This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999R1026
Council Regulation (EC, Euratom) No 1026/1999 of 10 May 1999 determining the powers and obligations of agents authorised by the Commission to carry out controls and inspections of the Communities' own resources
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1026/1999 tal-10 ta' Mejju 1999 li jiddetermina l-poteri u l-obbligi ta' aġenti awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu kontrolli u spezzjonijiet tar-riżorsi tal-Komunità innifisha
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1026/1999 tal-10 ta' Mejju 1999 li jiddetermina l-poteri u l-obbligi ta' aġenti awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu kontrolli u spezzjonijiet tar-riżorsi tal-Komunità innifisha
ĠU L 126, 20/05/1999, p. 1–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32014R0608
Official Journal L 126 , 20/05/1999 P. 0001 - 0003
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1026/1999 tal-10 ta' Mejju 1999 li jiddetermina l-poteri u l-obbligi ta' aġenti awtorizzati mill-Kummissjoni biex iwettqu kontrolli u spezzjonijiet tar-riżorsi tal-Komunità innifisha IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 209 tiegħu, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 183 tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KEE, Euratom tal-31 ta' Ottubru 1994 dwar is-sistema tar-riżorsi tal-Komunità innifisha [1], u partikolarment l-Artikolu 8(2) tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri [4], (1) Billi Regolament tal-Kunsill KEE, Euratom, KEFA [5] Nru 165/74 jiddetermina l-poteri u l-obbligi ta' uffiċjali awtorizzati mill-Kummisjoni b'konnessjoni mat-twettieq ta' spezzjonijiet meħtieġa biex ikunu stabbiliti u biex ikunu disponibbli r-riżorsi tagħha, li ma jkunux dawk li jakkumulaw mill-VAT, li magħhom il-Kummissjoni hija assoċjata; (2) Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jimplementa id-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema fil-Komunitajiet tar-riżorsi tagħhom [6], Stati Membri jwettqu verifiki u inkjesti li jikkonċernaw it-twaqqif u d-disponibilità tar-riżorsi tagħhom li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom; billi bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89 l-Istati Membru huma meħtieġa li jwettqu spezzjonijiet addizzjonali b'reazzjoni għal talba raġjonevoli mill-Kummissjoni u biex jassoċjaw lill-Kummissjoni fl-ispezzjonijiet kollha li jwettqu huma; billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89, il-Kummissjoni tista' hija innifisha twettaq miżuri ta' spezzjonijiet fuq il-post, flimkien ma' aġenti ta' Stati Membri ikkonċernati li jipparteċipaw f'miżuri bħal dawn; (3) Billi l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar arranġamenti uniformi definittivi għal ġbir tar-riżorsi tagħha li jakkumulaw mill-VAT [7] ġew estiżi għall-applikazzjoni ta' Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 165/74 għal kontrolli dwar ir-riżorsi tagħha li jakkumulaw mill-VAT; (4) Billi l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89 jesiġi li l-Kummissjoni flimkien ma' l-Istati Membri kkonċernati, għandha twettaq spezzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi tagħha ibbażati fuq il-GNP; (5) Billi, għaċ-ċarezza, ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 165/74 u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 għandhom jitħassru, u d-dispożizzjonijiet għandhom jenħtieġu jkopru l-poteri u l-obbligi ta' aġenti awtorizzati għar-riżorsi kollha tagħha, billi titqies in-natura speċifika tar-riżorsi tagħha li jakkumulaw mill-VAT u dawk ibbażati fuq il-GNP; (6) Billi għandhom ikunu definiti l-kondizzjonijiet li bihom aġenti awtorizzati jwettqu d-doveri tagħhom, u partikolarment ir-regoli għandhom ikunu meħtieġa li l-uffiċjali u l-impjegati kollha tal-Komunità u wkoll l-esperti nazzjonali issekondati, għandhom josservaw f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunfidenzalità professjonali u mal-protezzjoni ta' data personali; (7) Billi għandu jkun stabbilit li esperti nazzjonali mibgħuta, jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni permezz ta' l-istess kondizzjonijiet bħal l-aġenti tagħha u li