This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0081
Regulation (EC) No 81/2009 of the European Parliament and of the Council of 14 January 2009 amending Regulation (EC) No 562/2006 as regards the use of the Visa Information System (VIS) under the Schengen Borders Code
Regolament (KE) Nru 81/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) taħt il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen
Regolament (KE) Nru 81/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta' Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) taħt il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen
ĠU L 35, 4.2.2009, p. 56–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 11/04/2016; Imħassar b' 32016R0399
4.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 35/56 |
REGOLAMENT (KE) Nru 81/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Jannar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 fir-rigward tal-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) taħt il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari Artikolu 62 (2)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
(1) |
Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Kominitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet, kriterji u regoli dettaljati li jirregolaw il-verifiki fil-punti tal-qsim tal-fruntieri u s-sorveljanza fil-fruntieri; inkluż l-verifiki fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (3) jimmira li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni tal-viża. Jipprovdi wkoll li wieħed mill-iskopijiet tal-VIS huwa li jiffaċilita kemm il-verifiki fil-punti tal-qsim tal-fruntieri esterni u l-ġlieda kontra l-frodi. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 jistabbilixxi l-kriterji tat-tfittix u l-kundizzjonijiet għall-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti biex jagħmlu l-verifiki fil-punti tal-qsim tal-fruntieri esterni, għad-data biex jivverifikaw l-identità tad-detenturi tal-viża u/jew l-awtentiċità tal-viża u jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul humiex sodisfati jew le, u għall-identifikazzjoni ta' kull persuna li jista' ma jkunx, jew ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul fi, soġġorn jew residenza fit-territorju tal-Istati Membri. |
(4) |
Peress illi huwa biss permezz ta' verifika tal-marki tas-swaba' li wieħed jista' jikkonferma b'ċertezza li l-persuna li tixtieq tidħol fiż-żona Schengen hija l-istess waħda li tkun inħarġitilha l-viża, għandhom isiru dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-VIS fil-fruntieri esterni. |
(5) |
Sabiex jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul għal ċittadini ta' pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 humhiex sodisfatti u biex jirnexxilhom jiġġestixxu dmirijiethom, il-gwardjani tal-fruntieri għandhom jużaw kull informazzjoni meħtieġa li tkun disponibbli, inkluża d-data li tista' tiġi konsultata mill-VIS. |
(6) |
Sabiex tiġi prevenuta l-evażjoni tal-punti tal-qsim tal-fruntiera fejn tintuża l-VIS u biex tiġi garantita l-effettività sħiħa tal-VIS, hemm bżonn partikolari li l-VIS tintuża b'manjiera armonizzata meta jsiru l-verifiki għad-dħul fil-fruntieri esterni. |
(7) |
Ladarba f'każijiet ta' ripetizzjoni ta' applikazzjonijiet għall-viża jkun il-każ li d-data bijometrika tiġi użata mill-ġdid u kkupjata mill-ewwel applikazzjoni fil-VIS, l-użu tal-VIS għall-verifiki għad-dħul fil-fruntieri esterni għandu jkun tassattiv. |
(8) |
L-użu tal-VIS għandu jinvolvi tfittxija sistematika fil-VIS li tuża n-numru tal-istiker tal-viża flimkien ma' verifika tal-marki tas-swaba'. Madankollu, minħabba l-impatt li jistgħu jkollhom tfixxijiet bħal dawn fuq il-ħin ta’ stennija fil-punti ta' qsim tal-fruntieri, għandu jkun possibbli għal perjodu ta' transizzjoni b'deroga u f'ċirkustanzi definiti b'mod strett, li tkun ikkonsultata l-VIS mingħajr verifikazzjoni sistematika tal-marki tas-swaba'. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li din id-deroga tiġi użata biss fejn il-kundizzjonijiet imsemmija jkunu kompletament sodisfatti u li t-tul u l-frekwenza tal-applikazzjoni ta' din id-deroga tinżamm strettament minima fil-punti tal-qsim tal-fruntieri individwali. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(10) |
Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment tar-regoli applikabbli għall-użu tal-VIS fil-fruntieri esterni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jikiseb dak l-għan. |
(11) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Konvenzjoni Ewropea tal-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(12) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mar-Repubblika tal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (4), li jaqgħu fiż-żona fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim (5). |
(13) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (6), li jaqa’ fiż-żona msemmija fl-Artikolu 1 punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrata flimkien ma’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (7). |
(14) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (8), li jaqgħu fiż-żona imsemmija fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrata flimkien ma' l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE (9). |
(15) |
Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u m'hijiex marbuta minnu jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress illi dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV, Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi f'perjodu ta' sitt xhur wara l-addozzjoni ta' dan ir-Regolament jekk hijiex se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(16) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tat-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (10). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
(17) |
Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (11). Għalhekk l-Irlanda mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(18) |
Fir-rigward taċ-Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jiżviluppa l-acquis ta' Schengen jew li hu b’xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003. |
(19) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jiżviluppa l-acquis ta' Schengen jew li hu b’xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda
Fir-Regolament (KE) Nru 562/2006, l-Artikolu 7(3) huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
il-punti li ġejjin għandhom jiġu inseriti wara l-l-punt (a):
|
(2) |
Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar ta' punt (c)(i): “tali verifika tista' tinkludi l-konsultazzjoni tal-VIS skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”. |
(3) |
Għandu jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika fl-għoxrin jum wara d-data msemmija fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Jannar 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
A. VONDRA
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2008.
(2) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
(3) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
(4) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(6) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(8) Dokument tal-Kunsill 16462/06; aċċessibbli fuq http://register.consiluim.europa.eu.
(10) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(11) ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.