis (IHN) (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2002) 1500)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' April 2002 li tistabbilixxi l-listi ta' żoni u postijiet ta' tkabbir rigward waħda jew aktar mill-mard tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) (notifikata taħt in-numru tad-Dokument K(2002) 1500)Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' April 2002 li tistabbilixxi l-listi ta' żoni u postijiet ta' tkabbir rigward waħda jew aktar mill-mard tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) (notifikata taħt in-numru tad-Dokument K(2002) 1500)Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 106, 23/04/2002, p. 28–43
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 17/09/2007; Imħassar b' 32009D0177
Official Journal L 106 , 23/04/2002 P. 0028 - 0043
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' April 2002 li tistabbilixxi l-listi ta' żoni u postijiet ta' tkabbir rigward waħda jew aktar mill-mard tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) (notifikata taħt in-numru tad-Dokument K(2002) 1500) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2002/308/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li ġie kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li ġiet ikkunsidrata d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 rigward il-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta' annimali u prodotti ta' l-akkwakultura u [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/45/KE [2],u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha, Billi: (1) Sabiex jinkiseb, għal waħda jew aktar mill-mard tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN), l-istatus ta' żona approvata u ta' post ta' tkabbir tal-ħut li jinsabu f'żona mhix approvata, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-ġustifikazzjonijiet approprjati u r-regoli nazzjonali li jiżguraw konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 91/67/KEE. (2) Il-lista tal-postijiet ta' tkabbir tal-ħut approvati rigward il-VHS u l-IHN fil-Belġju ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/470/EC [3]. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/74/KEE [4], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2001/139/KE [5], tirrikonoxxi t-territorju sħiħ tad-Danimarka bħala żona approvata fir-rigward ta' l-IHN kif ukoll ċerti zoni fir-rigward tal-VHS. Aktar minn hekk, il-lista ta' postijiet ta' tkabbir ta' ħut approvati fid-Danimarka rigward il-VHS ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/233/KE [6], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2001/185/KE [7] (4) Il-listi taż-żoni u l-postijiet ta' tkabbir tal-ħut fil-Ġermanja approvati rigward il-VHS u l-IHN, ġew stabbiliti rispettivament mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni1999/496/KE [8] u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/124/KE [9], din ta' l-aħħar kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2001/541/KE [10]. (5) Il-lista tal-postijiet tat-tkabbir tal-ħut, kif ukoll ta' ċerti zoni approvati rigward il-VHS u l-IHN fi Spanja, kienet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/361/KE [11], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2001/294/KE [12]. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/862/KE [13] approvat il-programm Spanjol rigward il-VHS u l-IHN li kien applikat fl-Asturias qabel ma din iż-żona rċeviet l-istatus ta' żona approvata. (6) L-Istatus fi Franza rigward il-VHS u l-IHN kien stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/125/KE [14], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2001/553/KE [15]. Il-lista ta' postijiet ta' tkabbir tal-ħut approvati fir-rigward tal-VHS u l-IHN fi Franza kienet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/473/KE [16], kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2001/159/KE [17] (7) L-Istatus fl-Irlanda rigward il-VHS u l-IHN kien stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/73/KEE [18], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 97/804/KE [19]. (8) Il-lista taż-żoni fl-Italja, approvata rigward il-VHS u l-IHN kienet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/395/KE [20]. Il-lista tal-postijiet ta' tkabbir tal-ħut fl-Italja rigward il-VHS u l-IHN kienet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/357/KE [21], kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2001/552/KE [22]. (9) Il-lista tal-postijiet ta' tkabbir tal-ħut rigward il-VHS u l-IHN fl-Awstrija ġiet stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/171/KE [23]. (10) L-Isvezja ġiet rikonoxxuta bħala żona konintentali u tal-kosta għall-ħut rigward il-VHS u l-IHN mid-Deċiżjoni ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA Nru 70/94/COL [24]. (11) Minn meta daħlet fil-Komunità Ewropea, l-Isvezja tat informazzjoni rigward is-sitwazzjoni tal-VHS u l-IHN fit-territorju tagħha. L-Isvezja għandha tkun ikkunsidrata bħala żona kontinentali u tal-kosta rigward il-VHS u l-IHN, minbarra żona kostali waħda rigward il-VHS. (12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 706/13 tat-12 ta' Marzu 1973 rigward l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man għan-negozjar tal-prodotti agrikoli [25], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1174/86 [26], jistipula li l-leġislazzjoni veterinarja għandha tiġi applikata għal dawn il-gżejjer taħt l-istess kondizzjonijiet bħal fir-Renju Unit għall-prodotti importati fil-gżejjer jew esportati mill-gżejjer fil-Komunità. (13) L-istatus tar-Renju Uni, Channel Islands u Isle of Man, rigward il-VHS u l-IHN, kien stabbilit mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2000/188/KE [27], 93/39/KEE [28] u 93/40/KEE [29] rispettivament. (14) Franza għarrfet li faqqgħet il-VHS f'żona approvata 'il fuq mill-ħawt Vienne tal-ħajt ta' lqugħ Nouatre, departement ta' Indrè, li jinsab fi Loire Bretagne. Għalhekk, iż-żona affettwata-fl-intier tagħha m'għadiex tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/67/KEE rigward il-VHS. Madankollu, skond l-informazzjoni ġeografika u epidemjoloġika li waslet minn Franza, ċerti zoni ta' qbid taż-żoni għadhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet u għalhekk l-istatus approvat tagħhom m'għandux jitneħħa. (15) L-Italja ssottomettiet il-ġustifikazzjonijiet sabiex tikseb l-istatus ta' zoni approvati għal żewġ zoni- fir-reġjuni tal-Lombardia u Umbria rispettivament-rigward l-IHN u l-VHS kif ukoll ir-regoli nazzjonali li jiżguraw konformità mal-kondizzjonijiet għaż-żamma ta' l-istatus approvat. (16) Id-dokumentazzjoni pprovduta mill-Italja għaż-żoni kkonċernati juru li dawk iż-żoni jilħqu l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/67/KEE. Għalhekk huma jikkwalifikaw għall-istatus ta' żona approvata u għandhom jitniżżlu fil-lista ta' zoni approvati. (17) Il-Ġermanja wriet li l-ġustifikazzjonijiet għall-kisba ta' status ta' post ta' tkabbir approvat f'żona mhix approvata fir-rispett tal-VHS u l-IHN għal post ta' tkabbir tal-ħut li jinsab f'Baden-Wiirttemberg, kif ukoll ir-regoli nazzjonali li jiżguraw konformità mal-kondizzjonijiet għaż-żamma ta' l-istatus approvat. (18) Franza ssottomettiet il-ġustifikazzjonijiet sabiex tikseb l-istatus ta' post ta' tkabbir approvat f'żona mhix approvata fir-rispett tal-VHS u l-IHN, kif ukoll ir-regoli nazzjonali li jiżguraw konformità mal-kondizzjonijiet għaż-żamma ta' l-istatus approvat, għal tliet postijiet ta' tkabbir tal-ħut. Wieħed jinsab fir-reġjun ta' Aquitaine, wieħed f'Haute Normandie u wieħed fi Drome. Programm applikat għall-post ta' tkabbir fi Drome kien approvat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/174/KE [30]. (19) L-Italja ssottomettiet il-ġustifikazzjonijiet sabiex tikseb l-status ta' post ta' tkabbir approvat f'żona mhix approvata fir-rispett tal-VHS u l-IHN għal tliet postijiet ta' tkabbir tal-ħut wieħed fi Fruili Venezia Giulia, wieħed fil-Veneto u wieħed fl-Umbria, kif ukoll ir-regoli nazzjonali li jiżguraw konformità mal-kondizzjonijiet għaż-żamma ta' l-istatus approvat. (20) Id-dokumentazzjoni mogħtija mill-Ġermanja, Franza u l-Italja għal postijiet ta' tkabbir konċernati turi li dawn laħqu l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/67/KEE. Huma jikkwalifikaw għalhekk għall-istatus ta' post ta' tkabbir approvat f'żona mhix approvata u għandhom jiġu miżjuda mal-lista ta' postijiet ta' tkabbir approvati. (21) Sabiex kollox ikun ċar u sempliċi, hu approprjat li tinħoloq lista unika ta' zoni approvati u lista unika ta' postijiet ta' tkabbir tal-ħut approvati f'zoni mhux approvati fir-rigward tal-VHS u l-IHN u li jitneħħew xi Deċiżjonijiet li japprovaw programmi applikati qabel għal zoni u postijiet ta' tkabbir li sussegwentement ikunu kisbu l-istatus. (22) Id-Deċiżjonijiet 93/39/KEE, 93/40/KEE, 93/73/KEE, 93/74/KEE, 94/862/KE, 95/124/KE, 95/125/KE, 95/470/KE, 95/473/KE, 96/233/KE, 98/357/KE, 98/361/KE, 98/395/KE, 1999/496/KE, 2000/171/KE, 2000/174/KE u 2000/188/KE għandhom għalhekk jiġu revokati u ssostitwiti minn din id-Deċiżjoni. (23) L-Artikolu 