L-Att dwar il-Governanza tad-Data (DGA) għandu l-għan li jagħmel iktar data1 disponibbli biex terġa’ tintuża u biex tiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data f’oqsma bħas-saħħa, l-ambjent, l-enerġija, l-agrikoltura, il-mobilità, il-finanzi, il-manifattura, l-amministrazzjoni pubblika kif ukoll ħiliet għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tan-negozji tal-Unjoni Ewropea (UE), biex toħloq impjiegi u tistimula l-innovazzjoni.
Ir-regolament jistabbilixxi:
Il-korpi tas-settur pubbliku jżommu ammonti vasti ta’ data protetta mid-drittijiet ta’ partijiet terzi (bħal sigrieti kummerċjali, data personali jew propjetà intellettwali) li ma tistax tintuża bħala data miftuħa iżda li tista’ terġa’ tiġi użatha taħt regoli speċifiċi tal-UE jew nazzjonali. Kull meta tali użu mill-ġdidjitħalla jseħħ, il-korpi tas-settur pubbliku jkollhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-użu mill-ġdid stabbilit mid-DGA. Notevolment, il-kundizzjonijiet tal-użu mill-ġdid għandhom ikunu mhux diskriminatorji, trasparenti, proporzjonati, ġustifikati u disponibbli pubblikament.
Trasferiment tad-data għal pajjiżi mhux tal-UE
Utent li ser jerġa’ jagħmel użu mill-ġdid bl-intenzjoni li jittrasferixxi data protetta, mhux personali lejn pajjiż mhux tal-UE ser ikollu jikkonforma mar-regoli speċifiċi fid-DGA.
Tariffi
Tariffi għall-użu mill-ġdid għandhom ikunu trasparenti, proporzjonati, mhux diskriminatorji u ġustifikati b’mod oġġettiv. Korpi tas-settur pubbliku li jagħtu permessi għall-użu mill-ġdid jistgħu japplikaw tariffi mnaqqsa jew l-ebda tariffi, pereżempju għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, start-ups, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u stabbilimenti edukattivi.
Punt uniu ta’ informazzjoni
Sabiex id-data tkun tista’ tinstab (“rintraċċabbiltà”), l-Istati membri tal-UE ser ikollhom jassiguraw li l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid kif ukoll dwar it-tariffi tkun disponibbli u faċilment aċċessibbly permezz ta’ punt uniku ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea, min-naħa tagħha, ser tiġbor din l-informazzjoni fuq data.europa.eu.
Id-DGA jirregola l-fornituri tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data li huma partijiet terzi newtrali li jikkollegaw individwi u kumpaniji li jżommu d-data ma’ oħrajn li jridu jużawha. Ir-rekwiżiti għal tali servizzi għandhom l-għan li jassiguraw li tali intermedjarji tad-data ser jiffunzjonaw bħala oragnizzaturi affidabbli tal-kondiviżjoni tad-data. Sabiex tiżdied il-fiduċja fil-kondiviżjoni tad-data, dan l-approċċ jistabbilixxi mudell ibbażat fuq in-newtralità u t-trasparenza tal-intermedjarji tad-data, filwaqt li jpoġġi l-individwi u l-kumpaniji fil-kontroll tad-data tagħhom.
Entitajiet li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jeħtieġ li:
L-altruwiżmu tad-data jseħħ meta individwi u kumpaniji jagħtu l-kunsens jew il-permess tagħhom biex jagħmlu d-data li jiġġeneraw disponibbli għall-użu fl-interess pubbliku, volontarjament u mingħajr kumpens. Tali data għandha potenzjal enormi li tavvanza r-riċerka u li tiżviluppa prodotti u servizzi aħjar, inkluż fl-oqsma tas-saħħa, tal-azzjoni klimatika u tal-mobilità. L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw politiki nazzjonali biex jinkoraġġixxu l-altruwiżmu tad-data u entità impenjata bl-altruwiżmu tad-data biex japplikaw għar-reġistrazzjoni bħala “organizzazzjoni ta’ data ta’ altruwiżmu rikonoxxuta fl-Unjoni”. Il-Kummissjoni ser iżżomm reġistru ta’ dawn l-organizzazzjonijiet fuq livell tal-UE.
Il-Kummissjoni ser tistabbilixxi l-EDIB li ser jikkonsisti minn rappreżentanti ta’:
Il-ħidmiet tal-EDIB jinkludu rakkomandazzjonijiet u assistenza għall-Kummissjoni fi:
Data mhux personali jista’ jkollha valur ekonomiku konsiderevoli, id-DGA jintroduċi salvagwardji biex jipproteġi tali data minn aċċess mhux awtorizzat minn awtoritajiet ta’ pajjiżi mhux tal-UE.
Dan se japplika mill-.
Id-DGA jemenda wkoll ir-Regolament (UE) 2018/1724 dwar il-gateway diġitali unika.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2021/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-governanza Ewropea tad-data u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (Att dwar il-Governanza tad-Data) (ĠU L 152, , p. 1-44).
l-aħħar aġġornament