EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976L0118

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 1975 fuq it-tqarrib tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward ċertu ħalib priservat li minnu tneħħa l-ilma in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem

ĠU L 24, 30/01/1976, p. 49–57 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/07/2003; Imħassar b' 32001L0114

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1976/118/oj

31976L0118



Official Journal L 024 , 30/01/1976 P. 0049 - 0057
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0221
Greek special edition: Chapter 03 Volume 14 P. 0148
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0221
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0232
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 4 P. 0232


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-18 ta’ Diċembru 1975

fuq it-tqarrib tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward ċertu ħalib priservat li minnu tneħħa l-ilma in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem

(76/118/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi sabiex jikkontribwixxi biex jiġi stabbilit suq wieħed għall-ħalib priservat, li jiġu stipulati l-kondizzjonijiet tal-produzzjoni li jikkunsidraw il-ħtiġijiet tal-konsumatur u li jiffaċilitaw ir-relazzjonijiet ta’ kummerċ fuq il-bażi ta’ kompetizzjoni imparzjali, regoli komuni għandhom ikunu adottati li jirregolaw il-komposizzjoni, l-użu tad-deskrizzjonijiet riservati, l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura u t-tikkettjar tal-prodotti kkonċernati;

Billi d-differenzi eżistenti bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw dawn il-prodotti jikkostitwixxu ostakoli għall-moviment ħieles u joħolqu kondizzjonijiet mhux ġusti ta’ kompetizzjoni;

Billi sabiex ikunu stabbiliti l-metodi ta’ l-analiżi biex jikkeċċjaw il-kriterji tal-purità ta’ l-addittivi u l-għajnuna ta’ l-ipproċessar użata fil-manifattura tal-ħalib priservat, u li jkunu stabbiliti l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni u l-metodi ta’ analiżi meħtieġa biex jiċċekkjaw il-komposizzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattura, huma miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ natura teknika, li l-adozzjoni tagħhom għandha titħalla għall-Kummissjoni biex tissimplifika u tħaffef il-proċedura;

Billi, huwa mixtieq li għall-każijiet kollha fejn il-Kunsill jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex timplimenta r-regoli rigward l-oġġetti ta’ l-ikel, dispożizzjoni għandha ssir għall-proċedura li tistabbilixxi ko-operazzjoni mill-viċin bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġewwa l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet ta’ l-Ikel stabbilit mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 1969 [3];

Billi ċerti regoli ta’ ittikkettjar preskritti f’din id-Direttiva ma jistgħux ikunu mplimentati bħalissa minħabba l-problemi ta’ ftehim li din tista’ toħloq għax-xerrej;

Billi f’xi każijiet huwa biżżejjed li jkun provdut perjodu supplimentari li mbagħad d-Direttiva tkun tgħodd kollha kemm hi;

Billi f’każijiet oħra d-dispożizzjonijiet nazzjonali jridu jinżammu u klawżola ta’ reviżjoni tkun applikata;

Billi sakemm ikunu adottati r-regoli tal-Komunità dwar l-indikazzjoni tal-kwalità applikabbli għall-ħalib priservat, id-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq dan is-suġġett ma jkunux affettwati, imma din is-sitwazzjoni trid tkun riveduta jekk sistema tal-Komunità ma tistax tiġi stabbilita fi żmien tlett snin,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tikkonċerna l-ħalib priservat li minnu tneħħa l-ilma in parti jew kollu definit fl-Anness.

2. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) "ħalib bl-ilma mneħħi in parti" ifisser il-prodott likwidu miksub direttament bit-tneħħija parzjali ta’ l-ilma mill-ħalib, minn ħalib xkumat kollu jew in parti, jew minn taħlita ta’ dawn il-prodotti, li jistgħu jkollhom taħlita miżjuda ta’ krema jew minn ħalib li minnu l-ilma tneħħa jew mit-tnejn, l-addizzjoni tal-ħalib li minnu l-ilma kollu tneħħa m’għandiex taqbeż, fil-prodott lest, 25 % tas-solidi totali tal-ħalib; iżda, l-Istati Membri jistgħu fit-territorju tagħhom kull projbizzjoni fuq l-użu tal-ħalib li minnu tneħħa l-ilma kollu fil-produzzjoni u l-promozzjoni tal-ħalib li minnu l-ilma tneħħa in parti, jekk il-projbizzjoni eżistiet qabel l-1 t’Ottubru 1974.

Meta jadotta l-kriterji tal-kwalità riferuti fl-Artikolu 11(1)(d) u f’kull każ mhux aktar minn sentejn wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, l-Kunsill jista’ jiddeċiedi jekk ikomplu jippermettu dawn il-projbizzjonijiet jew le;

(b) "ħalib li minnu tneħħa l-ilma kollu" ifisser il-prodott solidu li l-kontenut ta’ umdità tiegħu mhux aktar minn 5 % bħala toqol tal-prodott lest miksub direttament bit-tneħħija ta’ l-ilma mill-ħalib jew minn ħalib xkumat kollu jew in parti, minn krema jew minn taħlita ta’ dawn il-prodotti.

3. Il-preservazzjoni tal-prodotti definit fl-Anness tinkiseb kif ġej:

(i) il-prodotti fil-punt 1 (a) sa (d) bl-isterliżżazzjoni bi trattament tas-sħana;

(ii) il-prodotti fil-punt 1 (e) sa (g) bl-addizzjoni taz-zokkor tal-kannamiela (zokkor nofsu abjad, zokkor jew zokkor abjad jew zokkor abjad ħafna);

(iii) il-prodotti fil-punt 2 billi jkunu mneħħija minnjhom l-ilma.

Artikolu 2

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-prodotti definiti fl-Anness jistgħu jkunu promossi biss jekk ikunu konformi mad-definizzjonijiet u r-regoli preskritti f’din id-Direttiva u l-Anness tagħha.

Artikolu 3

1. Id-desinjazzjonijiet riferuti fl-Anness jgħoddu biss għall-prodotti definiti hemmhekk u jridu jintużaw fil-kummerċ biex jiddeskrivi lit-tali prodotti.

2. L-użu tad-desinjazzjonijiet li ġejjin jistgħu ukoll ikunu riservati, fit-territorju tagħhom, mill-Istati Membri kkonċernati:

(a) "ħalib evaporizzat" fl-Irlanda u fir-Renju Unit tfisser ħalib tal-bott mhux magħmul ħelu li fih, bħala toqol, mill-inqas 9 % xaħam u 31 % solidi totali tal-ħalib;

(b) "kondenseret kaffefløde" fid-Danimarka, "kondensierte Kaffeesahne" fil-Ġermanja u "panna da caffè" fl-Italja biex juru l-prodotti definiti fil-punt 1 (d) ta’ l-Anness;

(ċ) "flødepulver" fid-Danimarka, u "Rahmpulver" u "Sahnepulver" fil-Ġermanja, biex juru l-prodotti definiti fil-punt 2 (d) ta’ l-Anness.

3. Ħames snin wara d-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva, l-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi li jemenda jew iħassar il-paragrafu 2.

Artikolu 4

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa u l-iġjene li għandhom ikunu adottati mill-Komunità rigward il-materjali bażiċi riferuti fl-Artikolu 1(2), it-tali materjali jridu jkunu soġġetti għal trattament tas-sħana mill-inqas ekwivalenti għall-pasterizzazzjoni fejn il-proċess tal-manifattura tal-prodotti riferuti fl-Artikolu 1(1) ma jinkludix dan it-trattament.

Artikolu 5

1. Fil-manifattura tal-prodotti definiti fil-punti 1 (a) sa (d) ta’ l-Anness, l-użu ta’ li ġejjin biss huwa awtoriżżat:

| Sodju u bikarbonat tal-potassju |

E 331 | Ċitrati tas-sodju (melħ tas-sodju ta' l-aċidu ċitriku), |

E 332 | Ċitrati tal-potassju (melħ tal-potassju ta' l-aċidu ċitriku) |

E 339 | Ortofosfati tas-sodju (melħ tas-sodju ta' l-aċidu ortofosforiku) |

E 340 | Ortofosfati tal-potassju (melħ tal-potassju ta' l-aċidu ortofosforiku), |

