This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0271
Commission Regulation (EC) No 271/2008 of 30 January 2008 amending Regulation (EC) No 794/2004 implementing Council Regulation (EC) No 659/1999 laying down detailed rules for the application of Article 93 of the EC Treaty
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat- 30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat- 30 ta' Jannar 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE
ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/04/2008
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/271/oj
25.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 82/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 271/2008
tat-30 ta' Jannar 2008
li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat ta' Konsulenza dwar l-Għajnuna mill-Istat,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi faċilitata u aċċellerata s-sottomissjoni tan-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri ta' l-għajnuna mill-Istat u l-valutazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni, huwa mixtieq li jiġi ġeneralizzat l-użu tas-sistemi elettroniċi diġà stabbiliti. |
(2) |
Sa mill-1 ta' Jannar 2006 l-Istati Membri ntalbu jibagħtu n-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat b'mod elettroniku. L-applikazzjoni ta' l-internet Notifiki Interattivi dwar l-Għajnuna mill-Istat (SANI) (2) saret funzjonali għal kollox u żiedet l-effiċjenza tal-proċeduri. Għal dawn ir-raġunijiet, sa mill-1 ta' Lulju 2008, l-użu tagħha għandu jsir obbligatorju għall-Istati Membri kollha sabiex jiġu ppreżentati notifiki lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. |
(3) |
Sa mill-1 ta' Jannar 2006 l-Istati Membri ntalbu wkoll jibagħtu il-korrispondenza kollha dwar in-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat b'mod elettroniku. Is-sistema tal-posta elettronika protetta Infrastruttura Pubblika Ewlenija (PKI) (3) ittestjata mill-Kummissjoni saret operattiva għal kollox. L-użu tagħha għandu għalhekk isir obbligatorju, sa mill-1 ta' Lulju 2008, għall-korrispondenza kollha ta' l-Istati Membri għall-Kummissjoni relatata ma' notifika. |
(4) |
F'każijiet eċċezzjonali, bil-qbil tal-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati, għandu jsir possibbli li jintuża mezz ta' komunikazzjoni minbarra l-applikazzjoni stabbilita ta' l-internet jew sistema tal-posta elettronika protetta. |
(5) |
L-Istati Membri għandhom ikunu mistiedna, fuq bażi volontarja, li jippreżentaw verżjoni separata mhux kunfidenzjali tan-notifika jew ta' kwalunkwe korrispondenza oħra marbuta man-notifika fejn dawn id-dokumenti jkunu jinkludu informazzjoni kunfidenzjali. Dan għandu jwassal għal tqassir tal-proċeduri u għandu jippermetti lill-Kummissjoni tiddeċiedi aktar faċilment dwar it-talbiet għal aċċess għad-dokumenti. Il-klassifikazzjoni ta' l-informazzjoni bħala kunfidenzjali għandha tiġi ġġustifikata mill-Istat Membru kkonċernat. L-obbligu li tiġi pprovvduta kopja separata mhux kunfidenzjali tan-notifika jew korrispondenza oħra marbuta man-notifika hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni tan-natura kunfidenzjali ta' l-informazzjoni ppreżentata. |
(6) |
Sabiex titjieb it-trasparenza ta' l-għajnuna mill-Istat fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jagħmlu referenza għan-numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-għajnuna mill-Istat allokat għall-iskema ta' l-għajnuna mill-Istat kkonċernat mill-Kummissjoni f'kull għoti ta' għajnuna lil benefiċjarju finali, minbarra għal għajnuna mogħtija permezz ta' miżuri fiskali. Għall-istess raġuni, il-formola tan-notifika għandha tiġi mmodifikata sabiex tinkludi impenn li tippubblika fuq l-internet it-test sħiħ ta' l-iskemi ta' l-għajnuna finali kif approvati mill-Kummissjoni. |
(7) |
Fid-dawl tal-bidliet fit-trażmissjoni tan-notifiki, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kalkolu tal-limiti taż-żmien għandhom ukoll jiġu aġġornati. |
(8) |
Il-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' l-imgħax applikabbli għall-irkupru ta' l-għajnuna illegali ssegwi l-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' referenza u skont. Il-metodoloġija sabiex jiġu stabbiliti r-rati ta' referenza u skont ġiet reveduta. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (4) li jirrigwarda r-rata ta' l-imgħax applikabbli fir-rigward ta' l-irkupru ta' l-għajnuna illegali għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex jirriflettu dawn il-bidliet. |