172(7) ta' l-Att ta' Aċċess ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja jipprevedi li, mingħajr ma jiġu affettwati l-paragrafi 4 u 5 ta' l-istess Artikolu, d-Deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA jibqgħu validi wara d-dħul sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni motivata kif xieraq tal-kuntrarju skond il-prinċipji bażiċi tal-liġi tal-Komunità. (24) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI Artikolu 1 1. Il-lista ta' zoni rikonoxxuti bħala approvati fir-rigward ta' waħda jew aktar mill-mard tal-ħut VHS u IHN hi mniżżla fl-Anness I. 2. Il-lista ta' postijiet ta' tkabbir tal-ħut rikonoxxuti bħala postijiet ta' tkabbir tal-ħut approvati rigward waħda jew aktar aktar mill-mard tal-ħut VHS u IHN u li jinsabu f'zoni mhux approvati tinsab fl-Anness II. Artikolu 2 Id-Deċiżjonijiet 93/39/KEE, 93/40/KEE, 93/73/KEE, 93/74/KEE, 94/862/KE, 95/124/KE, 95/125/KE, 95/470/KE, 95/473/KE, 96/233/KE,98/357/KE, 98/361/KE, 98/395/KE, 1999/496/KE, 2000/171/KE, 2000/174/KE u 2000/188/KE huma revokati. Referenzi għad-Deċiżjonijiet revokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri kollha. Magħmulha fi Brussel, fit-22 ta' April 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, pġ. 1. [2] ĠU L 189, tat-3.7.1998, pġ. 12. [3] ĠU L 269, tal-11.11.1995, pġ. 28. [4] ĠU L 27, ta’ l-4.2.1993, pġ. 35. [5] ĠU L 50, tal-21.2.2001, pġ. 20. [6] ĠU L 77, tas-27.3.1996, pġ. 33. [7] ĠU L 67, tad-9.3.2001, pġ. 78. [8] ĠU L 192, ta’ l-24.7.1999, pġ. 57. [9] ĠU L 84,ta’ l- 14.4.1995, pġ.6. [10] ĠU L 194, tat-18.7.2001, pġ. 51. [11] ĠU L 163, tas-6.6.1998, pġ. 46. [12] ĠU L 100, tal-11.4.2001, pġ. 32. [13] ĠU L 352, tal-31.12.1994, pġ. 72. [14] ĠU L 84, ta’ l-14.4.1995, pġ. 8. [15] ĠU L 199, ta’ l-24.7.2001, pġ. 26. [16] ĠU L 269, tal-11.11.199, pġ. 31 5. [17] ĠU L 57, tas-27.2.2001, pġ. 54. [18] ĠU L 27 ta’ l-4.12.1993, pġ. 34. [19] ĠU L 329 tad-19.11.1997, pġ. 70. [20] ĠU L 176 ta’ l-20.6.1998, pġ. 30. [21] ĠU L 162 tal-5.6.1998, pġ. 42. [22] ĠU L 199, ta’ l-24.7.2001, pġ. 23. [23] ĠU L 55, tad-29.2.2000, pġ. 70. [24] ĠU L 247, tat-22.9.1994, pġ. 44. [25] ĠU L 68, tal-15.3.1973, pġ. 1. [26] ĠU L 107, ta’ l-24.4.1986, pġ. 1. [27] ĠU L 59, ta’ l-4.3.2000, pġ. 17. [28] ĠU L 16, tal-25.1.1993, pġ. 46. [29] ĠU L 16 tal-25.1.1993, pġ. 47. [30] ĠU L 55, tad-29.2.2000, pġ. 77. -------------------------------------------------- ANNESS I ZONI APPROVATI FIR-RIGWARD TA' WAĦDA JEW AKTAR MILL-MARDIET TAL-ĦUT VHS U IHN 1.A. ZONI [1] FID-DANIMARKA APPROVATI RIGWARD IL-VHS - Hansted Å - Hovmølle Å - Grenå - Treå - Alling Å - Kastbjerg - Villestrup Å - Karup Å - Sæby Å - Elling Å - Uggerby Å - Lindenborg Å - Øster Å - Hasseris Å - Binderup Å - Vidkær Å - Dybvad Å - Bjørnsholm Å - Trend Å - Lerkenfeld Å - Vester Å - Lønnerup med tilløb - Slette Å - Bredkær Bæk - Vandløb tit Kilen - Resenkær Å - Klostermølle Å - Hvidbjerg Å - Knidals Å - Spang Å - Simested Å - Skals Å - Jordbro Å - Fåremølle Å - Flynder Å - Damhus Å - Karup Å - Gudenåen - Halkær Å - Storåen - Århus Å - Bygholm Å - Grejs Å - Ørum Å 1.B. ZONI FID-DANIMARKA APPROVATI FIR-RIGWARD TA' L-IHN - Danimarka [2] Inklużi ż-żoni kontinentali u tal-kosta fit-territorju tagħha. 2. ZONI FIL-ĠERMANJA APPROVATI FIR-RIGWARD TAL-VHS U L-IHN 2.1. BADEN-WÜRTTEMBERG [3] Partijiet taż-żoni fejn jinġabar l-ilma. - Isenburger Tal mis-sors sa' fejn joħroġ l-ilma fil-post ta' tkabbir Falkenstein, - Eyach u t-tributarji tagħha mis-sorsi sa' l-ewwel ilqugħ l-isfel mix-xmara li jinsab qrib il-belt ta' Haigerloch. 3. ZONI FI SPANJA APPROVATI RIGWARD IL-VHS U L-IHN 3.1. REĠJUN: KOMUNITÀ AWTONOMA TA' ASTURIAS Zoni kontinentali - Il-postijiet kollha fejn jinġabar l-ilma ta' l-Asturias Zoni tal-kosta - Il-kosta sħiħ ta' l-Asturias 3.2. REĠJUN: KOMUNITÀ AWTONOMA TA' GALICIA Zoni kontinentali - Il-postijiet kollha fejn jinġabar l-ilma ta' Galicia: - li jinkludu l-postijiet fejn jinġabar l-ilma tax-xmara Eo, ix-xmara Sit mis-sors tiegħu fil-provinċja ta' Léon, ix-xmara Miño mis-sors tiegħu sa' l-ilqugħ ta' Frieira, u x-xmara Limia mis-sors tiegħu sa' l-ostruzzjoni Das Conchas, - minbarra l-post fejn jinġabar l-ilma tax-xmara Tamega. Zoni tal-kosta - Iż-żona tal-kosta f'Galicia minn fejn tispiċċa x-xmara Eo (Isla Pancha) sal-Cabo Silliero ta' Ría de Vigo, - Iż-żona tal-kosta minn Cabo Silliero sal-Punta Picos (fejn tispiċċa x-xmara Miño) hi kkunsidrata bħala żona "kuxxinett". 