This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0278
Case T-278/12: Action brought on 22 June 2012 — Inter-Union Technohandel v OHIM — Gumersport Mediterranea de Distribuciones (PROFLEX)
Kawża T-278/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ġunju 2012 — Inter-Union Technohandel vs UASI — Gumersport Mediterranea de Distribuciones (PROFLEX)
Kawża T-278/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ġunju 2012 — Inter-Union Technohandel vs UASI — Gumersport Mediterranea de Distribuciones (PROFLEX)
ĠU C 273, 8.9.2012, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 273/12 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2012 — Inter-Union Technohandel vs UASI — Gumersport Mediterranea de Distribuciones (PROFLEX)
(Kawża T-278/12)
2012/C 273/21
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Inter-Union Technohandel GmbH (Landau in der Pfalz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Schmidt-Hern u A. Feutlinske, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gumersport Mediterranea de Distribuciones, SL (Barcelona, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 413/2011-2; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “PROFLEX” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12 u 25
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża Nru 39628817 tat-trade mark verbali “PROFEX”, għal prodotti fil-klassijiet 6, 8, 9, 11, 12, 16, 17 u 21
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda kolla kemm hi
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u tar-Regola 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.