Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007H0331

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Mejju 2007 dwar il-monitoraġġ tal-livelli ta’ acrylamide fl-ikel (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1873) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 123, 12.5.2007, p. 33–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2007/331/oj

12.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 123/33


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Mejju 2007

dwar il-monitoraġġ tal-livelli ta’ acrylamide fl-ikel

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1873)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/331/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi,

(1)

Il-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (EFSA – European Food Safety Authority) adotta stqarrija fid-19 ta’ April 2005 dwar l-acrylamide fl-ikel li fiha huwa kkonferma l-valutazzjoni ta’ riskju ta’ l-acrylamide fl-ikel li twettqet fi Frar 2005 mill-Kumitat Espert Konġunt ta’ l-FAO/WHO dwar l-Addittivi ta’ l-Ikel (JECFA - Joint FAO/WHO Expert Committee on Food Additives). F’dik il-valutazzjoni l-JECFA kkonkluda li l-marġni ta’ l-esponiment għall-konsumaturi medji u għolja kienu baxxi għal kompost li huwa ġenotossiku u karċinoġeniku u li dan jista’ jkun ta’ tħassib għas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk għandhom jissoktaw l-isforzi xierqa biex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet ta’ l-acrylamide fl-ikel.

(2)

L-industrija ta’ l-ikel u l-Istati Membri investigaw mogħdijiet ta’ formazzjoni ta’ l-acrylamide. L-industrija ta’ l-ikel żviluppat miżuri voluntarji, bħal l-hekk imsejħa strateġija tal-“kaxxa ta’ l-għodda” (1), li tipprovdi gwida biex tgħin lill-produtturi u lill-proċessuri jidentifikaw mezzi biex ibaxxu l-acrylamide fil-prodotti rispettivi tagħhom. Saru sforzi estensivi sa mill-2002 biex jitnaqqsu l-livelli ta’ l-acrylamide fl-ikel ipproċessat.

(3)

Huwa meħtieġ li tinġabar data affidabbli dwar il-livelli ta’ l-acrylamide fl-ikel fuq mill-inqas medda ta’ 3 snin madwar il-Komunità kollha biex ikun hemm stampa ċara tal-livelli ta’ acrylamide f’dak l-ikel li hu magħruf li għandu livelli għoljin ta’ l-acrylamide u/jew li jikkontribwixxi sew għall-ammont dijetitiku li jittieħed mill-popolazzjoni sħiħa u minn gruppi vulnerabili, bħat-trabi u t-tfal zgħar.

(4)

Huwa importanti li din id-data tkun irrappurtata darba fis-sena lill-EFSA li għandha tiżgura l-kompilazzjoni ta’ din id-data f’bażi tad-data.

(5)

Ir-riżultati analitiċi għandhom jiġu evalwati biex jivvalutaw l-effettività tal-miżuri volontarji. Il-programm ta’ monitoraġġ stipulat f’din ir-Rakkomandazzjoni jista’ jiġi adattat fi kwalunkwe żmien jekk dan ikun xieraq fid-dawl ta’ l-esperjenzi miksuba.

B’DAN TIRRAKKOMANDA:

(1)

Li l-Istati Membri jwettqu l-monitoraġġ tal-livelli ta’ l-acrylamide darba fis-sena fl-2007, l-2008 u l-2009, skond l-Anness 1, fl-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija f’dan l-Anness.

(2)

Li l-Istati Membri jipprovdu sa l-1 ta’ Ġunju kull sena d-data ta’ monitoraġġ tas-sena ta’ qabel lill-EFSA bl-informazzjoni u fil-format kif stipulat fl-Anness II għal kompilazzjoni f’bażi tad-data waħda.

(3)

Li l-Istati Membri, għall-għan tal-programm ta’ monitoraġġ, isegwu l-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni kif stipulat fil-parti B ta’ l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 rigward il-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli taċ-ċomb, tal-kadmju, tal-merkurju, tal-landa inorganika, tat-3-MCPD u tal-benzo(a)pyrene fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) biex ikun żgurat li l-kampjuni huma rappreżentattivi għal-lott ikkampjunat.