3.3. REĠJUN: KOMUNITÀ AWTONOMA TA' ARAGÓN Zoni kontinentali - Xmara Aragón mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Caparroso fil-provinċja ta' Navarre, - Xmara Gállego mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Ardisa, - Xmara Sotón mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Sotonera, - Xmara Isuela mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Arguis, - Xmara Flúmen mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Santa María de Belsue, - Xmara Guatizalema mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Vadiello, - Xmara Cinca mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Grado, - Xmara Esera mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Barasona, - Xmara Noguera-Ribagorzana mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Santa Ana, - Xmara Huecha mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Alcalá de Moncayo, - Xmara jalón mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Alagón, - Xmara Huerva mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Mezalocha, - Xmara Aguasvivas mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Moneva, - Xmara Martin mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Cueva Foradada, - Xmara Escuriza mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Escuriza, - Xmara Guadalope mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Caspe, - Xmara Matarraña mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Aguas de Pena, - Xmara Pena mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Pena, - Xmara Guadalaviar-Turia mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Generalísimo fil-provinċja ta' Valencia, - Xmara Mijares mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Arenós fil-provinċja ta' Castellón. In-nixxigħat l-oħra tal-Komunità ta' Aragón u x-xmara Ebro matul u minn fejn tgħaddi fl-imsemmija 3.4. REĠJUN: KOMUNITÀ AWTONOMA TA' NAVARRA Zoni kontinentali - Xmara Bidasoa mis-sors sal-bokka tagħha, - Xmara Leizarán mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Leizarán (Muga), - Xmara Arakil-Arga mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Falces, - Xmara Ega mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Allo, - Xmara Aragon mis-sors tagħha fil-provinċja ta' Huesca (Aragón) sal-ħajt ta' lqugħ ta' Caparroso (Navarre). In-nixxigħat l-oħra tal-Komunità ta' Navarre u x-xmara Ebro matul u minn fejn tgħaddi fl-imsemmija 3.5. REĠJUN: KOMUNITÀ AWTONOMA TA' CASTILLA U LÉON Zoni kontinetali - xmara Duero mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Aldeàvila, - xmara Ebro mis-sors tagħha fil-Komunità Awtonoma ta' Cantabria sal-ħajt ta' lqugħ ta' Sobron, - xmara Queiles mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Los Fayos, - xmara Tiétar mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Rosarito, - xmara Alberche mis-sors tagħha sal-ħajt ta' lqugħ ta' Burguillo. In-nixxiegħat l-oħra tal-Komunità Awtonoma ta' Castilla u Léon huma kkonsidrati bħala żona "kuxxinett". 3.6. REĠJUN: KOMUNITÀ AWTONOMA TA' CANTABRIA Zoni kontinentali Iż-żoni fejn jinġabar l-ilma tax-xmajjar li ġejjin mis-sors sal-baħar: - xmara Deva, - xmara Nansa, - xmara Saja-Besaya, - xmara Pas-Pisueña, - xmara Asòn, - xmara Agüera. Iż-żoni fejn jinġabar l-ilma tax-xmajjar Gandarillas, Escudo, Miera y Campiazo huma kkonsidrati bħala zoni "kuxxinett". Zoni tal-Kosta - Il-kosta sħiħa ta' Cantabria mill-bokka tax-xmara Deva sal-qala ta' Ontòn. 4.A. ZONI FI FRANZA APPROVATI RIGWARD IL-VHS U L-IHN 4.A.1. ADOUR-GARONNE Zoni fejn jinġabar l-ilma - Il-Ħawt Charente, - Il-Ħawt Seudre, - Il-ħwat tax-xmajjar tal-kosta taż-żona fejn ix-xmara tiltaqa' mal-baħar Gironde fid-department ta' Charente-Maritime, - Iż-żoni fejn jinġabar l-ilma ta' Nive u Nivelles (Pyrenées Atlantiques), - Il-Ħawt Forges (Landes), - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tad-Dronne (Dordogne), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Eglisottes f'Monfourat, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tal-Beauronne (Dordogne), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Faye, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tal-Valouse (Dordogne), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Etang des Roches Noires, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tal-Paillasse (Gironde), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Grand Forge, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tas-Ciron (Lot et Garonne, Gironde), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Moulin de Castaing, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tal-Petite Leyre (Landes), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Pont de Espine f'Argelouse, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tal-Pave (Landes), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Pave, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma ta' l-Eecource (Landes), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Moulin de Barbe, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tal-Geloux (Landes), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ D38 f'Saint Martin d'Oney, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma ta' l-Estrigon (Landes), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Camper et Lamolere, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma ta'l-Estampon (Landes), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Ancienne Minoterie f'Roquefort, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tal-Gelise (Landes, Lot et Garonne), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ 'l isfel minn fejn jiltaqgħu il-Gelise u l-Osse - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tal-Magescq (Landes), mis-sors sal-bokka, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tal-Luys (Pyrenées Atlantiques), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Moulin d'Oro, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tan-Neez (Pyrenées Atlantiques), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ JuranĊon, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tal-Beez (Pyrenées Atlantiques), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Nay, - Iż-żona fejn jinġabar l-ilma tal-Gave de Cauterets (Hautes Pyrenées), mis-sors sal-ħajt ta' lqugħ Calypso fil-power station ta'Soulom. Zoni tal-kosta - Il-kosta Atlantika kollha bejn il-konfini tad-departement ta' Vendée u l-konfini tan-naħa t'isfel tad-departement ta'Charente-Maritime 4.A.2. LOIRE-BRETAGNE Zoni Kontinentali - Iż-żoni kollha fejn jinġabar l-ilma tal-Brittanja minbarra ż-żoni fejn jinġabar l-ilma li ġejjin: - Vilaine, - Aven, - Ster-Goz, - in-naħa t'isfel taż-żona fejn jinġabar l-ilma ta' Elorn, - Il-ħawt ta-Sevre Niortaise, - Il-ħawt The Lay, - Iż-żoni fejn jinġabar l-ilma tal-ħawt Vienne li ġejjin Vienne basin: - iż-żona fejn jinġabar l-ilma tax-xmara la Vienne, mis-sorsi sal-ħajt ta' lqugħ ta' Chatellerault fid-departement ta'la Vienne, - iż-żona fejn jinġabar l-ilma tax-xmara la Gartempe, mis-sorsi sal-ħajt ta' lqugħ (b'xibka) ta' Saint Pierre de Maillé fid-departement ta' Vienne, - iż-żona fejn jinġabar l-ilma tax-xmara la Creuse, mis-sorsi sal-ħajt ta' lqugħ ta' Benavent fid-departement ta'flndre, - iż-żona fejn jinġabar l-ilma tax-xmara le Suin, mis-sorsi sal-ħajt ta' lqugħ ta' Douadic fid-departement ta'flndre, - iż-żona fejn jinġabar l-ilma tax-xmara la Claise, mis-sorsi sal-ħajt ta' lqugħ ta' of Bossay-sur-Claise fid-departement ta'flndre u Loire, - iż-żona fejn jinġabar l-ilma tax-xmara ta' Velleches u tal-trois Moulins, mis-sorsi sal-ħitan ta' lqugħ ta'trois Moulins fid-departement ta'la Vienne, - il-ħwat tax-xmajjar tal-kosta Atlantika fid-departement ta' Vendee. Zoni tal-kosta - Il-kosta sħiħa tal-Brittanja minbarra l-partijiet li ġejjin: - Rade de Brest, - Anse de Camaret, - iż-żona tal-kosta bejn il-ċpointe de Trevignon' u fejn tispiċċa x-xmara LaIta, - iż-żona tal-kosta bejn fejn tibda x-xmara Tohon sal-fruntiera tad-departement. 4.A.3. SEINE-NORMANDIE Zoni kontinentali - Il-ħawt Selune 4.B. ZONI FI FRANZA APPROVATI RIGWARD IL-VHS 4.B.1. LOIRE-BRETAGNE Zoni kontinentali - Il-parti tal-ħawt Loire li jinkludi l-parti ta' fuq tax-xmara tal-post fejn jinġabar l-ilma Huisne mis-sors tal-postijiet minn fejn jgħaddi l-ilma tal-ħitan ta' lqugħ Ferte-Bernard 4.C. ZONI FI FRANZA APPROVATI RIGWARD L-IHN 4.C.1. LOIRE-BRETAGNE Zoni kontinentali - Il-post fejn jinġabar l-ilma tal-ħawt Vienne: - il-post fejn jinġabar l-ilma ta' Anglin, mis-sorsi sal-ħitan ta' lqugħ ta': - EDF de Chatellerault fuq ix-xmara la Vienne, fid-departement ta' Vienne, - Saint Pierre de Maillé fuq ix-xmara la Gartempe, fid-departement ta' Vienne, - Benavent fuq ix-xmara la Creuse, fid-departement ta' flndre, - Douadic fuq ix-xmara le Sum, fid-departement ta' flndre, - Bossay-sur-Claise fuq ix-xmara la Claise, fid-departement ta' lndre u Loire. 5.A. ZONI FL-IRLANDA APPROVATI RIGWARD IL-VHS - Irlanda [2] Inklużi ż-żoni kontinentali u tal-kosta fit-territorju tagħha., minbarra Cape Clear Island 5.B. ZONI FL-IRLANDA APPROVATI RIGWARD L-IHN - Irlanda [2] Inklużi ż-żoni kontinentali u tal-kosta fit-territorju tagħha. 