Hu jagħlaq lakuni fir-reġim eżistenti tal-fruntiera ta’ Schengen billi jilob lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea (UE) biex japplikaw regoli uniformi li jassikuraw il-monitoraġġ u reġistrazzjoni tajba tal-migranti irregolari u tal-persuni kollha li jfittxu l-ażil li jidħlu fl-UE.
Ir-regolament jassikura wkoll rabta bla tfixkil li tassikura proċeduri ta’ ritorn jew ta’ ażil.
Permezz ta’ proċess standardizzat ta’ skrinjar, hu jfittex:
jassikura li individwi vulnerabbli jkunu protetti;
jgħin iwassal lill-individwi lejn il-proċeduri t-tajba, sew jekk għal ażil, kif ukoll jekk għal ritorn.
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament il-ġdid dwar Skrinjar japplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qasmu l-fruntieri esterni tal-UE mingħajr ma jkunu ssodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dħul jew li jkunu qed jirresjedu illeġalment fi Stat Membru mingħajr ma kienu għaddew minn kontrolli tal-fruntieri fid-dħul. Hu jkopri wkoll dawk li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali matul kontrolli fuq il-fruntieri jew li kienu tniżżlu wara operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ.
Il-proċess ta’ skrinjar mhuwiex proċedura amministrattiva awtonoma. Dan hu proċess ta’ ġbir ta’ informazzjoni, komparabbli ma’ verifika estiża fuq il-fruntiera. B’hekk bilfors irid ikollu jsir fi żmien skadenza qasira ħafna: sebat ijiem għall-iskrinjar fil-fruntieri esterni u tliet ijiem għal skrinjar fit-territorju.
Skont ir-regolament, l-Istati Membri jridu:
jwettqu kontrolli tas-saħħa, vulnerabbiltà, identità u sigurtà fuq migranti irregolari u persuni li jfittxu l-ażil kollha li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE b’manjera mhux awtorizzata;
jirreġistraw d-data bijometrika ta’ migranti skrinjati;
jiċċekkjaw l-bażi ta’ data tal-UE u nazzjonali rilevanti għall-iskop ta’ verifiki jew stabbiliment tal-identità ta’ migranti u ta’ kull riskju għas-sigurtà;
jevitaw li migranti jaħarbu matul l-iskrinjar permezz ta’ obbligu ġeneralizzat biex huma jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-iskrinjar u l-possibbilità li jimponu priġunerija jekk ikun hemm bżonn;
jiddierġu lil migranti lejn il-proċeduri li jmissu malajr (ażil jew ritorn);
jipprovdu mekkaniżmi ta’ monitoraġġ indipendenti nazzjonali li ser ikollhom il-kompitu li jassikuraw li d-drittijiet fundamentali jkunu rispettati matul l-iskrinjar.
Impatt tal-iskrinjar
Ir-regoli l-ġodda dwar skrinjar ser ikollhom rwol ewlieni fi:
jiżguraw il-fruntieri esterni u li jtejbu l-ġestjoni ta’ wasliet imħallta fil-livell tal-UE;
jassikuraw li l-migranti u persuni li jfittxu l-ażil kollha jibbenefikaw minn valutazzjoni ta’ vulnerabbiltà u ċċekkjar tas-saħħa l-iktar kmieni possibili u li jingħataw l-assistenza xierqa;
jassikuraw li l-migranti u l-persuni li jfittxu l-ażil kollha, flimkien mad-data bijometrika tagħhom, jkunu reġistrati u li bażijiet ta’ data fuq skala kbira jintużaw għall-estent sħiħ tagħhom;
ir-rinfurzar tas-sigurtà fi ħdan iż-żona ta’ Schengen, hekk kif regoli ġodda ser jassikuraw li migranti irregolari u persuni li jfittxu l-ażil li jkunu ta’ theddida għas-saħħa pubblika u sigurtà interna tal-UE ser ikunu identifikati;
Migranti irregolari u persuni li jfittxu l-ażil ser jibbenefikaw mir-Regolament dwar Skrinjar b’dawn il-modi li ġejjin.