(4)

Li l-Istati Membri jwettqu l-analiżi ta’ l-acrylamide skond il-kriterja stipulati fil-punti 1 u 2 ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontrolli uffiċjali biex tkun żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u ta’ l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli tal-benesseri ta’ l-annimali (3).

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Il-‘kaxxa ta’ l-għodda’ fiha 13-il parametru differenti (‘għodda’), miġburin flimkien f’4 kategoriji ewlenin (‘kompartimenti tal-kaxxa ta’ l-għodda’) li jistgħu jintużaw b'mod selettiv mill-produtturi ta’ l-ikel, skond il-ħtiġijiet partikolari tagħhom sabiex ibaxxu l-livelli ta’ l-acrylamide fil-prodotti tagħhom. L-4 kompartimenti jirreferu għall-fatturi agronomiċi, ir-riċetta ta’ l-ikel, l-ipproċessar u għat-tħejjija finali.

(2)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29.

(3)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bis-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS I

A.   Punti u l-proċedura tal-kampjunar:

1.

Il-kampjunar tal-prodotti għandu jitwettaq f’livell tas-suq (eż. f’supermarkets, ħwienet żgħar, fran tal-ħobż, u fil-ħwienet taċ-ċips u r-restoranti), fejn hemm traċċabilità tajba, jew fuq siti ta’ produzzjoni. Il-prodotti li joriġinaw f’wieħed mill-Istati Membri għandhom jiġu kkampjunati fejn possibbli (1).

2.

Il-kampjunar u l-analiżi għandhom jitwettqu qabel id-data ta’ skadenza tal-kampjun.

B.   Prodotti, l-għadd u l-frekwenzi tal-kampjuni, rekwiżiti analitiċi

1.

It-Tabella 1 tagħti ħarsa ġenerali dwar l-għadd minimu ta’ kampjuni għall-analiżi ta’ kull sena għal kull kategorija ta’ prodott. L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu aktar kampjuni fejn possibbli. It-tqassim tal-kampjuni għal kull Stat Membru huwa msejjes fuq iċ-ċifri tal-popolazzjoni b’għadd minimu ta’ 4 kampjuni għal kull prodott u għal kull Stat Membru.

2.

L-għadd ta’ kampjuni jirreferi għall-għadd minimu ta’ kampjuni li għandu jittieħed fis-sena. Fejn japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi (eż. il-kampjunar darbtejn fis-sena) dan huwa speċifikat fl-Anness I, punt C għal kull grupp ta’ prodott.

3.

Billi kull kategorija ta’ prodott hija magħmula minn varjetà sħiħa ta’ prodotti bi speċifikazzjonijiet differenti, għandha tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali għal kull prodott fil-kampjun (kif speċifikat fl-Anness I, punt C). Sabiex jidhru x-xejriet taż-żmien huwa importanti li l-prodotti bl-istess speċifikazzjonijiet (eż. l-istess tip ta’ ħobż, l-istess ditta, eċċ) huma kkampjunati kull sena fejn possibbli. Għaċ-ċips ikkampjunati fi ħwienet żgħar, għandhom jintgħażlu l-istess ħwienet jekk possibbli.

4.

Jekk fi prodotti bl-istess karatteristiċi jinkisbu ripetutament riżultati ’l isfel mil-limitu ta’ kwantifikazzjoni (LOQ – limit of quantification) dan il-prodott jista’ jinbidel ma’ ieħor sakemm jaqa’ fl-istess kategorija ta’ prodotti u sakemm tingħata deskrizzjoni tal-prodott.

5.

Biex tkun żgurata l-komparabilità ta’ riżultati analitiċi għandhom jintgħażlu metodi li jistgħu jiksbu LOQ ta’ 30 μg/kg (l-iżjed tranżizzjoni ta’ ion/ion intensa) għall-ħobż u l-ikel tat-trabi u ta’ 50 μg/kg għall-prodotti tal-patata, prodotti ċereali oħrajn, kafè u għal prodotti oħra. Ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati kkorreġuti għall-irkupru.