l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jqajjmu oġġezzjonijiet issostanzjati kif xieraq dwar il-preżenza, waqt spezzjoni jew kontroll, ta' espert nazzjonali mibgħut, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Kummissjoni għandha: (a) tkun assoċjata ma' miżuri ta' spezzjoni imwettqa minn Stati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi tagħha, kif msemmi fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89, (b) twettaq spezzjonijiet fuq il-post tar-riżorsi tagħha, kif hemm refernza dwarhom fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1552/89, (ċ) twettaq kontrolli tar-riżorsi tagħha li jakkumulaw mill-VAT, kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, (d) twettaq spezzjonijiet ta' riżorsi tagħha ibbażati fuq GNP permezz ta' l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89 fil-persuna ta' dawk l-uffiċjali u impjegati tagħha li hi speċifikament taħtar għal dan l-iskop, minn hawn "il quddiem msemmija bħala" aġenti awtorizzati. Persuni mqiegħda għas-servizz tal-Kummissjoni mill-Istati Membri bħala esperti nazzjonali ssekondati jistgħu jkunu preżenti waqt dawn il-verifiki u spezzjonijiet. Bi ftehim speċifiku u minn qabel ta' dak l-Istat Membru, il-Kummissjoni tista' titlob l-għajnuna ta' uffiċjali minn Stati Membri oħra bħala osservaturi. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-uffiċjali msemmija hawn fuq jagħtu kull garanzija f'dak li għandu x'jaqsam mal-kompetenza teknika, indipendenza u tħaris tas-sigriet professjonali. Artikolu 2 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom regolarment iżommu kuntatti meħtiega biex jitwettqu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1. 2. Kontroll u spezzjoni fuq il-post għandhom ikunu ppreċeduti, fi żmien xieraq, b'kuntatti bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni sabiex ikunu preskritti proċeduri iddettaljati. 3. Għal kull żjara, l-aġenti awtorizzati għandhom jingħataw struzzjonijiet bil-miktub mill-Kummissjoni li jkun fihom l-identità u l-kapaċità uffiċjali tagħhom. Għall-ispezzjonijiet fuq il-post li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(b), it-termini ta' referenza għandhom ikunu akkumpanjati b'dokument li jindika l-għan u l-iskop tal-ispezzjoni. Artikolu 3 1. L-aġenti awtorizzati għandhom: (a) iġibu rwieħom tul il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post b'mod kompatibbli mar-regoli u l-użanzi preskritti għal uffiċjali ta' l-Istati Membri kkonċernati; (b) ikunu marbuta bis-segretezza professjonali, skond il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 5; (ċ) ikunu intitolati, jekk xieraq, li jkollhom kuntatt, ma' debituri biss fil-kuntest ta' l-ispezzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 1(a) u (b) u biss permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li fihom l-ispezzjoni fuq il-post tkun sejra sseħħ. 2. Il-preparazzjoni ta' l-amministrazzjoni ta': (a) l-ispezzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(a) f'dak li għandu x'jaqsam ma organizzazzjoni tax-xogħol u, aktar ġeneralment, relazzjonijiet mad-dipartimenti involuti fil-miżuri, mid-dipartiment innominat mill-Istat Membru bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(1); (b) l-ispezzjonijiet fuq il-post li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(b) għandhom jitwettqu mill-aġenti awtorizzati; f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-organizzazzjoni tax-xogħol u relazzjonijiet mad-dipartimenti u, fejn xieraq, id-debituri involuti fl-ispezzjoni, dawn l-aġenti għandhom, qabel xi spezzjonijiet fuq il-post, jistabbilixxu l-kuntatti meħtieġa ma' l-uffiċjali innominati mill-Istat Membru kkonċernat bi qbil ma' l-Artikolu 4(2); (ċ) il-kontrolli u l-ispezzjonijiet li hemm referenza dwarhom rispettivament permezz ta' l-Artikolu 1(1)(ċ) u (d) għandhom jittwettqu mill-aġenti awtorizzati, li għandhom jistabbilixxu, f'dak li għandu x'jaqsam ma' organizzazzjoni tax-xogħol, il-kuntatti meħtieġa ma' l-amministrazzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri. Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-dipartimenti jew l-aġenziji responsabbli biex ikun stabbilit, il-ġbir u li jkun disponibbli għar-riżorsi tagħhom stess, u l-awtoritajiet li huma jkunu taw struzzjonijiet biex iwettqu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet dwarhom, li jagħtu lill-aġenti awtorizzati kull għajnuna meħtieġa għat-twettieq tad-doveri tagħhom. 2. F'dak li għandu x'jaqsam ma' spezzjonijiet fuq il-post msemmija fl-Artikolu 1(b), l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xieraq, bl-identità u l-kapaċità ta' l-uffiċjali li huma jkunu ħatru biex jieħdu sehem f'dawn l-ispezzjonijiet u biex jagħtu lill-aġenti awtorizzati kull għajnuna meħtieġa għat-twettieq tad-doveri tagħhom. Artikolu 5 1. Informazzjoni ikkomunikata jew akkwistata permezz ta' dan ir-Regolament, f'kull għamla, għandha tkun suġġetta għas-segretezza professjonali u tirċievi l-protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni simili permezz tal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li fiħ tkun miġbura u bid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzjonijiet tal-Komunità. Din l-informazzjoni ma tistax tkun ikkomunikata lill-persuni barra minn dawk fl-istituzjionijiet tal-Komunità jew ta' l-Istati Membri li d-dover tagħhom huwa li jkunu jafu, lanqas ma tista' tkun użata għal skopijiet li ma jkunux dawk preskritti fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1552/89 u (KEE, Euratom) Nru 1553/89 mingħajr kunsens minn qabel ta' l-Istat Membru li fih inġabar. 2. Dan l-Artikolu għandu jgħodd għall-uffiċjali u l-impjegati kollha tal-Komunità u wkoll għall-esperti nazzjonali. 3. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-aġenti awtorizzati u l-persuni l-oħra li jaġixxu permezz ta' l-awtorità tagħha jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Komunità u nazzjonali li jikkonċernaw il-protezzjoni ta' data personali, partikolarment dawk preskritti bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ipproċessar ta' data personali u mal-moviment ħieles ta' din id-data [8]. Artikolu 6 1. Ir-riżultati tal-kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa għandhom jinġiebu għall-attenzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat permezz tal-kanali xierqa matul il-perijodu ta' tliet xhur, u l-Istat Membru għandu jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien ta' tliet xhur wara li jkun irċieva il-komunikazzjoni. B'danakollu, għal raġunijiet issostanzjati kif xieraq, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu fuq punti speċifiċi matul il-perijodu ta' xhar wieħed wara li jkun irċieva r-riżultati tal-kontroll jew spezzjoni. L-Istat Membru jista' jiċħad li jwieġeb permezz ta' komunikazzjoni u jagħti r-raġunijiet li ma jħalluħx iwieġeb għat-talba tal-Kummissjoni. 2. Wara l-proċedura provduta fil-paragrafu 1, dawn ir-riżultati u osservazzjonijiet, flimkien ma' rapport sommarju imħejji b'konnessjoni mal-kontrolli tar-riżorsi tagħha li jakkumulaw mill-VAT, għandhom jinġiebu għall-attenzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat tal-Pariri dwar ir-Riżorsi tagħha. B'danakollu, ir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet tar-riżorsi tagħha bbażati fuq il-GNP għandhom jinġiebu għall-attenzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat GNP li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom, tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-armonizzazzjoni tat-thejjija tal-prodott gross nazzjonali fil-prezzijiet tas-suq [9]. Artikolu 7 1. Ir-Regolament (KEE, Euratim, KEFA) Nru 165/74 huwa b'hekk mħassar. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala li huma referenzi għal dan ir-Regolament. 2. L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 huwa b'dan imħassar. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Mejju 1999. Għall-Kunsill Il-President H. Eichel [1] ĠU L 293, tat-12.11.1994, p. 9. [2] ĠU C 95, ta' l-24.3.1997, p. 33 u ĠU C 4, tat-8.1.1998, p. 5. [3] ĠU C 304, tas-6.10.1997, p. 36. [4] ĠU C 175, tad-9.6.1997, p. 1. [5] ĠU L 20, ta' l-24.1.1974, p. 1. [6] ĠU L 155, tas-7.6.1989, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 1355/96 (ĠU L. 175, tat-13.7.1996, p. 3). [7] ĠU L 155, tas-7.6.1989, p. 9. [8] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31. [9] ĠU L 49, tal-21.2.1989, p. 26. --------------------------------------------------