Kalċjum klorat, |

E 450 | Sodju u polifosfati tal-potassju: |

(a)difosfati, |

(b)trifosfati fil-każ tal-ħalib ixxuttat in parti mill-ilma mhux magħmul ħelu li kien trattat bi sħana qawwija ħafna (UHT), |

(ċ)polifosfati linejari (li fihom mhux aktar minn 8 % komposti ċikliċi) fil-kaæ tal-ħalib ixxuttat in parti mill-ilma mhux magħmul ħelu li kien trattat bi sħana qawwija ħafna (UHT); |

- sakemm il-kwantità totali bħala toqol ta’ dawn is-sostanzi miżjuda fil-prodott lest hija mhux aktar minn:

- 0.2 % għall-prodotti b’kontenut ta’ materja niexfa totali li ma taqbiżx it-28 %,

- 0.3 % għall-prodotti b’kontenut ta’ materja niexfa totali li taqbeż it-28 %;

- sakemm il-kontenut totali tat-trifosfat u l-polifosfat linejari bħala toqol espress bħala P2O5, fil-ħalib li minnu tneħħa l-ilma in parti mhux magħmul ħelu li kien trattat fi sħana qawwija ħafna, mhuhiex aktar minn 0.1 %;

- sakemm il-kontenut totali tal-fosfat miżjud espress bħala P2O5 mhuhiex aktar minn 0.1 % għall-prodotti li l-kontenut totali tagħhom tal-materja niexfa ma taqbiżx it-28 %, u muhiex aktar minn 0.15 % għall-prodotti li l-kontenut totali tagħhom tal-materja niexfa taqbeż it-28 %.

2. Fil-manifattura tal-prodotti definiti fil-punti 1 (e) sa (g) ta’ l-Anness, l-użu ta’ li ġejjin biss huwa awtoriżżat:

(a) is-sostanzi elenkati fil-paragrafu 1, sakemm il-kwantità totali tagħhom bħala toqol fil-prodott lest mihiex aktar minn 0.2 % u li l-kontenut totali tal-fosfat miżjud espress bħala P2O5 ma jaqbiżx il-0.1 %;

(b) il-kwantità tal-ħalib li mhux iktar minn 0.02 % bħala toqol tal-prodott lest bl-addizzjoni, fejn ikun il-każ, tal-fosfat trikalċum, li l-kwantità tiegħu ma tridx taqbeż 10 % tal-ħalib miżjud.

3. Fil-manifattura tal-prodotti definiti fil-punt 2 ta’ l-Anness, l-użu ta’ dawn li ġejjin biss huwa awtoriżżat:

(a) is-sostanzi elenkati fil-paragrafu 1:

- sakemm il-kwantità totali tagħhom, bħala toqol, fil-prodott lest mihiex aktar minn 0.5 % li l-kontenut massimu tas-sodju u l-bikarbonat tal-potassju huwa 0.2 %. Il-kwantità ta’ dak ta’ l-aħħar tista’ tkun sa massimu ta’ 0.3 % fil-każ tal-ħalib li minnu tneħħa l-ilma kollu tat-tipi "Hatmaker" jew "Roller" barra dawk maħsuba għall-bejgħ bl-imnut u għall-manifattura f’liema l-ebda wieħed mis-sostanzi l-oħra elenkati fil-paragrafu 1 m’huwa użat; iżda r-Renju Unit tista’ tawtoriżża il-bejgħ bl-imnut ta’ dan il-ħalib fit-territorju tagħha;

- sakemm il-kontenut totali tal-fosfat miżjud espress bħala P2O5 ma jaqbiżx il-0.25 %;

(b) L-aċidu L askorbiku (E 300), sodju L askorbu (E 301) u palmitat askorbil (E 304), waħdu jew imħallat f’livell massimu, bħala toqol, tal-prodott lest, ta’ 0.05 % espress bħala aċidu askorbiku.

4. Fejn l-isem mogħti lill-prodotti definiti fil-punti 2 (a), (ċ) u (d) ta’ l-Anness jirreferi għas-solubilità instantanja, l-użu tal-leċċitini (E 322) ikun awtoriżżat ukoll għall-manifattura tagħhom f’livell massimu, bħala toqol, ta’ 0.5 %.

5. Fejn dan l-Artikolu jirreferi għall-perċentwali ta’ addittiv, is-sostanza anidroża hija mfissra.

6. L-Istati Membri jistgħu jawtoriżżaw fit-territorju tagħhom l-użu ta’ l-addittivi addizzjonali għall-ħalib li minnu tneħħa l-ilma kollu f’magni tal-bejgħ awtomatiku u mmarkati biċ-ċar bħala tali.

7. Minkejja l-paragrafi 1 sa 3, l-Istati Membri jistgħu jawtoriżżaw fit-territorju tagħhom l-addizzjoni tal-vitamini lill-prodotti definiti fl-Anness.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet adottati skond l-Artikolu 11(1), il-kontenut tal-ħalib fil-prodotti definiti fl-Anness ma jkunx iktar minn 300mg għal kull 100g ta’ solidi tal-ħalib li mhumiex xaħam.

Artikolu 7

1. L-unika informazzjoni li hija obbligatorja fuq il-pakketti, l-kontenituri jew it-tabelli tal-prodotti definiti fl-Anness, u li trid tkun tidher, tinqara ċara u ma tistax titħassar, tkun li ġejja:

(a) wieħed mill-ismijiet riservat għat-tali prodotti skond l-Artikolu 3;

(b) il-kelma "istanti" u riferenza għall-użu tal-leċitin minnufih wara l-isem meta l-awtorizzazzjoni riferuta fl-Artikolu 5(4) intużat;

(ċ) il-perċentwali tax-xaħam tal-ħalib espress bħala proporzjon tal-prodott lest bħala toqol, ħlief għal dawk il-prodotti definiti fil-punt 1 (b) u (f) u l-punt 2 (b) ta’ l-Anness, u l-perċentwali tas-solidi mhux xaħmijiet fil-ħalib li ġejjin mill-ħalib għall-prodotti definiti fil-punt 1 ta’ l-Anness;

(d) aktar partikolaritajiet jindikaw il-proċess li jneħħi l-ilma għall-prodotti definiti fil-punt 2 ta’ l-Anness;

(e) għall-prodotti definiti fil-punt 1 ta’ l-Anness, maħsuba għall-bejgħ bl-imnut, dikjarazzjoni dwar il-metodu wżat; dan il-prospett jista’ jinbidel b’informazzjoni li tkun tfisser xi ħaġa dwar l-użu tal-prodott jekk il-prodott huwa maħsub għall-konsum mingħajr tibdil; sa meta jiskadi l-perjodu transizzjonali riferut f’(ħ), l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li jekk dawn id-dikjarazzjonijiet jirrigwardaw il-kwantitajiet espressi bħala toqol jew bħala volum, għandhom ikunu espressi wkoll bħala units imperjali tal-kejl;

(f) għall-prodotti definiti fil-punt 2 ta’ l-Anness, maħsuba għall-bejgħ bl-imnut, rakkomandazzjonijiet dwar il-metodu tad-dilwizzjoni jew rikostituzzjoni, inkluż prospett tal-kontenut tax-xaħam tal-prodotti miksuba wara d-dilwizzjoni jew ir-rikostituzzjoni għajr għal dawk il-prodotti definiti fil-punt 2 (b); sa meta jiskadi l-perjodu transizzjonali riferut f’(h), l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet jirrigwardaw il-kwantitajiet espressi bħala toqol jew bħala volum, għandhom ikunu espressi wkoll bħala units imperjali tal-kejl;

(g) l-espressjonijiet "UHT" jew "trattati bi sħana estrema" għall-prodotti definiti fil-punt 1 (a) sa (d) ta’ l-Anness, fejn dawn il-prodotti jinkisbu bħala riżultat tat-tali trattament u ppakkjata b’mod assetiku;

(h) it-toqol nominali, espress fi grammi jew kilogrammi u, għall-prodotti likwidi u semilikwidi ġo fliexken, il-volum nominali espress f’litri, ċentilitri jew millilitri; sakemm jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Komunità fuq l-affari, id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kejl u l-immarkar tal-volum nominali u t-toqol nominali għandhom jgħoddu.