Tabella 1

Għadd minimu ta’ kampjuni għal kull kategorjia ta’ prodotti

Pajjiż li qed ibigħ

Ċips mibjugħin lesti biex jittieklu (1)

Krisps (2)

Ċips jew prodotti oħra tal-patata misjura minn qabel/għat-tisjir fid-dar (3)

Ħobż (4)

Ċereali tal-kolazzjon (5)

Gallettini, inkl. l-gallettini tat-trabi (6)

Kafè inkaljat (7)

Ikel tat-trabi fil-vażetti (8)

Ikel tat-trabi pproċessat abbażi ta’ ċereali (9)

Prodotti oħra (10)

Total

AT

4

4

4

4

4

4

4

4

4

8

44

BE

4

4

4

4

4

4

4

4

4

8

44

CY

4

4

4

4

4

4

4

4

4

4

40

CZ

4

4

4

4

4

4

4

4

4

8

44

DE

24

24

24

24

24

24

24

24

24

14

230

DK

4

4

4

4

4

4

4

4

4

8

44

ES

14

14

14

14

14

14

14

14

14

14

140

EE

4

4

4

4

4

4

4

4

4

4

40

GR

4

4

4

4

4

4

4

4

4

8

44

FR

20

20

20

20

20

20

20

20

20

14

194

FI

4

4

4

4

4

4

4

4

4

8

44

HU

4

4

4

4

4

4

4

4

4

8

44

IT

20

20

20

20

20

20

20

20

20

14

194

IE

4

4

4

4

4

4

4

4

4

8

44

LU

4

4

4

4

4

4

4

4

4

4

40

LT

4

4

4

4

4

4

4

4

4

4

40

LV

4

4

4

4

4

4

4

4

4

4

40

MT

4

4

4

4

4

4

4

4

4

4

40

NL

6

6

6

6

6

6

6

6

6

8

62

PT

4

4

4

4

4

4

4

4

4

8

44

PL

14

14

14

14

14

14

14

14

14

14

140

SE

4

4

4

4

4

4

4

4

4

8

44

SI

4

4

4

4

4

4

4

4

4

4

40

SK

4

4

4

4

4

4

4

4

4

8

44

UK

20

20

20

20

20

20

20

20

20

14

194

BG

4

4

4

4

4

4

4

4

4

8

44

RO

8

8

8

8

8

8

8

8

8

8

80

Total

202

202

202

202

202

202

202

202

202

224

2 042

C.   Informazzjoni minima addizzjonali li għandha tiġi pprovduta għal kull prodott

L-informazzjoni minima addizzjonali li għandha tiġi pprovduta għal kull prodott fil-kampjun hija speċifikata fil-punti 1 sa 10. L-Istati Membri huma mistiedna jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata.

1.

   Ċips, mibjugħin lesti biex jittieklu: kampjunar darbtejn fis-sena f’Marzu u f’Novembru (2), li jirriżulta fl-għadd totali ta’ kampjuni speċifikati fit-tabella. Prodotti lesti biex jittieklu għandhom jiġu kkampjunati fi ħwienet żgħar, fil-katini tal-fast food u fir-restoranti. Kull sena l-kampjunar għandu jsir fl-istess ħwienet fejn possibbli.

Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: il-kondizzjoni tal-prodott fil-bidu, patata friska jew ipproċessata, żieda ta’ ingredjenti oħra.

2.

   Krisps: kampjunar darbtejn fis-sena f’Marzu u f’Novembru (2), li jirriżulta fl-għadd totali ta’ kampjuni speċifikati fit-tabella.

Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: materja prima, il-kondizzjoni tal-prodott fil-bidu, patata friska jew ipproċessata, żieda ta’ ingredjenti oħra, togħmiet jew addittivi.

3.

