This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0323
Case T-323/21: Action brought on 8 June 2021 — Castel Frères v EUIPO — Shanghai Panati (Representation of Chinese characters)
Kawża T-323/21: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2021 – Castel Frères vs EUIPO – Shanghai Panati (Rappreżentazzjoni ta’ karattri Ċiniżi)
Kawża T-323/21: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2021 – Castel Frères vs EUIPO – Shanghai Panati (Rappreżentazzjoni ta’ karattri Ċiniżi)
ĠU C 310, 2.8.2021, p. 37–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 310/37 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2021 – Castel Frères vs EUIPO – Shanghai Panati (Rappreżentazzjoni ta’ karattri Ċiniżi)
(Kawża T-323/21)
(2021/C 310/49)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Castel Frères (Blanquefort, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shanghai Panati Co. (Shanghai, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ karattri Ċinizi) – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 785 109
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 753/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrrenti quddiem il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |