Regolament (UE) 2024/1349 jistabbilixxi:l-proċedura tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar il-proċedura ta’ ritorn fuq il-fruntiera fil-fruntieri esterni tal-UE li japplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuna apolidi li l-applikazzjonijiet tagħhom jkunu ġew miċħuda fil-kuntest tal-proċedura ta’ applikazzjoni fuq il-fruntiera.
jelenka l-proċess li għandu japplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni ipolidi li l-applikazzjonijiet tagħhom ikunu ġew miċħuda fil-kuntest tal-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera;
jistabbilixxi regoli għall-użu possibbli ta’ detenzjoni u tluq volontarju;
jkopri dak li Stati Membri tal-UE jistgħu jagħmlu f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, inklużi limiti estiżi ta’ ħin u miżuri speċjali.
PUNTI EWLENIN
Proċedura ta’ ritorn fuq il-fruntiera
Ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni ipolidi li l-applikazzjonijiet tagħhom kienu miċħuda fil-kuntest tal-proċedura ta’ ażil fuq il-fruntiera ma jitħallewx jidħu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.
Dawn l-individwi normalment iridu joqgħodu f’postijiet ħdejn il-fruntiera esterna jew żoni ta’ tranżitu sa 12-il ġimgħa wara d-deċiżjoni.
Li toqgħod ġo dawn il-postijiet ma jfissirx li l-individwi huma awtorizzati li jidħlu fil-pajjiż.
Il-kundizzjonijiet f’dawn il-postijiet jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet materjali għal akkoljenza u kura tas-saħħa, kif deskritt fil-direttiva dwar kundizzjonijiet ta’ akkoljenza (Direttiva (UE) 2024/1346, ara s-sommarju).
Jekk in-nies kkonċernati ma jkunux jistgħu jkunu rritornati fl-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa, il-pajjiż irid ikompli l-proċess ta’ ritorn konformi ma’ dak elenkat fid-direttiva (Direttiva 2008/115/KE, ara s-sommarju)/
Perjodu ta’ tluq volontarju ta’ sa 15-il jum jista’ jingħata (mingħajr id-dritt li tidħol fil-pajjiż matul dan il-ħin), ħlief jekk:
ikun hemm riskju ta’ xi ħarba; jew
l-applikazzjoni tagħhom fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ażil fuq il-fruntiera tkun miċħuda għax manifestament bla bażi; jew
il-persuna kkonċernata tkun ta’ riskju għall-ordni pubblika, sigurtà pubblika jew is-sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri.
Detenzjoni
Detenzjoni tista’ tintuża biss bħala miżura tal-aħħar alternattiva wara valutazzjoni individwali tal-każ u għal sitwazzjoniijiet fejn miżuri inqas koerċittivi ma jaħdmux.
Meta persuna tkun miżmuma matul il-proċedura ta’ ażil fuq il-fruntiera, huma jibqgħu jkunu miżmuma għall-iskopijiet ta’ prevenzjoni tad-dħul tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, waqt it-tħejjija tar-ritorn tagħhom jew it-twettiq tal-proċess ta’ tneħħija.
Persuni li ma jkunux miżmuma matul il-proċedura ta’ ażil fuq il-fruntiera, huma jistgħu jkunu miżmuma jekk ikun hemm riskju li jaħarbu, jekk jevitaw jew jimpedixxu t-tħejjija tal-proċess tar-ritorn jew tneħħija jew ikunu ta’ riskju għall-ordni pubblika, sigurtà pubblika jew sigurtà nazzjonali.
Detezzjoni għandha tkun għal perjodu kemm jista’ jkun qasir u ma tistax teċċedi 12-il ġimgħa, ħlief f’sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ kriżi.
Sa Diċembru 2024, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil kellha tiżviluppa linji gwida fuq alternattivi għal detezzjoni li tkun tista’ tintuża fil-kuntest ta’ proċedura għal fruntieri.
Sitwazzjonijiet ta’ kriżi
X’jikkostitwixxi kriżi hu definit fir-regolament dwar kriżi (ir-Regolament (UE) 2024/1359, (ara s-sommarju). Dawn il-miżuri dwar kriżijiet japplikaw għal nies suġġetti għall-proċedura tal-ażil fuq il-fruntiera li l-applikazzjonijiet tagħhom kienu miċħuda qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill referuta f’Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2024/1359 u li m’għandhomx id-dritt jibqgħu hemm, u li m’għandhomx permess jibqgħu wara l-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.
