This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0157
2007/157/EC: Commission Decision of 7 March 2007 repealing Decision 2005/317/EC on emergency measures regarding the non-authorised genetically modified organism Bt10 in maize products (notified under document number C(2007) 674) (Text with EEA relevance )
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Marzu 2007 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/317/KE dwar miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' l-organiżmu mhux awtorizzat, immodifikat ġenetikament Bt10 fil-prodotti tal-qamħirrum (notifikat bid-dokument numru C(2006) 674) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Marzu 2007 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/317/KE dwar miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' l-organiżmu mhux awtorizzat, immodifikat ġenetikament Bt10 fil-prodotti tal-qamħirrum (notifikat bid-dokument numru C(2006) 674) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 68, 08/03/2007, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, 24/08/2007, p. 329–330
(MT)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32003D0317 | 07/03/2007 | |||
Repeal | 32005D0317 |
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
329 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta' Marzu 2007
li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/317/KE dwar miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' l-organiżmu mhux awtorizzat, immodifikat ġenetikament Bt10 fil-prodotti tal-qamħirrum
(notifikat bid-dokument numru C(2006) 674)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/157/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi għall-possibbiltà li jiġu adottati miżuri xierqa Komunitarji ta' emerġenza għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiżi terzi sabiex ikun hemm protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa ta' l-annimali jew ta' l-ambjent, meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri kkonċernati. |
(2) |
Wara li ġiet infurmata mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika li kien probabbli li l-prodotti tal-qamħirrum ikkontaminati bil-qamħirrum mhux awtorizzat immodifikat ġenetikament li jissejjaħ Bt10 ġew esportati lejn il-Komunità u fid-dawl ta' stqarrija mill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà dwar l-Ikel fejn ġie konkluż li fl-assenza ta' data li hija komprensiva biżżejjed kien impossibbli li jitwettaq assessjar komplut tar-riskji tal-Bt10 skond l-istandards stipolati fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (2), il-Kummissjoni adottat fit-18 ta' April 2005 Deċiżjoni 2005/317/KE dwar miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' l-organiżmu mhux awtorizzat mmodifikat ġenetikament Bt10 fil-prodotti tal-qamħirrum (3). |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2005/317/KE teħtieġ li l-konsenji tal-prodotti tal-qamħirrum li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika u li huwa probabbli li jkunu kkontaminati (l-iktar l-għalf tal-glutina tal-qamħ u l-għalf taċ-ċereali użati għall-birra) jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk jiġi pprovdut rapport analitiku li juri li l-prodotti mhumiex ikkontaminati bil-qamħirrum immodifikat ġenetikament Bt10. |
(4) |
Sabiex tkun aċċertata l-proporzjonalità u biex jiġi evitat li r-restrizzjoni tal-kummerċ tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa ta' l-annimali jew ta' l-ambjent, id-Deċiżjoni 2005/317/KE tinkludi klawżola għal reviżjoni biex jiġi vvalutat jekk il-miżuri ta' emerġenza kienu għadhom meħtieġa jew le. |
(5) |
Il-miżuri ġew riveduti darbtejn f'Ottubru 2005 u f'Marzu 2006 u, f'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri il-Kummissjoni kkonkludiet li kellhom jinżammu fis-seħħ sakemm tkun disponibbli iktar informazzjoni dwar esportazzjonijiet ta' prodotti tal-qamħirrum li huwa probabbli jkun ikkontaminat bil-Bt10. |
(6) |
Skond data analitika pprovduta mis-Syngenta, il-kumpanija li żviluppat il-qamħirrum mmodifikat ġenetikament Bt10, it-testijiet li saru fl-Istati Uniti u li saru fi qbil ma' metodu ta' testjar ivvalidat miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u vverifikat mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ta' l-Istati Uniti juru li ebda kampjun ma ttestja pożittiv għall-preżenza tal-Bt10 mill-bidu ta' Novembru 2005. L-approprjatezza tal-metodu ta' osservanza ġie iktar analizzat u reċentament ikkonfermat miċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni Ewropea. |
(7) |
Skond l-informazzjoni pprovduta reċentament lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti ittieħdu serja ta' azzjonijiet mis-Syngenta bl-involviment tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ta' l-Istati Uniti sabiex ikun aċċertat li l-Bt10 ma jiġix ippropagat fil-ġermoplażma tal-kumpanija u/jew jinxtered fid-direzzjonijiet tal-produzzjoni kummerċjali. |
(8) |
Mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2005/317/KE każ wieħed biss ta' dħul tal-Bt10 fil-Komunità ġie rreġistrat, fl-24 ta' Mejju 2005. Konsenja ta' prodotti tal-qamħqirrum ikkontaminati bil-Bt10 telqgħet mill-Istati Uniti qabel id-disponibbiltà tar-riżultati analitiċi tat-testjar u ġiet innotifikata mill-importatur qabel il-wasla tal-bastiment fl-Irlanda. B'hekk kien hemm prevenzjoni tal-bejgħ fis-suq tal-prodott ikkontaminat. |
(9) |
Minbarra dan il-każ speċifiku, ebda osservanza tal-Bt10 ma' ġiet irrappurtata mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. |
(10) |
Skond din l-informazzjoni jista' jiġi konkluż li mhux aktar neċessarju li tinżamm fis-seħħ il-kondizzjoni obbligatorja ta' ċertifikazzjoni. Huwa b'hekk xieraq li tiġi rrevokata d-Deċiżjoni 2005/317/KE. |
(11) |
Huwa b'hekk xieraq li l-Istati Membri jibqgħu jimmonitorjaw, għal perijodu ta' sitt xhur oħra, skond livell xieraq ta' testjar bl-inzertaturi, jekk il-prodotti tal-qamħirrum ikkontaminati bil-Bt 10 għadhomx preżenti fis-suq. Riżultati pożittivi (mhux favorevoli) għandhom jiġu kkomunikati minnufih permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-ikel u għall-għalf li f'dak il-każ il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk hija meħtieġa azzjoni oħra. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformita ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2005/317/KE hija rrevokata.
Artikolu 2
Għal perijodu ieħor ta' sitt xhur l-Istati Membri għandhom jaċċertaw livell xieraq ta' testjar bl-inzertaturi għall-verifika ta' l-assenza tal-qamħirrum immodifikat ġenetikament Bt10 fil-prodotti li ġejjin li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika:
— |
Għalf tal-glutina tal-qamħ li fih jew li jiġi prodott min qamħirrum immodifikat ġenetikament fi ħdan il-kodiċi CN 2309 90 20 |
— |
Qmuħ tal-birra li fihom jew li huma prodotti minn qamħirrum modifikat ġenetikament fi ħdn it-tifsira tal-kodiċi CN 2303 30 00 |
Riżultati pożittivi (mhux favorevoli) ser jiġu kkomunikati permezz tas-Sistema Rapida ta' Twissija għall-ikel u l-għalf.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 7 ta' Marzu 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 99).
(3) ĠU L 101, 21.4.2005, p. 14.