Sakemm jiskadi l-perjodu transizzjonali li matulu l-użu ta’ l-

units

imperjali ta’ l-użin li jidhru fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 71/354/KEE

[4]

, kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni

[5]

, huwa awtoriżżat fil-Komunità, l-indikazzjoni tat-toqol nominali jew il-volum nominali tal-kontenuti espress f’

units

SI ta’ l-użin, jekk jixtiequ hekk ir-Renju Unit jew l-Irlanda għall-prodotti li hemm għal bejgħ fit-territorji nazzjonali tagħhom, ikunu akkumpanjati b’indikazzjoni tat-toqol nominali jew il-volum nominali tal-kontenuti espressi f’

units

imperjali ekwivalenti ta’ l-użin ikkalkulati fuq il-bażi tal-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:

1 ml | = 0.0352 uqija fluwida |

1 l | = 1 760 pinti jew0 220 glalen, |

1 g | = 0.0353 uqija (avoirdupois), |

1 k | = 2 205 pounds; |

(i) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz jew l-uffiċċju reġistrat tal-manifattur jew dak li jippakkja jew tal-bejjiegħ stabbilit fil-Komunità.

2. Id-dettalji riferuti fil-paragrafu 1 (a) sa (d) u (g) għandhom jidhru fuq wieħed mill-uċuħ ewlenin tal-pakkett jew il-kontenitur u fl-istess medda ta’ viżjoni.

3. B’mod ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu:

(a) iżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkollhom bżonn indikazzjoni ta’

- lista ta’ l-ingredjenti,

- lista ta’ addittivi,

- id-data,

- il-fabbrika jew l-impjant ta’ l-ippakkjar; iżda din l-informazzjoni tista’ tidher biss bħala kodiċi,

- il-pajjiż ta’ oriġini, għalkemm din l-informazzjoni tista’ ma tkunx meħtieġa għall-prodotti manifatturati ġewwa l-Komunità,

- soġġetta għall-paragrafu 8, rakkomandazzjoni speċifika dwar l-użu tal-prodotti tal-ħalib xkumat in parti jew kollu għat-trabi fejn dawn il-prodotti huma mibjugħa bl-imnut;

(b) iżommu jew jistipulaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu jeħtieġu l-indikazzjoni tad-data tal-prodotti fil-punt 1 (a) sa (d) ta’ l-Anness fejn dawn il-prodotti jinkisbu bħala riżultat tat-trattament ta’ sħana estrema (UHT) u ppakkjati b’mod assetiku.

4. B’mod ta’ deroga mill-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li għandhom ikunu adottati mill-Komunità rigward l-oġġetti dietetiċi ta’ l-ikel, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jistipulaw dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu jeħtieġu indikazzjoni tal-kwantità tal-vitamini miżjuda.

5. Fejn il-prodotti definiti fl-Anness huma magħmula f’pakketti jew kontenituri ta’ toqol nominali ta’ aktar minn 20kg u mhumiex mibjugħa bl-imnut, l-informazzjoni meħtieġa skond il-paragrafu 1 (b) sa (h) hemm bżonn tidher biss fuq id-dokumenti li jakkumpanjawhom.

6. Meta l-prodotti li jiżnu inqas minn 20g kull unità huma ppakkjati f’pakkett ta’ barra, l-informazzjoni meħtieġa skond il-paragrafu 1 (b) sa (h) hemm bżonn tidher fil-pakkett ta’ barra.

7. Għal perjodu ta’ erba’ snin mill-avviż ta’ din id-Direttiva u b’mod ta’ deroga mill-paragrafu 1 (a), l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-isem adottat hawnhekk ikunu jippermettu fuq il-pakketti, l-kontenituri jew it-tabelli bl-isem li kien jintuża qabel skond il-prattika jew dispożizzjonijiet nazzjonali li jeżistu fil-ħin ta’ l-avviż ta’ din id-Direttiva.

8. Fi żmien tlett snin mill-avviż ta’ din id-Direttiva l-Kunsill jerġa jeżamina d-deroga li hemm provduta fil-paragrafu 3 (a), l-aħħar intestatura, fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni, akkumpanjat minn proposti xierqa, fejn xieraq.

Rigward il-prodotti tal-ħalib xkumat in parti, din id-deroga xorta waħda ma tibqax tgħodd ħames snin wara l-avviż ta’ din id-Direttiva.