    Ċips/prodotti tal-patata misjura minn qabel għat-tisjir fid-dar: inklużi prodotti mibjugħin iffriżati. Kampjunar darbtejn fis-sena f’Marzu u f’Novembru (2), li jirriżulta fl-għadd totali ta’ kampjuni speċifikati fit-tabella. L-analiżi ta’ kull kampjun għandha ssir fuq il-prodott wara t-tħejjija (eż. qali, ħami, eċċ). It-tħejjija għandha ssir fil-laboratorju skond l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta. Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: il-kondizzjoni tal-prodott fil-bidu patata friska jew ipproċessata, żieda ta’ ingredjenti oħra, prodott mibjugħ frisk jew iffriżat, kondizzjonijiet użati għat-tħejjija skond it-tikketta.

4.

    Ħobż: Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: ħobż artab jew iqarmeċ, kontenut ta’ fibra, tip ta’ qamħ, iffermentat/mhux iffermentat, tip ta’ fermentazzjoni (eż. ħmira), ingredjienti oħra. L-għażla tat-tip ta’ ħobż għall-kampjunar għandu jirrifletti d-drawwiet fl-ikel ta’ kull pajjiż.

5.

    Ċereali għall-kolazzjon: għajr il-muesliu l-porridge Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: tip ta’ qamħ, ingredjenti oħra (eż. zokkor, ġewż, għasel, ċikkulata).

6.

    Gallettini (inkl. l-gallettini tat-trabi): Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: rotob jew iebsa, għall-popolazzjoni normali jew għad-diabetiċi, lista sħiħa ta’ ingredjenti.

7.

    Kafè inkaljat: Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: il-grad ta’ inkaljar (eż. medju, skur), tip ta’ żrieragħ tal-kafè jekk disponibbli, mibjugħa bħala kafè mitħun jew żrieragħ.

8.

    Ikel tat-trabi fil-vażetti: L-attenzjoni għandha tkun fuq l-ikel li fih il-patata, il-legumi ta’ l-għerq jew ċereali. Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: Kompożizzjoni tal-vażett.

9.

   Ikel tat-trabi pproċessat abbażi ta’ ċereali analizzat kif mibjugħ.

Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: tip ta’ qamħ, ingredjenti oħra.

10.

   Prodotti oħra: Din il-kategorija tinkludi l-prodotti tal-patata, taċ-ċereali, tal-kafè, tal-kokotina u ikel tat-trabi għajr dawk il-prodotti speċifikati f’wieħed mill-kategoriji hawn fuq (eż. roesti tal-patata, gingerbread, sostituti tal-kafè). Il-kampjuni għandhom jintgħażlu biex jirriflettu d-drawwiet nazzjonali fl-ikel ta’ l-Istati Membri. Għandu mnejn ikollhom jiġu analizzati wara t-tisjir skond it-tikketta. Jekk inhu hekk, il-kundizzjonijiet użati għandhom ikunu speċifikati.

Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: deskrizzjoni dettaljata tal-prodott (eż. ingredjenti ewlenin), kundizzjonijiet użati għat-tħejjija skond it-tikketta.


(1)  F’każijiet eċċezzjonali prodott speċifiku jista’ jkun biss fis-suq bħala wieħed importat minn pajjiż terz. F’każijiet bħal dawn jistgħu jittieħdu kampjuni tal-prodott importat.

(2)  Fil-każ li l-ikel huwa prodott minn patata pproċessata mhux meħtieġ li jittieħdu kampjuni darbtejn fis-sena.


ANNESS II

A.   Format ta’ rappurtaġġ

Image

Test ta 'immaġni

B.   Noti ta’ spjegazzjoni għall-format tar-rapurtaġġ

Pajjiż li qed jirraporta: L-Istat Membru li fih twettaq il-monitoraġġ.

Sena: sena ta’ kampjunar.

Kodiċi tal-kampjun: kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-laboratorju tal-kampjun.

Numru tal-klassi tal-prodott: Numru tal-klassi tal-prodott skond l-Anness I, Tabella 1 (daħħal iċ-ċifri minn 1-10, eż Ċips (1), krisps (2), eċċ.

Isem il-prodott: Jinkludi l-isem il-prodott bl-Ingliż u bil-lingwa oriġinali.