(9) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista tivvaluta aħjar l-effetti tal-miżuri ta' għajnuna nnotifikati fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern, mistoqsijiet dwar il-potenzjal ta' dawn il-miżuri li jxekklu l-kompetizzjoni u jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju għandhom jiġu inklużi fil-forma tan-notifika. |
(10) |
Skond il-każistika tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (5), meta tiġi vvalutata l-kompatibilità ta' l-għajnuna mas-suq komuni, il-Kummissjoni għandha tieħu l-fatturi kollha relevanti in kunsiderazzjoni, inkluż, fejn relevanti, iċ-ċirkostanzi diġà kkunsidrati f'deċiżjoni preċedenti u l-obbligi li dik id-deċiżjoni preċedenti tista' tkun imponiet fuq Stat Membru. Il-Kummissjoni għalhekk għandha l-poter li tieħu in kunsiderazzjoni l-effett kumulattiv ta' kull għajnuna preċedenti u l-għajnuna l-ġdida, u l-fatt li l-għajnuna preċedenti ddikjarata illegali ma tkunx tħallset lura. Sabiex ikun possibbli għall-Kummissjoni li tapplika sistematikament din il-każistika għall-miżuri ta' għajnuna individwali u kif ukoll għall-iskemi ta' għajnuna, il-formola tan-notifika għandha tiġi mmodifikata. |
(11) |
Minbarra l-bidliet introdotti f'Parti I ta' l-Anness I, emendi oħra għall-formoli ta' notifika huma meħtieġa, b'mod partikolari t-tħassir ta' Parti II ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' l-informazzjoni mressqa mill-Istati Membri. |
(12) |
Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-linji gwida ġodda tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu inkoraġġiti l-investimenti tal-kapital tar-riskju f'impriżi żgħar u ta' daqs medju (6) u l-qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni (7) huwa neċessarju li jiġu sostitwiti l-formoli ta' notifika li jinsabu f'Parti III.11 u Parti III.6 a) u b) ta' l-Anness I, b'formoli ta' notifika ġodda li huma konformi ma' l-oqsfa kurrenti. Il-formoli tan-notifika l-oħra li jinsabu fil-Parti III ta' l-Anness I għadhom ma nbidlux. |
(13) |
Sabiex tiġi assigurata ċ-ċertezza legali u tiżdied it-trasparenza fl-għoti ta' l-għajnuna fil-Komunità, il-formola ssimplifikata tan-notifika stipulata fl-Artikolu 4 (2) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u li tinsab fl-Anness II għandha tiġi emendata wkoll. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jikkonfermaw li l-impenji kollha mogħtija għall-fini ta' skema approvata qabel jibqgħu validi għal kollox fir-rigward ta' miżura notifikata ta' għajnuna ġdida. |
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif jixraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:
1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 Trażmissjoni tan-notifiki 1. In-notifika għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni permezz ta' validazzjoni elettronika mwettqa mill-persuna maħtura mill-Istat Membru. Din in-notifika vvalidata għandha titqies bħala li ntbagħtet mir-Rappreżentant Permanenti. 2. Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-korrispondenza tagħha lir-Rappreżentant Permanenti ta' l-Istat Membru kkonċernat, jew lil xi indirizz ieħor speċifikat minn dak l-Istat Membru. 3. Sa mill-1 ta' Lulju 2008, in-notifiki għandhom jiġu trażmessi elettronikament permezz ta' l-applikazzjoni ta' l-internet Notifiki Interattivi dwar l-Għajnuna mill-Istat (SANI). Il-korrispondenza kollha fir-rigward ta' notifika għandha tiġi trażmessa elettronikament permezz tas-sistema tal-posta elettronika protetta Infrastruttura Pubblika Ewlenija (PKI). 4. F'ċirkustanzi eċċezzjonali u bi qbil bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, mezz miftiehem ta' komunikazzjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 3 jista' jintuża biex tintbagħat notifika jew xi korrispondenza li tirrigwarda n-notifika. Jekk ma jkunx hemm ftehim bħal dan, kull notifika jew korrispondenza li tirrigwarda n-notifika li tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istat Membru permezz ta' mezz ta' komunikazzjoni għajr dawn imsemmija fil-paragrafu 3 ma titqiesx li tkun tressqet lill-Kummissjoni. 5. Fejn in-notifika jew il-korrispondenza fir-rigward tan-notifika tinkludi informazzjoni kunfidenzjali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jidentifika b'mod ċar din l-informazzjoni u jagħti r-raġunijiet għall-ikklassifikar tagħha bħala kunfidenzjali. 6. L-Istati Membri għandhom jirreferu għan-numru ta' identifikazzjoni ta' l-għajnuna mill-Istat allokat lil skema ta' għajnuna mill-Kummissjoni f'kull għotja ta' għajnuna lil benefiċjarju finali. Is-subparagrafu 1 m'għandux japplika għall-għajnuna mogħtija permezz ta' miżuri fiskali.” |
2) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “3. Fir-rigward tat-termini ta' żmien għal azzjoni mill-Kummissjoni, il-wasla tan-notifika jew il-korrispondenza sussegwenti skond l-Artikolu 3(1) u l Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament għandha tkun il-ġrajja relevanti għall-fini ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71. 4. Fir-rigward ta' limiti ta' żmien għal azzjoni mill-Istati Membri, il-wasla tan-notifika jew il-korrispondenza relevanti mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament għandha tkun il-ġrajja relevanti għall-fini ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71.” |
3) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Metodu għall-iffissar tar-rata ta' l-imgħax 1. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'deċiżjoni speċifika, ir-rata ta' l-imgħax li għandha tintuża sabiex tiġi rkuprata l-għajnuna mill-Istat mogħtija bi ksur ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat għandha tkun rata perċentwali annwali li tiġi stabbilita minn qabel mill-Kummissjoni f'kull sena kalendarja. 2. Din ir-rata ta' l-imgħax għandha tiġi kkalkulata billi jiġu miżjuda 100 punt bażi mar-rata tas-suq tal-flus għal sena. Fejn dawk ir-rati ma jkunux disponibbli, tintuża r-rata tas-suq tal-flus għal tliet xhur, jew fl-assenza tagħha, ir-rendita mill-bonds ta' l-Istat. 3. Fl-assenza ta' suq affidabbli tal-flus jew rendita affidabbli tal-bonds f'ishma jew data ekwivalenti jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista', f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Istat Membru(i) kkonċernat(i), tiffissa r-rata ta' rkupru fuq il-bażi ta' metodu ieħor u fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li tkun disponibbli għaliha. 4. Ir-rata ta' l-irkupru tiġi reveduta darba kull sena. Ir-rata bażi tiġi kkalkulata fuq il-bażi tar-rata tas-suq tal-flus għal sena rreġistrata f’Settembru, Ottubru u Novembru tas-sena kkonċernata. Ir-rata kkalkulata b'dan il-mod tapplika matul is-sena ta' wara. 5. Barra minn hekk, sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni l-varjazzjonijiet sinifikanti u għall-għarrieda, isir aġġornament kull darba li r-rata medja, ikkalkulata fuq it-tliet xhur preċedenti, tiddevja b'iktar minn 15 % mir-rata fis-seħħ. Din ir-rata ġdida tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara x-xhur li fuqhom jinħadem il-kalkolu.” |
4) |
Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: “3. Ir-rata ta' l-imgħax imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi applikata matul il-perjodu kollu sad-data ta' l-irkupru. Madankollu, jekk tkun għaddiet aktar minn sena waħda bejn id-data li fiha l-għajnuna illegali tkun tpoġġiet għall-ewwel darba għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju u d-data ta' l-irkupru ta' l-għajnuna, ir-rata ta' l-imgħax għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid f'intervalli annwali, filwaqt li tieħu bħala bażi r-rata fis-seħħ fiż-żmien ta' l-ikkalkular mill-ġdid.” |
5) |
L-Annessi huma emendati skond l-Annessi għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta' Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) Dettalji dwar l-applikazzjoni ta' l-internet stabbilita huma ppubblikati fl-avviż tal-Kummissjoni “Dettalji dwar arranġament għat-trażmissjoni elettronika tan-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat inklużi l-indirizzi flimkien ma' l-arranġamenti għall-ħarsien ta' l-informazzjoni kunfidenzjali” (ĠU C 237, 27.9.2005, p. 3).
(3) Dettalji ppubblikati fl-avviż tal-Kummissjoni “Dettalji dwar l-arranġament għat-trażmissjoni elettronika tan-notifiki dwar l-għajnuna mill-Istat huma inklużi l-indirizzi flimkien ma' l-arranġamenti għall-ħarsien ta' l-informazzjoni kunfidenzjali”.
(4) ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1935/2006 (ĠU L 407, 30.12.2006, p. 1), kif ikkoreġut bil-ĠU L 44, 15.2.2007, p. 3
(5) Każijiet konġunti T-244/93 u T-486/93 TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, [1995] ECR II-2265.
(6) ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2.
