Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002A1029(01)

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnja and l-Herzegovina (BiH) dwar l-attivitajiet tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-BiH

ĠU L 293, 29/10/2002, p. 2–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

Related Council decision

22002A1029(01)



Official Journal L 293 , 29/10/2002 P. 0002 - 0004


Ftehim

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnja and l-Herzegovina (BiH) dwar l-attivitajiet tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-BiH

L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa l-waħda,

u l-BOSNJA U L-HERZEGOVINA,

minn issa 'l quddiem imsejħa "il-Parti Ospitanti",

min-naħa l-oħra,

Flimkien minn issa 'l quddiem imsejħa il-"Partijiet Parteċipanti",

WARA LI QIESU

- il-preżenza tal-Forza Internazzjonali tal-Ħidma tal-Pulizija tan-Nazzjonijiet Uniti (IPTF) fil-Bosnja u l-Herzegovina sa mis-sena 1996 u l-offerta ta' l-Unjoni Ewropea sabiex tiżgura, sa l-1 ta' Jannar 2003, is-segwiment ta' l-IPTF fil-Bosnja u l-Herzegovina,

- l-aċċettazzjoni mill-Bosnja u l-Herzegovina ta' din l-offerta,

- l-adozzjoni mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea fil-11 ta' Marzu 2002 ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/210/CFSP dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM), li tiddikjara illi l-EUPM għandha tistabbilixxi arranġamenti sostenibbli taż-żamma ta' l-ordni bil-pulizija taħt il-pussess tal-BiH skond l-aħjar prattika Ewropea u internazzjonali, u b'hekk tgħolli l-istandards korrenti tal-pulizija tal-BiH,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Mandat

1. Il-Missjoni tal-Puliija ta' l-Unjoni Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejħa l-"EUPM", għandha tistabbilixxi l-kwartieri ġenerali ewliena tagħha f'Sarajevo.

2. L-EUPM għandha tistabbilixxi wkoll dawk l-uffiċċji l-oħra fil-Bosnja u l-Herzegovina skond kif jista' jiġi deċiż mill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija, f'konsultazzjoni mal-Parti Ospitanti. Għal dan il-fini, l-EUPM għandha tqiegħed fil-posizzjoni totali inizjali ta' 24 unità tal-monitoraġġ lokati flimkien ġewwa l-istrutturi varji tal-Pulizija tal-Bosnja u l-Herzegovina fil-livell ta' medju għoli, inklużi ma' l-Entitajiet, iċ-Ċentri tas-Sigurtà Pubblika, il-Kantoni, l-Aġenzija tal-Protezzjoni tas-Servizzi Statali ta' l-Intelliġenza, is-Servizzi Statali ta' fuq il-Fruntiera u ġewwa d-distrett ta' Brcko.

3. L-EUPM, fdata bl-awtorità meħtieġa sabiex timmonitorja, tagħmilha ta' konsultent ta' esperjenza u fiduċja u tispezzjona, għandha tikseb il-għan tagħha sa l-aħħar tas-sena 2005.

4. L-EUPM għandha topera skond il-mandat tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 1(2) ta' l-Azzjoni Konġunta 2002/210/CFSP.

5. L-EUPM għandha tkun awtonoma rigward it-twettiq tal-funzjonijiet tagħha skond dan il-Ftehim.

6. Il-Parti Ospitanti għandha tipprovdi lill-EUPM bit-tagħrif kollu u għandha testendi l-koperazzjoni sħiħa kif meħtieġ sabiex twettaq il-għanijiet ta' l-EUPM. Il-Parti Ospitanti tista' taħtar uffiċjal tal-pulizija tal-kuntatt ma' l-EUPM.

Artikolu 2

Komposizzjoni

1. Il-EUPM għandha tkun komposta mill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija u membri oħra ta' l-EUPM.

2. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta' l-EUPM għandu jinħatar mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Il-membri l-oħra ta' l-EUPM għandhom jiġu assenjati ħatriet speċifiċi mill-Kap tal-Missjoni.

3. Il-membri l-oħra ta' l-EUPM għamdhom ikunu komposti minn:

(a) uffiċjali tal-pulizija, issekondati mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri li mhumiex fil-UE jistgħu wkoll jaħtru uffiċjali tal-pulizija għall-EUPM, u b'hekk ikunu, flimkien ma' l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, Partijiet Trasmettituri;

(b) il-personal ċivili internazzjonali, issekondat mill-Partijiet Trasmettituri, jew irreklutat fuq bażi kontrattwali mill-EUPM skond kif meħtieġ;

(ċ) il-personal irreklutat lokalment, li jista' jiġi mikri mill-EUPM skond kif meħtieġ. Fuq talba mill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija, il-Parti Ospitanti għandha tiffaċilita r-reklutaġġ mill-EUPM ta' dan il-personal lokali kkwalifikat.