Deskrizzjoni tal-prodott: Għandha tingħata deskrizzjoni qasira tal-prodott li tikkunsidra mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Anness I, punt C.

Produttur: isem il-produttur jekk magħruf.

Pajjiż tal-produzzjoni: jekk magħruf. Uża l-kodiċi ta’ l-ISO għall-pajjiż tal-produzzjoni (għall-Kodiċi ta’ l-ISO ara l-Anness I, Tabella 1, l-ewwel kolonna). Skond l-Anness I, punt A il-prodott għall-kampjunar għandu joriġina f’wieħed mill-Istati Membri fejn dan huwa possibbli (ara r-referenza 4).

L-aħjar qabel id-data: skond kif indikat fuq it-tikketta. Ipprovdi d-data fil-format jj/xx/ss.

Data tal-produzzjoni: fejn magħruf skond kif indikat fuq it-tikketta. Ipprovdi d-data fil-format jj/xx/ss.

Data tal-kampjunar: Data meta ttieħed il-kampjun. Ipprovdi d-data fil-format jj/xx/ss.

Punt ta’ kampjunar: il-post minn fejn inġabar il-kampjun, eż supermarket, ħanut żgħir, forn tal-ħobż, katina tal-fast food, eċċ.

Daqs tal-pakkett: daqs tal-pakkett (g) tal-prodott li minnu ttieħdu l-kampjuni inkrimentali fejn applikabbli.

Piż tal-kampjun: piż tal-kampjun (g) tat-total tal-kampjun.

Kundizzjonijiet ta’ tħejjija: Il-kundizzjonijiet ta’ tħejjija għandhom jiġu speċifikati fil-każ ta’ ċips misjura minn qabel, jew ta’ prodotti tal-patata għat-tisjir fi-dar (klassi 3 tal-prodott) li għandhom jiġu kkampjunati u analizzati wara li jissajru. L-istruzzjonijiet għat-tisjir ta’ fuq it-tikketta għandhom jissegwew u jkunu speċifikati f’dan il-qasam. L-istess għandu mnejn japplika għal xi whud mill-“Prodotti l-oħra”(klassi 10 tal-prodotti).

Data ta’ l-analiżi: kieku l-kampjun kien omoġeneizzat u maħżun qabel l-analiżi għandha tingħata d-data attwali tal-bidu tal-proċedura analitika. F’dan il-każ, għandhom jingħataw dettalji rigward il-kundizzjonijiet tal-ħażna.

Metodu akkreditat: jekk jogħġbok indika b’“I” (iva) jew “L” (le) jekk ir-rirżultat analitiku kienx iġġenerat b’metodu akkreditat skond l-EN ISO 17025.

Metodu analitiku: jekk jogħġbok indika liema metodu analitiku intuża (GC-MS b’derivatizzazzjoni, GC-MS mingħajr derivatizzazzjoni, LC-MS-MS jew ieħor) u agħti deskrizzjoni qasira tat-tħejjija tal-kampjuni (eż. il-proċedura tat-tindif, eċċ.).

Dettalji dwar it-testijiet ta’ profiċjenza: jekk jogħġbok agħti informazzjoni dwar l-organizzatur tat-test ta’ profiċjenza, in-numru ta’ l-iskema, in-numru tal-fażi, il-matriċi u ż-z-score (1) miksuba fil-format il-qasir li ġej: Organizzatur/skema/fażi/matriċi/z-score. (Eżempju: FAPAS/30/6/ħobż iqarmeċ imsejjaħ Knäckerbrot/1,6).

Livell ta’ acrylamide: espress f’μg/kg, korrett għall-irkupru.

Limitu ta’ sejba: f’ μg/kg.

Limitu ta’ kwantifikazzjoni: f’ μg/kg.

Inċertezza tal-miżura: jekk disponibbli, jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni dwar l-inċertezza tal-miżura (il-medda għandha tingħata f’%).


(1)  Jekk jogħġbok innota li ż-z-scores se jintużaw biss biex jiġġudikaw il-kwalità tad-data. Għandhom jinżammu kunfidenzjali.


Top