9. L-Istati Membri joqgħodu lura milli jgħidu, barra dik li hemm stipulat fil-paragrafu 1, kif l-informazzjoni riferuta f’dak il-paragrafu għandha tingħata.

Iżda, l-Istati Membri jistgħu ma jħallux kummerċ fit-territorju tagħhom tal-prodotti definiti fl-Anness jekk id-dettalji riferuti fil-paragrafu 1 (a) sa (g) mhux murija fil-lingwa jew il-lingwi nazzjonali tagħhom fuq wieħed mill-uċuħ ewlenin tal-pakkett, il-kontenitur jew it-tabella, jew kif hemm provdut fil-paragrafu 5, fuq id-dokumenti li jakkumpanjawhom.

10. Il-Paragrafi 1 sa 9 għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li għandhom ikunu addottati mill-Komunità fuq it-tikkettjar.

Artikolu 8

Il-prodotti riferuti fl-Artikolu 1 u li sejrin għall-bejgħ bl-imnut ikunu ppakkjati mill-manifattur jew dak li jippakkja f’kontenituri ssiġillati li jipproteġu l-prodott minn influwenza li tagħmillu l-ħsara u li għandu jitwassal intatt lill-konsumatur.

Artikolu 9

1. L-Istati Membri jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kummerċ fil-prodotti riferuti fl-Artikolu 1 li jħarsu d-definizzjonijiet u r-regoli mniżżla f’din id-Direttiva u l-Anness ma jistax ikun imwaqqaf bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armoniżżati li jirregolaw il-komposizzjoni, l-ispeċifikazzjoni tal-manufattura, l-ippakkjar jew it-tikkettjar ta’ dawn il-prodotti jew l-oġġetti ta’ l-ikel in ġenerali.

2. Il-paragrafu 1 ma jgħoddux għad-dispożizzjonijiet mhux armoniżżati ġustifikati fuq il-bażi ta’: - protezzjoni tas-saħħa pubblika,

- il-prevenzjoni tal-frodi sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jwaqqfu l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet u r-regoli stipulati f’din id-Direttiva,

- il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali, l-indikazzjonijiet tas-sors, l-ismijiet reġistrati u

- l-prevenzjoni ta’ kompetizzjoni mhux ġusta.

Artikolu 10

1. Meta Stat Membru, bħala riżultat ta’ informazzjoni ġdida jew ta’ stima mill-ġdid ta’ l-informazzjoni eżistenti li ssir minn meta d-Direttiva kienet adottata, għandu bażi dettaljati biex jistabilixxi li l-użu, fil-prodotti riferuti fl-Anness, ta’ wieħed mis-sostanzi mniżżla fl-Artikolu 5, jew fejn il-livell massimu li jista’ jintuża jipperikola s-saħħa tal-bniedem għalkemm iħarsu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, dak l-Istat Membru jista’ temporanjament jissospendu jew jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet in kwestjoni fit-territorju tiegħu. Għandu minnufih jinforma l-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni minn dan u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2. Il-Kummissjoni teżamina mill-aktar fis possibbli l-bażi mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat u tikkonsulta l-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti ta’ l-Affarijiet ta’ l-Ikel, u mbagħad twassal l-opinjoni tagħha u tieħu l-miżuri li hemm bżonn.

3. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-emendi tad-Direttiva huma meħtieġa sabiex ikunu solvuti d-diffikoltajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u biex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tibda l-proċedura preskritta fl-Artikolu 12, bil-ħsieb li jkunu adottati dawn l-emendi; l-Istat Membru li addotta l-miżuri ta’ protezzjoni jista’ f’dak il-każ iżommhom sakemm l-emendi jidħlu fis-seħħ.

Artikolu 11

1. Il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistipula:

(a) safejn huwa meħtieġ, il-kriterji tal-purità għall-addittivi jew il-prodotti wżati bħala addittivi fl-Artikolu 5;

(b) il-kriterji ta’ l-iġjene, kimiċi u fisiċi għall-prodotti definiti fl-Anness;

(ċ) il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti definiti fl-Anness;

(d) il-kriterji tal-kwalità għall-ħalib li minnu tneħħa l-ilma kollu li jista’ jintuża għall-produzzjoni tal-ħalib li minnu tneħħa l-ilma in parti skond l-Artikolu 1(2)(a).