4. In-numru tal-membri ta' l-EUPM għandu jiġi stabbilit mill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija.

Artikolu 3

Katina tar-Responsabbiltajiet

1. Il-EUPM fil-Bosnja u l-Herzegovina għandha topera taħt ir-responsabbiltà tal-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija, li għandu jmexxi lill-EUPM u jassumi l-amministrazzjoni tagħha ta' minn jum għal jum.

2. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija għandu jirrapporta lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżenstant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni (SG/HR) permezz tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) fil-Bosnjau l-Herzegovina.

3. Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija għandu jgħarraf lill-Parti Ospitanti b'mod regolari dwar l-attivitajiet ta' l-EUPM.

Artikolu 4

Status

1. L-EUPM għandu jiġi mogħti l-istatus ekwivalenti għal dak ta' missjoni diplomatika.

2. Il-kwartieri ġenerali ewliena f'Sarajevo, l-uffiċċji l-oħra, u l-mezzi kollha tat-trasport ta' l-EUPM għandhom ikunu invjolabbli.

3. Il-personal ta' l-EUPM għandu jiġi mogħti l-privileġġi u l-immunitajiet kollha ekwivalenti għal dawk ta' l-aġenti diplomatiċi, mogħtija skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi tat-18 ta' April 1961, li bla ħsara għaliha l-Istati Membri ta' l-UE u l-Partijiet l-oħra Trasmettituri għandu jkollhom il-prijorità tal-ġurisdizzjoni. Dawn il-privileġġi u immunitajiet għandhom jiġu mogħtija lill-personal ta' l-EUPM matul il-missjoni tagħhom, u wara, rigward l-atti uffiċjali mwettqa qabel fl-eżerċizzju tal-missjoni tagħhom.

4. Il-personal amminitrattiv u tekniku ta' l-EUPM għandu jgawdi status ekwivalenti għal dak gawdut, skond il-Konferenza ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi, mill-personal amministrattiv u tekniku mill-Partijiet Trasmettituri impjegati fl-ambaxxati. Dawn il-privileġġi u immunitajiet għandhom jiġu mogħtija lill-personal amministrattiv u tekniku ta' l-EUPM matul il-missjoni tagħhom, u wara, rigard l-atti uffiċjail mwettqa qabel fl-eżerċizzju tal-missjoni tagħhom.

5. Il-personal awżiljarju ta' l-EUPM ingaġġat lokalment għandu jgawdi status ekwivalenti għal dak gawdut. skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi, mill-personal impjegat lokalment fl-ambaxxati.

6. Il-Parti Ospitnti għandha tiffaċilita d-dħul u l-ħruġ kollu tal-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija u tal-membri ta' l-EUPM, għal ġewwa jew mit-territorju tal-Bosnja u l-Herzegovina. Il-EUPM għandha tippovdi lill-Parti Ospitanti b'lista tal-membri ta' l-EUPM u għandha tgħarraf lill-Parti Ospitanti bil-quddiem dwar il-wasla ta' l-ewwel u l-ħruġ aħħari tal-personal li jappartjieni għall-EUPM.

7. Il-Parti Ospitanti tirrikonoxxi d-dritt tal-Partijiet Trasamettituri u ta' l-EUPM li jimportaw, mingħajr dazju jew restrizzjonijiet oħra, it-tagħmir, il-provvedimenti, il-provvisti u oġġetti oħra meħtieġa għall-użu esklussiv u uffiċjali ta' l-EUPM. Il-Parti Ospitanti tirrikonoxxi wkoll id-dritt tagħhom li jixtru dawn l-oġġetti t-territorju tal-Parti Ospitanti kif ukoll li jesportaw jew jiddisponu xorta oħra minn dan it-tagħmir, il-provvedimenti, il-provvisti u oġġetti oħra hekk mixtrija jew importati.

8. Il-Parti Ospitanti tirrikonoxxi wkoll id-dritt tal-personal ta' l-EUPM, kif ukoll tal-personal amministrattiv u tekniku ta' l-EUPM, li jixtru u/jew jimportaw mingħajr dazju jew restrizzjonijiet oħra, l-oġġetti meħtieġa għall-użu personali tagħhom, u li jesportaw dawn l-oġġetti.

Artikolu 5

Armi u Ilbies

1. Il-membri ta' l-EUPM m'għandomx iġorru armi.

2. Il-membri ta' l-EUPM jistgħu jilbsu l-uniformi nazzjonali tagħhom jew ilbies ċivili, bl-identifikazzjoni distintiva ta' l-EUPM. Il-membri ta' l-EUPM għandhom iġorru l-passaport nazzjonali tagħhom, kif ukoll karta ta' l-identità ta' l-EUPM.