6. ZONI FL-ITALJA APPROVATI RIGWARD IL-VHS U L-IHN 6.1. REĠJUN TA' TRENTINO ALTO ADIGE, PROVINĊJA AWTONOMA TA' TRENTO Zoni kontinentali - Żona Vat di Fiemme e Fassa: post fejn jinġabar l-ilma tax-xmara Avisio, mis-sors sa' l-ilqugħ artifiċjali ta'Stramentizzo, - Żona Valle dei Laghi: post fejn jinġabar l-ilma tax-xmara ta'San Massenza, Toblino u Cavedine u l-ħajt ta' lqugħ l'isfel mix-xmara fin-naħa t'isfel tax-xmara ta' Cavedine li twassal għall-power station idroelettrika li tinsab fil-lokal ta'Torbole, - Żona Vat delle Sorne: post fejn jinġabar l-ilma tax-xmara Sorna mis-sors sa' l-ilqugħ artifiċjali magħmul mill-power station idroelettrika li tinsab fil-lokal ta' Chizzola (Ala), qabel jilħaq ix-xmara Adige, [6] Inklużi ż-żoni kontinentali u tal-kosta fit-territorju tagħha. - Żona Torrente Adana: żona fejn jinġabar l-ilma tax-xmara Adana mis-sors sas-serje ta' ħitan ta' lqugħ artifiċjali li jinsabu 'l isfel mill-post ta' tkabbir Armani Cornelio-Lardaro, - Żona Rio Manes: Żona li tiġbor l-ilma tar-Rio Manes 'l isfel lejn kaskata li tinsab 200 metru 'l isfel mill-post ta' tkabbir Troticoltura Giovanelli li jinsab fil-lokalità Zinquantina. 6.2. REGJUN TA'LOMBARDIA, PROVINĊJA TA' BRESCIA Zoni kontinentali - Żona Ogliolo: iż-żona fejn jinġabar l-ilma mis-sors tan-nixxiegħa Ogliolo sal-kaskata, li tinsab 'l isfel mil-post ta' tkabbir tal-ħut Adamello, fejn in-nixxiegħa Ogliolo tiltaqa' max-xmara Oglio. 6.3. REGJUN TA' UMBRIA, PROVINĊJA TA' PERUGIA Zoni kontinentali - Żona Lago Trasimeno: Għadira Trasimeno 7.A. ZONI FL-ISVEZJA APPROVATI RIGWARD IL-VHS - Svezja [2] Inklużi ż-żoni kontinentali u tal-kosta fit-territorju tagħha.: - minbarra ż-żona tal-kosta tal-punent f'nofs ċirku ta' medda ta' 20 kilometru madwar il-post ta' tkabbir tal-ħut li jinsab fuq il-gżira ta' Bjòrkò, kif ukoll il-postijiet fejn ix-xmara tiltaqa' mal-baħar u ż-żona fejn jinġabar l-ilma tax-xmajjar Gotau Save sa' l-ewwel ħitan ta' lqugħ ta' migrazzjoni (li jinsabu fi Trollhattan u d-dħul ta' l-għadira Aspen rispettivament) 7.B. ZONI FL-ISVEZJA APPROVATI RIGWARD L-IHN - Svezja [2] Inklużi ż-żoni kontinentali u tal-kosta fit-territorju tagħha. 8. ZONI FIR-RENJU UNIT, CHANNEL ISLANDS U L-ISLE OF MAN APPROVATI RIGWARD IL-VHS U L-IHN - Gran Brittanja [2] Inklużi ż-żoni kontinentali u tal-kosta fit-territorju tagħha. - Irlanda ta' Fuq [2] Inklużi ż-żoni kontinentali u tal-kosta fit-territorju tagħha. - -Guernsey [2] Inklużi ż-żoni kontinentali u tal-kosta fit-territorju tagħha. - Isle of Man [2] Inklużi ż-żoni kontinentali u tal-kosta fit-territorju tagħha. [1] Il-postijiet fejn jinġabar l-ilma u ż-żoni tal-kosta li jiffurmaw parti minnha. [6] Il-postijiet fejn jinġabar l-ilma u ż-żoni tal-kosta li jiffurmaw parti minnha. -------------------------------------------------- ANNESS II POSTIJIET TA' TKABBIR TAL-ĦUT APPROVATI RIGWARD WAĦDA JEW AKTAR MILL-MARD TAL-ĦUT VHS U IHN 1. POSTIJIET TA' TKABBIR TAL-ĦUT APPROVATI FIL-BELĠJU RIGWARD L-IHS U L-VHN 1. | La Fontaine aux truites | B-6769 Gerouville | 2. POSTIJIET TA' TKABBIR TAL-ĦUT APPROVATI FID-DANIMARKA RIGWARD L-IHS U L-VHN 1. | Vork Dambrug | DK-6040 Egtved | 2. | Egebxk Dambrug | DK-6880 Tarm | 3. | Bxkkelund Dambrug | DK-6950 Ringkobing | 4. | Borups Geddeopdrxt | DK-6950 Ringkobing | 5. | Bornholms Lakseklxkkeri | DK-3730 Nexo | 6. | Langes Dambrug | DK-6940 Lem St. | 7. | Braenderigaardens Dambrug | DK-6971 Spjald | 8. | Siglund Fiskeopdrxt | DK-4780 Stege | 3. POSTIJIET TA' TKABBIR TAL-ĦUT APPROVATI FIL-GERMANJA RIGWARD L-IHS U L-VHN 3.1. SASSONJA T'ISFEL 1. | Jochen Moeller | Fischzucht Harkenbleck D-30966 Hemmingen-Harkenbleck | 2. | Versuchsgut Relliehausen der Universitat Göttingen | (fejn ibid il-ħut biss) D-37586 Dassel | 3. | Dr. R. Rosengarten | Forellenzucht Sieben Quellen D-49124 Georgsmarienhutte | 4. | Klaus Kr6ger | Fischzucht Klaus Kr6ger D-21256 Handeloh W6rme | 5. | Ingeborg Riggert-Schlumbohm | Forellenzucht W. Riggert D-29465 Schnega | 6. | Volker Buchtmann | Fischzucht Nordbach D-21441 Garstedt | 7. | Sven Kramer | Forellenzucht Kaierde D-31073 Delligsen | 8. | Hans-Peter Klusak | Fischzucht Gr6negau D-49328 Melle | 9. | F. Feuerhake | Forellenzucht Rbeden D-31039 Rbeden | 3.2. THURINGIA 1. | Firma Tautenhahn | D-98646 Trostadt | 2. | Thuringer Forstamt Leinefelde | Fischzucht Worbis D-37327 Leinefelde | 3. | Fischzucht Salza GmbH | D-99734 Nordhausen-Salza | 4. | Fischzucht Kindelbruck GmbH | D-99638 Kindelbruck | 5. | Reinhardt Strecker | Forellenzucht Orgelmuhle D-37351 Dingelstadt | 3.3. BADEN-WORTTEMBERG 1. | Heiner Feldmann | Riedlingen/Neufra D-88630 Pfullendorf | 2. | Walter Dietmayer | Forellenzucht Walter Dietmayer, Hettingen, D-72501 Gammertingen | 3. | Heiner Feldmann | Bad Waldsee D-88630 Pfullendorf | 4. | Heiner Feldmann | Bergatreute D-88630 Pfullendorf | 5. | Oliver Fricke | Anlage Wuchzenhofen, Boschenmuhle D-87764 Mariasteinbach-Legau | 6. | Peter Schmaus | Fischzucht Schmaus, Steinental D-88410 Steinental/Hauerz | 7. | Josef Schnetz | Fenkenmuhle D-88263 Horgenzell | 8. | Erwin Steinhart | Quellwasseranlage Steinhart, Hettingen D-72513 Hettingen | 9. | Hugo Strobel | Quellwasseranlage Otterswang, Sagmuhle D-72505 Hansen am Andelsbach | 10. | Reinhard Lenz | Forsthaus, Gaimuhle D-64759 Sensbachtal | 11. | Peter Hofer | Sulzbach D-78727 Aisteig/Oberndorf | 12. | Stephan Hofer | Oberer Lautenbach D-78727 Aisteig/Oberndorf | 13. | Stephan Hofer | Unterer Lautenbach D-78727 Aisteig/Oberndorf | 14. | Stephan Hofer | Schelklingen D-78727 Aisteig/Oberndorf | 15. | Hubert Schuppert | Brutanlage: Obere Fischzucht Mastanlage: Untere Fischzucht D-88454 Unteressendorf | 16. | Johannes Dreier | Brunnentobel D-88299 Leutkirch/Hebrazhofen | 17. | Peter St6rk | Wagenhausen D-88348 Saulgau | 18. | Erwin Steinhart | Geislingen/St. D-73312 Geislingen/St. | 19. | Joachim Schindler | Forellenzucht Lohmuhle D-72275 Alpirsbach | 20. | Heribert Wolf | Forellenzucht Sohnius D-72160 Horb-Diessen | 21. | Claus Lehr | Forellenzucht Reinerzau D-72275 Alpirsbach-Reinerzau | 22. | Hugo Hager | Bruthausanlage D-88639 Walbertsweiler | 23. | Hugo Hager | Waldanlage D-88639 Walbertsweiler | 24. | Gumpper and St6ll GmbH | Forellenhof R6ssle, Honau D-72805 Liechtenstein | 25. | Ulrich Ibele | Pfrungen D-88271 Pfrungen | 26. | Hans Schmutz | Brutanlage 1, Brutanlage 2, Brut-and Setzlingsanlage 3 (Hausanlage) D-89155 Erbach | 27. | Wilhelm Drafehn | Obersimonswald D-77960 Seelbach | 28. | Wilhelm Drafehn | Brutanlage Seelbach D-77960 Seelbach | 29. | Franz Schwarz | Oberharmersbach D-77784 Oberharmersbach | 30. | Meinrad Nuber | Langenenslingen D-88515 Langenenslingen | 31. | Anton Spiel? | H6bmuble D-88353 Ki9leg | 32. | Karl Servay | Osterhofen D-88339 Bad Waldsee | 33. | Kreissportfischereiverein Biberach | Warthausen D-88400 Biberach | 34. | Hans Schmutz | Gossenzugen D-89155 Erbach | 35. | Reinhard R6sch | Haigerach D-77723 Gengenbach | 36. | Harald Tress | Unterlauchringen D-79787 Unterlauchringen | 37. | Alfred Tr6ndle | Tiefenstein D-79774 Albbruck | 38. | Alfred Tr6ndle | Unteralpfen D-79774 Unteralpfen | 39. | Peter Hofer | Schenkenbach D-78727 Aigsteg/Oberndorf | 40. | Heiner Feldmann | Bainders D-88630 Pfullendorf | 41. | Andreas Zordel | Fischzucht Im Gansebrunnen D-75305 Neuenburg | 42. | Hans Fischb6ck | Forellenzucht am Kocherursprung D-73447 Oberkochen | 43. | Hans Fischb6ck | Fischzucht D-73447 Oberkochen | 44. | Josef Durr | Forellenzucht Igersheim D-97980 Bad Mergentheim | 45. | Kurt Englerth and Sohn GBR | Anlage Berneck D-72297 Seeewald | 46. | Fischzucht Anton Jung | Anlage Rolhrsee D-88353 Kisslegg | 47. | Staatliches Forstamt Wangen | Anlage Karsee D-88364 Wangen i.A. | 48. | Simon Philipson | Anlage Weissenbronnen D-88364 Wolfegg | 49. | Hans Klaiber | Anlage Bad Wildbad D-75337 Enzkl6sterle | 50. | Josef H6nig | Forellenzucht H6nig D-76646 Bruchsal-Heidelsheim | 51. | Werner Baur | Blitzenreute D-88273 Fronreute-Blitzenreute | 52. | Gerhard Weihmann | Magerkingen D-72574 Bad Urach-Seeburg | 53. | Hans and Hubert Belser GBR | Dettingen D-72401 Haigerloch-Gruol | 54. | Staatliche Forstamter Ravensburg and Wangen | Altdorfer Wald D-88214 Ravensburg | 55. | Anton Jung | Bunkhoferweiher, Schanzwiesweiher and Hackler weiher D-88353 Kisslegg | 56. | Hildegart Litke | Holzweiher D-88480 Achtstetten | 57. | Werner Wagele | Ellerazhofer Weiher D-88319 Aitrach | 58. | Ernst Graf | Hatzenweiler Osterbergst. 8 D-88239 Wangen-Hatzenweiler | 59. | Fischbrutanstalt des Landes Baden-Wurttemberg | Obereisenbach Argenweg 50 D-88085 Langenargen | 60. | Johann-Georg Huchler | Gutenzell Ochsenhauserstr. 