L-Istati Membri jistgħu, għal applikanti li jkunu ġew miċħuda:
jestendu l-perjodu tar-residenza ta’ 12-il ġimgħa fil-fruntiera jew f’postijiet tat-tranżitu għal mhux aktar minn sitt ġimgħat;
jtawlu l-perjodu ta’ detenzjoni għal nies li t-talbiet ta’ ażil tagħhom ikunu ġew miċħuda.
Organizzazzjonijiet li joffru konsulenza legali u appoġġ għandhom aċċess għan-nies miżmuma f’detenzjoni jew fil-qsim tal-fruntieri, għalkemm l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-aċċess għal raġunijiet ta’ sigurtà.
Jekk Stat Membru jemmen li għandu kriżi, hu jista’ jippreżenta talba biex japplika d-derogi previsti fir-regolament dwar kriżijiet (ir-Regolament (UE) 2024/1359).
L-Istati Membri li japplikaw miżuri ta’ kriżijiet jridu jinfurmaw lin-nies affettwati dwar il-miżuri applikati u d-durata tal-miżuri f’lingwa li jifhmu.
Kontestazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi
Dan ir-regolament ma jaffettwax il-possibbiltà li l-awtoritajiet pubbliċi jikkontestjaw deċiżjonijiet amministrasttivi u ġudizzjarji kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Tranżizzjoni għar-regoli l-ġodda
Sa Settembru 2024, il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Istati Membri u aġenziji tal-UE rilevanti, kellha tippreżenta pjan ta’ implimentazzjoni komuni biex tassikura li l-pajjiżi jkunu lesti jimplimentaw il-proċedura tar-ritorn fuq il-fruntiera sa Lulju 2026.
L-Istati Membri kellhom jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali ta’ implimentazzjoni sa Diċembru 2024 biex jiddeskrivu kif ser jibdew iħaddmu dawn il-proċeduri.
il-Kummissjoni u l-aġenziji tal-UE ser jipprovdu appoġġ.
L-emenda għar-Regolament (UE) 2021/1148 tiggarantixxi kontribuzzjoni sħiħa mill-UE għall-ispiża rilevanti ta’ ġestjoni tal-fruntieri.
Monitoraġġ u evalwazzjoni
Il-Kummissjoni trid tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sa Ġunju 2028 u kull ħames snin wara dan.
L-Istati Membri jridu jipprovdu l-informazzjoni bżonnjuża lill-Kummissjoni għal evalwazzjoni.
Iż-żona Schengen
Ir-regolament jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta’ Schengen u hu applikabbli għall-Iżlanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera bħala rilevanti.
Id-Danimarka ddeċidiet li ma tridx tieħu sehem fir-regolament, imma aktar tard tista’ tadottah f’liġi nazzjonali konformi mar-regoli ta’ Schengen.
Ir-regolament ma japplikax għall-Irlanda għax mhijiex fiż-żona ta’ Schengen.
Ir-Regolament (UE) 2024/1349 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi proċedura ta’ ritorn fuq il-fruntiera u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1148 (ĠU L, 2024/1349, ).
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE (ĠU L, 2024/1348, ).
Ir-Regolament (UE) 2024/1351 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1147 u (UE) 2021/1060 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 (ĠU L, 2024/1351, ).
Ir-Regolament (UE) 2024/1359 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li jindirizza sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1147 (ĠU L, 2024/1359, ).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2089 tal- li tikkonferma l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni (ĠU L, 2024/2089, ).
Ir-Regolament (UE) Nru 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, , pp. 48–93).
Ir-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (ĠU L 468, , pp. 1–54).
Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar Kodiċi tal-Unjoni fuq ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (kodifikazzjoni) (ĠU L 77, , pp. 1–52).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2016/399 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politiki u Azzjonijiet Interni tal-Unjoni — Titolu V — L-Ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kapitolu 1 — Dispożizzjonijiet ġenerali — Artikolu 72 (ex Artikolu 64(1) TKE u ex Artikolu 33 TUE) (ĠU C 202, , p. 74).
Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, , pp. 98–107).