2. Li ġejjin ikunu stabbiliti skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 12:

(a) il-metodi ta’ l-analiżi li hemm bżonn biex ikunu ċċekkjati l-kriterji tal-purità ta’ hawn fuq;

(b) il-proċeduri kif jittieħdu l-kampjuni u l-metodi ta’ analiżi meħtieġa biex jiġu ċċekkjati l-komposizzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-manufattura tal-prodotti definiti fl-Anness.

Artikolu 12

1. Meta l-proċedura preskritta f’dan l-Artikolu trid tkun segwita, l-affari tkun riferuta mingħajr dewmien lill-Kumitat Permanenti fuq l-Affarijiet ta’ l-Ikel imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 1969 (minn issa "l quddiem riferut bħala ‘l-Kumitat") mill-president tiegħu, jew fuq inizzjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rapprezentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu fuq dan l-abbozz fil-limitu taż-żmien stipulat mill-president wara li jikkunsidra l-urġenza ta’ l-affari. L-opinjonijiet jitwasslu b’maġġoranza ta’ 41 vot, li l-voti ta’ l-Istati Membri jkunu ppeżati skond l-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president m’għandux jivvota.

3. (a) Fejn il-miżuri ppjanati huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni tadottahom.

(b) Jekk il-miżuri ppjanati mhumiex b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma titwassalx, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tibgħat lill-Kunsill proposta rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata.

(ċ) Jekk, fi żmien tlett xhur minn mindu twasslu l-proposti, l-Kunsill ikun għadu ma aġixxiex, il-miżuri proposti jkunu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 13

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 għandhom jgħoddu għal perjodu ta’ 18-il xahar mid-data meta l-affari kienet l-ewwel riferuta lill-kumitat skond l-Artikolu 12(1).

Artikolu 14

Din id-Direttiva ma taffettwax il-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-indikazzjonijiet tal-kwalità applikabbli għall-prodotti riferuti fl-Anness u manifatturati fit-territorju tagħhom.

Fl-assenza tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunità matul il-perjodu ta’ tlett snin mill-avviż ta’ din id-Direttiva, l-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni b’xi proposti li hemm bżonn.

Artikolu 15

Din id-Direttiva m’għandhiex tgħodd:

- mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet li għandhom ikunu adottati mill-Komunità, għall-prodotti dietetiċi jew għall-prodotti speċifikament ippreparati għat-trabi u t-tfal żgħar;

- għall-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni barra l-Komunità.

Artikolu 16

F’perjodu ta’ sena min-notifika ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri, fejn hemm bżonn, jemendaw il-liġijiet tagħhom biex iħarsu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni b’dawn l-emendi u b’dawk l-eċċezzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva li huma jagħmlu użu minnhom. Mhux aktar tard minn sentejn wara n-notifika ta’ din id-Direttiva l-liġijiet hekk emendati għandhom jgħoddu għall-prodotti li jitpoġġew fuq is-suq għall-ewwel darba fl-Istati Membri.

Artikolu 17

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Diċembru 1975.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Toros

[1] ĠU C 65, tal-5.6.1970, p. 47.

[2] ĠU C 146, tal-11.12.1970, p. 26.

[3] ĠU L 291, tad-29.11.1969, p. 9.

[4] ĠU L 243, tad-29.10.1971, p. 29.

[5] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-ISMIJIET U DEFINIZZJONIJIET TAL-PRODOTTI

1. Il-ħalib li minn tneħħa l-ilma in parti li għalih din id-Direttiva hija applikabbli

(a) Ħalib tal-bott mhux magħmul ħelu

Ħalib li minnu tneħħa l-ilmain parti li fih, bit-toqol, mhux inqas minn 7.5 % xaħam u 25 % ta’ solidi totali tal-ħalib.

(b) Ħalib tal-bott xkumat mhux magħmul ħelu

Ħalib li minnu tneħħa l-ilma in parti li fih, bħala toqol, mhux aktar minn 1 % ta’ xaħam u mhux inqas minn 20 % ta’ solidi totali tal-ħalib.

