Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0174(01)

    Kawża T-174/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Dieckerhoff Guss vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 294, 7.9.2015, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/51


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2015 – Dieckerhoff Guss vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-174/14) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u favur impriżi li jagħmlu użu intensiv tal-enerġija - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali sussegwentement għall-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    (2015/C 294/62)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Dieckerhoff Guss GmbH (Gevelsberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. Renner, avukat)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis, M. Schneider u J. Kaasin, sussegwentement X. Lewis, M. Schneider, M. Moustakali u C. Perrin, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4424 final, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tal-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u favur l-utenti l-kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

    Dispożittiv

    1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ineżami.

    2)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn Flachglas Torgau GmbH u Saint-Gobain Isover G+H AG, minn Kronotex GmbH & Co. KG u Kronoply GmbH, minn Bayer MaterialScience AG, minn Sabic Polyolefine GmbH, minn Ineos Manufacturing Deutschland GmbH, Ineos Phenol GmbH u Ineos Vinyls Deutschland GmbH, kif ukoll minn Advansa GmbH, Akzo Nobel Industrial Chemicals GmbH, Aurubis AG, CBW Chemie GmbH, CFB Chemische Fabrik Brunsbüttel GmbH & Co. KG, Clariant Produkte (Deutschland) GmbH, Dralon GmbH, Hahl Filaments GmbH, Messer Produktionsgesellschaft mbH Siegen, Messer Produktionsgesellschaft mbH Salzgitter, Nabaltec AG, Siltronic AG u Wacker Chemie AG.

    3)

    Dieckerhoff Guss GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

    4)

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


    Top