This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0249
Case T-249/17: Action brought on 28 April 2017 — Casino, Guichard-Perrachon and EMC Distribution v Commission
Kawża T-249/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Casino, Guichard-Perrachon u EMC Distribution vs Il-Kummissjoni
Kawża T-249/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Casino, Guichard-Perrachon u EMC Distribution vs Il-Kummissjoni
ĠU C 221, 10.7.2017, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/32 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2017 – Casino, Guichard-Perrachon u EMC Distribution vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-249/17)
(2017/C 221/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Casino, Guichard-Perrachon (Saint-Étienne, Franza) u EMC Distribution (Vitry-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: D. Théophile, I. Simic, O. de Juvigny u T. Reymond, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
qabel ma tiddeċiedi, tordna lill-Kummissjoni, abbażi tal-Artikoli 89 u 90 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tipproduċi d-dokumenti, atti u informazzjoni oħra kollha li fuq il-bażi tagħhom, fid-data tad-Deċiżjoni C(2017) 1054, hija qieset li kellha indizji suffiċjentement serji sabiex jiġġustifikaw it-twettiq ta’ spezzjoni fil-bini tar-rikorrenti; |
— |
tiddikjara inapplikabbli f’dan il-każ, abbażi tal-Artikolu 277 tat-TFUE, l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1/2003 u, konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1054 tad-9 ta’ Frar 2017; |
— |
tannulla, abbażi tal-Artikolu 263 tat-TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017) 1054 tad-9 ta’ Frar 2017; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-9 ta’ Frar 2017 li tordna lir-rikorrenti jissottomettu ruħhom għal spezzjoni taħt l-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), deċiżjoni li hija kkontestata f’dan il-każ (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”). Ir-rikorrenti jsostnu, f’dan ir-rigward, li:
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-domiċilju, previst fl-Artikolu 7 tal-Karta u fl-Artikolu 8 tal-KEDB, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata għandha perijodu ta’ validità illimitat u kamp ta’ applikazzjoni li huwa fl-istess waqt impreċiż u sproporzjonat, sa fejn:
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni impost fuq il-Kummissjoni, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ma tispeċifika la t-tip, la n-natura, la l-oriġini u lanqas il-kontenut tal-informazzjoni li fid-dawl tagħhom il-Kummissjoni ddeċidiet li tordna spezzjoni. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur imwettaq mid-deċiżjoni kkontestata għad-dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-domiċilju, previst fl-Artikolu 7 tal-Karta u fl-Artikolu 8 tal-KEDB, sa fejn din ġiet adottata mingħajr ma l-Kummissjoni kellha indizji suffiċjentement serji sabiex jiġġustifikaw it-twettiq ta’ spezzjoni fil-bini tar-rikorrenti. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li twettaq bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tal-aħħar pprevediet il-bidu tal-ispezzjoni f’data li hija ta’ ħsara kbira għall-attività tar-rikorrenti minkejja li setgħet tingħażel data oħra, ta’ ħafna inqas ħsara għalihom, mingħajr ebda inkonvenjent għall-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li, għalkemm din issemmi speċifikament il-bini tal-entità tal-grupp Casino responsabbli għan-negozjati mal-fornituri, id-deċiżjoni kkontestata tipprevedi l-bidu tal-ispezzjoni fl-20 ta’ Frar 2017 jew ftit wara, jiġifieri matul l-aħħar ġimgħa tan-negozjati tal-ftehimiet annwali mal-fornituri li l-Artikolu L. 441-7 tal-Kodiċi tal-Kummerċ Franċiż jimponi l-konklużjoni tagħhom qabel l-1 ta’ Marzu tas-sena kurrenti, fatt li huwa perfettament magħruf mill-Kummissjoni. |