Il-verifiki obbligatorji tas-saħħa u vulnerabbiltà ser jassikuraw li dawk fil-bżonn ta’ kura immedjata, flimkien ma’ minuri u persuni vulnerabbli jkunu identifikati kmieni u li huma jibbenefikaw mir-regoli li jipproteġuhom kemm jista’ jkun mallajr u li jirċievu l-appoġġ neċessarju. L-iskrinjar ser jikkontribwixxi biex jagħmlu l-proċess iktar maljr u iktar effiċjenti.
Il-mekkaniżmu l-ġdid indipendenti ta’ monitoraġġ ser itejjeb it-trasparenza u l-akkontabbiltà matul l-iskrinjar, waqt li fl-istess ħin jippromwovi r-rispett għad-drittijiet fundamentali.
Implimentazzjoni
Awtoritajiet ta’ skrinjar. Kull Stat Membru jinnomina awtoritajiet responsabbli għall-iskrinjar li huma mħarġa u mgħammra biex jiġġestjonaw l-bżonnijiet diversi ta’ individwi li jgħaddu mill-proċess, b’għajnuna mill-aġenziji tal-UE, bħall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u Kosta (Frontex), jekk ikun hemm bżonn.
Postijiet u skadenzi. Skrinjar tipikament isir ħdejn il-fruntieri esterni jew postijiet oħra speċifikati fi ħdan it-territorju, u jridu jitlestew fi żmien sebat ijiem fil-fruntiera esterna u tliet ijiem fit-territorju.
Data u privatezza. Id-data trid tkun użata biss għal finijiet tar-regolament u trid tikkonforma mal-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data.
Relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni oħra. Ir-regolament ma jissostitwixxix proċedimenti ġudizzjarji oħra, bħal dawk għal protezzjoni internazzjonali jew ritorni, u jservi biss bħala pass inizjali biex jassikura li l-individwi jintbagħtu għas-segwitu t-tajjeb.
Monitoraġġ u evalwazzjoni
Ir-regolament jitlob lill-Istati Membri biex jistabbilixxu mekkaniżmu indipendenti nazzjonali ta’ monitoraġġ biex jinvestigaw kull allegazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem matul l-iskrinjar, u jassikuraw:
konformità mal-liġi tal-UE u internazzjonali;
rispett għall-proċedura tal-ażil, il-prinċipju ta’ non-refoulement, il-benessri tat-tfal, u r-regoli dwar prinċipju;
investigazzjonijiet effettivi ta’ allegazzjonijiet;
Ir-Regolament (UE) 2024/1356 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jintroduċi l-iskrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817 (ĠU L, 2024/1356, ).
DOKUMENTI RELATATI
Id-Direttiva (UE) 2024/1346 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L, 2024/1346, ).
Ir-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE (ĠU L, 2024/1348, ).
Ir-Regolament (UE) 2024/1351 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1147 u (UE) 2021/1060 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 (ĠU L, 2024/1351, ).
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/922 tad- dwar l-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 (ĠU L 160, , pp. 1–27).
Ir-Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, , pp. 48–93).
Ir-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (ĠU L 468, , pp. 1–54).
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2020) 609 final, ).
Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, , pp. 1–26).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/816 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew tal- dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, , pp. 27–84).
Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, , pp. 85–135).
Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624(UE) (ĠU L 295, , pp. 1–131).
Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, , pp. 1–71).
Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni) (ĠU L 303, , pp. 39–58).
Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, , pp. 1–13).
Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, , pp. 14–55).
Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, , pp. 56–106).
Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, , pp. 20–82).
Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar Kodiċi tal-Unjoni fuq ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (kodifikazzjoni) (ĠU L 77, , pp. 1–52).
Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, , pp. 1–11).
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, , pp. 1–58).
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar is-Sistema ta’ l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, , pp. 60–81).
Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, , pp. 98–107).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007/KE tal- li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, , pp. 1–14).