This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1930R(02)
Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1930 tat-18 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 299 tal-20 ta’ Novembru 2019)
Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1930 tat-18 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 299 tal-20 ta’ Novembru 2019)
C/2020/4086
UL L 195, 19.6.2020, p. 121–122
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1930/corrigendum/2020-06-19/oj
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrigendum to | 32019D1930 | (MT) |
19.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 195/121 |
Rettifika għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1930 tat-18 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 299 tal-20 ta’ Novembru 2019 )
F’paġna 56, fil-premessa 11:
minflok:
“Sabiex tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet bħal dawn skont l-Artikolu 21(3) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE, jenħtieġ li jiġu definiti il-kostijiet totali stmati tagħhom. Jenħtieġ li l-kostijiet totali stmati jiġu kkalkulati billi jitqiesu l-kategoriji tal-kostijiet eliġibbli stabbiliti fl-Anness IA ta’ dik id-Deċiżjoni.”,
aqra:
“Sabiex tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet bħal dawn skont l-Artikolu 21(3) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE, jenħtieġ li jiġu definiti l-ispejjeż totali stmati tagħhom. Jenħtieġ li l-ispejjeż totali stmati jiġu kkalkulati billi jitqiesu l-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli stabbiliti fl-Anness IA ta’ dik id-Deċiżjoni.”.
F’paġna 56, fl-Artikolu 1(1)(b), fl-emenda tal-punt (c) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570:
minflok:
“l-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru rescEU;”,
aqra:
“l-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru;”.
F’paġna 57, fl-Artikolu 1(4), fl-emendi tal-Artikoli l-ġodda 3a u 3b tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570:
minflok:
“Artikolu 3a
Kostijiet totali stmati tal-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika ta’ rescEU
1. Il-kategoriji tal-kostijiet kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-kost totali stmat tal-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru tar-rescEU.
2. Il-kategorija msemmija fil-punt 1 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-kost totali stmat tal-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika tal-ajru għal pazjenti b’mard li jittieħed ħafna u kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għal vittmi ta’ diżastri għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-prezzijiet tas-suq fiż-żmien meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati jew mikrija f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Meta l-Istati Membri jiksbu, jikru jew jagħtu b’kirja l-kapaċitajiet tar-rescEU, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza dokumentata tal-prezzijiet attwali tas-suq jew, fejn ma jkunx hemm prezzijiet tas-suq għal ċerti komponenti ta’ dawk il-kapaċitajiet, evidenza ekwivalenti.
3. Il-kategoriji msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-kost totali stmat għal kapaċità ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għal pazjenti b’mard li jittieħed ħafna u kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għal vittmi ta’ diżastri għandhom jiġu kkalkulati mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kont meħud tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Dan il-kost għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.
4. Il-kost totali stmat msemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jiġi kkalkolat fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess biex jakkwista, jagħti k’kirja jew jikri tali kapaċità rescEU.
Artikolu 3b
Il-kost totali stmat tal-kapaċitajiet tat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3
1. Il-kategoriji tal-kostijiet kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-kost totali stmat tat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Kura Inpatient b’Riferiment.
2. Il-kategorija msemmija fil-punt 1 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-kost totali stmat għal tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Il-Kura Inpatient b’Riferiment għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-prezzijiet tas-suq applikabbli fiż-żmien meta l-kapaċitajiet jinkisbu, jingħataw b’kiri jew jinkrew f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Meta l-Istati Membri jiksbu, jikru jew jagħtu b’kirja l-kapaċitajiet tar-rescEU, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza dokumentata tal-prezzijiet attwali tas-suq jew, fejn ma jkunx hemm prezzijiet tas-suq għal ċerti komponenti ta’ dawk il-kapaċitajiet, evidenza ekwivalenti.
3. Il-kategoriji msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-kost totali stmat għal tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Il-Kura Inpatient b’Riferiment għandha tiġi kkalkulata darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kont meħud tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Dan il-kost għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.
4. Il-kost totali stmat msemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jiġi kkalkolat fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess biex jakkwista, jagħti k’kirja jew jikri tali kapaċità rescEU.”,
aqra:
“Artikolu 3a
L-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ evakwazzjoni medika
1. Il-kategoriji tal-ispejjeż kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-ispiża totali stmata tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru.
2. Il-kategorija msemmija fil-punt 1 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-ispiża totali stmata tal-kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika tal-ajru għal pazjenti b’mard li jittieħed ħafna u kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għal vittmi ta’ diżastri għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-prezzijiet tas-suq fiż-żmien meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati, mikrija jew lokati f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Meta l-Istati Membri jiksbu, jikru jew jagħtu b’kirja l-kapaċitajiet tar-rescEU, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza dokumentata tal-prezzijiet attwali tas-suq jew, fejn ma jkunx hemm prezzijiet tas-suq għal ċerti komponenti ta’ dawk il-kapaċitajiet, evidenza ekwivalenti.
3. Il-kategoriji msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-ispiża totali stmata għal kapaċità ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għal pazjenti b’mard li jittieħed ħafna u kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika mill-ajru għal vittmi ta’ diżastri għandhom jiġu kkalkulati mill-inqas darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kont meħud tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Din l-ispiża għandha tintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.
4. L-ispiża totali stmata msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi kkalkolata fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess biex jakkwista, jikri jew jilloka tali kapaċità tar-rescEU.
Artikolu 3b
L-ispejjeż totali stmati tal-kapaċitajiet tar-rescEU għat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3
1. Il-kategoriji tal-ispejjeż kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-ispiża totali stmata għat-tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Kura Inpatient b’Riferiment.
2. Il-kategorija msemmija fil-punt 1 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-ispiża totali stmata għal tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Il-Kura Inpatient b’Riferiment għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-prezzijiet tas-suq applikabbli fiż-żmien meta l-kapaċitajiet jiġu akkwistati, mikrija jew lokati f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Meta l-Istati Membri jiksbu, jikru jew jillokaw l-kapaċitajiet tar-rescEU, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza dokumentata tal-prezzijiet attwali tas-suq jew, fejn ma jkunx hemm prezzijiet tas-suq għal ċerti komponenti ta’ dawk il-kapaċitajiet, evidenza ekwivalenti.
3. Il-kategoriji msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-ispiża totali stmata għal tim mediku ta’ emerġenza tat-tip 3: Il-Kura Inpatient b’Riferiment għandha tiġi kkalkulata darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kont meħud tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Din l-ispiża għandha tintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali.
4. L-ispiża totali stmata msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi kkalkolata fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess biex jakkwista, jikri jew jilloka tali kapaċità tar-rescEU.”.