This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0375
2011/375/EU: Council Decision of 20 June 2011 appointing two Italian members and two Italian alternate members of the Committee of the Regions
2011/375/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Ġunju 2011 li taħtar żewġ membri Taljani u żewġ membri supplenti Taljani tal-Kumitat tar-Reġjuni
2011/375/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 20 ta’ Ġunju 2011 li taħtar żewġ membri Taljani u żewġ membri supplenti Taljani tal-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 168, 28.6.2011, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015
28.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta’ Ġunju 2011
li taħtar żewġ membri Taljani u żewġ membri supplenti Taljani tal-Kumitat tar-Reġjuni
(2011/375/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Sergio CHIAMPARINO u s-Sur Savino Antonio SANTARELLA saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Luigi MONTANARO u s-Sur Giuseppe VARACALLI saru vakanti żewġ postijiet ta’ membri supplenti. |
ADOTTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jispiċċa fil-25 ta’ Jannar 2015:
(a) |
bħala membri:
u |
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MATOLCSY Gy.
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.