(7) ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti I. Informazzjoni Ġenerali hija sostitwita b'li ġej: Test ta 'immaġni “Parti I. Informazzjoni Ġenerali Status tan-notifika L-informazzjoni trażmessa fuq din il-formola tikkonċerna: notifika skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE? għajnuna illegali possibbli (1)? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ l-għajnuna. Jekk jogħġbok imla din il-formola, flimkien mal-formoli supplimentari relevanti. miżura mhux ta’ għajnuna li tiġi notifikata lill-Kummissjoni għal raġunijiet ta’ ċertezza legali? Jekk jogħġbok indika hawn taħt ir-raġunijiet għaliex l-Istat Membru li qed jagħmel in-notifika jqis li l-miżura ma tissostitwixxix għajnuna mill-Istat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Jekk jogħġbok imla l-partijiet relevanti ta’ din il-formola u pprovdi d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ kollha possibbli. Miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jekk waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE mhix issodisfata. Jekk jogħġbok ipprovdi valutazzjoni sħiħa tal-miżura fid-dawl tal-kriterji li ġejjin u ffoka b’mod partikolari fuq il-kriterju li inti tqis li ma ġiex issodisfat: — L-ebda trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi (Pereżempju, jekk tqis li miżura mhix imputabbli fuq l-Istat jew tqis li se jiddaħħlu miżuri regolatorji mingħajr trasferiment ta’ riżorsi pubbliċi) — L-ebda vantaġġ (Pereżempju, fejn huwa rrispettat il-prinċipju ta’ l-investitur privat tas-suq) — L-ebda selettività/speċifiċità (Pereżempju, fejn il-miżura hija disponibbli għall-intrapriżi kollha, fis-setturi kollha ta’ l-ekonomija u mingħajr limitazzjonijiet territorjali u mingħajr diskrezzjoni) — L-ebda tfixkil tal-kompetizzjoni/l-ebda effett fuq il-kummerċ intra-komunitarju (Pereżempju, fejn l-attività mhix ta’ natura ekonomika jew fejn l-attività ekonomika hija purament lokali) 1. Identifikazzjoni ta’ min qed jagħti l-għajnuna 1.1. L-Istat Membru kkonċernat: 1.2. Ir-reġjun(i) kkonċernat(i) (jekk applikabbli): 1.3. Persuna li tista’ tiġi kkuntattjata: Isem: Indirizz: Telefon: Fax: Indirizz elettroniku: 1.4. Persuna responsabbli li tista’ tiġi kkuntattjata fir-Rappreżentanza Permanenti Isem: Telefon: Fax: Indirizz elettroniku: 1.5. Jekk tixtieq li kopja tal-korrispondenza uffiċjali mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Istat Membru tiġi mgħoddija lil awtoritajiet nazzjonali l-oħra, jekk jogħġbok indika hawn l-isem u l-indirizz tagħhom: Isem: Indirizz: … (1) Skond l-Artikolu 1(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1) (minn hawn ‘il quddiem ir-“Regolament Proċedurali”), l-għajnuna illegali għandha tfisser għajnuna ġdida implimentata f’kontravenzjoni ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE. Test ta 'immaġni 1.6. Indika r-referenza ta’ l-Istat Membru jekk tixtieq tiġi inkluż fil-korrispondenza mill-Kummissjoni 1.7. Jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz ta’ l-awtorità li tagħmel l-għotja: 2. Identifikazzjoni ta’ l-għajnuna 2.1. Titolu ta’ l-għajnuna (jew isem tal-kumpanija benefiċjarja fil-każ ta’ għajnuna individwali) 2.2. Deskrizzjoni fil-qosor ta’ l-għan ta’ l-għajnuna. Jekk jogħġbok indika l-għan primarju ta’ l-għajnuna u, jekk applikabbli, l-għan(ijiet) sekondarju(i): Għan primarju Għan sekondarju (2) (Jekk jogħġbok immarka waħda biss) Żvilupp reġjonali Riċerka u żvilupp Innovazzjoni Protezzjoni ambjentali Iffrankar ta’ l-enerġija Salvataġġ ta’ azjendi f’diffikultà Ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà Għajnuna mogħtija għall-għeluq SMEs Impjiegi Taħriġ Kapital tar-riskju Promozzjoni ta’ l-esportazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali Żvilupp settorjali (3) Appoġġ soċjali għal konsumaturi individwali Kumpens għal ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali Eżekuzzjoni ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew Rimedju għal fattur li jiddisturba serjament l-ekonomija Konservazzjoni tal-wirt Kultura (2) Għan sekondarju huwa wieħed li għalih, flimkien ma’ l-għan primarju, l-għajnuna tkun iddedikata esklussivament. Pereżempju, skema li għaliha l-għan primarju huwa r-riċerka u l-iżvilupp jista’ jkollha bħala għan sekondarju l-intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju (SME) jekk l-għajnuna hija ddedikata esklussivament għall-SME. L-għan sekondarju jista’ wkoll ikun settorjali, fil-każ pereżempju ta’ skema tar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur ta’ l-azzar. (3) Jekk jogħġbok speċifika s-settur fil-punt 4.2. Test ta 'immaġni 2.3. Skema — Għajnuna individwali (4) 2.3.1. In-notifika tirrigwarda skema ta’ għajnuna? iva le — Jekk iva, l-iskema temenda skema ta’ għajnuna eżistenti? iva le — Jekk iva, il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-proċedura