Artikolu 6

Attivitajiet

1. Il-Parti Ospitanti għandha tieħu l-miżuri kollha għall-protezzjoni, is-salvagward u s-sigurtà ta' l-EUPM tal-membri tagħha. Kull disposizzjoni speċifika, proposta mill-Parti Ospitanti, għandha tiġi miftiehma mal-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija qabel ma tiġi implimentata.

2. Il-membri ta' l-EUPM ma għandhom jidħlu għall-ebda azzjoni jew attività inkompatibbli man-natura imparzjali tad-dmijriiet tagħhom.

3. Il-EUPM u l-membri tagħha għandhom igawdu, flimkien mal-mezzi tat-trasport u t-tagħmir kollu, il-libertà tal-moviment, meħtieġ sabiex jitwettaq il-mandat tal-Missjoni.

4. Meta jkunu qegħdin imexxu l-attivitjiet tagħhom, il-membri ta' l-EUPM jistgħu jkunu akkumpanjati minn interpretu u, fuq it-talba ta' l-EUPM, minn fizzjal ta' l-iskorta maħtur mill-Parti Ospitanti.

5. Il-EUPM tista' tesibixxi l-bandiera ta' l-Unjoni Ewropea fuq il-kwartieri ġenerali ewliena f'Sarajevo, u inkella kif deċiż mill-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija.

6. Il-vetturi, u l-mezzi l-oħra tat-trasport ta' l-EUPM għandu jġorr identifikazzjoni distintiva tal-Missjoni, li għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet rilevanti.

Artikolu 7

Vjaġġi u Trasport

1. Il-vetturi u l-mezzi l-oħra tat-trasport ta' l-EUPM ma għanhomx ikunu ssoġġettati għar-reġistrazzjoni jew il-liċenzja obbligatorji, u l-vetturi kollha għandhom iġorru l-assigurazzjoni tal-partijiet terzi.

2. Il-EUPM tista' tuża t-toroq, il-pontijiet, il-kanali u l-ibħra l-oħra, il-faċilitajiet tal-portijiet u l-ajrudromi mingħjr il-ħlas tad-drittijiet, it-taxxi jew piżijiet oħra.

3. Il-Parti Ospitanti għandha tiffaċilita lill-EUPM sabiex tħaddem il-vetturi u l-mezzi l-oħra tat-trasport tagħha nfisha.

Artikolu 8

Komunikazzjonijiet

1. Il-EUPM u l-membri tagħha għandu jkollhom aċċess, bl-iktar prezz baxx, għat-tagħmir approprjat tat-telekomunikazzjonijiet tal-Parti Ospitanti jew taħt il-kontroll tal-Parti Ospitanti għall-għanijiet ta' l-attivitajiet tagħhom, inkluż li jikkomunikaw mar-rappreżentanti diplomatiċi u konsulari tal-Partijiet Trasmettituri.

2. Il-EUPM u l-membri tagħha għandhom igawdu d-dritt għall-komunikazzjoni mingħajr restrizzjonijiet bir-radjijiet tagħhom (inklużi s-satelliti u r-radjijiet mobbli u ta' l-idejn), it-telefonijiet, it-telegrafu, il-facsimili u kull mezz ieħor. Il-Parti Ospitanti għandha tipprovdi,wara l-firma ta' dan il-Ftehim, il-frekwenzi li fuqhom ikunu jistgħu joperaw ir-radjijiet.

Artikolu 9

Akkommodazzjoni u arranġamenti prattiċi

1. Il-Gvern tal-Bosnja u l-Herzegovina jaqbel, jekk mitlub, li jassisti lill-EUPM issib uffiċċji u akkomodazzjoni xierqa.

2. Kif approprjat, il-Partijiet Parteċipanti għandhom jiftiehmu dwar disposizzjonijiet oħra li jirrigwadaw il-privileġġi u l-immunitajiet kif ukoll dwar arranġamenti prattiċi, inklużi l-assistenza medika urġenti, l-evakwazzjoni ta' emerġenza kif ukll il-ħtiġiet tad-dokumentazzjoni tal-vjaġġar.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ malli jkun iffirmat. Għandu jissokta fis-seħħ għat-tul taż-żmien tal-mandat ta' l-EUPM.

Magħmul f'Sarajevo, fl-4 ta' Ottubru2002, fl-ilsien Ingliż f'erba' kopji.

Għall-Unjoni Ewropea

+++++ TIFF +++++

Għall-Bosnja u l-Herzegovina

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top