This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1119
Commission Regulation (EC) No 1119/2007 of 27 September 2007 derogating from Regulation (EC) No 581/2004 opening a standing invitation to tender for export refunds concerning certain types of butter and from Regulation (EC) No 582/2004 opening a standing invitation to tender for exports refunds concerning skimmed milk powder
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1119/2007 tas- 27 ta’ Settembru 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u mir-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1119/2007 tas- 27 ta’ Settembru 2007 li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u mir-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat
ĠU L 253, 28.9.2007, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010
28.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 253/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1119/2007
tas-27 ta’ Settembru 2007
li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 581/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta’ butir u mir-Regolament (KE) Nru 582/2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna t-trab tal-ħalib xkumat
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3)(b) u (14) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-qagħda attwali fis-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ippermettiet li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2007 ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li jistabblixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2) ma jipprovdix għal rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni mill-15 ta’ Ġunju 2007. Din il-qagħda x'aktarx li tibqa' hekk għal xi xhur. |
(2) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 (3) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2004 (4), jistabbilixxi l-perjodu ta’ applikazzjoni għal offerti dwar iċ-ċertifikati ta’ rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat. Minħabba l-qagħda attwali fis-suq u bil-għan li jiġu evitati ħafna proċeduri amministrattivi u spejjeż mhux meħtieġa huwa xieraq u biżżejjed li jkun hemm perjodu wieħed biss matul l-aħħar tliet xhur ta’ l-2007 li fih tista' ssir applikazzjoni għall-offerti kull xahar. |
(3) |
Għaldaqstant jeħtieġ li ssir deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 581/2004 u (KE) Nru 582/2004. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz tad-deroga mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 581/2004, il-perjodi ta’ l-offerti għax-xhur ta’ Ottubru sa Diċembru 2007 għandhom ikunu kif ġej:
(a) |
għal Ottubru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fid-9 u jispiċċa fis-16 ta’ Ottubru; |
(b) |
għal Novembru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-6 u jispiċċa fit-13 ta’ Novembru; |
(c) |
għal Diċembru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fl-4 u jispiċċa fil-11 ta’ Diċembru. |
Jekk id-data tal-bidu tkun btala pubblika, il-perjodu għandu jibda mill-ġurnata tax-xogħol li jmiss. Jekk id-data tat-tmiem tkun btala pubblika, għandu jintemm fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel.
Il-perjodi ta’ l-offerti għandhom jibdew u jispiċċaw fis-13:00 (ħin ta’ Brussell).
Artikolu 2
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 582/2004, il-perjodi ta’ l-offerti għax-xhur ta’ Ottubru sa Diċembru 2007 għandhom ikunu kif ġej:
(a) |
għal Ottoubru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fid-9 u jispiċċa fis-16 ta’ Ottubru; |
(b) |
għal Novembru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fis-6 u jispiċċa fit-13 ta’ Novembru; |
(c) |
għal Diċembru 2007 il-perjodu ta’ l-offerti għandu jibda fl-4 u jispiċċa fil-11 ta’ Diċembru. |
Jekk id-data tal-bidu tkun btala pubblika, il-perjodu għandu jibda mill-ġurnata tax-xogħol li jmiss. Jekk id-data tat-tmiem tkun btala pubblika, il-perjodu għandu jispiċċa fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel.
Il-perjodi ta’ l-offerti għandhom jibdew u jispiċċaw fis-13:00 (ħin ta’ Brussell).
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw l-operaturi dwar id-dati l-ġodda bil-mezzi li jidhrulhom l-aktar xierqa.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 155, 15.6.2007, p. 26.
(3) ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 276/2007 (ĠU L 76, 16.3.2007, p. 16).
(4) ĠU L 90, 27.3.2004, p. 67. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 276/2007.