ssimplifikata ta’ notifika skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ l-Implimentazzjoni (KE) Nru 794/2004 huma ssodisfati? iva le — Jekk iva, jekk jogħġbok uża u imla l-informazzjoni mitluba mill-formola ta’ notifika ssimplifikata (ara l-Anness (II). — Jekk le, jekk jogħġbok kompli b’din il-formola u speċifika jekk l-iskema oriġinali li qed tiġi emendata ġietx innotifikata lill-Kummissjoni. iva le — Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika: Skema ta’ għajnuna: Data ta’ l-approvazzjoni mill-Kummissjoni (referenza għall-ittra tal-Kummissjoni (SG(…)D/…): …/…/… Tul ta’ l-iskema oriġinali: … Jekk jogħġbok speċifika liema kundizzjonijet qed jiġu emendati fir-rigward ta’ l-iskema oriġinali u għaliex: 2.3.2 In-notifika tirrigwarda għajnuna individwali? iva le — Jekk iva, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa relevanti għajnuna abbażi ta’ skema li għandha tiġi nnotifikata individwalment Referenza ta’ l-iskema oriġinali: Titlu: Skema ta’ għajnuna: Ittra ta’ l-approvazzjoni tal-Kummissjoni: … għajnuna individwali mhux ibbażata fuq skema 2.3.3. In-notifika tirrigwarda għajnuna individwali jew skema nnotifikata skond regolament ta’ eżenzjoni? Jekk iva, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa relevanti: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (5). Jekk jogħġbok uża d-dokument ta’ informazzjoni supplimentari taħt il-parti III, 1 Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 68/2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna għat-taħriġ (6). Jekk jogħġbok uża d-dokument ta’ informazzjoni supplimentari taħt il-Parti III, 2 (4) Skond l-Artikolu 1(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1), l-għajnuna individwali għandha tfisser għajnuna li ma tingħatax fuq il-bażi ta’ skema ta’ għajnuna u għoti notifikabbli fuq il-bażi ta’ skema. (5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 364/2004, (ĠU L 63/2004 28.2.2004, p. 22), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3.) u r-Regolament tal-Kummissjoni KE Nru 1976/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85). (6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 363/2004, (ĠU L 63/2004 28.2.2004, p. 20), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1976/2006, (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85). Test ta 'immaġni Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat ta’ l-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impjiegi (7). Jekk jogħġbok uża d-dokument ta’ informazzjoni supplimentari taħt il-Parti III, 3 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna nazzjonali għall-investiment reġjonali (8). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar application of Articles 87 and 88 of the Treaty to State aid to small and medium-sized enterprises active in the production of agricultural products and amending Regulation (EC) No 70/2001 (9) 3. Bażi Legali Nazzjonali 3.1. Jekk jogħġbok elenka l-bażi legali nazzjonali inklużi d-dispożizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni u s-sorsi rispettivi ta’ referenza: Titlu: … Referenza (fejn applikabbli): … 3.2. Jekk jogħġbok indika d-dokument(i) mehmuża ma’ din in-notifika: Kopja tas-siltiet relevanti tat-test(i) finali tal-bażi legali (bħala ħolqa ta’ l-internet, jekk possibbli) Kopja tas-siltiet relevanti tat-test(i) proviżorji tal-bażi legali (bħala ħolqa ta’ l-internet, jekk possibbli) 3.3. Fil-każ ta’ test finali, dan it-test finali fih klawżola li biha l-entità li tagħti l-għajnuna tista’ biss tagħmel dan wara li l-Kummissjoni tkun tat l-approvazzjoni tagħha (stand still clause)? iva le 3.4. Aċċess għat-test sħiħ ta’ l-iskemi — fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna jekk jogħġbok: — impenja ruħek li tippubblika t-test sħiħ ta’ l-iskemi finali ta’ l-għajnuna fuq l-internet. iva Jekk jogħġbok agħti l-indirizz ta’ l-internet: … — ikkonferma li l-iskema m’hix se tiġi applikata qabel ma l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq l-internet. iva 4. Benefiċjarji 4.1. Fejn jinsab(u) (i)l-benefiċjarju/i f’reġjun(i) mhux assistit(i): … f’reġjun(i) eliġibbli għall-assistenza skond l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE (speċifika jekk hux fil-livell 3 ta’ l-NUTS jew anqas): … f’reġjun(i) eliġibbli għall-assistenza skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE (speċifika jekk hux fil-livell 2 ta’ l-NUTS jew anqas): … imħallta: speċifika … (7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol (ĠU L 337, 13.12.2002, p. 3 u (ĠU L 349, 24.12.2002, p. 126) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1976/2006, (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85). (8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1628/2006 ta’ l-24 ta’ Ottubru 29 