(ċ) Ħalib tal-bott, parzjalment xkumat mhux magħmul ħelu

Ħalib li minnu tneħħa l-ilma in parti li fih, bħala toqol, mhux inqas minn 1 % u mhux iktar minn 7.5 % ta’ xaħam, u mhux inqas minn 20 % ta’ solidi totali tal-ħalib. Ħalib li minnu tneħħa l-ilma in parti li fih, bħala toqol, bejn 4 u 4.5 % xaħam u mhux inqas minn 24 % ta’ solidi totali ta’ħalib huwa l-unika ħalib li jista’ jinbiegħ bl-imnut b’dan l-isem.

(d) Ħalib tal-bott b’xaħam għoli mhux magħmul ħelu

Ħalib li minnu tneħħa l-ilma in parti li fih, bħala toqol, mhux inqas minn 15 % ta’ xaħam u mhux inqas minn 26.5 % ta’ solidi totali tal-ħalib.

(e) Ħalib tal-bott magħmul ħelu

Ħalib li minnu tneħħa l-ilma in parti b’taħlita miżjuda ta’ zokkor tal-kannamieli (zokkor nofsu abjad, zokkor jew zokkor abjad jew zokkor abjad ħafna) u li jkun fih, bħala toqol, mhux inqas minn 8 % ta’ xaħam u 28 % tas-solidi totali tal-ħalib. Ħalib li minnu tneħħa l-ilma in parti b’taħlita miżjuda ta’ zokkor tal-kannamieli (zokkor nofsu abjad, zokkor jew zokkor abjad jew zokkor abjad ħafna) u li jkun fih, bħala toqol, mhux inqas minn 9 % ta’ xaħam u 31 % tas-solidi totali tal-ħalib li huwa l-unika ħalib li jista’ jinbiegħ bl-imnut b’dan l-isem.

(f) Ħalib tal-bott xkumat magħmul ħelu

Ħalib li minnu tneħħa l-ilma in parti b’taħlita miżjuda ta’ zokkor tal-kannamieli (zokkor nofsu abjad, zokkor jew zokkor abjad jew zokkor abjad ħafna) u li jkun fih, bħala toqol, mhux aktar minn 1 % ta’ xaħam u mhux inqas minn 24 % tas-solidi totali tal-ħalib.

(g) Ħalib tal-bott xkumat in parti magħmul ħelu

Ħalib li minnu tneħħa l-ilma in parti b’taħlita miżjuda ta’ zokkor tal-kannamieli (zokkor nofsu abjad, zokkor jew zokkor abjad jew zokkor abjad ħafna) u li jkun fih bħala toqol mhux inqas minn 1 % u mhux aktar minn 8 % ta’ xaħam u mhux inqas minn 24 % tas-solidi totali tal-ħalib. Ħalib li minnu tneħħa l-ilma in parti b’taħlita miżjuda ta’ zokkor tal-kannamieli (zokkor nofsu abjad, zokkor jew zokkor abjad jew zokkor abjad ħafna) u li jkun fih, bħala toqol, bejn 4 u 4.5 % ta’ xaħam u mhux inqas minn 28 % tas-solidi totali tal-ħalib li huwa l-unika ħalib li jista’ jinbiegħ bl-imnut b’dan l-isem.

2. Il-ħalib li minnu tneħħa l-ilma kollu li għalih din id-Direttiva hija applikabbli

(a) Ħalib li minnu tneħħa l-ilma kollu jew trab kollu tal-ħalib

Ħalib li minnu tneħħa l-ilma mill-ilma li fih, bħala toqol, mhux inqas minn 26 % xaħam.

(b) Ħalib xott xkumat jew trab tal-ħalib xkumat

Ħalib li minnu tneħħa l-ilma li fih, bħala toqol, mhux aktar minn 1.5 % xaħam.

(ċ) Ħalib xott xkumat in parti jew trab tal-ħalib xkumat in parti

Ħalib li minnu tneħħa l-ilma b’kontenut ta’ xaħam mhux inqas minn 1.5 % u mhux iktar minn 26 % bħala toqol.

(d) Ħalib xott b’xaħam għoli jew trab tal-ħalib b’xaħam għoli

Ħalib li minnu tneħħa l-ilma li fih, bħala toqol, mhux inqas minn 42 % xaħam.

--------------------------------------------------

Top