L-unjoni ekonomika u monetarja tal-UE

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 119 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLI?

PUNTI EWLENIN

L-unjoni ekonomika u monetarja tal-UE

Dan huwa l-proċess tal-allinjament tal-politiki ekonomiċi u monetarji fl-Istati Membri u jinkludi tliet stadji.

Filwaqt li l-ewwel żewġ stadji tal-UEM tlestew għall-Istati Membri kollha, l-istadju finali għadu għaddej. Sal-lum, 21 Stat Membru adottaw l-euro bħala l-munita uffiċjali tagħhom (li flimkien jissejħu ż-żona tal-euro).

Tranżizzjoni għall-euro

Qabel ma jkun jista’ jintroduċi l-euro, Stat Membru jrid l-ewwel jissodisfa diversi rekwiżiti ekonomiċi u legali – il-kriterji ta’ konverġenza stabbiliti fl-Artikolu 140 tat-TFUE:

Meta Stat Membru jissodisfa dawn ir-rekwiżiti kollha, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiddeċiedi li jista’ jadotta l-euro bħala l-munita tiegħu. L-euro mbagħad jissostitwixxi l-munita nazzjonali u jsir il-munita uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.

L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jitqiesu li jiffurmaw iż-żona tal-euro, li fiha titmexxa politika monetarja unika taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE.

L-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom huma Stati Membri b’deroga skont l-Artikolu 139 tat-TFUE. Il-Kummissjoni Ewropea u l-BĊE jirrapportaw lill-Kunsill, mill-inqas kull sentejn, jew fuq talba tal-Istat Membru b’deroga, dwar il-progress tiegħu lejn l-issodisfar tal-kriterji ta’ konverġenza. Wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew u wara diskussjoni fil-Kunsill Ewropew, il-Kunsill jiddeċiedi, fuq proposta tal-Kummissjoni, li l-Istat Membru kkonċernat jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa u jista’ jadotta l-euro bħala l-munita tiegħu, u jħassar id-deroga għall-Istat Membru kkonċernat.

Il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-BĊE jiżvolġi rwol ċentrali fl-UEM. Permezz tal-korp deċiżjonali tiegħu, il-Kunsill Governattiv, huwa jistabbilixxi l-politika monetarja għaż-żona tal-euro. Għandu wkoll id-dritt esklużiv li jawtorizza l-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro fl-UE. L-Istati Membri jistgħu joħorġu muniti tal-euro, iżda l-BĊE jrid l-ewwel jawtorizza l-ammont annwali (volum) li għandu jinħareġ.

L-ewwel Stati Membri fiż-żona tal-euro

Espansjoni taż-żona tal-euro

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Flus skritturali. Flus li mhumiex f’forma ta’ kontanti u allura ma jiċċirkulawx f’forma ta’ karti ta’ flus u muniti.

DOKUMENTI EWLENIN

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea – Titolu I – Dispożizzjonijiet Komuni – Artikolu 3 (ex Artikolu 2 tat-TUE) (ĠU C 326, , p. 17).

Il-Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - It-Tielet Parti - Politika u azzjonijiet interni ta' l-Unjoni - Titolu VIII - Politika ekonomika u monetarja - Artikolu 119 (ex Artikolu 4 TKE) (ĠU C 202, , pp. 96–97).

Il-Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - It-Tielet Parti - Politika u azzjonijiet interni ta' l-Unjoni - Titolu VIII - Politika ekonomika u monetarja - Kapitolu 5 - Dispożizzjonijiet tranżizzjonali - Artikolu 140 (ex Artikoli 121(1), 122(2), it-tieni sentenza, u 123(5) TKE) (ĠU C 202, , pp. 108–110).

l-aħħar aġġornament