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna nazzjonali għall-investiment reġjonali, (ĠU L 302, 1.11.2006, p. 29). (9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għall-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni tal-prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3). Test ta 'immaġni 4.2. Fejn jinsab(u) (i)l-benefiċjarju/i: Mhux speċifiku għas-settur Speċifiku għas-settur, jekk jogħġbok speċifika skond il-klassifikazzjoni NACE rev. 2 (10): … 4.3. F’każ ta’ għajnuna individwali: Pubblikazzjoni tal-benefiċjarji: Tip ta’ benefiċjarju: … SME In-Numru ta’ impjegati: Il-fatturat annwali: Il-karta tal-bilanċ annwali: Indipendenza: (jekk jogħġbok ehmeż dikjarazzjoni solenni skond ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-SME (11) jew agħti provi oħra sabiex turi l-kriterji ta’ hawn fuq): … impriża kbira impriża f’diffikultajiet (12) 4.4. F’każ ta’ skema ta’ għajnuna: Tip ta’ benefiċjarju: l-impriżi kollha (impriżi kbar u żgħar u ta’ daqs medju) impriżi kbar biss l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (13) impriżi ta’ daqs medju impriżi żgħar impriżi mikro il-benefiċjarji li ġejjin: … Stima tan-numru ta’ benefiċjarji: taħt l-10 minn 11 sa 50 minn 51 sa 100 minn 101 sa 500 minn 501 sa 1000 aktar minn 1000 (10) NACE hija l-Klassifikazzjoni Statistika ta’ l-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea. Ara r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi ta’ l-NACE Reviżjoni 2 (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). NACE Reviżjoni 2 tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008. (11) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ l-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 illi jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-applikabilità tiegħu illi jinkludi l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, (ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22); jew xi leġiżlazzjoni sussegwenti li tissostitwixxiha. (12) Kif definita fil-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ azjendi f’diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2). (13) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ l-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 illi jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-applikabilità tiegħu illi jinkludi l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, (ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22); Jew xi leġiżlazzjoni sussegwenti li tissostitwixxiha. Test ta 'immaġni 5. AMMONT TA’ GĦAJNUNA/NEFQA ANNWALI (14) Fil-każ ta’ għajnuna individwali, indika l-ammont globali ta’ kull miżura kkonċernata: Fil-każ ta’ skema, indika l-ammont annwali tal-baġit ippjanat u l-ammont globali: Għall-miżuri tat-taxxa, jekk jogħġbok indika l-istima tat-telf annwali u globali tad-dħul minħabba konċessjonijiet tat-taxxa għall-perjodu kopert bin-notifika: Jekk il-baġit ma jiġix adottat annwalment, jekk jogħġbok speċifika liema perjodu jkopri: Jekk in-notifika tirrigwarda bidliet għal skema eżistenti, jekk jogħġbok agħti l-effetti baġitarji tal-bidliet notifikati għall-iskema: 6. Forma ta’ l-għajnuna u l-mezzi tal-finanzjament Speċifika l-forma ta’ l-għajnuna li titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju (fejn xieraq, għal kull miżura): Għotja diretta Għotja rimborsabbli Self b’imgħax favorevoli (inkluż dettalji dwar il-garanzija fuq is-self) Sussidju fuq l-imgħax Vantaġġ fiskali. Jekk jogħġbok speċifika: Benefiċċju fuq it-taxxa Tnaqqis fil-bażi tat-taxxa Tnaqqis fir-rata tat-taxxa Postponiment ta’ ħlas ta’ taxxa Oħrajn: … Tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali Għoti ta’ kapital ta’ riskju Forma oħra ta’ intervent fil-kapital. Jekk jogħġbok speċifika: … Maħfra tad-dejn Garanzija (inkluż fost affarijiet oħra informazzjoni dwar is-self jew xi tranżazzjoni oħra koperta bil-garanzija, il-garanzija mitluba u l-premium li jrid jitħallas) Oħrajn. Jekk jogħġbok speċifika: Għal kull strument ta’ għajnuna, jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni preċiża tar-regoli u l-kundizzjonijiet ta’ l-applikazzjoni tiegħu, inkluża b’mod partikolari r-rata ta’ l-għoti, it-trattament tiegħu tat-taxxa u jekk l-għajnuna tingħatax awtomatikament ladarba ċerti kriterji oġġettivi jkunu ġew issodisfati (jekk iva, jekk jogħġbok semmi l-kriterji) jew jekk hemmx element ta’ diskrezzjoni mill-awtoritajiet li jagħmlu l-għotja. (14) Id-data kollha għandha tiġi pprovduta fil-munita nazzjonali. Test ta 'immaġni Speċifika l-finanzjament ta’ l-għajnuna: jekk l-għajnuna mhux iffinanzjata permezz tal-baġit ġenerali ta’ l-Istat/reġjun/muniċipalità, jekk jogħġbok spjega l-mod kif inhi ffinanzjata: Permezz ta’ ħlasijiet parafiskali jew taxxi affettwati għal benefiċjarju, li ma jkunx l-Istat. Jekk jogħġbok agħti d-dettalji kollha ta’ l-ispejjeż u l-prodotti jew attivitajiet li fuqhom jinġabru. Speċifika b’mod partikolari jekk prodotti importati minn Stati Membri oħra humiex suġġetti għal dawn il-ħlasijiet. Ehmeż kopja tal-bażi legali għall-impożizzjoni tal-ħlasijiet Riżervi akkumulati Impriżi pubbliċi Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) 7. Tul ta’ żmien 7.1. F’każ ta’ għajnuna individwali: Indika d-data meta l-għajnuna tidħol fis-seħħ (jekk l-għajnuna se tingħata f’porzjonijiet, indika d-data ppjanata ta’ kull porzjon): Speċifika t-tul ta’ żmien tal-miżura li għaliha tingħata l-għajnuna, jekk applikabbli: 7.2. Fil-każ ta’ skema ġdida: Indika d-data ppjanta li minnha l-għajnuna tista’ tingħata: Indika l-aħħar data ppjanata li fiha tista’ tingħata l-għajnuna: Jekk it-tul jaqbeż is-sitt snin, jekk jogħġbok uri li perjodu ta’ żmien itwal huwa indispensabbli sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-iskema: 8. Akkumulazzjoni tat-tipi differenti ta’ għajnuna L-għajnuna tista’ tiġi akkumulata bl-għajnuna rċevuta minn skemi oħra lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-Komunità sabiex jiġu koperti l-istess spejjeż eliġibbli? iva le Jekk iva, iddeskrivi l-mekkaniżmi stabbiliti sabiex jiġi żgurat li r-regoli ta’ l-akkumulazzjoni huma rispettati: 9. Kunfidenzjalità professjonali In-notifika tinkludi informazzjoni kunfidenzjali li m’għandhiex tiġi żvelata lil partijiet terzi? iva le Jekk iva, jekk jogħġbok indika liema partijiet huma kunfidenzjali u spjega għaliex: L-Istat Membru jissottometti verżjoni mhux kunfidenzjali tan-notifika fuq bażi volontarja? iva le Jekk iva, il-Kummissjoni tista’ tippubblika din il-verżjoni mingħajr ma titlob lill-Istat Membru sabiex jikkonferma l-kontenut tagħha. Test ta 'immaġni 10. Kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna 10.1 Jekk jogħġbok identifika liema mir-Regolamenti, frameworks, linji gwida u testi oħra eżistenti applikabbli għall-għajnuna mill-Istat jipprovdu bażi legali espliċita għall-awtorizzazzjoni ta’ l-għajnuna (fejn xieraq jekk jogħġbok speċifika dan għal kull miżura) u imla d-dokument/i relevanti ta’ informazzjoni supplimentari fil-Parti III għajnuna lill-SME Notifika ta’ għajnuna individwali skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 364/2004 Notifika ta’ għajnuna individwali jew skema ta’ għajnuna skond l-Artikolu 6a tar-Regolament (KE) Nru 70/2001, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 364/2004 Notifika għaċ-ċertezza legali Għajnuna għall-SMEs fis-settur ta’ l-agrikoltura Għajnuna għat-taħriġ Notifika ta’ għajnuna individwali skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 363/2004 Notifika għaċ-ċertezza legali Għajnuna għall-Impjiegi Notifika ta’ għajnuna individwali skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2204/2002 Notifika ta’ skema skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2204/2002 Notifika għaċ-ċertezza legali Għajnuna reġjonali Notifika ta’ l-għajnuna skond Guidelines on national regional aid for 2007-2013 (15) Notifika ta’ għajnuna skond il-punt 64 ta’ Guidelines on national regional aid for 2007-2013 (proġetti kbar ta’ investiment) Notifika ta’ għajnuna skoknd l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1628/2006 Notifika għaċ-ċertezza legali Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni Għajnuna għas-salvataġġ ta’ azjendi f’diffikultà Għajnuna għar-ristrutturar ta’ azjendi f’diffikultà Għajnuna għall-produzzjoni awdjoviżiva Għajnujna għall-protezzjoni ambjentali Għajnuna ta’ kapital tar-riskju Għajnuna lis-settur agrikolu Għajnuna lis-settur tas-sajd Għajnuna lis-settur tat-trasport Għajnuna għall-bini tal-vapuri 10.2 Fejn ir-Regolamenti, frameworks, linji gwida jew testi oħra eżistenti applikabbli għall-għajnuna mill-Istat ma jipprovdux bażi espliċita għall-approvazzjoni ta’ xi għajnuna koperta minn din il-formola, jekk jogħġbok ipprovdi ġustifikazzjoni kompletament immotivata dwar għaliex l-għajnuna tista’ titqies bħala kompatibbli mat-Trattat tal-KE, b’referenza għall-klawżola ta’ eżenzjoni relevanti tat-Trattat tal-KE (Artikolu 86(2), Artikolu 87(2) (a) jew (b), Artikolu 87(3) (a), (b), (c) jew (d)) u kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi oħra li jirrigwardaw l-Agrikoltura u t-Trasport. (15) Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013, (ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13). Test ta 'immaġni 10.3 Fejn ir-Regolamenti, frameworks, linji gwida jew testi oħra eżistenti applikabbli għall-għajnuna mill-istat ma jipprovdux bażi espliċita għall-approvazzjoni u fejn ma jkunx mitlub mid-dokument(i) relevanti ta’ informazzjoni supplimentari f’parti III, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li jmiss dwar l-impatt probabbli tal-miżura notifikata fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Din l-informazzjoni hija meħtieġa sabiex titlesta l-valutazzjoni magħmula mill-Kummissjoni li tibbilanċja l-impatt pożittiv tal-miżura ta’ għajnuna (kisba ta’ għan ta’ interess komuni) kontra l-effetti kollaterali potenzjalment negattivi (tfixkil tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni). 