17 D-88484 Gutenzell | 61. | Meinrad Nuber | Ochsenhausen Obere Wiesen 1 D-88416 Ochsenhausen | 62. | Bezirksfischereiverein Nagoldtal e.V | Kemheim Lange Steige 34 D-75365 Calw | 63. | Berd and Volker Fanrich | Neumuhle D-88260 Ratzenried-Argenbubl | 3.4. NORTH RHINE-WESTPHALIA 1. | Wolfgang Lindhorst-Emme | Hirschquelle D-33758 Schloss Holte-Stukenbrock | 2. | Wolfgang Lindhorst-Emme | Am Oelbach D-33758 Schloss Holte-Stukenbrock | 3. | Hugo Rameil and Söhne | Sauerlander Forellenzucht D-57368 Lennestadt-Gleierbruck | 4. | Peter Horres | Ovenhausen, Jätzer Muhle D-37671 Höxter | 5. | Wolfgang Middendorf | Fischzuchtbetrieb Middendorf D-46348 Raesfeld | 3.5. BAVARIA 1. | Gerstner Peter | (Forellenzuchtbetrieb Juraquell) Wellheim D-97332 Volkach | 2. | Werner Ruf | Fischzucht Wildbad D-86925 Fuchstal-Leeder | 3. | Rogg | Fisch Rogg D-87751 Heimertingen | 3.6. SASSONJA 1. | Anglerverband Sudachsen ċMulde/Elster' e.V. | Forellenanlage Schlettau D-09487 Schlettau | 2. | H. and G. Ermisch GbR | Forellen- and Lachszucht D-01844 Langburkersdorf | 3.7. HESSEN 1. | Hermann Rameil | Fischzuchtbetriebe Hermann Rameil D-34560 Fritzlar | 4. POSTIJIET TA' TKABBIR TAL-ĦUT APPROVATI FI SPANJA RIGWARD L-IHS U L-VHN 4.1. REĠJUN: KOMUNITÀ AWTONOMA TA' ARAGON 1. | Truchas del Prado | located in A1cala de Ebro, Province of Zaragoza (Aragòn) | 5.A. POSTIJIET TA' TKABBIR TAL-ĦUT APPROVATI FI FRANZA RIGWARD L-IHS U L-VHN 5.A.1. ADOUR-GARONNE 1. | Pisciculture de Sarrance | F-64490 Sarrance (Pyrenees-Atlantiques) | 2. | Pisciculture des Sources | F-12540 Cornus (Aveyron) | 3. | Pisciculture de Pissos | F-40410 Pissos (Landes) | 4. | Pisciculture de Tambareau | F-40000 Mont-de-Marsan (Landes) | 5. | Pisiculture 'Les Fontaines d'Escot' | F-64490 Escot (Pyrenees-Atlantiques) | 6. | Pisciculture de 1a Forge | F-47700 Caste1jaloux (Lot-et-Garonne) | 5.A.2. ARTOIS-PICARDIE 1. | Pisciculture du Moulin du Roy | F-62156 Remy (Pas-de-Calais) | 2. | Pisciculture du Blequin | F-62380 Seningheim (Pas-de-Calais) | 5.A.3. AQUITAINE 1. | SARL Salmoniculture de la Ponte — Station d'Alevinage du Ruisseau Blanc | Le-Meysout F-40120 Arne | 5.A.4. DROME 1. | Pisiculture ċSources de 1a Fabrique' | 40, Chemin de Robinson F-26000 Valence | 5.A.5. HAUTE-NORMANDIE 1. | Pisciculture des Godeliers | F-27210 Le Torpt | 5.A.6. LOIRE-BRETAGNE 1. | SCEA ‘Truites du lac de Cartravers’ | Bois-Boscher F-22460 Merleac (Côtes d’Armor) | 2. | Pisciculture du Thélohier | F-35190 Cardroc (Illе-et-Vilaine) | 3. | Pisciculture de Plainville | F-28400 Marolles-les-Buis (Eure-et-Loir) | 5.A.7. RHIN-MEUSE 1. | Pisciculture du ruisseau de Dompierre | F-55300 Lacroix-sur-Meuse (Meuse) | 2. | Pisciculture de 1a source de 1a Deue | F-55500 Cousances-aux-Bois (Meuse) | 5.A.8. RHONE-MEDITERRANEE-CORSE 1. | Pisciculture Charles Murgat | Les Fontaines F-38270 Beaufort (Isere) | 5.A.9. SEINE-NORMANDIE 1. | Pisciculture du Vaucheron | F-55130 Gondrecourt-le-Chateau (Meuse) | 5.B. POSTIJIET TA' TKABBIR TAL-ĦUT APPROVATI FI FRANZA RIGWARD L-IHS 5.B.1. ARTOIS-PICARDIE 1. | Pisciculture de Sangheen | F-62102 Calais (Pas-de-Calais) | 6. POSTIJIET TA' TKABBIR TAL-ĦUT APPROVATI FL-ITALJA RIGWARD L-IHS U L-VHN 6.1. REĠJUN: FRIULI VENEZIA GIULIA Ħawt tax-xmara Stella 1. | Azienda ittica agricola Collavini Mario | Via Tiepolo 12, I-33032 Bertiolo (UD) - N. 1096UD005 | 6.2. REGJUN: PROVINCIA AUTONOMA DI TRENTO Ħawt tan-Noce 1. | Ass. Pescatori Solandri (Loc. Fucine) | Cavizzana | Ħawt tal-Brenta 2. | Campestrin Giovanni Telve | Valsugana (Fontane) | 3. | Ittica Resenzola Serafini | Grigno | 4. | Ittica Resenzola Selva | Grigno | 5. | Leornadi F.lli | Levico Terme (S. Giuliana) | 6. | Dellai Giuseppe-Trot. Valsugana | Grigno (Fontana Secca, Maso Puele) | Ħawt ta' l-Adige 7. | Celva Remo | Pomarolo | 8. | Margonar Domenico | Ala (Pilcante) | 9. | Degiuli Pasquale | Mattarello (Regole) | 10. | Tamanini Livio | Vigolo Vattaro | 11 | Troticultura Istituto Agrario di S. Michele a/A. | S. Michele all'Adige | Ħawt tas-Sarca 12. | Ass. Pescatori Basso Sarca | Ragoli (Pez) | 13. | Stab. Giudicariese La Mola | Tione (Delizia d'Ombra) | 14. | Azienda Agricola La Sorgente s.s. | Tione (Saone) | 15. | Fond del Dal s.s. | Lomaso (Dasindo) | 16. | Comfish Srl (ex Paletti) | Preore (Molina) | 17. | Ass. Pescatori Basso Sarca | Tenno (Pranzo) | 18. | Troticultura ċLa Fiana' | Di Valenti Claudio (Bondo) | Ħawt tal-Chiese 19. | Facchini Emiliano | Pieve di Bono (Agrone) | 6.3. REGJUN: UMBRIA Wied tax-xmara Nera 1. | Impianto Ittogenico provinciale | Loc Ponte di Cerreto di Spoleto (PG) - public plant (province of Perugia) | 6.4. REGJUN: VENETO Astico basin 1. | Centro Ittico Valdastico | Valdastico (Veneto, Province Vicenza) | Xmara Lietta Basin 2. | Azienda Agricola Lietta sas | Via Rai 3, 31010 Ormelle (TV) - n### 052TV074 | 7. POSTIJIET TA' TKABBIR TAL-ĦUT APPROVATI FL-AWSTRIJA RIGWARD L-IHS U L-VHN 1. | I Alois K6ttl | Ċ Forellenzucht Alois K6ttl A-4872 Neukirchen a.d. V6ckla | --------------------------------------------------