EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FA0051

Kawża F-51/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Marzu 2015 – Ribeiro Sinde Monteiro vs SEAE (Servizz pubbliku — Persunal tal-EEAS — Uffiċjali — Promozzjoni — Artikoli 43 u 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi kollha — Uffiċjali proposti mid-dipartimenti tal-EEAS u uffiċjali mhux proposti — Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni — Evalwazzjonijiet esklużivament litterali)

ĠU C 146, 4.5.2015, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/45


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Marzu 2015 – Ribeiro Sinde Monteiro vs SEAE

(Kawża F-51/14) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-EEAS - Uffiċjali - Promozzjoni - Artikoli 43 u 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi kollha - Uffiċjali proposti mid-dipartimenti tal-EEAS u uffiċjali mhux proposti - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni - Evalwazzjonijiet esklużivament litterali))

(2015/C 146/61)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Manuel Jaime Ribeiro Sinde Monteiro (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis, avukat)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AST 3 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2013 u li jingħata kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, tad-9 ta’ Ottubru 2013, li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2013 hija annullata peress li isem ta’ M. J. Ribeiro Sinde Monteiro ma huwiex inkluż fiha.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kumplament tar-rikors.

3)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn M. J. Ribeiro Sinde Monteiro


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014, p. 62


Top