Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D1377

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1377 tas-7 ta' Awwissu 2015 dwar miżura meħuda mill-Iżvezja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' żewġ magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar manifatturati minn Bonnet AB (notifikata bid-dokument C(2015) 5412) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 212, 11.8.2015, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/1377/oj

    11.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 212/37


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1377

    tas-7 ta' Awwissu 2015

    dwar miżura meħuda mill-Iżvezja skont id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' żewġ magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar manifatturati minn Bonnet AB

    (notifikata bid-dokument C(2015) 5412)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    F'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2006/42/KE, l-Iżvezja għarrfet lill-Kummissjoni b'miżura li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar tat-tipi Bonnetklippen u Brännhultsklippen, manifatturat minn Bonnet AB, Surgatan, SE-602 28 Norrkoping, l-Iżvezja.

    (2)

    Il-magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar kellhom il-marka CE, skont id-Direttiva 2006/42/KE.

    (3)

    Il-miżura ttieħedet għax il-magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar ma kinux konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza essenzjali stabbiliti fil-punti 1.1.2 u 1.3.7 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, f'dak li għandu x'jaqsam mal-prinċipji tal-integrazzjoni tas-sigurtà u tar-riskji relatati ma' partijiet li jiċċaqilqu. B'mod partikolari, il-magni ma kellhom l-ebda mezz ta' lqugħ jew apparat ieħor li jipproteġu kontra r-riskji minn partijiet li jiċċaqilqu, u huwa possibbli li ż-żona ta' periklu tintlaħaq waqt li l-magni jkunu qed jiġu operati.

    (4)

    L-Iżvezja nfurmat lill-manifattur dwar in-nuqqasijiet. Il-manifattur ħa l-miżuri meħtieġa biex ineħħi mis-suq il-prodotti mhux konformi.

    (5)

    L-eżami tal-evidenza mogħtija mill-Iżvezja juri li l-magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar tat-tipi Bonnetklippen u Brännhultsklippen manifatturati minn Bonnet AB, Surgatan, SE-602 28 Norrkoping l-Iżvezja, ma jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stipulati fid-Direttiva 2006/42/KE, u li dan in-nuqqas ta' konformità jwassal għal riskji serji ta' korriment tal-utenti. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-miżura meħuda mill-Iżvezja titqies bħala ġġustifikata,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-miżura meħuda mill-Iżvezja biex tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' żewġ magni għat-tqattigħ f'biċċiet u għall-qsim ta' ħatab għan-nar tat-tipi Bonnetklippen u Brännhultsklippen manifatturati minn Bonnet AB, Surgatan, SE-602 28 Norrkoping, l-Iżvezja, hija ġġustifikata.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Elżbieta BIEŃKOWSKA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.


    Top