10.3.1 Għal għajnuna individwali: A) Impatt fuq il-kompetizzjoni: Jekk jogħġbok speċifika u ddeskrivi s-swieq tal-prodotti li fuqhom l-għajnuna probabbli li jkollha impatt sinifikanti, l-istruttura u d-dinamika ta’ dawk is-swieq u s-sehem tas-suq indikattiv tal-benefiċjarju: B) Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-effetti fuq il-kummerċ (bidla fil-flussi tal-kummerċ u fil-post ta’ l-attività ekonomika) 10.3.2 Għal skemi ta’ għajnuna: A) Impatt fuq il-kompetizzjoni: Jekk jogħġbok speċifika u ddeskrivi s-swieq tal-prodotti li fuqhom l-għajnuna probabbli li jkollha impatt sinifikanti, l-istruttura u d-dinamika ta’ dawk is-swieq: B) Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar l-effetti fuq il-kummerċ (bidla fil-flussi tal-kummerċ u fil-post ta’ l-attività ekonomika) 11. Ordnijiet ta’ rkupru pendenti 11.1. F’każ ta’ għajnuna individwali: L-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru jimpenjaw ruħhom li jissospendu l-ħlas ta’ kull għajnuna taħt l-iskema nnotifikata lil kull impriża li għad għandha għad-dispożizzjoni tagħha għajnuna illegali preċedenti ddikjarata bħala inkompatibbli b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni (kemm jekk tikkonċerna għajnuna individwali u kif ukoll skema ta’ għajnuna) sakemm dik l-impriża tkun irrimborsat jew poġġiet f’kont ibblukkat l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna illegali u inkompatibbli u l-imgħax ta’ l-irkupru li jikkorrispondi magħha. iva le 11.2. F’każ ta’ skemi ta’ għajnuna: L-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru jimpenjaw ruħhom li jissospendu l-ħlas ta’ kull għajnuna taħt l-iskema nnotifikata lil kull impriża li bbenefikat minn għajnuna illegali preċedenti ddikjarata bħala inkompatibbli b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni, sakemm dik l-impriża tkun irrimborsat jew poġġiet f’kont ibblukkat l-ammont sħiħ ta’ l-għajnuna illegali u inkompatibbli u l-imgħax ta’ l-irkupru li jikkorrispondi magħha. iva le 12. Informazzjoni oħra Jekk jogħġbok indika hawn kull informazzjoni oħra li tikkunsidra relevanti għall-valutazzjoni tal-miżura/i kkonċernata/i taħt ir-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat. 13. Dokumenti mehmhuża Jekk jogħġbok elenka hawn id-dokumenti kollha li huma mehmuża man-notifika u pprovdi kopji fuq karta jew links ta’ l-internet għad-dokumenti kkonċernati. 14. Dikjarazzjoni Jiena niċċertifika li sa fejn naf, l-informazzjoni pprovduta fuq din il-formola, l-annessi tagħha u d-dokumenti mehmuża magħha hija preċiża u sħiħa. Data u post tal-firma: Firma: Isem u pożizzjoni tal-persuna li qed tiffirma: ” |
(2) |
Il-Parti II hija mħassra; |
(3) |
Il-Parti III hija emendata hekk:
|
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 qiegħed jiġi sostitwit b’dan li ġej:
Test ta 'immaġni
“Anness II
Formola ta’ notifika ssimplifikata
Din il-formola tista’ tintuża għan-notifika sempliċi skond l-Artikolu 4 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1)
1. Skema ta’ għajnuna approvata minn qabel (2)
1.1. Numru ta’ l-għajnuna allokat mill-Kummissjoni:
1.2. Titlu:
1.3. Data ta’ l-approvazzjoni [b’referenza għall-ittra tal-Kummissjoni (SG(..)D/…]:
1.4. Notifika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea:
1.5. Għan primarju (jekk jogħġbok speċifika wieħed):
1.6. Bażi ġuridika:
1.7. Baġit globali:
1.8. Tul ta’ żmien: …
2. Strument suġġett għal notifika
baġit ġdid (jekk jogħġbok speċifika l-baġit globali kif ukoll dak annwali fil-munita nazzjonali rispettiva): …
tul ta’ żmien ġdid (jekk jogħġbok speċifika d-data tal-bidu li minnha l-għajnuna tista’ tingħata u l-aħħar data li fiha tista’ tingħata l-għajnuna): …
tidjiq tal-kriterji (jekk jogħġbok indika jekk l-emenda tirrigwardax tnaqqis ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna jew spejjeż eliġibbli u speċifika d-dettalji): …
3. Validità ta’ l-impenji
Jekk jogħġbok ikkonferma li l-impenji pprovduti mill-Istat Membru għall-fini ta’ skema ta’ għajnuna approvata minn qabel huma validi għal kollox ukoll għall-miżura l-ġdida nnotifikata.
Jekk jogħġbok ehmeż kopja tas-siltiet relevanti tat-test(i) finali tal-bażi legali.
(1) Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal- KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1935/2006, (ĠU L 407, 30.12.2006, p. 1).
(2) Jekk l-iskema ta’ għajnuna ġiet innotifikata lill-Kummissjoni f’aktar minn okkażjoni waħda, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji għall-aħħar notifika sħiħa li ġiet approvata mill-Kummissjoni.”