Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0299

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 299/2012 tat- 2 ta’ April 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 99, 5.4.2012, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/299/oj

5.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 299/2012

tat-2 ta’ April 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu ta’ żmien iffissat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat elettroniku multifunzjonali portabbli li jopera bil-batterija f’unità waħda, ta’ daqs madwar 10 × 9,5 × 10,5 cm, mgħammar bi:

skrin tal-kulur tal-kristalli likwidi b’qies dijagonali tal-iskrin ta’ madwar 9 cm (3,5 pulzieri), b’ratio tal-aspett ta’ 4:3 u riżoluzzjoni ta’ 320 × 240 pixel,

loudspeakers,

mikrofonu,

żveljarin,

memorja ta’ 2 GB,

qarrej tal-karta tal-memorja,

interfaċċja tal-USB,

interfaċċja għal antenna FM,

buttuni tal-kontroll.

L-apparat jista’ jwettaq il-funzjonijiet ta’:

riċezzjoni ta’ xandir bir-radju,

reġistrazzjoni tal-vuċi,

riproduzzjoni tal-ħoss,

riproduzzjoni ta’ stampi u vidjows,

żveljarin.

 (*) Ara l-istampa.

8527 13 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 3 tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8527 , 8527 13  u 8527 13 99 .

Peress li l-apparat huwa mfassal għall-fini li jwettaq diversi funzjonijiet tal-Kapitolu 85, għandu jiġi klassifikat, skont in-Nota 3 tat-Taqsima XVI, bħala dak l-apparat li jwettaq il-funzjonijiet ewlenin.

Fid-dawl tal-karatteristiċi oġġettivi tal-apparat, jiġifieri t-tfassil u l-konċepiment tiegħu, l-użu li għalih huwa maħsub huwa dak ta’ radju bi żveljarin. Ir-riproduzzjoni tal-ħoss hi meqjusa bħala sekondarja. Jekk jitqiesu d-daqs żgħir u r-riżoluzzjoni baxxa tal-iskrin, ir-riproduzzjoni ta’ stampi u vidjows hija wkoll meqjusa bħala sekondarja.

Il-funzjoni ewlenija tal-apparat hija għaldaqstant ta’ apparat ta’ riċezzjoni ta’ xandir bir-radju, kkumbinati fl-istess unità ma’ apparat ta’ reġistrazzjoni jew ta’ riproduzzjoni tal-ħoss u ta’ arloġġ.

L-apparat għandu għaldaqstant jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8527 13 99 bħala apparat ieħor għal riċezzjoni ta’ xandir bir-radju li kapaċi jopera mingħajr sors ta’ enerġija esterna, ikkumbinat ma’ apparat ta’ reġistrazzjoni jew ta’ riproduzzjoni tal-ħoss.

Image

(*)  L-istampa hija biss għal raġunijet ta’ informazzjoni.


Top